Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1332

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1332 tat-28 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-għamara (notifikata bid-dokument C(2016) 4778) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/4778

    ĠU L 210, 4.8.2016, p. 100–149 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/07/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1332/oj

    4.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 210/100


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1332

    tat-28 ta' Lulju 2016

    li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-għamara

    (notifikata bid-dokument C(2016) 4778)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(7) u 8(2) tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE (2) stabbiliet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati għall-għamara tal-injam, li huma validi sal-31 ta' Diċembru 2016.

    (4)

    Sabiex tkun riflessa aħjar il-firxa ta' prodotti tal-għamara fis-suq, l-ogħla livell għal dawn il-prodotti u sabiex jittieħed kont tal-innovazzjoni li seħħet matul l-aħħar snin, huwa xieraq li l-kamp ta' applikazzjoni tal-grupp ta' prodotti jiġi estiż biex tiġi inkluża għamara li mhijiex tal-injam u biex jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji ekoloġiċi.

    (5)

    L-għan tal-kriterji ekoloġiċi riveduti huwa li jintużaw materjali prodotti b'mod iktar sostenibbli (fejn jitqies approċċ tal-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja), li jiġu limitati l-użu ta' komposti perikolużi, il-livelli ta' residwi perikolużi, il-kontribuzzjoni tal-għamara għat-tniġġis tal-arja ta' ġewwa u li jiġi promoss prodott tal-ogħla kwalità u b'saħħtu u li jkun faċli li jissewwa u jiżżarma. Il-kriterji riveduti, flimkien mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jittieħed kont taċ-ċiklu tal-innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti.

    (6)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/894/KE għandha tiġi sostitwita.

    (7)

    Huwa xieraq li l-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għall-għamara tal-injam abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/894/KE jingħataw perjodu tranżizzjonali, sabiex ikollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex ikunu konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti ekoloġiċi riveduti. Barra minn hekk il-produtturi għandhom jingħataw perjodu suffiċjenti ta' żmien li fih jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/894/KE.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-grupp ta' prodotti “għamara” għandu jinkludi unitajiet indipendenti jew li jiġu inkorporati (built-in) li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jintużaw għall-ħżin, biex jitqiegħdu jew jiddendlu l-oġġetti u/jew li jipprovdu uċuħ fejn l-utenti jistgħu jistrieħu, joqogħdu bilqiegħda, jieklu, jistudjaw jew jaħdmu, kemm jekk għall-użu fuq ġewwa jew fuq barra. Il-kamp ta' applikazzjoni jestendi għal għamara domestika u għal oġġetti tal-għamara kuntrattwali għall-użu f'ambjent domestiku jew mhux domestiku. Fil-kamp ta' applikazzjoni ġew inklużi frejms, saqajn, bażijiet u headboards tas-sodod.

    2.   Il-grupp ta' prodotti ma għandux jinkludi l-prodotti li ġejjin:

    (a)

    Saqqijiet tas-sodda, li huma koperti mill-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/391/UE (3),

    (b)

    Prodotti li l-funzjoni primarja tagħhom ma tkunx li jintużaw skont il-paragrafu 1, inklużi dwal tat-toroq, rixtelli (railings u fences), slielem, arloġġi, tagħmir tal-plejgrawnd, mirja indipendenti jew li jiddendlu mal-ħajt, kondjuwits elettriċi, bollards tat-toroq u prodotti tal-bini bħal turġien, bibien, twieqi, kisi tal-pavimenti u cladding.

    (c)

    Prodotti tal-għamara użati, li reġgħu ngħataw finitura ġdida, restawrati jew rimanifatturati.

    (d)

    Għamara mgħammra f'vetturi użati għat-tranżitu pubbliku jew privat.

    (e)

    Prodotti tal-għamara li iktar minn 5 % (piż b'piż) tagħhom ikun materjal li mhuwiex inkluż fil-lista li ġejja: injam solidu, panewijiet abbażi tal-injam, sufra, bambù, rattan, plastik, metalli, ġilda, drappijiet miksija, tessuti, ħġieġ u materjal tal-ikkuttunar/mili.

    Artikolu 2

    Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “Ġilda anilina” tfisser ġilda li l-grani naturali tagħha huma viżibbli b'mod ċar u b'mod sħiħ fejn kwalunkwe kisi tal-wiċċ b'finitura mhux pigmentata jkun ta' inqas minn 0,01 mm, kif definit f'EN 15987;

    (b)

    “Ġilda semianilina” tfisser ġilda li tkun ġiet miksija b'finitura li jkun fiha ammont żgħir ta' pigment, sabiex il-grani naturali jkunu għadhom viżibbli b'mod ċar, kif definit f'EN 15987;

    (c)

    “Ġilda pigmentata u ġilda maqsuma (split) pigmentata” tfisser ġilda jew ġilda maqsuma li l-grani naturali jew il-wiċċ tagħha jkun kompletament moħbi b'finitura li fiha l-pigmenti, kif definit f'EN 15987;

    (d)

    “Ġilda tal-alakka u ġilda maqsuma tal-alakka” tfisser ġilda jew ġilda maqsuma li ġeneralment ikollha dehra b'effett simili għal ta' mera, li tinkiseb bl-applikazzjoni ta' saff ta' verniċ pigmentat jew mhux pigmentat, jew ta' reżini sintetiċi, li l-ħxuna tiegħu ma taqbiżx terz tal-ħxuna totali tal-prodott, kif definit f'EN 15987;

    (e)

    “Ġilda miksija u ġilda maqsuma miksija” tfisser ġilda jew ġilda maqsuma fejn il-kisi tal-wiċċ, li jiġi applikat lin-naħa ta' barra, ma jaqbiżx terz tal-ħxuna totali tal-prodott iżda huwa ta' iktar minn 0,15 mm, kif definit f'EN 15987;

    (f)

    “Kompost organiku volatili” (KOV) tfisser kwalunkwe kompost organiku li għandu temperatura inizjali meta jagħli ta' 250 °C jew inqas imkejla fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa kif definit fid-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u li, f'kolonna kapillari, jelwixxi sa u jinkludi t-tetradekan (C14H30);

    (g)

    “Kompost organiku semivolatili” (SVOC) tfisser kwalunkwe kompost organiku li għandu temperatura meta jagħli ta' iktar minn 250 °C u ta' inqas minn 370 °C imkejla fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa u li, f'kolonna kapillari, jelwixxi b'firxa ta' żamma bejn l-n-tetradekan (C14H30) u l-n-Dokosan (C22H46);

    (h)

    “Kontenut riċiklat” tfisser il-proporzjon tal-massa, li hija materjal riċiklat fi prodott jew fl-ippakkjar; materjali prekonsumatur u postkonsumatur biss jitqiesu bħala kontenut riċiklat, kif definit f'ISO 14021;

    (i)

    “Materjal prekonsumatur” tfisser materjal li jiġi ddevjat mill-fluss tal-iskart waqt proċess ta' manifattura iżda teskludi l-użu mill-ġdid ta' materjal li jkollu bżonn jiġi riproċessat, materjal mitħun jew ruttam li jiġi ġġenerat fi proċess u li jista' jiġi reklamat fl-istess proċess li jkun iġġenerah kif definit f'ISO 14021 u teskludi wkoll skart tal-injam, laqx u fibri minn operazzjonijiet ta' qtugħ tas-siġar u ta' sserrar;

    (j)

    “Materjal postkonsumatur” tfisser materjal li jiġi ġġenerat minn unitajiet domestiċi jew minn faċilitajiet kummerċjali, industrijali u istituzzjonali fir-rwol tagħhom bħala utenti finali tal-prodott li ma jistax jibqa' jintuża għall-iskop maħsub tiegħu, u tinkludi materjal li jkun ġie rritornat lura mill-katina tad-distribuzzjoni, kif definit f'ISO 14021;

    (k)

    “Materjal irkuprat/reklamat” tfisser materjal li kieku kien jintrema bħala skart jew jintuża għall-irkupru tal-enerġija, iżda li minflok ikun inġabar u ġie rkuprat/reklamat bħala input ta' materjal, minflok materja prima ġdida, għal proċess ta' riċiklaġġ jew ta' manifattura, kif definit f'ISO 14021;

    (l)

    “Materjal riċiklat” tfisser materjal li jkun ġie riproċessat minn materjal irkuprat/reklamat permezz ta' proċess ta' manifattura u li jiġi magħmul fi prodott finali jew f'komponent biex jiġi inkorporat fi prodott kif definit f'ISO 14021, iżda teskludi skart tal-injam, laqx u fibri minn operazzjonijiet ta' qtugħ tas-siġar u ta' sserrar;

    (m)

    “Panewijiet abbażi tal-injam” tfisser panewijiet fabbrikati minn fibri tal-injam minn wieħed minn diversi proċessi differenti li jistgħu jinvolvu l-użu ta' temperaturi u pressjonijiet għoljin u reżini li jgħaqqdu jew adeżivi;

    (n)

    “Oriented Strand Bord” tfisser bord b'diversi livelli prinċipalment magħmul minn strixxi tal-injam flimkien ma' legant, kif definit f'EN 300. L-istrixxi fis-saff estern huma allinjati u paralleli mat-tul jew mal-wisa' tal-bord. L-istrixxi fis-saff jew fis-saffi interni jistgħu jiġu orjentati jew allinjati b'mod każwali, ġeneralment f'angolu rett mal-istrixxi fis-saffi esterni;

    (o)

    “Bord tal-partikuli” tfisser materjal ta' panew manifatturat taħt pressjoni u sħana minn partikuli tal-injam (frak tal-injam, biċċiet tal-injam, ċana, serratura u simili) u/jew minn materjal linjoċellulożiku ieħor f'forma ta' partikuli (soddieda tal-kittien, soddieda tal-qanneb, frammenti tal-bagasse u simili), biż-żieda ta' adeżiv, kif definit f'EN 309;

    (p)

    “Plajwudd” tfisser panewijiet abbażi tal-injam li jikkonsistu fl-immuntar ta' saffi inkullati flimkien bid-direzzjoni tal-grani fl-istrati maġenb xulxin normalment f'angoli retti, kif definit f'EN 313. Hemm ħafna sottokategoriji differenti li jistgħu jissejħu plajwudd abbażi tal-mod ta' kif il-plajwudd ikun strutturat (bħal plajwudd bil-veneer, core plywood, plajwudd bilanċjat) jew skont l-użu aħħari prinċipali tiegħu (pereżempju, plajwudd marin);

    (q)

    “Fajberbords” tfisser sett wiesa' ta' tipi ta' panewijiet definiti f'EN 316 u f'EN 622 u li jista' jinqasam fis-sottokategoriji ta' ħardbord, bords ta' densità medja, bords rotob u bords magħmulin bi proċess niexef abbażi tal-karatteristiċi fiżiċi u tal-proċess tal-produzzjoni tagħhom;

    (r)

    “Sustanza faċilment bijodegradabbli” tfisser sustanza li turi 70 % degradazzjoni ta' karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum jew 60 % tat-tnaqqis massimu teoretiku ta' ossiġenu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 jum bl-użu ta' wieħed mill-metodi tal-ittestjar li ġejjin: OECD 301 A, ISO 7827, OECD 301 B, ISO 9439, OECD 301 C, OECD 301 D, ISO 10708, OECD 301 E, OECD 301 F, ISO 9408;

    (s)

    “Sustanza bijodegradabbli b'mod inerenti” tfisser sustanza li turi 70 % degradazzjoni ta' karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum jew 60 % tat-tnaqqis massimu teoretiku ta' ossiġenu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 jum bl-użu ta' wieħed mill-metodi tal-ittestjar li ġejjin: ISO 14593, OECD 302 A, ISO 9887, OECD 302 B, ISO 9888, OECD 302 C;

    (t)

    “Operazzjonijiet tal-irfinar” tfisser metodi fejn jiġi applikat kisi jew saff lill-wiċċ ta' materjal. Il-metodi jistgħu jinkludu l-applikazzjoni ta' żebgħa, prints, verniċ, veneer, laminati, karti impregnati u fojls tal-irfinar;

    (u)

    “Prodott bijoċidali” kif definit fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tfisser:

    kwalunkwe sustanza jew taħlita, fl-għamla li jiġu fornuti lill-utent, li jikkonsistu minn, li fihom jew li jiġġeneraw sustanza attiva waħda jew iktar, bl-intenzjoni li jeqirdu, jimpedixxu, irendu mhux dannuż, jipprevjenu l-azzjoni ta', jew li jeżerċitaw b'mod ieħor effett ta' kontroll fuq kwalunkwe organiżmu ta' ħsara bi kwalunkwe mezz għajr b'azzjoni sempliċiment fiżika jew mekkanika,

    kwalunkwe sustanza jew taħlita, iġġenerata minn sustanzi jew taħlitiet li huma stess ma jaqgħux taħt l-ewwel inċiż, li huma maħsubin biex jintużaw bl-intenzjoni li jeqirdu, jimpedixxu, irendu mhux dannuż, jipprevjenu l-azzjoni ta', jew li jeżerċitaw b'mod ieħor effett ta' kontroll fuq kwalunkwe organiżmu ta' ħsara bi kwalunkwe mezz għajr b'azzjoni sempliċiment fiżika jew mekkanika, u

    oġġett ittrattat li għandu funzjoni bijoċidali primarja;

    (v)

    “Preservattivi tal-injam” tfisser prodotti bijoċidali li jiġi/jiġu applikat(i) permezz ta' trattament tal-wiċċ (eż. sprejjar, brushing) jew permezz ta' proċessi li jippenetraw fil-fond (eż. pressjoni bil-vakwu, vakwu doppju) lill-injam (jiġifieri zkuk riċevuti fis-segerija għall-użu kummerċjali u għall-użi sussegwenti kollha tal-injam u tal-prodotti abbażi tal-injam) jew prodotti nfushom abbażi tal-injam, jew li jiġu applikati lil sottostrati li mhumiex tal-injam (eż. lill-ġebel u lill-pedamenti tal-bini) sempliċiment bil-għan li jipproteġu lill-injam jew lill-prodotti abbażi tal-injam maġenbhom minn attakk minn organiżmi li jeqirdu l-injam (eż. tmermir tal-injam u termiti) skont id-definizzjoni miftiehma mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (sors CEN/TC 38 “Durabbiltà tal-injam u tal-prodotti abbażi tal-injam”);

    (w)

    “E1” tfisser klassifikazzjoni għall-panewijiet abbażi tal-injam li jkun fihom il-formaldeid adottata fl-Istati Membri kollha tal-UE abbażi tal-emissjonijiet tal-formaldeid. Skont id-definizzjoni pprovduta fl-Anness B ta' EN 13986, panew abbażi tal-injam għandu jiġi kklassifikat bħala E1 jekk l-emissjonijiet ikunu ekwivalenti għal konċentrazzjonijiet fi stat fiss ta' 0,1 ppm (0,124 mg/m3) jew inqas ta' formaldeid wara 28 jum ta' test f'kompartiment li jsir skont EN 717-1 jew jekk il-kontenut ta' formaldeid jiġi ddeterminat li jkun 8 mg/100 g jew inqas f'bord imnixxef f'forn meta mkejjel skont EN 120 jew jekk ir-rati tal-emissjonijiet tal-formaldeid ikunu 3,5 mg/m2·h jew inqas skont EN 717-2 jew 5,0 mg/m2·h jew inqas skont l-istess metodu iżda fi żmien tliet ijiem wara l-produzzjoni;

    (x)

    “Drappijiet miksija” tfisser drappijiet b'saff aderenti, kontinwu u diskret tal-lastku u/jew ta' materjal abbażi tal-plastik fuq wiċċ wieħed jew fuq iż-żewġ uċuħ, kif definit f'EN 13360, u tinkludi materjali tat-tapizzerija komunement imsejħa “ġilda artifiċjali”;

    (y)

    “Tessuti” tfisser fibri naturali, fibri sintetiċi u fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem;

    (z)

    “Fibri naturali” tfisser qoton u fibri ta' żrieragħ ċellulożi naturali oħra, kittien u fibri oħra tat-tilju, suf u fibri oħra tal-keratin;

    (aa)

    “Fibri sintetiċi” tfisser fibri tal-akriliku, tal-elastane, tal-poliammid, tal-poliester u tal-polipropilen;

    (bb)

    “Fibri ċellulożi magħmula mill-bniedem” tfisser fibri tal-lyocell, modali u tal-visk;

    (cc)

    “Tapizzerija” tfisser il-materjali użati fl-artiġjanat tal-kopertura, tal-ikkuttunar u tal-mili ta' postijiet fejn wieħed joqgħod bilqiegħda, jorqod jew ta' prodotti oħra tal-għamara u tista' tinkludi materjal tal-kisi bħal ġilda, drappijiet u tessuti miksija u materjal tal-ikkuttunar bħal materjali polimetriċi ċellulari flessibbli bbażati fuq il-latex tal-lastku u poliuretan;

    (dd)

    “Sustanza” tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew li jinkiseb bi kwalunkwe proċess ta' manifattura, u tinkludi kwalunkwe addittiv meħtieġ sabiex jippreserva l-istabbiltà tiegħu u kwalunkwe impurità derivata mill-proċess użat, iżda teskludi kwalunkwe solvent li jista' jiġi sseparat mingħajr ma tiġi affettwata l-istabbiltà tas-sustanza jew li jbiddel il-kompożizzjoni tagħha, kif definit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

    (ee)

    “Taħlita” tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew iktar kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

    (ff)

    “Parti komponenti” tfisser unitajiet riġidi u diskreti li l-għamla u l-forma tagħhom ma teħtieġx li tinbidel qabel l-immuntar tal-prodott finali fil-forma kompletament funzjonali tiegħu, għalkemm il-pożizzjoni tagħhom tista' tinbidel waqt l-użu tal-prodott finali u tinkludi ċappetti, viti, frejms, kxaxen, roti u xkafef;

    (gg)

    “Materjali komponenti” tfisser materjal li l-għamla u l-forma tiegħu tista' tinbidel qabel l-immuntar tal-għamara jew waqt l-użu tal-prodott tal-għamara, u tinkludi tessuti, ġilda, drappijiet miksija u fowm tal-poliuretan użat fit-tapizzerija. L-injam fornut jista' jitqies bħala materjal komponenti iżda iktar tard jiġi ssegat u trattat sabiex jiġi konvertit f'parti komponenti.

    Artikolu 3

    Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għandu jaqa' fi ħdan il-grupp ta' prodotti “għamara” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji ekoloġiċi kif ukoll mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati stabbiliti fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “għamara”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Għall-finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “għamara” għandu jkun “049”.

    Artikolu 6

    Id-Deċiżjoni 2009/894/KE hija mħassra.

    Artikolu 7

    1.   B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp ta' prodotti “għamara tal-injam” li jiġu ppreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu vvalutati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/894/KE.

    2.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta' prodotti “għamara tal-injam” li jiġu ppreżentati fi żmien xahrejn qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/894/KE jew fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

    L-applikazzjonijiet għandhom jiġu vvalutati skont il-kriterji li fuqhom huma bbażati.

    3.   Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/894/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Lulju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Karmenu VELLA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/894/KE tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal għamara tal-injam (ĠU L 320, 5.12.2009, p. 23).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/391/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għas-saqqijiet tas-sodda (ĠU L 184, 25.6.2014, p. 18).

    (4)  Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta' emissjonijiet ta' kompożizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi u li jemenda d-Direttiva 1999/13/KE (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).

    (5)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


    ANNESS

    QAFAS

    KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

    Kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-għamara:

    1.

    Deskrizzjoni tal-prodott

    2.

    Rekwiżiti ġenerali għas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi

    3.

    Injam, sufra, bambù u rattan

    4.

    Plastiks

    5.

    Metalli

    6.

    Materjal li jintuża għall-kisi għat-tapizzerija

    7.

    Materjal li jintuża għall-ikkuttunar tat-tapizzerija

    8.

    Ħġieġ: l-użu ta' metalli tqal

    9.

    Rekwiżiti tal-prodott finali

    10.

    Tagħrif għall-konsumaturi

    11.

    Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

    REKWIŻITI TA' VALUTAZZJONI U VERIFIKA

    Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' valutazzjoni u ta' verifika huma indikati f'kull kriterju.

    Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti ta' testijiet, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tiegħu u/jew mill-fornituri tagħhom, eċċ., kif xieraq.

    Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jagħmlu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.

    Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar oħra għajr dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

    Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

    Bħala prerekwiżit, il-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti legali rispettivi kollha tal-pajjiż (pajjiżi) li fih(om) il-prodott huwa maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.

    Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE jirriflettu l-prodotti li jkollhom l-aqwa prestazzjoni ambjentali fis-suq tal-għamara. Għall-faċilità tal-valutazzjoni, il-kriterji huma ffokati fuq bażi ta' “kull materjal” minħabba l-fatt li ħafna mill-prodotti tal-għamara sejjer ikun fihom biss materjal wieħed jew tnejn mill-materjali elenkati hawn fuq.

    Filwaqt li l-użu ta' prodotti kimiċi u r-rilaxx ta' sustanzi niġġiesa huma parti mill-proċess tal-produzzjoni, kull meta jkun possibbli l-użu ta' sustanzi perikolużi huwa eskluż jew limitat għall-minimu neċessarju sabiex tiġi pprovduta funzjoni adegwata u fl-istess ħin jinżammu standards stretti ta' kwalità u ta' sikurezza għall-prodotti tal-għamara. Għal dan l-għan, jingħataw il-kundizzjonijiet ta' deroga għal sustanzi speċifiċi/gruppi ta' sustanzi f'ċirkostanzi eċċezzjonali biss, meta ma jkun hemm l-ebda alternattiva vijabbli eżistenti fis-suq, sabiex il-piż ambjentali ma jintefax fuq il-fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja jew impatti oħra.

    Kriterju 1 — Deskrizzjoni tal-Prodott

    Id-disinji tekniċi li juru l-immuntar ta' partijiet/materjali komponenti u ta' partijiet/materjali subkomponenti li jiffurmaw il-prodott finali tal-għamara u d-dimensjonijiet tiegħu għandhom jiġu pprovduti lill-korp kompetenti flimkien ma' lista ta' materjali għall-prodott li għandha tiddikjara l-piż totali tal-prodott innifsu u kif dan jinqasam bejn il-materjali differenti li ġejjin: injam solidu, panewijiet abbażi tal-injam, sufra, bambù, rattan, plastiks, metalli, ġilda, drappijiet miksija, tessuti, ħġieġ u materjal għall-ikkuttunar/mili.

    Kwalunkwe materjal li jifdal li ma jaqax taħt il-kategoriji ta' hawn fuq għandu jiġi elenkat bħala materjal “ieħor”.

    Il-kwantità totali ta' materjal “ieħor” ma għandhiex taqbeż il-5 % tal-piż totali tal-prodott.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni lill-korp kompetenti li jkun fiha:

    (i)

    Disinji tekniċi li juru l-partijiet/materjali komponenti u l-partijiet/materjali subkomponenti differenti użati fl-immuntar tal-prodott tal-għamara;

    (ii)

    Lista ġenerali ta' materjali li tiddikjara l-piż totali tal-unità tal-prodott u l-mod kif il-piż ikun maqsum bejn injam solidu, panewijiet abbażi tal-injam, sufra, bambù, rattan, plastiks, metalli, ġilda, tessuti, drappijiet miksija, ħġieġ, ikkuttunar/mili u materjal “ieħor”. Il-piżijiet tal-materjali differenti għandhom jiġu espressi fi grammi jew f'kilogrammi u bħala persentaġġ tal-piż totali ta' unità tal-prodott.

    Kriterju 2 — Rekwiżit ġenerali għas-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi

    Il-preżenza fil-prodott u fi kwalunkwe partijiet/materjali komponenti tiegħu, ta' sustanzi li huma identifikati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHCs) jew sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għall-perikli elenkati fit-Tabella 1, għandhom ikunu ristretti skont il-kriterji 2.1, 2.2(a) u 2.2(b).

    Għal dan il-kriterju, il-Lista ta' Kandidati SVHCs u l-klassifikazzjoni tal-perikli CLP huma miġbura fit-Tabella 1 skont il-karatteristiċi perikolużi tagħhom.

    Tabella 1

    Raggruppament ta' perikli ristretti

    Perikli tal-Grupp 1 — SVHCs u CLP

    Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 1:

     

    Sustanza li tidher fil-Lista ta' Kandidati għas-SVHCs

     

    Karċinoġenu, Mutaġenu u/jew Tossiku għar-Riproduzzjoni (CMR) Kategorija 1 A jew 1B: H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df

    Perikli tal-Grupp 2 — CLP

    Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 2:

     

    CMR tal-Kategorija 2: H341, H351, H361f, H361d, H361fd, H362

     

    Tossiċità akkwatika tal-kategorija 1: H400, H410

     

    Tossiċità akuta tal-kategorija 1 u 2: H300, H310, H330

     

    Tossiċità mill-aspirazzjoni tal-kategorija 1: H304

     

    Tossiċità Speċifika għall-OrganI fil-Mira (STOT) tal-kategorija 1: H370, H372

     

    Sensitizzatur tal-ġilda H317 tal-Kategorija 1

    Perikli tal-Grupp 3 — CLP

    Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 3:

     

    Tossiċità akkwatiċa tal-kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413

     

    Tossiċità akuta tal-kategorija 3: H301, H311, H331, EUH070

     

    STOT tal-kategorija 2: H371, H373

    2.1.   Restrizzjoni ta' SVHCs

    Il-prodott u kwalunkwe parti/materjal komponenti tiegħu, ma għandux ikun fih SVHCs, f'konċentrazzjonijiet ikbar minn 0,10 % (piż b'piż).

    Ma għandha tingħata l-ebda deroga minn dan ir-rekwiżit lil-Lista ta' Kandidati SVHCs li jinsabu fil-prodott jew fi kwalunkwe parti/materjal komponenti tiegħu f'konċentrazzjonijiet ikbar minn 0,10 % (piż b'piż).

    It-tessuti li ngħataw l-Ekotikketta tal-UE skont il-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE (2), jitqiesu li jikkonformaw mal-kriterju 2.1.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jiġbor id-dikjarazzjonijiet tan-nuqqas ta' SVHCs fil-limitu ta' konċentrazzjoni speċifikat jew ogħla minnu għall-prodott u kwalunkwe parti/materjal użat fl-immuntar tal-prodott. Id-dikjarazzjonijiet għandu jkollhom referenza għall-aħħar verżjoni tal-Lista ta' Kandidati li ppubblikat l-ECHA (3).

    Għat-tessuti li ngħataw l-Ekotikketta tal-UE skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE, bħala prova ta' konformità jrid jiġi pprovdut ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE.

    2.2.   Restrizzjoni ta' sustanzi u taħlitiet klassifikati skont is-CLP użati fil-prodott tal-għamara

    Ir-rekwiżiti huma maqsumin f'żewġ partijiet, abbażi tal-istadju tal-produzzjoni tal-prodott tal-għamara. Il-Parti a) tirreferi għal sustanzi u taħlitiet li jintużaw matul kwalunkwe operazzjoni ta' rfinar jew ta' mmuntar li titwettaq direttament mill-manifattur tal-għamara. Il-Parti b) tirreferi għal sustanzi u taħlitiet li jintużaw matul il-produzzjoni ta' partijiet/materjali komponenti fornuti.

    It-tessuti li ngħataw l-Ekotikketta tal-UE skont il-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/350/UE jitqiesu li jikkonformaw mal-kriterji 2.2(a) u 2.2(b).

    2.2(a)   Sustanzi u taħlitiet li jintużaw mill-manifattur tal-għamara

    L-ebda adeżiv, verniċ, żebgħa, primer, kolorant tal-injam, prodott bijoċidali (bħall-preservattivi tal-injam), ritardant tal-fjammi, filler, xama', żejt, mili tal-ġonot, siġillant, kolorant, reżina jew żejt lubrikanti li jintuża direttament mill-manifattur tal-għamara ma għandu jiġi kklassifikat ma' xi wieħed mill-perikli tas-CLP elenkati fit-Tabella 1, sakemm l-użu tagħhom ma jkunx speċifikament derogat fit-Tabella 2.

    2.2(b)   Sustanzi u taħlitiet li jintużaw mill-fornituri ta' partijiet/materjali komponenti definiti

    Dan il-kriterju ma għandux japplika għal partijiet/materjali komponenti individwali minn fornituri li: (i) jiżnu inqas minn 25g u li (ii) ma jiġux f'kuntatt dirett mal-utenti waqt użu normali.

    L-ebda sustanza jew taħlita użata minn fornituri li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni definit hawn taħt ma għandha tiġi kklassifikata ma' xi wieħed mill-perikli tas-CLP elenkati fit-Tabella 1, sakemm l-użu tagħhom ma jkunx speċifikament derogat fit-Tabella 2:

    Injam solidu u panewijiet abbażi tal-injam: adeżivi, verniċi, żebgħa, koloranti tal-injam, prodotti bijoċidali (bħall-preservattivi tal-injam), primers, fillers, ritardanti tal-fjammi, xama', żjut, mili tal-ġonot, siġillanti u reżini użati.

    Plastiks: pigmenti, plastifikanti, prodotti bijoċidali u ritardanti tal-fjammi li jintużaw bħala addittivi.

    Metalli: żebgħa, primers jew verniċi li jiġu applikati fuq wiċċ il-metall.

    Tapizzerija tessili, tal-ġilda u tad-drapp miksi: koloranti, verniċi, luminanti ottiċi, stabilizzaturi, komposti awżiljarji, ritardanti tal-fjammi, plastiċizzanti, prodotti bijoċidali jew ripellanti tal-ilma/ħmieġ/tbajja' użati.

    Materjal li jintuża għall-ikkuttunar tat-tapizzerija: prodotti bijoċidali, ritardanti tal-fjammi jew plastifikanti li jiġu applikati lill-materjal.

    Tabella 2

    Derogi għar-restrizzjonijiet tal-perikli fit-Tabella 1 u l-kundizzjonijiet applikabbli

    Tip ta' sustanza/taħlita

    Applikabbiltà

    Klassifikazzjoni(jiet) derogata(i)

    Kundizzjonijiet tad-deroga

    (a)

    Prodotti bijoċidali (bħall-preservattivi tal-injam)

    Trattament ta' partijiet komponenti u/jew ta' materjali tat-tapizzerija li sejrin jintużaw fil-prodott finali

    Il-perikli kollha tal-grupp 2 u 3 elenkati fit-Tabella 1 ħlief għall-perikli CMR

    Biss jekk is-sustanza attiva li jkun fih il-prodott bijoċidali tkun approvata jew tkun qed tiġi eżaminata qabel tittieħed deċiżjoni ta' approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 jew inkluża fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, u fiċ-ċirkostanzi li ġejjin, skont kif ikun xieraq:

    i.

    Għal preservattivi użati fil-bottijiet preżenti f'formulazzjonijiet ta' kisi applikati lil partijiet/materjali komponenti ta' għamara ta' ġewwa jew ta' barra.

    ii.

    Għal preservattivi b'saff niexef preżenti f'kisi li jiġi applikat lill-għamara ta' barra biss.

    iii.

    Għal trattament għall-preservazzjoni tal-injam li għandu jintuża fl-għamara ta' barra iżda biss jekk l-injam oriġinali ma jissodisfax ir-rekwiżiti għal Durabbiltà tal-klassi 1 jew 2 skont l-EN 350.

    iv.

    Għal drappijiet tessili jew drappijiet miksija li jintużaw fi prodotti tal-għamara ta' barra.

    Verifika:

    L-applikant għandu jiddikjara liema, jekk ikun hemm, sustanzi attivi li fih il-prodott bijoċidali jkunu ġew użati fil-manifattura ta' partijiet/materjali komponenti differenti tal-għamara, appoġġjati b'dikjarazzjonijiet minn fornituri, SDSs rilevanti, numri CAS u r-riżultati minn ittestjar tal-EN 350, kif xieraq.

    (b)

    Ritardanti tal-fjammi

    Tessuti, ġilda, drappijiet miksija f'materjal li jintuża għall-kisi tat-tapizzerija tal-għamara u anke materjal għall-ikkuttunar

    H317, H373, H411, H412, H413

    Il-prodott għandu jkun intiż sabiex jintuża f'applikazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-protezzjoni min-nirien fl-istandards u fir-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku tal-ISO, tal-EN, tal-Istati Membri jew tas-settur pubbliku.

    (c)

    Ritardanti tal-fjammi/Triossidu tal-Antimonju (ATO)

    H351

    ATO huwa permess biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    i.

    Il-prodott għandu jkun intiż sabiex jintuża f'applikazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-protezzjoni min-nirien fl-istandards u r-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku tal-ISO, tal-EN, tal-Istati Membri jew tas-settur pubbliku.

    ii.

    Jintuża bħala sustanza sinerġika ma' tessuti jew ma' drappijiet miksija.

    iii.

    L-emissjonijiet fl-arja fil-postijiet tax-xogħol fejn jiġi applikat ir-ritardant tal-fjammi fuq il-prodott tessili għandhom jissodisfaw valur ta' limitu ta' esponiment okkupazzjonali ta' 0,50 mg/m3fuq medda ta' tmien sigħat.

    (d)

    Nikil

    Partijiet komponenti tal-metall

    H317, H351, H372

    Permess biss meta jintuża f'partijiet komponenti tal-azzar inossidabbli jew ibbanjati fin-nikil u meta r-rata ta' rilaxx tan-nikil tkun inqas minn 0,5 μg/cm2/fil-ġimgħa skont l-EN 1811.

    (e)

    Komposti tal-kromu

    H317, H411

    Id-deroga tapplika biss għal komposti tal-kromju III li jintużaw f'operazzjonijiet ta' elettrodepożizzjoni (eż., klorur tal-kromju III).

    (f)

    Komposti taż-żingu

    H300, H310, H330, H400, H410

    Id-deroga tapplika biss għal komposti taż-żingu li jintużaw f'operazzjonijiet ta' elettrodepożizzjoni jew ta' galvanizzar f'banju sħun (bħal, ossidu taż-żingu, klorur taż-żingu u ċjanur taż-żingu).

    (g)

    Koloranti għat-tiżbigħ u għall-istampar mhux bil-pigmenti

    Tessuti, ġilda u drappijiet miksijin f'materjal li jintuża għall-kisi tat-tapizzerija tal-għamara

    H301, H311, H317, H331

    Meta jintużaw formulazzjonijiet ta' kolorazzjoni mingħajr trab jew dożaġġ u distribuzzjoni awtomatiċi tal-koloranti mill-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa u mill-istampaturi sabiex jitnaqqas l-esponiment tal-ħaddiema.

    H411, H412, H413

    Il-proċessi tal-għoti taż-żebgħa li jagħmlu użu minn żebgħat reattivi, diretti, żebgħat tal-bittija jew tal-kubrit għandhom jissodisfaw minimu ta' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    i.

    L-użu ta' żebgħat b'affinità għolja;

    ii.

    Il-kisba ta' rata ta' rifjut ta' inqas minn 3,0 %;

    iii.

    L-użu ta' strumentazzjoni li tqabbel il-kuluri;

    iv.

    L-implimentazzjoni ta' proċeduri operattivi standard għall-proċess tal-għoti taż-żebgħa;

    v.

    L-użu tat-tneħħija tal-kulur għat-trattament tal-ilma mormi (*).

    L-użu ta' għoti tal-kulur abbażi ta' soluzzjoni u/jew stampar diġitali huma eżentati minn dawn il-kundizzjonijiet.

    (h)

    Imbjankaturi ottiċi

    Tessuti, ġilda u drappijiet miksijin f'materjal li jintuża għall-kisi tat-tapizzerija tal-għamara

    H411, H412, H413

    Is-sustanzi li joħolqu luminożità ottika jistgħu jiġu applikati biss fil-każijiet li ġejjin:

    i.

    Fl-istampar b'kulur abjad;

    ii.

    Bħala addittivi matul il-produzzjoni ta' akriliku, poliammid jew poliester b'kontenut riċiklat.

    (i)

    Repellenti tal-ilma, tal-ħmieġ u tat-tbajja'

    Użu fi kwalunkwe trattament tal-wiċċ ta' partijiet/materjali komponenti tal-għamara

    H413

    Ir-repellant u l-prodotti ta' degradazzjoni tiegħu għandhom jew:

    i.

    ikunu bijodegradabbli b'mod faċli u/jew b'mod inerenti jew

    ii.

    ikollhom potenzjal baxx ta' bijoakkumulazzjoni (Log Kow tal-koeffiċjent ta' partizzjoni ottanol/ilma ta' ≤ 3,2 jew Fattur ta' Bijokonċentrazzjoni (BCF) ta' < 100) fl-ambjent akkwatiku, inkluż fis-sediment akkwatiku.

    (j)

    Stabilizzaturi u verniċi

    Użu fil-produzzjoni ta' drapp miksi

    H411, H412, H413

    Għandu jintuża dożaġġ awtomatiku u/jew tagħmir personali protettiv sabiex jiġi minimizzat l-esponiment tal-ħaddiema. Mill-inqas 95 % ta' dawn l-addittivi għandhom juru tal-inqas degradazzjoni ta' 80 % tal-karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum bl-użu tal-metodi ta' ttestjar OECD 303 A/B u/jew ISO 11733.

    (k)

    Awżiljarji (li jinkludu trasportaturi, aġenti li jillivellaw, aġenti ta' dispersjoni, aġenti tensjoattivi, aġenti li jħaxxnu u aġenti li jorbtu)

    Użu fit-trattament ta' materjal li jintuża għall-kisi tat-tapizzerija tal-għamara (tessuti, ġilda jew drappijiet miksija)

    H301, H311, H317, H331, H371, H373, H411, H412, H413, EUH070

    Ir-riċetti għandhom jiġu fformulati bl-użu ta' sistemi ta' dożaġġ awtomatiċi u l-proċessi għandhom isegwu l-proċeduri operattivi standard.

    Sustanzi kklassifikati b'H311 jew b'H331 ma għandhomx ikunu preżenti fuq il-materjal f'konċentrazzjonijiet ikbar minn 1,0 % w/w.

    (l)

    Żebgħa, verniċi, reżini u adeżivi

    Kwalunkwe parti/materjal komponenti tal-għamara

    H304, H317, H412, H413, H371, H373

    Għandha tiġi pprovduta Skeda tad-Data tas-Sikurezza (SDS) li tiddeskrivi b'mod ċar it-Tagħmir Personali Protettiv korrett u l-proċeduri adegwati għall-ħżin, għall-immaniġġar, għall-użu u għar-rimi ta' dawn it-taħlitiet waqt l-użu u dikjarazzjoni ta' prova ta' konformità ma' dawn il-miżuri.

    H350

    Applikabbli biss għar-reżini abbażi ta' formaldeid fejn il-kontenut ta' formaldeid liberu fil-formulazzjoni tar-reżina (reżini, adeżivi u komposti għat-tisħiħ) ma jaqbiżx iż-0,2 % (w/w) kif stabbilit mill-ISO 11402 jew mill-metodoloġija ekwivalenti.

    (m)

    Żjut lubrikanti

    F'partijiet komponenti ddisinjati biex jiċċaqalqu ripetutament waqt l-użu normali

    Il-perikli kollha tal-Grupp 2 ħlief għall-perikli tas-CMR u l-perikli kollha tal-Grupp 3 elenkati fit-Tabella 1

    Il-lubrikanti għandhom jitħallew jintużaw biss jekk it-testijiet rilevanti tal-OECD jew tal-ISO jkunu jistgħu juru li huma bijodegradabbli b'mod faċli jew b'mod inerenti fl-ambjent akkwatiku, inkluż fis-sediment akkwatiku.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 2.2(a) u 2.2(b), appoġġjata, fejn xieraq, b'dikjarazzjonijiet mill-fornituri. Id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu appoġġjati b'listi ta' taħlitiet jew ta' sustanzi rilevanti li jkunu ntużaw flimkien ma' informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom.

    L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta biex tappoġġja d-dikjarazzjonijiet tal-klassifikazzjoni jew tan-nuqqas ta' klassifikazzjoni tal-periklu għal kull sustanza jew taħlita:

    (i)

    In-numru CAS, EC jew tal-lista (fejn ikun disponibbli għat-taħlitiet);

    (ii)

    Il-forma fiżika u l-istat li fih tintuża s-sustanza jew it-taħlita;

    (iii)

    Klassifikazzjonijiet armonizzati tal-periklu tas-CLP għas-sustanzi;

    (iv)

    Entraturi ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi tad-data tal-ECHA (4) dwar sustanzi reġistrati ta' REACH (jekk ma jkunx hemm klassifikazzjoni armonizzata disponibbli).

    (v)

    Klassifikazzjonijiet ta' taħlitiet skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament CLP.

    Meta jkunu qegħdin jitqiesu entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi tad-data dwar sustanzi reġistrati ta' REACH, għandha tingħata prijorità lil entrati minn sottomissjonijiet konġunti.

    Meta klassifikazzjoni tkun reġistrata bħala “b'data nieqsa” jew “inkonklużiva” skont il-bażi tad-data dwar is-sustanzi reġistrati ta' REACH, jew fejn is-sustanza tkun għadha ma ġietx reġistrata fis-sistema REACH, għandha tiġi pprovduta d-data tossikoloġika li tissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b'tali mod li tkun biżżejjed biex tappoġġja l-awtoklassifikazzjonijiet konklużivi skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-gwida ta' appoġġ tal-ECHA. Fil-każ ta' entrati fil-bażi tad-data “b'data nieqsa” jew “inkonklużiva”, l-awtoklassifikazzjonijiet għandhom jiġu verifikati u jiġu aċċettati jekk jekk ikollhom dawn is-sorsi ta' informazzjoni:

    (i)

    L-istudji tossikoloġiċi u l-valutazzjonijiet tal-periklu mill-aġenziji regolatorji bejn il-pari tal-ECHA (5), mill-korpi regolatorji tal-Istat Membru jew mill-korpi Intergovernattivi;

    (ii)

    Skeda tad-data tas-sikurezza (SDS) mimlija kompletament skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

    (iii)

    Ġudizzju espert dokumentat mogħti minn tossikoloġista professjonali. Dan għandu jkun ibbażat fuq reviżjoni tad-dokumentazzjoni xjentifika u tad-data eżistenti tal-ittestjar, meta meħtieġ appoġġjat b'riżultati ta' testijiet ġodda li jkunu saru minn laboratorji indipendenti bl-użu ta' metodi approvati mill-ECHA;

    (iv)

    Attestazzjoni, fejn xieraq, ibbażata fuq ġudizzju espert, maħruġa minn korp akkreditat ta' valutazzjoni tal-konformità li jwettaq valutazzjonijiet tal-periklu skont is-Sistema Globalment Armonizzata (GHS) tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' sustanzi kimiċi jew ta' sistemi ta' klassifikazzjoni tal-periklu CLP.

    Skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi perikolużi tas-sustanzi jew tat-taħlitiet jistgħu jinkisbu b'mezzi differenti mit-testijiet, pereżempju bl-użu ta' metodi alternattivi bħall-metodi in vitro, b'mudelli kwantitattivi ta' struttura-attività jew bl-użu tar-ragruppar jew tar-read-across.

    Għas-sustanzi u t-taħlitiet derogati elenkati fit-Tabella 2, l-applikant għandu jipprovdi evidenza li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tad-deroga.

    Il-materjali bbażati fuq it-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE għandhom jitqiesu konformi mal-kriterju 2.2(a) u 2.2(b), madankollu għandha tiġi pprovduta kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE.

    Kriterju 3 — Injam, sufra, bambù u rattan

    It-terminu “injam” ma japplikax biss għal injam solidu iżda anke għal laqx tal-injam u għal fibri tal-injam. Fejn il-kriterji jirreferu biss għal panewijiet abbażi tal-injam, dan jissemma fit-titolu ta' dawn il-kriterji.

    Il-folji tal-plastik manifatturati bil-Monomer tal-Klorur tal-Vinil (VCM) ma għandhomx jintużaw fi kwalunkwe parti tal-prodott tal-għamara.

    3.1.   Injam, sufra, bambù u rattan sostenibbli

    Dan il-kriterju għandu japplika biss meta l-kontenut tal-injam jew tal-panewijiet tal-injam jaqbeż il-5 % w/w tal-piż finali tal-prodott (mingħajr l-ippakkjar).

    L-injam, is-sufra, il-bambù u r-rattan kollu għandu jkun kopert minn ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-Kunsill Dispensier tal-Foresti (FSC), il-Programm għall-Approvazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni Forestali (PEFC) jew ekwivalenti.

    L-injam, is-sufra, il-bambù u r-rattan verġni kollu ma għandux joriġina mill-ispeċijiet GMO u għandu jkun kopert b'ċertifikati validi ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.

    Fejn skema ta' ċertifikazzjoni tippermetti t-taħlit ta' materjal mhux iċċertifikat ma' materjal iċċertifikat u/jew riċiklat fi prodott jew f'linja ta' produzzjoni, minimu ta' 70 % tal-injam, tas-sufra, tal-bambù jew tal-materjal tar-rattan, kif xieraq għandu jkun materjal iċċertifikat bħala verġni u/jew materjal riċiklat sostenibbli.

    Il-materjal mhux ċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb b'mod legali u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.

    Il-korpi ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina tal-kustodja għandhom ikunu akkreditati jew rikonoxxuti minn dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġjata b'ċertifikati validi, tal-katina tal-kustodja ċċertifikati b'mod indipendenti għall-injam, għas-sufra, għall-bambù jew għall-materjal tar-rattan kollu użat fil-prodott jew fil-linja tal-produzzjoni u turi li tal-inqas 70 % tal-materjal joriġina minn foresti jew minn żoni ġestiti skont il-prinċipji tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Forestrija u/jew minn sorsi riċiklati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-iskema rilevanti indipendenti tal-katina tal-kustodja. Il-FSC, il-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala ċertifikazzjoni aċċettabbli ta' parti terza indipendenti. Jekk l-iskema ma teħtieġx speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux GMO, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex jintwera dan.

    Jekk il-prodott jew il-linja tal-produzzjoni tkun tinkludi materjal verġni mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward ta' materjal mhux iċċertifikat.

    3.2.   Sustanzi ristretti

    Minbarra l-kundizzjonijiet Ġenerali dwar sustanzi perikolużi stabbiliti fil-kriterju 2, il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw speċifikament għal kwalunkwe parti komponenti tal-għamara li tkun magħmula mill-injam, mis-sufra, mill-bambù jew mir-rattan jew speċifikament sempliċiment għall-panewijiet abbażi tal-injam fejn it-terminu tal-aħħar jissemma fit-titolu tal-kriterju:

    3.2(a)   Kontaminanti f'injam riċiklat użat f'panewijiet abbażi tal-injam

    Kwalunkwe fibra tal-injam jew laqx tal-injam riċiklati użati fil-manifattura ta' panewijiet abbażi tal-injam għandhom jiġu ttestjati skont l-istandard tal-Federazzjoni Ewropea tat-Twavel (EPF) għall-kundizzjonijiet tal-kunsinna ta' injam riċiklat (6) u jkunu konformi mal-limiti għal kontaminanti kif elenkat fit-Tabella 3.

    Tabella 3

    Limiti għal kontaminanti f'injam riċiklat

    Kontaminant

    Valuri ta' limitu

    (mg/kg ta' injam riċiklat)

    Kontaminant

    Valuri ta' limitu

    (mg/kg ta' injam riċiklat)

    Arseniku (As)

    25

    Merkurju (Hg)

    25

    Kadmju (Cd)

    50

    Fluworu (F)

    100

    Kromju (Cr)

    25

    Kloru (Cl)

    1 000

    Ram (Cu)

    40

    Pentaklorofenol (PCP)

    5

    Ċomb (Pb)

    90

    Krijożat (Benżo(a)piren)

    0,5

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi jew:

    (i)

    Dikjarazzjoni mill-manifattur tal-panew abbażi tal-injam li fil-panew ma jkunu ntużaw l-ebda fibri ta' injam riċiklat, jew

    (ii)

    Dikjarazzjoni mill-manifattur tal-panew abbażi tal-injam li l-fibri tal-injam riċiklat użati jkunu ġew ittestjati b'mod rappreżentattiv skont l-“Istandard tal-EPF għall-kundizzjonijiet tal-kunsinna ta' injam riċiklat” tal-2002, appoġġjata b'rapporti xierqa ta' testijiet li juru l-konformità tal-kampjuni tal-injam riċiklat mal-limiti speċifikati fit-Tabella 3.

    (iii)

    Dikjarazzjoni mill-manifattur tal-panew abbażi tal-injam li l-fibri kollha tal-injam riċiklat użati jkunu ġew ittestjati b'mod rappreżentattiv skont standards ekwivalenti oħra li għandhom limiti ugwali jew iktar stretti mill-“Istandard tal-EPF għall-kundizzjonijiet tal-kunsinna ta' injam riċiklat” tal-2002, appoġġjata b'rapporti xierqa ta' testijiet li juru l-konformità tal-kampjuni tal-injam riċiklat mal-limiti speċifikati fit-Tabella 3.

    3.2(b)   Metalli tqal fiż-żebgħa, fil-primers u fil-verniċi

    Żebgħa, primers jew verniċi li jintużaw fuq l-injam jew fuq materjal abbażi ta' injam ma għandhomx ikun fihom sustanzi abbażi tal-kadmju, taċ-ċomb, tal-kromju VI, tal-merkurju, tal-arseniku jew tas-selenju, f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu l-0,010 % w/w għal kull metall individwali li jinsab fil-bottijiet tal-formulazzjoni taż-żebgħa, tal-primer jew tal-verniċ.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju u jipprovdi l-SDS rispettiva mill-fornituri taż-żebgħa, tal-primers u/jew tal-verniċi użati.

    3.2(c)   Kontenut ta' KOV fiż-żebgħa, fil-primers u fil-verniċi

    Dan il-kriterju ma japplikax għall-uċuħ tal-injam li ma jkunux ittrattati jew għall-uċuħ tal-injam naturali trattati bis-sapun, bix-xama' jew biż-żejt.

    Dan il-kriterju għandu japplika biss meta l-kontenut tal-injam jew tal-panewijiet tal-injam miksija (esklużi uċuħ tal-injam li ma jkunux ittrattati jew uċuħ tal-injam naturali trattati bis-sapun, bix-xama' jew biż-żejt) jaqbeż il-5 % w/w fil-prodott finali tal-għamara (mingħajr l-ippakkjar).

    Ir-rekwiżiti ta' dan il-kriterju ma għandhomx għalfejn jiġu ssodisfati jekk tkun tista' tintwera konformità mal-kriterju 9.5.

    Il-kontenut ta' KOV fi kwalunkwe żebgħa, primer jew verniċ użat għall-kisi ta' kwalunkwe injam jew panewijiet abbażi tal-injam użati fil-prodott tal-għamara ma għandux jaqbeż il-5 % (konċentrazzjoni fil-bott).

    Madankollu, jista' jintuża kisi b'KOV ogħla, jekk ikun jista' jintwera li jew:

    Il-kwantità totali ta' KOV fiż-żebgħa, fil-primer jew fil-verniċ użat matul l-operazzjoni ta' kisi tammonta għal inqas minn 30 g/m2 tal-erja tal-wiċċ miksi, jew

    Il-kwantità totali ta' KOV fiż-żebgħa, fil-primer jew fil-verniċ użata matul l-operazzjoni ta' kisi hija bejn it-30 u s-60 g/m2 tal-erja tal-wiċċ miksi u li l-kwalità tal-finitura tal-wiċċ tissodisfa rekwiżiti kollha stabbiliti fit-Tabella 4.

    Tabella 4

    Rekwiżiti tal-kwalità tal-finitura tal-wiċċ jekk ir-rata ta' applikazzjoni tal-KOV tkun bejn it-30-60 g/m2

    Standard tat-test

    Kundizzjoni

    Riżultat meħtieġ

    EN 12720. Għamara — Valutazzjoni tar-reżistenza tal-wiċċ għal likwidi kesħin

    Kuntatt mal-ilma

    L-ebda tibdil wara kuntatt ta' 24 siegħa

    Kuntatt mal-griż (grease)

    L-ebda tibdil wara kuntatt ta' 24 siegħa

    Kuntatt mal-alkoħol

    L-ebda tibdil wara kuntatt ta' 1 siegħa

    Kuntatt mal-kafè

    L-ebda tibdil wara kuntatt ta' 1 siegħa

    EN 12721. Għamara — Valutazzjoni tar-reżistenza ta' wiċċ għal sħana umda

    Kuntatt ma' sors ta' sħana ta' 70 °C

    L-ebda tibdil wara l-ittestjar

    EN 12722. Għamara — Valutazzjoni tar-reżistenza ta' wiċċ għal sħana xotta

    Kuntatt ma' sors ta' sħana ta' 70 °C

    L-ebda tibdil wara l-ittestjar

    EN 15186. Għamara — Valutazzjoni tar-reżistenza tal-wiċċ għall-grif

    Kuntatt ma' ponta tal-grif ta' djamant

    Metodu A: l-ebda grif ta' ≥ 0,30 mm wara l-applikazzjoni ta' tagħbija ta' 5N jew,

    Metodu B: l-ebda grif viżibbli f'≥ 6 slots fil-mudell tal-wiri wara l-applikazzjoni ta' tagħbija ta' 5N

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità, li tispeċifika jekk il-konformità tkunx inkisbet għaliex il-prodott tal-għamara huwa eżenti mill-kriterju jew jekk tkunx inkisbet bl-użu kkontrollat ta' KOV fl-operazzjoni ta' kisi.

    Fl-aħħar każ, id-dikjarazzjoni mill-applikant għandha tkun appoġġjata b'informazzjoni mill-fornitur taż-żebgħa, tal-primer jew tal-verniċ li tiddikjara l-kontenut u d-densità tal-KOV taż-żebgħa, tal-primer jew tal-verniċ (it-tnejn f'g/L) u kalkolu tal-kontenut effettiv f'perċentwali tal-KOV.

    Jekk il-kontenut tal-KOV taż-żebgħa, tal-primer jew tal-verniċ ikun ikbar minn 5 % (konċentrazzjoni fil-bott), allura l-applikant għandu jew:

    (i)

    Jipprovdi kalkoli li juru li l-kwantità effettiva ta' KOV applikati lill-erja tal-wiċċ miksi tal-għamara finali mmuntata hija ta' inqas minn 30 g/m2, skont il-gwida pprovduta fl-Appendiċi I.

    (ii)

    Jipprovdi kalkoli li juru li l-kwantità effettiva ta' KOV applikati lill-erja tal-wiċċ miksi tal-għamara finali mmuntata hija ta' inqas minn 60 g/m2, skont il-gwida pprovduta fl-Appendiċi I u jipprovdi rapporti ta' testijiet li juru konformità tal-finituri tal-wiċċ mar-rekwiżiti tat-Tabella 4.

    3.3.   Emissjonijiet ta' formaldeid minn panewijiet abbażi tal-injam

    Dan il-kriterju għandu japplika biss meta l-kontenut tal-panewijiet tal-injam fil-prodott finali tal-għamara (mingħajr l-ippakkjar) jaqbeż il-5 % w/w.

    Emissjonijiet ta' formaldeid mill-panewijiet kollha fornuti abbażi tal-injam, fil-forma li jintużaw fil-prodott tal-għamara (fi kliem ieħor, mingħajr wiċċ, miksija, koperti, verniċċati), u li kienu ġew manifatturati bl-użu ta' reżini abbażi ta' formaldeid għandhom jew:

    Ikunu inqas minn 50 % tal-valur limitu li jippermettilhom li jkunu kklassifikati bħala E1.

    Ikunu inqas minn 65 % tal-valur limitu ta' E1, fil-każ ta' panewijiet tal-Fajberbord ta' Densità Medja (MDF).

    Ikunu inqas mil-limiti stabbiliti fl-istandard CARB tal-Fażi II jew fl-istandard Japanese F-3 star jew F-4 star.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, li tiddikjara li l-applikant ma applika l-ebda modifika jew trattament fuq il-panewijiet li tipperikola l-konformità tagħhom mal-limiti ta' emissjonijiet tal-formaldeid tal-panewijiet fl-istat li jkunu ġew fornuti. Il-valutazzjoni u l-verifika ta' panewijiet b'emissjonijiet baxxi ta' formaldeid għandha tvarja skont l-iskema ta' ċertifikazzjoni li taqa' taħtha. Id-dokumentazzjoni ta' verifika meħtieġa għal kull skema hija deskritta fit-Tabella 5.

    Tabella 5

    Valutazzjoni u verifika ta' panewijiet b'emissjonijiet baxxi ta' formaldeid

    Skema ta' ċertifikazzjoni

    Dokumentazzjoni ta' verifika

    E1 (kif definit fl-Anness B ta' EN 13986)

    Dikjarazzjoni mill-manifattur tal-panew abbażi tal-injam li tgħid li l-panew huwa konformi ma' 50 % tal-limiti tal-emissjonijiet ta' E1 jew, fil-każ ta' panewijiet tal-MDF, ma' 65 % tal-limiti tal-emissjonijiet, appoġġjata b'rapporti ta' testijiet li jkunu saru jew skont EN 717-2, EN 120, EN 717-1 jew b'metodi ekwivalenti.

    CARB — California Air Resources Board: Limiti tal-Fażi II

    Dikjarazzjoni mill-manifattur tal-panew abbażi tal-injam, appoġġjata b'riżultati ta' testijiet skont l-ASTM E1333 jew l-ASTM D6007, li juru li l-panew huwa konformi mal-limiti tal-emissjonijiet tal-Fażi II ta' formaldeid definiti fir-Regolament 93120 California Composite Wood Products (7).

    Il-panew abbażi tal-injam jista' jingħata tikketta skont is-Sezzjoni 93120.3(e), li jkun fiha dettalji dwar l-isem tal-manifattur, in-numru tal-lott tal-prodott, u n-numru CARB assenjat liċ-ċertifikatur terz (din il-parti mhijiex obbligatorja jekk il-prodotti jinbiegħu barra mill-Kalifornja jew jekk dawn kienu magħmula mingħajr ebda formaldeid miżjud jew bl-użu ta' ċerti reżini abbażi ta' formaldeid b'emissjonijiet ultra-baxxi).

    Limiti ta' F-3 jew ta' 4 star

    Dikjarazzjoni mill-manifattur tal-panew abbażi tal-injam b'konformità mal-limiti tal-emissjonijiet ta' formaldeid skont JIS A 5905 (għall-fajberbord) jew skont JIS A 5908 (għall-bord tal-partikuli u għall-plywood), appoġġjata b'data minn testijiet skont il-metodu dessikatur JIS A 1460

    Kriterju 4 — Plastiks

    Il-plastik manifatturat bil-Monomer tal-Klorur tal-Vinil (VCM) ma għandux jintuża fi kwalunkwe parti tal-prodott tal-għamara.

    4.1.   Immarkar tal-partijiet komponenti tal-plastik

    Parts tal-plastik b'massa ta' iktar minn 100 g għandhom jiġu mmarkati skont EN ISO 11469 u EN ISO 1043 (partijiet 1-4). L-għoli tal-ittri użati fl-immarkar għandu tal-inqas ikun 2,5 mm.

    Meta b'mod intenzjonali fil-plastik jiġu inkorporati xi fillers, ritardanti tal-fjammi jew plastiċizzanti fi proporzjonijiet ikbar minn 1 % w/w, il-preżenza tagħhom għandha tiġi inkluża wkoll fl-immarkar skont EN ISO 1043 partijiet 2-4.

    F'każijiet eċċezzjonali, in-nuqqas ta' mmarkar ta' parts tal-plastik b'piż ikbar minn 100 g huwa permess jekk:

    L-immarkar jista' jħalli impatt fuq il-prestazzjoni jew fuq il-funzjonalità tal-part tal-plastik;

    Meta l-immarkar ma jkunx teknikament possibbli minħabba l-metodu tal-produzzjoni;

    Meta l-parts ma jkunux jistgħu jiġu mmarkati minħabba nuqqas ta' spazju xieraq għall-immarkar li jkun biżżejjed biex id-daqs tat-tipa jkun leġibbli biex ikun jista' jiġi identifikat minn operatur tar-riċiklaġġ.

    Fil-każijiet ta' hawn fuq, fejn ikun permess nuqqas ta' mmarkar, iktar dettalji dwar it-tip ta' polimeru u dwar kwalunkwe addittiv skont ir-rekwiżiti tal-EN ISO 11469 u tal-EN ISO 1043 (partijiet 1-4) għandhom jiġu inklużi mal-informazzjoni għall-konsumatur imsemmija fil-kriterju 10.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, li telenka l-partijiet komponenti kollha tal-plastik b'piż ikbar minn 100 g fil-prodott tal-għamara u li tgħid jekk dawn ikunux ġew immarkati skont l-EN ISO 11469 u l-EN ISO 1043 (partijiet 1-4) jew le.

    L-immarkar ta' kwalunkwe parti komponenti tal-plastik għandu jkun viżibbli b'mod ċar fuq eżami viżwali tal-parti komponenti tal-plastik. L-immarkar mhux bilfors irid ikun jidher b'mod ċar fil-prodott finali mmuntat tal-għamara.

    Jekk ikun hemm xi parts tal-plastik b'piż ikbar minn 100 g li ma jkunux ġew immarkati, l-applikant għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta' immarkar u jindika l-post fejn l-informazzjoni rilevanti tkun ġiet inkluża fl-informazzjoni għall-konsumatur.

    F'każijiet ta' dubju dwar in-natura tal-plastik għall-partijiet komponenti b'piż ikbar minn 100 g u fil-każ li l-fornituri ma jagħtux l-informazzjoni meħtieġa, għandha tiġi pprovduta data minn testijiet tal-laboratorju li jkunu użaw spektroskopija infraħamra jew Raman jew xi tekniki analitiċi xierqa oħra biex tiġi identifikata n-natura tal-polimeru tal-plastik u l-kwantità ta' mili jew ta' addittivi oħra, bħala evidenza ta' sostenn tal-immarkar EN ISO 11469 u EN ISO 1043.

    4.2.   Sustanzi ristretti

    Minbarra r-rekwiżiti ġenerali għal sustanzi perikolużi stabbiliti fil-Kriterju 2, il-kundizzjonijiet elenkati hawn taħt għandhom japplikaw għal partijiet komponenti tal-plastik.

    4.2(a)   Metalli tqal f'addittivi tal-plastik

    Il-partijiet komponenti tal-plastik u s-saffi tal-wiċċ ma għandhomx ikunu ġew manifatturati bl-użu ta' addittivi li fihom komposti tal-kadmju (Cd), tal-kromju VI (CrVI), taċ-ċomb (Pb), tal-merkurju (Hg) jew tal-landa (Sn).

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.

    Fejn jintuża biss plastik verġni, għandha tiġi aċċettata dikjarazzjoni mill-fornitur tal-materjal tal-plastik verġni li tgħid li ma jkunu ntużaw l-ebda addittivi li fihom il-kadmju, il-kromju VI, iċ-ċomb, il-merkurju jew il-landa.

    Fejn il-plastik verġni jkun ġie kkombinat ma' materjal tal-plastik qabel l-użu mill-konsumatur minn sorsi magħrufa u/jew ma' polietilentereftalat (PET), polisterin (PS), polietilen (PE) jew polipropilen (PP) wara l-użu mill-utenti finali (postkonsumatur) minn skemi ta' ġbir muniċipali, għandha tiġi aċċettata dikjarazzjoni mill-fornitur tal-materjal tal-plastik riċiklat li tgħid li ma jkunu ġew intenzjonalment miżjuda l-ebda komposti li fihom il-kadmju, il-kromju VI, iċ-ċomb, il-merkurju jew il-landa.

    Jekk il-fornitur ma jipprovdix dikjarazzjonijiet xierqa, jew fejn il-plastik verġni jiġi kkombinat ma' materjal riċiklat qabel l-użu mill-konsumatur minn sorsi mħallta jew mhux magħrufa, l-ittestjar rappreżentattiv tal-partijiet komponenti tal-plastik għandu juri konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Tabella 6.

    Tabella 6

    Valutazzjoni u verifika ta' impuritajiet ta' metalli tqal fil-plastik

    Metall

    Metodu

    Limitu (mg/kg)

    Verġni

    Riċiklat

    Cd

    XRF (Fluworexxenza bir-Raġġi X) jew diġestjoni bl-aċidi segwita minn spettrofotometrija bil-plażma kkupjata b'mod induttiv jew ta' assorbiment atomiku jew metodi ekwivalenti oħra għall-kejl tal-kontenut totali tal-metall

    100

    1 000

    Pb

    100

    1 000

    Sn

    100

    1 000

    Hg

    100

    1 000

    CrVI

    EN 71-3

    0,020

    0,20

    4.3.   Kontenut ta' plastik riċiklat

    Dan il-kriterju għandu japplika biss jekk il-kontenut totali ta' materjal tal-plastik fil-prodott tal-għamara jaqbeż l-20 % tal-piż totali tal-prodott (mingħajr l-ippakkjar).

    Il-kontenut medju riċiklat ta' parts tal-plastik (li ma jinkludix l-ippakkjar) għandu jkun mill-inqas 30 % w/w.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur(i) tal-plastik li tiddikjara l-kontenut medju riċiklat fil-prodott finali tal-għamara. Fejn partijiet komponenti tal-plastik ikunu ġejjin minn sorsi jew minn fornituri differenti, il-kontenut medju riċiklat għandu jiġi kkalkolat għal kull sors tal-plastik u għandu jiġi ddikjarat il-kontenut globali medju riċiklat tal-plastik fil-prodott finali tal-għamara.

    Id-dikjarazzjoni tal-kontenut riċiklat mill-manifattur(i) tal-plastik għandha tkun appoġġjata b'dokumentazzjoni ta' traċċabbiltà għal materjal riċiklat tal-plastik. Opzjoni oħra tkun li tingħata informazzjoni dwar il-kunsinna tal-lott skont il-qafas stabbilit fit-Tabella 1 tal-EN 15343.

    Kriterju 5 — Metalli

    Minbarra r-rekwiżiti ġenerali għal sustanzi perikolużi stabbiliti fil-Kriterju 2, il-kundizzjonijiet elenkati hawn taħt għandhom japplikaw għal partijiet komponenti tal-metall fil-prodott tal-għamara.

    5.1.   Restrizzjonijiet fuq l-elettrodepożizzjoni

    Il-kromju VI jew il-kadmju ma għandhomx jintużaw għal operazzjonijiet ta' elettrodepożizzjoni ta' kwalunkwe parti komponenti tal-metall użata fil-prodott finali tal-għamara

    In-nikel għandu jitħalla jintuża biss f'operazzjonijiet ta' elettrodepożizzjoni jekk ir-rata ta' rilaxx tan-nikel mill-parti komponenti ta' elettrodepożizzjoni tkun inqas minn 0,5 μg/cm2/fil-ġimgħa skont EN 1811.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur tal-parti(jiet) komponenti tal-metall li tgħid li ma jkun intuża l-ebda trattament ta' elettrodepożizzjoni li jinvolvi sustanzi tal-kromju VI jew tal-kadmju fuq xi parti komponenti tal-metall.

    Jekk in-nikel ikun intuża f'operazzjonijiet ta' elettrodepożizzjoni, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur tal-partijiet komponenti tal-metall, appoġġjata b'rapport tat-test skont EN 1811 fejn ir-riżultati juru rati ta' ta' rilaxx tan-nikel ta' inqas minn 0,5 μg/cm2/fil-ġimgħa.

    5.2.   Metalli tqal fiż-żebgħa, fil-primers u fil-verniċi

    Żebgħa, primers jew verniċi li jintużaw fuq partijiet komponenti tal-metall ma għandhomx ikun fihom addittivi abbażi tal-kadmju, taċ-ċomb, tal-kromju VI, tal-merkurju, tal-arseniku jew tas-selenju, f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu 0,010 % w/w għal kull metall individwali li jinsab fil-bottijiet tal-formulazzjoni taż-żebgħa, tal-primer jew tal-verniċ.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju u jipprovdi l-SDS rispettiva mill-fornituri taż-żebgħa, tal-primers u/jew tal-verniċi użati.

    5.3.   Kontenut ta' KOV fiż-żebgħa, fil-primers u fil-verniċi

    Dan is-subkriterju għandu japplika biss meta l-kontenut tal-partijiet komponenti miksija tal-metall (mingħajr l-ippakkjar) jaqbeż il-5 % w/w fil-prodott finali tal-għamara.

    Ir-rekwiżiti ta' dan is-subkriterju ma għandhomx għalfejn jiġu ssodisfati jekk tkun tista' tintwera konformità mal-kriterju 9.5.

    Il-kontenut ta' KOV ta' kwalunkwe żebgħa, primer jew verniċ użat għall-kisi ta' kwalunkwe parti komponenti tal-metall użata fil-prodott tal-għamara ma għandux jaqbeż il-5 % (konċentrazzjoni fil-bott).

    Madankollu, jista' jintuża kisi b'KOV ogħla, jekk ikun jista' jintwera li jew:

    Il-kwantità totali ta' KOV fiż-żebgħa, fil-primer jew fil-verniċ użat matul l-operazzjoni ta' kisi tammonta għal inqas minn 30 g/m2 tal-erja tal-wiċċ miksi, jew

    Il-kwantità totali ta' KOV fil-volum taż-żebgħa, tal-primer jew tal-verniċ li jintuża matul l-operazzjoni ta' kisi hija bejn 30 u 60 g/m2 mill-erja tal-wiċċ miksi u li l-kwalità tal-finitura tal-wiċċ tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fit-Tabella 7.

    Tabella 7

    Rekwiżiti tal-kwalità tal-finitura tal-wiċċ jekk ir-rata ta' applikazzjoni tal-KOV tkun bejn it-30-60 g/m2

    Standard tat-test

    Kundizzjoni

    Riżultat meħtieġ

    EN 12720. Għamara — Valutazzjoni tar-reżistenza tal-wiċċ għal likwidi kesħin

    Kuntatt mal-ilma

    L-ebda tibdil wara kuntatt ta' 24 siegħa

    Kuntatt mal-griż (grease)

    L-ebda tibdil wara kuntatt ta' 24 siegħa

    Kuntatt mal-alkoħol

    L-ebda tibdil wara kuntatt ta' 1 siegħa

    Kuntatt mal-kafè

    L-ebda tibdil wara kuntatt ta' 1 siegħa

    EN 12721. Għamara — Valutazzjoni tar-reżistenza ta' wiċċ għal sħana umda

    Kuntatt ma' sors ta' sħana ta' 70 °C

    L-ebda tibdil wara l-ittestjar

    EN 12722. Għamara — Valutazzjoni tar-reżistenza ta' wiċċ għal sħana xotta

    Kuntatt ma' sors ta' sħana ta' 70 °C

    L-ebda tibdil wara l-ittestjar

    EN 15186. Għamara — Valutazzjoni tar-reżistenza tal-wiċċ għall-grif

    Kuntatt ma' ponta tal-grif ta' djamant

    Metodu A: l-ebda grif ta' ≥ 0,30 mm wara l-applikazzjoni ta' tagħbija ta' 5N jew,

    Metodu B: l-ebda grif viżibbli f'≥ 6 slots fil-mudell tal-wiri wara l-applikazzjoni ta' tagħbija ta' 5N

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità, li tispeċifika jekk il-konformità tkunx inkisbet għaliex il-prodott tal-għamara huwa eżenti mill-kriterju jew jekk tkunx inkisbet bl-użu kkontrollat ta' KOV fl-operazzjoni ta' kisi.

    Fl-aħħar każ, id-dikjarazzjoni mill-applikant għandha tkun appoġġjata b'informazzjoni mill-fornitur taż-żebgħa, tal-primer jew tal-verniċ li tiddikjara l-kontenut u d-densità tal-KOV taż-żebgħa, tal-primer jew tal-verniċ (it-tnejn f'g/L) u kalkolu tal-kontenut effettiv f'perċentwali tal-KOV.

    Jekk il-kontenut tal-KOV taż-żebgħa, tal-primer jew tal-verniċ ikun ikbar minn 5 % (konċentrazzjoni fil-bott), allura l-applikant għandu jew:

    Jipprovdi kalkoli li juru li l-kwantità effettiva ta' KOV applikati lill-erja tal-wiċċ miksi tal-għamara finali mmuntata hija ta' inqas minn 30 g/m2, skont il-gwida pprovduta fl-Appendiċi I.

    Jipprovdi kalkoli li juru li l-kwantità effettiva ta' KOV applikata lill-erja tal-wiċċ miksi tal-prodott tal-għamara finali mmuntat hija ta' inqas minn 60 g/m2, skont il-gwida pprovduta fl-Appendiċi I u jipprovdi rapporti ta' testijiet li juru l-konformità tal-finituri tal-wiċċ mar-rekwiżiti tat-Tabella 7.

    Kriterju 6 — Materjal Li Jintuża għall-Kisi għat-Tapizzerija

    Il-materjal ta' kisi għat-tapizzerija manifatturat bil-Monomer tal-Klorur tal-Vinil (VCM) ma għandux jintuża fi kwalunkwe parti tal-prodott tal-għamara.

    6.1.   Rekwiżiti dwar il-kwalità fiżika

    Kwalunkwe ġilda użata bħala materjal ta' kisi għat-tapizzerija għandha tkun konformi mar-rekwiżiti dwar il-kwalitajiet fiżiċi ppreżentati fl-Appendiċi II.

    Kwalunkwe tessut li jintuża bħala materjal ta' kisi għat-tapizzerija għandu jkun konformi mar-rekwiżiti dwar il-kwalitajiet fiżiċi ppreżentati fit-Tabella 8.

    Kwalunkwe drapp miksi li jintuża bħala materjal għall-kisi tat-tapizzerija għandu jkun konformi mar-rekwiżiti dwar il-kwalitajiet fiżiċi ddikjarati fit-Tabella 9.

    Tabella 8

    Rekwiżiti fiżiċi għal materjal ta' kisi għal drappijiet tessili f'tapizzerija tal-għamara

    Fattur tat-test

    Metodu

    Kisi li jinqala u li jinħasel

    Kisi li jista' jitneħħa u li ma jinħasilx

    Bidliet dimensjonali matul il-ħasil u t-tnixxif

    Ħasil domestiku: ISO 6330 + EN ISO 5077 (tliet ħasliet f'temperaturi kif indikat fuq il-prodott u tnixxif bit-tumble drier wara kull ċiklu ta' ħasil)

    Ħasil kummerċjali: ISO 15797 + EN ISO 5077 (f'minimu ta' 75 °C)

    drappijiet minsuġa li jintużaw għat-tapizzerija tal-għamara: ± 2,0 %

    drappijiet minsuġa li jintużaw għall-kisi tal-mili tal-għamara: ± 3,0 %

    kisi tal-mili mhux minsuġ tal-għamara: ± 5,0 %

    drappijiet mhux minsuġa li jintużaw għat-tapizzerija tal-għamara: ± 6,0 %

    Mhux applikabbli

    Iż-żamma tal-kulur fil-ħasil

    Ħasil domestiku: ISO 105-C06

    Ħasil kummerċjali: ISO 15797 + ISO 105-C06 (f'minimu ta' 75 °C)

    ≥ livell 3-4 għal tibdil fil-kulur

    ≥ livell 3-4 għat-tbajja'

    Mhux applikabbli

    Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik fl-imxarrab (**)

    ISO 105 X12

    ≥ livell 2-3

    ≥ livell 2-3

    Iż-żamma tal-kulur fit-tagħrik fin-niexef (**)

    ISO 105 X12

    ≥ livell 4

    ≥ livell 4

    Iż-żamma tal-kulur fid-dawl

    ISO 105 B02

    ≥ livell 5 (***)

    ≥ livell 5 (***)

    Ir-reżistenza tad-drappijiet għall-ifformar f'għamla ta' pilloli u għall-brix

    Prodotti maħduma bil-labar u mhux minsuġa: ISO 12945-1

    Drappijiet minsuġa: ISO 12945-2

    ISO 12945-1 riżultat > 3

    ISO 12945-2 riżultat > 3

    ISO 12945-1 riżultat > 3

    ISO 12945-2 riżultat > 3


    Tabella 9

    Rekwiżiti fiżiċi għal materjal li jintuża għall-kisi ta' drappijiet miksija f'tapizzerija tal-għamara

    Proprjetà

    Metodu

    Rekwiżit

    Saħħa tensili

    ISO 1421

    CH ≥ 35daN u TR ≥ 20daN

    Reżistenza għat-tiċrit tad-drappijiet miksija bil-metodu tat-tiċrit tal-qliezet (trouser tear method)

    ISO 13937/2

    CH ≥ 2,5daN u TR ≥ 2daN

    Iż-żamma tal-kulur wara esponiment għal kundizzjonijiet artifiċjali tat-temp — it-test tal-lampa bl-ark tal-ksenon

    EN ISO 105-B02

    Użu fuq ġewwa ≥ 6;

    Użu fuq barra ≥ 7

    Tessuti — reżistenza għall-brix bil-metodu Martindale

    ISO 5470/2

    ≥ 75 000

    Determinazzjoni tal-adeżjoni tal-kisi

    EN 2411

    CH ≥ 1,5daN u TR ≥ 1,5daN

    Fejn: daN = deca Newtons, CH = Warp u TR = Weft

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur tal-ġilda, mill-fornitur tad-drappijiet tessili jew tad-drappijiet miksija, kif xieraq, appoġġjata b'rapporti ta' testijiet rilevanti, li jiddikjaraw li l-materjal ta' kisi għat-tapizzerija jissodisfa r-rekwiżiti fiżiċi għall-ġilda, għad-drappijiet tessili jew għad-drappijiet miksija kif speċifikat fl-Appendiċi II, fit-Tabella 8 jew fit-Tabella 9 rispettivament.

    Materjali bbażati fuq it-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE għandhom jitqiesu bħala konformi ma' dan il-kriterju, madankollu għandha tiġi pprovduta kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE.

    6.2.   Rekwiżiti dwar ittestjar kimiku

    Dan il-kriterju japplika għall-materjal li jintuża għall-kisi tat-tapizzerija fil-forma finali trattata kif sejjer ikun qiegħed jintuża fil-prodott tal-għamara. Minbarra l-kundizzjonijiet ġenerali dwar sustanzi perikolużi stabbiliti fil-kriterju 2, ir-restrizzjonijiet li ġejjin elenkati fit-Tabella 10 għandhom japplikaw speċifikament għal materjal li jintuża għall-kisi tat-tapizzerija:

    Tabella 10

    Rekwiżiti dwar ittestjar kimiku għall-materjal tal-ġilda, tat-tessuti u tad-drapp miksi li jintuża għall-kisi

    Sustanza kimika

    Applikabbiltà

    Limiti (mg/kg)

    Metodu tal-ittestjar

    Arilammini ristretti mit-tifriq ta' komposti ta' koloranti ażo (****)

    Ġilda

    ≤ 30 għal kull ammina (****)

    EN ISO 17234-1

    Tessuti u drappijiet miksija

    EN ISO 14362-1 u EN ISO 14362-3

    Kromju VI

    Ġilda

    < 3 (*****)

    EN ISO 17075

    Formaldeid liberu

    Ġilda

    ≤ 20 (għall-għamara tat-tfal) (******) jew ≤ 75 għal għamara oħra

    EN ISO 17226-1

    Tessuti u drappijiet miksija

    EN ISO 14184-1

    Metalli tqal estrattibbli

    Ġilda

    Arseniku ≤ 1,0

    Antimonju ≤ 30,0

    EN ISO 17072-1

    Kromu ≤ 200,0

    Kadmju ≤ 0,1

    Kobalt ≤ 4,0

    Ram ≤ 50,0

    Ċomb ≤ 1,0

    Merkurju ≤ 0,02

    Nikil ≤ 1,0

     

    Tessuti u drappijiet miksija

    Arseniku ≤ 1,0

    Antimonju ≤ 30,0 (*******)

    ISO 105 E04

    Kromu ≤ 2,0

    Kadmju ≤ 0,1

    Kobalt ≤ 4,0

    Ram ≤ 50,0

    Ċomb ≤ 1,0

    Merkurju ≤ 0,02

    Nikil ≤ 1,0

     

    Klorofenoli

    Ġilda

    Pentaklorofenol ≤ 0,1 mg/kg

    Tetraklorofenol ≤ 0,1 mg/kg

    EN ISO 17070

    Alkilfenoli

    Ġilda, tessuti u drappijiet miksija

    Nonilfenol, isomeri mħallta (Nru CAS 25154-52-3);

    4-Nonilfenol (Nru CAS 104-40-5)

    4-Nonilfenol, bil-friegħi (Nru CAS 84852-15-3)

    Ottilfenol (Nru CAS 27193-28-8)

    4-Ottilfenol (Nru CAS 1806-26-4)

    4-tert-Ottilfenol (Nru CAS 140-66-9)

    Alkilfenoletossilati (APEOs) u d-derivattivi tagħhom:

     

    Fenol tal-ottil poliossietilat (Nru CAS 9002-93-1)

     

    Fenol tan-nonil poliossietilat (Nru CAS 9016-45-9)

     

    Fenon tal-P-nonil poliossietilat (Nru CAS 26027-38-3)

    Valur limitu tas-somma totali:

     

    ≤ 25 mg/kg — tessuti jew drappijiet miksija

     

    ≤ 100 mg/kg — ġilda

    Għall-ġilda:

    EN ISO 18218-2 (metodu indirett)

    Għat-tessuti u għad-drappijiet miksija:

    EN ISO 18254 għall-alkilfenoletossilati. Għall-prodott finali tal-alkilfenoli, l-ittestjar irid isir bl-estrazzjoni ta' solvent segwita minn LC-MS jew GC-MS

    Idrokarburi Aromatiċi Poliċikliċi

    Tessuti, drappijiet miksija jew ġilda

    PAHs ristretti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006:

     

    Krisen (Nru CAS 218-01-9)

     

    Benżo[a]antraċen (Nru CAS 56-55-3)

     

    Benżo[k]florantena (Nru CAS 207-08-9)

     

    Benżo[a]piren (Nru CAS 50-32-8)

     

    Dibenżo[a,h]antraċen (Nru CAS 53-70-3)

     

    Benżo[j]fluworanten (Nru CAS 205-82-3)

     

    Benżo[b]fluworanten (Nru CAS 205-99-2)

     

    Benżo[e]piren (Nru CAS 192-97-2)

    Limiti individwali għal 8 PAHs elenkati hawn fuq:

    ≤ 1 mg/kg

    PAHs addizzjonali soġġetti għal restrizzjoni:

     

    Naftalina (Nru CAS 91-20-3)

     

    Aċenaftenilina (Nru CAS 208-96-8)

     

    Aċenfatena (Nru CAS 83-32-9)

     

    Fluworen (Nru CAS 86-73-7)

     

    Fenantren (Nru CAS 85-1-8)

     

    Antraċen (Nru CAS 120-12-7)

     

    Fluworanten (Nru CAS 206-44-0)

     

    Piren (Nru CAS 129-00-0)

     

    Indeno[1,2,3-c,d]piren (Nru CAS 193-39-5)

     

    Benżo[g,h,i]perilene (Nru CAS 191-24-2)

    Limitu tas-somma totali għal 18-il PAH elenkati hawn fuq:

    ≤ 10 mg/kg

    AfPS GS 2014:01 PAK

    N,N-Dimetilaċetamide (Nru CAS 127-19-5)

    Tessuti abbażi ta' elastan jew ta' akriliku

    Riżultat ≤ 0,005 % w/w (≤ 50 mg/kg)

    Estrazzjoni ta' solvent segwita minn GCMS jew LCMS

    Kloralkani

    Ġilda

    C10-C13 (SCCP) kloralkani mhux traċċabbli

    C14-C17 (MCCP) kloralkani ≤ 1 000 mg/kg;

    EN ISO 18219

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tgħid il-materjal tal-ġilda, tad-drappijiet tessili jew tad-drapp miksi li jintuża għall-kisi tat-tapizzerija huwa konformi mal-limiti speċifikati fit-Tabella 10, appoġġjata b'rapporti ta' testijiet.

    Materjali bbażati fuq it-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE għandhom jitqiesu bħala konformi ma' dan il-kriterju, madankollu għandha tiġi pprovduta kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE.

    6.3.   Restrizzjonijiet matul il-proċessi ta' produzzjoni

    Jekk il-materjal li jintuża għall-kisi tat-tapizzerija jammonta għal iktar minn 1,0 % w/w tal-piż totali tal-prodott tal-għamara (mingħajr l-ippakkjar), il-fornitur tal-materjal għandu jkun konformi mar-restrizzjonijiet speċifikati fit-Tabella 11 dwar l-użu ta' sustanzi perikolużi waqt il-produzzjoni.

    Tabella 11

    Sustanzi ristretti użati fl-istadji tal-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti u tad-drapp miksi

    1 —   Sustanzi perikolużi li jintużaw fi stadji differenti tal-produzzjoni

    (a)   Aġenti deterġenti, tensjoattivi, rattaba u kumplessanti

    Applikabbiltà:

    Għall-istadji fil-proċess ta' kolorazzjoni u ta' irfinar fil-produzzjoni tat-tessuti, tal-ġilda jew tad-drapp miksi

    Kull aġent deterġent u tensjoattiv li mhux joniku jew li hu katjoniku għandu jkun finalment bijodegradabbli f'kundizzjonijiet anaerobiċi.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-produttur tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp miksi, appoġġjata b'dikjarazzjoni mill-fornitur(i) tas-sustanza kimika tagħhom u minn SDSs rilevanti u minn riżultati ta' testijiet EN ISO 11734 jew ECETOC Nru 28 OECD 311.

    L-aħħar reviżjoni tal-Bażi tad-Data tal-Ingredjenti tad-Deterġenti għandha tintuża bħala punt ta' referenza għall-bijodegradabbiltà u tista', fid-diskrezzjoni tal-korp kompetenti, tiġi aċċettata bħala alternattiva għall-għoti ta' rapporti ta' testijiet.

    http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_mt.pdf

    Sulfonati perfluworoalkiliċi (≥ C6) u aċidi perfluworokarbossiliċi (≥ C8) b'katina twila ma għandhomx jintużaw fil-proċessi tal-produzzjoni.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-produttur tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp miksi, appoġġjata b'dikjarazzjoni mill-fornitur(i) tas-sustanza kimika tagħhom u minn SDSs rilevanti dwar in-nuqqas ta' użu ta' dawn is-sustanzi f'kull stadju tal-produzzjoni.

    (b)   Sustanzi awżiljarji (li jintużaw f'taħlitiet, f'formulazzjonijiet u f'adeżivi)

    Applikabbiltà:

    Operazzjonijiet ta' kolorazzjoni u ta' irfinar għall-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp miksi

    Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jintużaw fl-ebda taħlita jew formulazzjoni għall-kolorazzjoni u l-irfinar ta' ġilda, tessuti jew drappijiet miksija:

     

    bis(alkil tax-xaħam tad-dam idroġenat) klorur tal-ammonju tad-dimetil (DTDMAC)

     

    klorur tal-ammonju tad-dimetil tad-distearil (DSDMAC)

     

    di(xaħam tad-dam imwebbes) klorur tal-ammonju tad-dimetil (DHTDMAC)

     

    etilen diammin tetra aċetat (EDTA),

     

    dietilen triammin penta aċetat (DTPA)

     

    4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol

     

    Aċidu nitrilotriaċetat (NTA)

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp miksi, appoġġjata b'SDSs rilevanti, li tgħid li dawn il-komposti ma jkunu ntużaw fl-ebda operazzjoni ta' kolorazzjoni u ta' irfinar tal-ġilda, tat-tessuti jew tad-drappijiet miksija.

    (c)   Solventi

    Applikabbiltà:

    Proċessar ta' materjali tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp misi

    Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jintużaw fl-ebda taħlita jew formulazzjoni għall-ipproċessar tal-materjali tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp miksi:

     

    2-Metossietanolu

     

    N,N-dimetilformammid

     

    1-Metil-2-pirrolidon

     

    Bis(2-metossietil) etere

     

    4,4′-Dijamminodifenilmetanu

     

    1,2,3-trikloropropan

     

    1,2-Dikloroetan (diklorur tal-etilen)

     

    2-Etossietanol

     

    Benżen-1,4-diammin diidroklorur

     

    Bis(2-metossietil) etere

     

    Formammid

     

    N-metil-2-pirrolidon

     

    Trikloroetilene

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-produttur tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp miksi, appoġġjata b'SDSs rilevanti, li tgħid li dawn is-solventi ma jkunu ntużaw fl-ebda proċess tal-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti jew tad-drapp miksi.

    2 —   Koloranti li jintużaw fi proċessi ta' kolorazzjoni u ta' stampar

    i.

    Trasportaturi li jintużaw fil-proċess ta' kolorazzjoni

    Applikabbiltà:

    Proċessi ta' kolorazzjoni u ta' stampar

    Fejn jintużaw koloranti dispersi, ma għandhomx jintużaw aċċelleraturi aloġenati ta' kolorazzjoni (trasportaturi) (Eżempji ta' aċċelleraturi jinkludu: 1,2-diklorobenżen, 1,2,4-triklorobenżen, klorofenossietanol).

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni, appoġġjata b'dikjarazzjonijiet tal-produtturi tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp miksi, mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom u minn kwalunkwe SDSs rilevanti, li jiddikjaraw in-nuqqas ta' użu ta' dawn it-trasportaturi aloġenati matul il-proċess ta' kolorazzjoni ta' kwalunkwe ġilda, tessut jew drapp miksi użat fil-prodott tal-għamara.

    ii.

    Koloranti fissanti tal-kromu

    Applikabbiltà:

    Proċessi ta' kolorazzjoni u ta' stampar

    Ma għandhomx jintużaw koloranti fissanti tal-kromu.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni, appoġġjata b'dikjarazzjonijiet tal-produtturi tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp miksi, mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom u minn kwalunkwe SDSs rilevanti, li jiddikjaraw in-nuqqas ta' użu ta' xi kolorant fissanti tal-kromu matul il-proċess ta' kolorazzjoni ta' kwalunkwe ġilda, tessut jew drapp miksi użat fil-prodott tal-għamara.

    iii.

    Pigmenti

    Applikabbiltà:

    Proċessi ta' kolorazzjoni u ta' stampar

    Ma għandhomx jintużaw pigmenti abbażi ta' kadmju, ċomb, kromju VI, merkurju, arseniku u antimonju.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni, appoġġjata b'dikjarazzjonijiet tal-produtturi tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp miksi, mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tagħhom u minn kwalunkwe SDSs rilevanti, li jiddikjaraw in-nuqqas ta' użu ta' xi pigmenti abbażi tal-metalli tqal imsemmija matul il-proċessi ta' kolorazzjoni u ta' stampar ma' kwalunkwe ġilda, tessut jew drapp miksi użat fil-prodott tal-għamara.

    3 —   Proċessi ta' irfinar

    Komposti fluworinati

    Applikabbiltà:

    Materjal li jintuża għall-kisi tat-tapizzerija li fih ikollu funzjoni integrata li żżomm l-ilma jew it-tbajja' milli jinfdu l-materjal

    Il-finituri ta' materjal għall-kisi ta' tapizzerija tal-għamara ma għandhomx jiġu mxappa b'komposti fluworinati sabiex l-ilma, it-tbajja' jew iż-żjut jinżammu milli jinfdu l-materjal. Din ir-restrizzjoni tinkludi sustanzi perfluworinati u polifluworinati. Għandhom ikunu permessi trattamenti mhux fluworinati li jużaw sustanzi bijodegradabbli b'mod faċli jew b'mod inerenti jew li jkollhom potenzjal bijoakkumulattiv baxx fl-ambjent akkwatiku.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità, appoġġjata b'dikjarazzjonijiet mill-produtturi tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp miksi, dikjarazzjonijiet mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi u minn kwalunkwe SDSs rilevanti, li jiddikjaraw in-nuqqas ta' użu ta' sustanzi perfluworinati u polifluworinati fl-operazzjonijiet ta' irfinar tal-ġilda, tat-tessut jew tad-drapp miksi.

    Fin-nuqqas ta' dikjarazzjoni aċċettabbli, il-korp kompetenti jista' jitlob ittestjar ulterjuri tal-materjal ta' kisi skont il-metodi definiti minn CEN/TS 15968.

    Għal trattamenti mhux fluworinati, il-karatteristiċi ta' bijodegradabbiltà b'mod faċli jew b'mod inerenti jistgħu jintwerew permezz ta' testijiet imwettqa skont il-metodi li ġejjin: OECD 301 A, ISO 7827, OECD 301 B, ISO 9439, OECD 301 C, OECD 301 D, ISO 10708, OECD 301 E, OECD 301 F, ISO 9408.

    Potenzjal baxx ta' bijoakkumulazzjoni għandu jintwera permezz ta' testijiet li juru koeffiċjenti tal-parti ottanol/ilma (Log Kow) ta' < 3,2 jew Fatturi ta' Bijokonċentrazzjoni (BCF) ta' < 100.

    Fil-każ ta' trattamenti mhux fluworinati, l-aħħar reviżjoni tal-Bażi tad-Data tal-Ingredjenti tad-Deterġenti għandha tintuża bħala punt ta' referenza għall-bijodegradabbiltà u tista', fid-diskrezzjoni tal-korp kompetenti, tiġi aċċettata bħala alternattiva għall-għoti ta' rapporti ta' testijiet.

    http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_mt.pdf

    4 —   Kwalità tal-effluwent tal-konzerija u konsum speċifiku tal-ilma

    Applikabbiltà:

    Proċessi tal-produzzjoni tal-ġilda

    (i)

    Il-valur tas-COD fl-ilma mormi minn siti tal-konzar tal-ġilda, meta jintrema fl-ilma tal-wiċċ wara t-trattament (kemm jekk fuq il-post u mhux), ma għandux jaqbeż il-200 mg/l.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġjata b'dokumentazzjoni dettaljata u rapporti ta' testijiet skont ISO 6060 li fihom juri l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi ta' medji ta' kull xahar għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Id-data għandha turi l-konformità tal-post tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent ma jiġix trattat fuq il-post, tal-operatur tat-trattament tal-ilma mormi.

    (ii)

    Il-konċentrazzjoni totali tal-kromu fl-ilma mormi mill-konzerija wara t-trattament ma għandhiex taqbeż il-1,0 mg/l kif speċifikat fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/84/UE (8).

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġjata b'rapport tat-test bl-użu tal-metodi ta' ttestjar li ġejjin: ISO 9174 jew EN 1233 jew EN ISO 11885 għall-kromju fejn juri l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi ta' medji ta' kull xahar għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Kif xieraq, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-BAT 10, u mal-BAT 11 jew 12 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/84/UE għat-tnaqqis tal-kontenut tal-kromu fi skariki ta' ilma mormi.

    (iii)

    Il-konsum ta' ilma espress bħala volum medju annwali ta' ilma kkonsmat għal kull tunnellata ta' ġlud ħoxnin (hides) u ta' ġlud mhux maħduma ma għandux jaqbeż il-limiti mogħtija hawn taħt:

    Ġlud ħoxnin

    28 m3/t

    Ġlud

    45 m3/t

    Ġilda kkunzata b'mod veġetali

    35 m3/t

    Ġlud tal-ħnieżer

    80 m3/t

    Ġlud tan-nagħaġ

    180 l/ġilda

    Valutazzjoni u verifika: kif xieraq, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-fornitur tal-ġilda jew mill-kumpanija li timmanifattura l-ġilda. Id-dikjarazzjoni għandha tispeċifika l-ammont annwali ta' produzzjoni ta' ġilda u l-konsum relatat ta' ilma abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar tal-aħħar tnax-il xahar qabel l-applikazzjoni, imkejjel mill-kwantità ta' ilma mormi skarikat.

    Jekk il-proċess tal-produzzjoni tal-ġilda jsir f'postijiet ġeografiċi differenti, l-applikant jew il-fornitur tal-ġlud nofshom lesti għandu jipprovdi dokumentazzjoni li tispeċifika li l-kwantità ta' ilma skarikat (m3) għall-kwantità ta' ġlud nofshom lesti pproċessati f'tunnellati (t) jew l-għadd ta' ġlud għall-ġlud tan-nagħaġ, kif xieraq, abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar matul it-tnax-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jikkompila d-dikjarazzjonijiet kollha rilevanti, l-SDSs u r-rapporti ta' testijiet mill-produtturi tal-ġilda, tat-tessuti jew tad-drapp miksi, jew mill-fornituri tagħhom, li huma rilevanti biex tintwera konformità mar-rekwiżiti għan-nuqqas ta' użu tas-sustanzi perikolużi elenkati fit-Tabella 11.

    Il-materjal li jintuża gall-kisi tat-tapizzerija li jkun magħmul mit-tessuti u li jkun ingħata l-Ekotikketta tal-UE skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE għandu jitqies bħala konformi ma' dan il-kriterju għan-nuqqas ta' użu tas-sustanzi perikolużi elenkati matul il-proċessi ta' produzzjoni, iżda trid tiġi provduta kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE.

    6.4.   Fibri tal-qoton u ta' żrieragħ ċellulożi naturali oħrajn

    Qoton li iktar minn 70 % tal-piż b'piż tiegħu jkun ġej minn kontenut riċiklat huwa eżentat mir-rekwiżiti tal-kriterju 6.4.

    Qoton u fibri ta' żrieragħ ċellulożi naturali oħra (minn hawn 'il quddiem, qoton) li mhumiex fibri riċiklati, għandu jkollhom kontenut minimu jew ta' qoton organiku (ara l-kriterju 6.4(a) jew ta' qoton b'ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara (IPM) (ara l-kriterju 6.4(b)).

    It-tessuti li ngħataw l-Ekotikketta tal-UE skont il-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/350/UE, jitqiesu li jikkonformaw mal-kriterju 6.4.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità.

    Fejn jintużaw tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE sabiex juri li kienet ingħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.

    Fejn applikabbli, il-kontenut riċiklat għandu jkun jista' jiġi intraċċat lura lejn ir-riproċessar tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni minn parti terza indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mir-riproċessuri tal-materja prima.

    6.4(a)   Standard tal-produzzjoni organika

    Minimu ta' 10 % piż b'piż tal-fibri tal-qoton mhux riċiklat li jintuża f'materjali tat-tapizzerija għandu jitkabbar skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (9), fil-Programm Organiku Nazzjonali (NOS) tal-Istati Uniti jew skont obbligi legali ekwivalenti stabbiliti mis-sħab kummerċjali tal-UE. Il-kontenut tal-qoton organiku jista' jinkludi qoton li jkun tkabbar b'mod organiku u qoton organiku tranżizzjonali.

    Jekk il-qoton organiku jrid jiġi mħallat ma' qoton konvenzjonali jew ma' qoton IPM, il-qoton għandu jkun minn varjetajiet mhux ġenetikament modifikati.

    Id-dikjarazzjonijiet dwar il-kontenut organiku jistgħu jsiru biss meta l-kontenut organiku jkun tal-anqas 95 %.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità għall-kontenut organiku appoġġjata mill-evidenza li tkun ġiet ċertifikata minn korp ta' kontroll indipendenti, li kien ġie prodott f'konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni u ta' spezzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, fil-Programm Organiku Nazzjonali (NOS) tal-Istati Uniti jew dawk stabbiliti minn sħab kummerċjali oħra. Il-verifika għandha tiġi pprovduta għal kull pajjiż ta' oriġini.

    L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu juri l-konformità mar-rekwiżit ta' kontenut minimu ta' qoton organiku bbażat fuq il-volum annwali ta' qoton mixtri għall-manifattura tal-prodott finali u skont kull linja ta' prodott. Għandhom jiġu pprovduti r-rekords tat-tranżazzjonijiet u/jew il-fatturi li jiddokumentaw il-kwantità ta' qoton ċertifikat mixtri.

    Għall-qoton konvenzjonali jew IPM li jintuża f'taħlitiet mal-qoton organiku, it-test ta' skrining għall-modifikazzjonijiet ġenetiċi komuni għandu jiġi aċċettat bħala prova ta' konformità tal-varjetà tal-qoton.

    6.4(b)   Produzzjoni tal-qoton skont il-Prinċipji ta' Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' Ħsara (IPM) u r-restrizzjoni fuq il-pestiċidi

    Minimu ta' 20 % piż b'piż tal-fibra qoton mhux riċiklata li jintuża f'materjali tat-tapizzerija għandu jitkabbar skont il-prinċipji tal-IPM kif definiti fil-programm tal-IPM tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) jew skont is-sistemi ta' Ġestjoni Integrata tal-Uċuħ tar-Raba' (ICM) li jikorporaw il-prinċipji tal-IPM.

    Qoton IPM li jkun destinat biex jintuża fil-prodott finali għandu jkun tkabbar mingħajr l-użu ta' ebda waħda mis-sustanzi segwenti: aldikarb, aldrin, kamfeklor (toksafen), kaptafol, klordan, 2,4,5-T, klordimeform, ċipermetrina, DDT, dieldrin, dinoseb u l-imluħa tiegħu, endosulfan, endrin, heptaklor, eżaklorobenżen, eżakloroċikloeżan (isomeri totali), metamidofos, metilparatjon, monokrotofos, neonikotinojdi (klotjanidin, imidakloprid, tijametoksam), paratjon, pentaklorofenol.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 6.4(b), appoġġjata b'evidenza li tikkonferma li tal-inqas 20 % piż b'piż tal-qoton mhux riċiklat li jinsab fil-prodott ikun tkabbar minn bdiewa li jkunu pparteċipaw fi programmi ta' taħriġ formali tal-FAO tan-NU jew fi programmi IPM u ICM tal-Gvern u/jew li jkunu ġew awditjati bħala parti minn skemi tal-IPM ċertifikati minn parti terza. Il-verifika għandha tiġi pprovduta jew fuq bażi annwali għal kull pajjiż ta' oriġini jew inkella fuq il-bażi ta' ċertifikazzjonijiet għall-qoton IPM kollu mixtri għall-manifattura tal-prodott.

    L-applikant tal-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jiddikjara wkoll li l-qoton IPM ma tkabbarx bl-użu ta' xi sustanza elenkata fil-kriterju 6.4(b). Skemi ta' ċertifikazzjoni tal-IPM li jeskludu l-użu tas-sustanzi elenkati għandhom jiġu aċċettati bħala prova ta' konformità.

    Kriterju 7 — Materjal ta' kkuttunar għat-tapizzerija

    7.1.   Fowm tal-latex

    7.1(a)   Sustanzi ristretti

    Il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi elenkati hawn taħt fil-fowm tal-latex ma għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu murija fit-Tabella 12.

    Tabella 12

    Sustanzi ristretti f'fowm tal-latex użati f'materjali ta' pedding ta' tapizzerija tal-għamara

    Grupp ta' sustanzi

    Sustanza

    Valur ta' limitu (ppm)

    Kundizzjonijiet ta' valutazzjoni u verifika

    Klorofenoli

    fenoli mono- u di-klorinati (imlieħ u esteri)

    1

    A

    Klorofenoli oħra

    0,1

    A

    Metall tqil

    As (Arseniku)

    0,5

    B

    Cd (Kadmju)

    0,1

    B

    Co (Kobalt)

    0,5

    B

    Cr (Kromu), totali

    1

    B

    Cu (Ram)

    2

    B

    Hg (Merkurju)

    0,02

    B

    Ni (Nikil)

    1

    B

    Pb (Ċomb)

    0,5

    B

    Sb (Antimonju)

    0,5

    B

    Pestiċidi (għandhom jiġu ttestjati biss għal fowm kompost minn latex naturali b'piż ta' mill-inqas 20 %),

    Aldrin

    0,04

    C

    o,p-DDE

    0,04

    C

    p,p-DDE

    0,04

    C

    o,p-DDD

    0,04

    C

    p,p-DDD

    0,04

    C

    o,p-DDT

    0,04

    C

    p,p-DDT

    0,04

    C

    Diażinon

    0,04

    C

    Diklorfentijon

    0,04

    C

    Diklorvos

    0,04

    C

    Dieldrina

    0,04

    C

    Endrina

    0,04

    C

    Ettakloru

    0,04

    C

    Ettaklorepossidu

    0,04

    C

    Eżaklorobenżen

    0,04

    C

    Eżakloroċikloeżan

    0,04

    C

    α-Eżakloroċikloeżan

    0,04

    C

    β-Eżakloroċikloeżan

    0,04

    C

    γ-Eżakloroċikloeżan (Lindan)

    0,04

    C

    δ-Eżakloroċikloeżan

    0,04

    C

    Malatijon

    0,04

    C

    Metossikloru

    0,04

    C

    Mireks

    0,04

    C

    Paratijon-etil

    0,04

    C

    Paratijon-metil

    0,04

    C

    Sustanzi speċifiċi oħra li huma ristretti

    Butadjen

    1

    D

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità mal-kriterju 7.1(a) u, jekk applikabbli, rapporti ta' testijiet skont il-metodi li ġejjin:

    A.

    Għall-klorofenoli l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Għandu jiġi mitħun kampjun ta' 5g u l-klorofenli għandhom jiġu estratti fil-forma ta' fenol (PCP), imlieħ tas-sodju (SPP) jew esteri. L-estratti għandhom jiġu analizzati permezz ta' kromatografija tal-gass (GC). Id-detezzjoni għandha ssir bi spettrometru tal-massa jew rilevatur li jaqbad l-elettroni (ECD).

    B.

    Għall-metalli tqal l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Il-materjal tal-kampjun mitħun jiġi elwit skont l-istandard DIN 38414-S4 jew standard ekwivalenti fi proporzjon ta' 1:10. Il-filtrat li jirriżulta għandu jingħadda minn filtru ta' membrana ta' 0,45 μm (jekk ikun hemm bżonn b'filtrazzjoni bi pressjoni). Is-soluzzjoni miksuba għandha tiġi eżaminata għall-kontenut ta' metalli tqal bi spettrometrija tal-emissjoni ottika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-OES), magħrufa wkoll bħala spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata b'mod induttiv (ICP-AES), jew inkella bi spettrometrija b'assorbiment atomiku bl-użu ta' proċess ta' idruri jew proċess ta' fwar kiesaħ.

    C.

    Għall-pestiċidi l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Għandhom jiġu estratti 2 g ta' kampjun f'banju ultrasoniku b'taħlita ta' eżan/diklorometan (85/15). L-estratt jitnaddaf b'aġitazzjoni f'aċetonitril jew permezz ta' adsorbiment kromatografiku fuq il-florisil. Il-kejl u l-kwantifikazzjoni jiġu ddeterminati bil-kromatografija tal-gass b'detezzjoni jew b'rilevatur li jaqbad l-elettroni jew bi kromatografija tal-gass u spettrometrija tal-massa akkoppjati. L-ittestjar fuq il-pestiċidi jintalab għal fowm tal-latex b'kontenut ta' mill-inqas 20 % latex naturali.

    D.

    Għall-butadjen l-applikant għandu jipprovdi rapport li fih jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Wara t-tħin u l-użin tal-fowm tal-latex, għandu jitwettaq il-kampjunar tal-ispazju vojt fuqani. Il-kontenut tal-butadjen għandu jiġi ddeterminat bil-kromatografija tal-gass b'detezzjoni permezz ta' jonizzazzjoni bi fjamma.

    7.1(b)   Emissjonijiet ta' KOV fuq 24 siegħa

    Wara 24 siegħa, il-konċentrazzjonijiet fil-kompartiment tal-ittestjar tal-KOV elenkati hawn taħt ma għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu murija fit-Tabella 13.

    Tabella 13

    Limiti tal-emissjonijiet ta' KOV għall-fowm tal-latex

    Sustanza

    Valur limitu (mg/m3)

    1,1,1 — trikloroetan

    0,2

    4-Fenilċikloeżen

    0,02

    Disulfur tal-Karbonju

    0,02

    Formaldeid

    0,005

    Nitrosammini (********)

    0,0005

    Stiren

    0,01

    Tetrakloroetilen

    0,15

    Toluwen

    0,1

    Trikloretilen

    0,05

    Klorur tal-vinil

    0,0001

    Ċikloeżen tal-vinil

    0,002

    Idrokarburi aromatiċi (totali)

    0,3

    KOV (totali)

    0,5

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 7.1(b) li, jekk applikabbli, għandha tkun appoġġjata b'rapport ta' ttestjar li jippreżenta r-riżultati tal-analiżi tal-ittestjar fil-kompartiment skont ISO 16000-9.

    Il-kampjun imballat għandu jinħażen f'temperatura ambjentali għal mill-inqas 24 siegħa. Wara dan il-perjodu l-kampjun għandu jitneħħa mill-imballaġġ u jiġi trasferit immedjatament fil-kamra tal-ittestjar. Il-kampjun għandu jitqiegħed f'kontenitur tal-kampjun, li jippermetti aċċess għall-arja minn kull naħa. Il-fatturi klimatiċi għandhom jiġu aġġustati skont l-istandard ISO 16000-9. Għal paragun tar-riżultati tat-test, ir-rata ta' ventilazzjoni speċifika taż-żona (q = n/l) għandha tkun 1. Ir-rata ta' ventilazzjoni għandha tkun bejn 0,5 u 1. It-teħid tal-kampjuni tal-arja għandu jsir 24 ± 1 siegħa wara li l-kamra tiġi kkargata għal siegħa bi skrataċċ DNPH għall-analiżi ta' formaldeid u aldeidi oħra u bit-Tenax TA għall-analiżi ta' komposti organiċi volatili oħrajn. It-tul ta' żmien għall-ikkampjunar ta' komposti oħra jista' jkun itwal, madankollu ma għandux ikun ta' iktar minn 30 siegħa.

    L-analiżi ta' formaldeid u aldeidi oħra għandha tikkonforma mal-istandard ISO 16000-3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-analiżi ta' komposti organiċi volatili oħrajn għandha tikkonforma mal-istandard ISO 16000-6.

    Ittestjar skont l-istandard CEN/TS 16516 għandu jitqies ekwivalenti għal dawk tas-serje ta' standards ISO 16000.

    L-analiżi tan-nitrożammini għandha ssir permezz ta' kromatografija tal-gass flimkien ma' rilevatur li janalizza l-enerġija termali (GC-TEA), skont il-metodu BGI 505-23 (preċedentement: ZH 1/120.23) jew ekwivalenti.

    7.2.   Fowm tal-poliuretan (PUR)

    7.2(a)   Sustanzi u taħlitiet ristretti

    Il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi u tat-taħlitiet elenkati hawn taħt fil-fowm tal-PUR ma għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu murija fit-Tabella 14.

    Tabella 14

    Lista ta' sustanzi u ta' taħlitiet ristretti f'PUR

    Grupp ta' sustanzi

    Sustanza (akronimu, numru CAS, simbolu tal-element)

    Valur limitu

    Metodu

    Prodotti bijoċidali

     

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Ritardanti tal-fjammi

     

    Mhux miżjuda (sakemm ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-entrati (b) u (c) tat-Tabella 2)

    A

    Metalli Tqal

    As (Arseniku)

    0,2 ppm

    B

    Cd (Kadmju)

    0,1 ppm

    B

    Co (Kobalt)

    0,5 ppm

    B

    Cr (Kromu), totali

    1,0 ppm

    B

    Cr VI (Kromu VI)

    0,01 ppm

    B

    Cu (Ram)

    2,0 ppm

    B

    Hg (Merkurju)

    0,02 ppm

    B

    Ni (Nikil)

    1,0 ppm

    B

    Pb (Ċomb)

    0,2 ppm

    B

    Sb (Antimonju)

    0,5 ppm

    B

    Se (Selenju)

    0,5 ppm

    B

    Plastifikanti

    Dibutilftalat (DBP, 84-74-2) (*********)

    0,01 % w/w (is-somma tas-6 ftalati kollha f'għamara għal tfal taħt it-3 snin)

    C

    Di-n-ottilftalat (DNOP, 117-84-0) (*********)

    Di (2-etileżil)-ftalat (DEHP, 117-81-7) (*********)

    Butilbenżilftalat (BBP, 85-68-7) (*********)

    Diiso-deċilftalat (DIDP, 26761-40-0)

    Diiso-nonilftalat (DINP, 28553-12-0)

    Lista ta' Kandidati tal-ECHA (**********) ftalati

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    TDA u MDA

    2,4 Toluwendiammina (2,4-TDA, 95-80-7)

    5,0 ppm

    D

    4,4′-Diamminodifenilmetan

    (4,4′-MDA, 101-77-9)

    5,0 ppm

    D

    Sustanzi organiċi tal-landa

    Tributiltin (TBT)

    50 ppb

    E

    Dibutiltin (DBT)

    100 ppb

    E

    Monobutiltin (MBT)

    100 ppb

    E

    Tetratiltin (TeBT)

    Monoktiltin (MOT)

    Diottiltin (DOT)

    Triċikloeżiltin (TcyT)

    Trifenilitin (TPhT)

    Total

    500 ppb

    E

    Sustanzi speċifiċi oħra li huma ristretti

    Diossini jew furani klorinati jew brominati

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Idrokarburi klorinati: (1,1,2,2-Tetrakloroetan, Pentakloroetan, 1,1,2-Trikloroetan, 1,1-Dikloroetilin)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Fenoli klorinati (PCP, TeCP, 87-86-5)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Eżakloroċikloeżan (58-89-9)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Monometildibromu–Difenilmetan (99688-47-8)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Monometildikloro-Difenilmetan (81161-70-8)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Nitriti

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Bifenili Polibromunati (PBB, 59536-65-1)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Etere tal-Pentabromudifenil (PeBDE, 32534-81-9)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Etere tal-Ottabromudifenil (OBDE, 32536-52-0)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Bifenili Poliklorinati (PCB, 1336-36-3)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Terfenili Poliklorinati (PCT, 61788-33-8)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Tris(2,3-dibromupropil) fosfat (TRIS, 126-72-7)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Trimetilfosfat (512-56-1)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Tris-(ażiridinil)-fosfinossidu (TEPA, 545-55-1)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Tris(2-kloroetil)-fosfat (TCEP, 115-96-8)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Metilfosfonat tad-dimetil (DMMP, 756-79-6)

    Mhux miżjuda intenzjonalment

    A

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 7.2(a). Meta jkun hemm il-ħtieġa ta' ttestjar, l-applikant għandu jipprovdi r-riżultati tat-testijiet li juru konformità mal-limiti fit-Tabella 14. Għall-metodi B, C, D u E fejn tkun meħtieġa analiżi, għandhom jittieħdu 6 kampjuni aggregati minn fond massimu ta' 2 cm mill-uċuħ tal-wiċċ tal-materjal li jkunu ntbagħtu lil-laboratorju rilevanti.

    A.

    Għal prodotti bijoċidali, ftalati u sustanzi speċifiċi oħra li huma ristretti l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni appoġġjata b'dikjarazzjonijiet mill-fornituri tal-fowm li jikkonfermaw li dawn ma ġewx miżjuda intenzjonalment mal-formulazzjoni tal-fowm.

    B.

    Għall-metalli tqal l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Il-materjal tal-kampjun mitħun jiġi elwit skont l-istandard DIN 38414-S4 jew standard ekwivalenti fi proporzjon ta' 1:10. Il-filtrat li jirriżulta għandu jingħadda minn filtru ta' membrana ta' 0,45 μm (jekk ikun hemm bżonn b'filtrazzjoni bi pressjoni). Is-soluzzjoni miksuba għandha tiġi eżaminata għall-kontenut ta' metalli tqal bi spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES jew ICP-OES) jew bi spettrometrija tal-assorbiment atomiku bl-użu ta' proċess tal-idruri jew ta' proċess ta' fwar kiesaħ.

    C.

    Għall-ammont totali ta' plastifikanti l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. L-estrazzjoni għandha ssir permezz ta' metodu validat bħall-estrazzjoni subsonika ta' 0,3 g ta' kampjun f'kunjett b'9 ml ta' t-Butylmethylether fuq perjodu ta' siegħa segwita bid-determinazzjoni ta' ftalati permezz ta' GC bl-użu ta' detettur tal-massa selettiv għall-monitoraġġ ta' jon uniku (SIM Modus).

    D.

    Għal TDA u MDA l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. L-estrazzjoni ta' 0,5 g ta' kampjun aggregat f'siringa ta' 5 ml għandha ssir b'2,5 ml ta' soluzzjoni milwiema ta' aċidu aċetiku ta' 1 %. Is-siringa tiġi mbuttata u l-likwidu jitreġġa' lura fis-siringa. Wara li din l-operazzjoni tiġi ripetuta 20 darba, l-estratt finali jinżamm għall-analiżi. Imbagħad jiżdied 2,5 ml ġdid ta' soluzzjoni milwiema ta' aċidu aċetiku ta' 1 % fis-siringa u jiġu ripetuti 20 ċiklu oħra. Wara dan, l-estratt jiġi kkombinat mal-ewwel estratt u jiġi dilwit għal 10 ml f'kunjett volumetriku bl-aċidu aċetiku. L-estratti għandhom jiġu analizzati permezz ta' kromatografika likwida bi prestazzjoni għolja (HPLC-UV) jew HPLC-MS. Jekk HPLC-UV titwettaq u tiġi suspettata interferenza, għandha ssir analiżi mill-ġdid bi kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja–spettrometrija tal-massa (HPLC-MS).

    E.

    Għal sustanzi organiċi tal-landa l-applikant għandu jipprovdi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta' ttestjar li ġejja. Kampjun aggregat b'piż ta' 1-2 g għandu jitħallat b'tal-inqas 30 ml ta' aġent ta' estrazzjoni għal siegħa f'banju ultrasoniku f'temperatura ambjentali. L-aġent tal-estrazzjoni għandu jkun taħlita komposta kif ġej: 1 750 ml metanol + 300 ml aċidu aċetiku + 250 ml buffer (pH 4,5). Il-buffer għandu jkun soluzzjoni ta' 164 g ta' aċetat tas-sodku f'1 200 ml ta' ilma u 165 ml ta' aċidu aċetiku, li għandu jiġi dilwit bl-ilma sa volum ta' 2 000 ml. Wara l-estrazzjoni l-ispeċijiet tal-landa tal-alkil jiġu derivatizzati billi tiżdied soluzzjoni ta' 100 μl ta' tetraetilborat tas-sodju fit-tetraidrofuran (THF) (200 mg/ml THF). Id-derivattiv għandu jiġi estratt bl-n-eżan u l-kampjun għandu jiġi sottomess għat-tieni proċedura ta' estrazzjoni. Iż-żewġ estratti tal-eżan għandhom jiġu kkombinati u użati iktar biex jiġu identifikati l-komposti organiċi tal-landa bil-kromatografija tal-gass bid-detezzjoni tal-massa selettiva bil-modalità SIM.

    7.2(b)   Emissjonijiet ta' KOV fuq 72 siegħa

    Wara 72 siegħa, il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi elenkati hawn taħt fil-kompartiment tal-ittestjar ma għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu murija fit-Tabella 15.

    Tabella 15

    Limiti tal-emissjonijiet ta' KOV fuq 72 siegħa għall-fowm tal-PUR

    Sustanza (Numru CAS)

    Valur limitu (mg/m3)

    Formaldeid (50-00-0)

    0,005

    Toluwen (108-88-3)

    0,1

    Stiren (100-42-5)

    0,005

    Kull kompost li jista' jkun identifikat ikklassifikat bħala kategorija C1a jew C1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

    0,005

    Kull kompost li jista' jkun identifikat ikklassifikat bħala kategorija C1 A jew C1B skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    0,04

    Idrokarburi aromatiċi

    0,5

    KOV (totali)

    0,5

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 7.2(b). Jekk applikabbli, id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġjata b'riżultati ta' testijiet li juru konformità mal-limiti stabbiliti fit-Tabella 15. Il-kombinazzjoni tat-test tal-kampjun/fil-kompartiment għandha tkun jew:

     

    kampjun wieħed b'dimensjonijiet ta' 25 × 20 × 15 cm jitqiegħed f'kompartiment għall-ittestjar ta' 0,5 m3 jew

     

    żewġ kampjuni b'dimensjonijiet ta' 25 × 20 × 15 cm jitqiegħdu f'kompartiment għall-ittestjar ta' 1,0 m3.

    Il-kampjun tal-fowm għandu jitpoġġa fil-qiegħ ta' kompartiment għall-ittestjar tal-emissjonijiet u jiġi kkundizzjonat għal 3 ijiem f'temperatura ta' 23 °C u b'umdità relattiva ta' 50 %, fejn għandha tiġi applikata rata tat-tibdil tal-arja n ugwali għal 0,5 fis-siegħa u tagħbija L tal-kamra ugwali għal 0,4 m2/m3 (= superfiċje totali esposta tal-kampjun b'relazzjoni mad-dimensjonijiet tal-kompartiment mingħajr ma jiġu ssiġillati t-trufijiet u d-dahar) skont ISO 16000-9 u ISO 16000-11.

    It-teħid tal-kampjuni għandu jsir 72 ± 2 siegħa bl-applikazzjoni ta' Tenax TA u ta' skrataċ ta' DNPH għal siegħa fil-kompartiment għall-analiżi ta' KOV u ta' formaldeid rispettivament. L-emissjonijiet tal-KOV jinqabdu fuq tubi sorbenti Tenax TA u sussegwentement jiġu analizzati permezz ta' desorbiment-termali-GC-MS skont l-istandard ISO 16000-6.

    Ir-riżultati huma espressi semi-kwantitattivament bħala ekwivalenti ta' toluwen. L-analiti individwali speċifikati kollha jiġu rapportati minn limitu ta' konċentrazzjoni ta' ≥ 1 μg/m3. Il-valur totali tal-KOV huwa s-somma tal-analiti kollha b'konċentrazzjoni ta' ≥ 1μg/m3 u li jelwixxu fil-perjodu ta' retenzjoni minn n-eżan (C6) għal n-eżadekan (C16), it-tnejn inklużi. It-total tal-komposti kollha individwati klassifikati bħala kategorija C1 A jew C1b skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa t-total ta' dawn is-sustanzi kollha b'konċentrazzjoni ta' ≥ 1 μg/m3. Fil-każ li r-riżultati tat-test jaqbżu l-limiti standard, jeħtieġ li ssir kwantifikazzjoni speċifika tas-sustanzi. Il-formaldeid jista' jiġi ddeterminat permezz tal-ġbir ta' arja tal-kampjun fuq skartoċċ DNPH u analiżi sussegwenti mill-HPLC/UV skont l-istandard ISO 16000-3.

    Ittestjar skont l-istandard CEN/TS 16516 għandu jitqies ekwivalenti għal dawk tas-serje ta' standards ISO 16000.

    7.2(c)   Aġenti neffieħa

    Komposti aloġenati organiċi ma għandhomx jintużaw bħala aġenti neffieħa jew bħala aġenti awżiljarji neffieħa.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' użu mill-manifattur tal-fowm.

    7.3.   Materjal ieħor għall-ikkuttunar

    Jista' jkun permess li jintuża materjal ieħer bħala kkuttunar fit-tapizzerija tal-għamara jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    Jitħarsu r-rekwiżiti ġenerali għal sustanzi perikolużi stabbiliti fil-kriterju 2.

    Ma jintużawx komposti aloġenati organiċi bħala aġenti neffieħa jew bħala aġenti awżiljarji neffieħa.

    Ma għandux jintuża rix jew l-ewwel rix tal-għasafar (down) kemm jekk waħdu jew f'taħlitiet.

    Jekk il-materjal tal-ikkuttunar/mili juża fibri tal-ġewż tal-Indi mogħtija l-lastku permezz tal-latex, trid tintwera konformità mal-kriterju 7.1(a) u 7.1(b).

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità li tiddikjara:

    (i)

    In-natural tal-materjal tal-ikkuttunar/mili użat u ta' kwalunkwe materjal imħallat ieħor;

    (ii)

    Li l-materjal ma jkun fih ebda SVHCs jew sustanzi perikolużi oħra li mhumiex speċifikament derogati fit-Tabella 2.

    (iii)

    Li ma jkunux intużaw komposti aloġenati organiċi bħala aġenti neffieħa jew bħala aġenti awżiljarji neffieħa.

    (iv)

    Li fil-materjal tal-mili/ikkuttunar ma jkunx intuża rix jew l-ewwel rix tal-għasafar, kemm jekk waħdu jew f'taħlitiet.

    (v)

    Jekk il-fibri tal-ġewż tal-Indi jkunu ngħataw il-lastku bil-latex, allura għandha tintwera konformità mal-kriterju 7.1 għal sustanzi ristretti u għal emissjonijiet ta' KOV.

    Kriterju 8 — Ħġieġ: l-użu ta' metalli tqal

    Dan il-kriterju japplika għal kwalunkwe materjal tal-ħġieġ inkluż fil-prodott finali tal-għamara irrispettivament mill-frazzjoni ta' piż li jippreżenta.

    Kwalunkwe ħġieġ li jintuża fil-prodott tal-għamara għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    Ma jkunx fih ħġieġ biċ-ċomb.

    Ma jkunx fih impuritajiet taċ-ċomb, tal-merkurju jew tal-kadmju f'livelli ogħla minn 100 mg/kg għal kull metall.

    Għall-ħġieġ mera, kwalunkwe żebgħa, primer jew verniċ li jintuża fuq il-wiċċ ta' wara tal-mera għandu jkollu kontenut ta' ċomb ta' inqas minn 2 000 mg/kg tas-sustanza ġol-bott. Il-kisi għandu jiġi applikat permezz tal-“proċess tal-landa” minflok bil-“proċess tar-ram”.

    Valutazzjoni u verifika:

    (i)

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur tal-ħġieġ li tgħid li fil-prodott finali tal-għamara ma jkunx hemm preżenti ħġieġ biċ-ċomb. Fin-nuqqas ta' dikjarazzjoni xierqa, il-korp kompetenti jista' jitlob analiżi tal-ħġieġ fil-prodott finali tal-għamara permezz ta' metodu mhux distruttiv li juża strument portabbli ta' Fluworexxenza bir-Raġġi X.

    (ii)

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur tal-ħġieġ li tgħid li l-ħġieġ preżenti fil-prodott tal-għamara ma jkunx fih impuritajiet taċ-ċomb, tal-merkurju jew tal-kadmju f'livelli ogħla minn 100 mg/kg (0,01 % w/w). Fin-nuqqas ta' dikjarazzjoni xierqa, il-korp kompetenti jista' jitlob ittestjar ta' dawn il-metalli fil-ħġieġ permezz ta' Fluworexxenza bir-Raġġi X skont il-prinċipji tal-istandard ASTM F2853-10 jew ekwivalenti.

    (iii)

    L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mill-fornitur tal-ħġieġ li tgħid li l-formulazzjonijiet kollha taż-żebgħa, tal-primers u tal-verniċ użati fuq il-wiċċ ta' wara tal-mera fihom inqas minn 2 000 mg/kg ta' ċomb (0,2 % w/w). Id-dikjarazzjoni għadha tkun appoġġjata b'SDS rilevanti jew b'dokumentazzjoni simili. Il-fornitur tal-ħġieġ tal-mera għandu jipprovdi dikjarazzjoni oħra li tgħid li l-wiċċ ta' wara jkun ġie applikat bl-użu tal-“proċess tal-landa” u mhux bil-“proċess tar-ram”.

    Kriterju 9 — Rekwiżiti tal-prodott finali

    9.1.   Adegwatezza għall-użu

    Għamara bl-Ekotikketta tal-UE għandha titqies adegwata għall-użu jekk tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-aħħar verżjonijiet ta' kwalunkwe standards EN rilevanti elenkati fl-Appendiċi IV li għandhom x'jaqsmu mad-durabbiltà, mar-rekwiżiti dimensjonali, mas-sigurtà u mas-saħħa tal-prodott.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tiddikjara liema standards (jekk ikun hemm) fl-Appendiċi IV japplikaw għall-prodott u mbagħad jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' kwalunkwe standard EN rilevanti, appoġġjata b'rapporti ta' testijiet jew mill-manifattur tal-għamara jew mill-fornituri tal-parti/materjal komponenti, kif xieraq.

    9.2.   Garanzija estiża tal-prodott

    L-applikant għandu jipprovdi, mingħajr ebda spejjeż addizzjonali, garanzija ta' mill-inqas ħames snin effettiva mid-data tal-kunsinna tal-prodott. Din il-garanzija trid tingħata mingħajr preġudizzju għall-obbligi legali tal-manifattur u tal-bejjiegħ skont il-liġi nazzjonali.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità u jindika t-termini u l-kundizzjonijiet tal-garanzija estiża tal-prodott li huma pprovduti fid-dokumentazzjoni bl-informazzjoni għall-konsumatur u li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti f'dan il-kriterju.

    9.3.   Provvista ta' parts tal-bdil

    Il-manifattur tal-għamara għandu jagħmel disponibbli parts tal-bdil (spare parts) għall-klijenti tiegħu għal perjodu ta' mill-inqas 5 snin mid-data tal-kunsinna tal-prodott. L-ispiża (jekk ikun hemm) tal-parts tal-bdil għandha tkun proporzjonata mal-ispiża totali tal-prodott tal-għamara. Għandhom jiġu pprovduti dettalji ta' kuntatt li għandhom jintużaw sabiex tiġi rranġata l-kunsinna tal-parts tal-bdil.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li tgħid li l-parts tal-bdil sejrin ikunu disponibbli għal perjodu ta' mill-inqas 5 snin mid-data tal-kunsinna tal-prodott. Il-parts għandhom ikunu disponibbli mingħajr ħlas matul il-perjodu ta' garanzija jekk l-oġġetti jinstabu li jkunu difettużi waqt l-użu normali jew bi spiża proporzjonata jekk l-oġġetti ssirilhom ħsara minħabba użu ħażin. L-informazzjoni ta' kuntatt għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni għall-konsumatur.

    9.4.   Disinn għaż-żarmar

    Fil-każ ta' għamara li tkun tikkonsisti minn diversi partijiet/materjali komponenti, il-prodott għandu jkun iddisinjat biex jiġi żarmat bil-għan li tiġi faċilitata t-tiswija, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet sempliċi u illustrati dwar iż-żarmar u s-sostituzzjoni ta' partijiet/materjali komponenti bi ħsara. L-operazzjonijiet ta' żarmar u ta' sostituzzjoni għandhom ikunu jistgħu jitwettqu bl-użu ta' għodda manwali komuni u bażika u minn persuna bla sengħa.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi disinji tekniċi li juru kif l-oġġett tal-għamara jista' jiġi mmuntat/żarmat permezz ta' għodda bażika u minn persuni bla sengħa. Fil-każ ta' tapizzerija, dan iż-żarmar jista' jinkludi l-użu ta' żippijiet u velkro biex il-kuxxins tas-sufan ikunu jistgħu jitwaħħlu/jinqalgħu minn mal-qafas tas-sufan u l-ikkuttunar intern minn mal-materjal tal-kisi. Jekk ikun meħtieġ, għandha ssir provvista għall-fittings bil-kamin li jidħlu direttament fil-panewijiet abbażi tal-injam sabiex waqt l-immuntar mill-ġdid il-vit ikun jista' jerġa' jiddaħħal f'post differenti minn dak minn fejn ikun tneħħa waqt iż-żarmar.

    9.5.   Emissjonijiet tal-KOV

    Jekk il-prodott tal-għamara jkun fih xi partijiet/materjali komponenti elenkati hawn taħt, għandu jkun meħtieġ ittestjar għall-emissjonijiet ta' KOV:

    Kisi għat-tapizzerija magħmul mill-ġilda;

    Kisi għat-tapizzerija magħmul minn drappijiet miksija;

    Kwalunkwe parti komponenti li tirrappreżenta iktar minn 5 % tal-piż totali tal-prodott tal-għamara (minbarra l-ippakkjar) u li tkun ġiet ittrattata b'formulazzjonijiet ta' kisi b'kontenut għoli ta' KOV (ogħla minn 5 %) li jkunu ġew applikati b'rati ogħla minn 30 g/m2 tal-erja tal-wiċċ miksi jew li r-rati tal-applikazzjoni tagħhom ma jkunux ġew ikkalkolati.

    L-ippakkjar u l-kunsinna ta' kampjuni li jintbagħtu għall-ittestjar, l-immaniġġar u l-kondizzjonament tagħhom, ir-rekwiżiti tal-kompartiment għall-ittestjar u l-metodi għall-analiżi tal-gass għandhom isegwu l-proċeduri deskritti fis-sett ta' standards tal-ISO 16000.

    L-ittestjar jista' jsir fuq il-prodott sħiħ tal-għamara (ara l-kundizzjonijiet u l-limiti fit-Tabella 16) jew f'kompartimenti iżgħar għall-ittestjar speċifikament għall-partijiet/materjali komponenti elenkati hawn fuq (ara l-kundizzjonijiet u l-limiti fit-Tabella 17).

    L-emissjonijiet ta' KOV ma għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu mogħtija fit-Tabella 16 u fit-Tabella 17.

    Tabella 16

    Valuri massimi ta' limitu ta' emissjonijiet ta' KOV għal prodotti speċifiċi tal-għamara

    Parametru tat-test

    Pultruni u Sufani

    Siġġijiet għall-uffiċċju

    Oġġetti oħra tal-għamara

    Volum tal-kompartiment

    Fil-medda ta' 2-10 m3

    Rata ta' tagħbija

    Il-prodott għandu jieħu madwar 25 % tal-volum tal-kompartiment

     (***********) 0,5-1,5 m2/m3

    Rata ta' ventilazzjoni

    4,0 m3/h

    2,0 m3/h

     (***********) 0,5-1,5 h– 1

    Sustanza

    3d

    28d

    3d

    28d

    28d

    Formaldeid

    60 μg/m3

    60 μg/m3

    60 μg/m3

    TVOC (***********)

    ≤ 3 000  μg/m3

    ≤ 400 μg/m3

    ≤ 450 μg/m3

    ≤ 450 μg/m3

    TSVOC

    ≤ 100 μg/m3

    ≤ 80 μg/m3

    ≤ 80 μg/m3

    Sustanzi kklassifikati bħala C (10)

    ≤ 10 μg/m3 (limitu totali)

    ≤ 1 μg/m3 (kull sustanza)

    ≤ 10 μg/m3 (limitu totali)

    ≤ 1 μg/m3 (kull sustanza)

    ≤ 1 μg/m3 (kull sustanza)

    Valur R għal sustanzi LCI (11)

    ≤ 1

    ≤ 1

    ≤ 1


    Tabella 17

    Valuri massimi ta' limitu ta' emissjonijiet ta' KOV għal partijiet/materjali mmirati tal-għamara

    Parametru tat-test

    Partijiet komponenti miksija

    Materjal tal-ġilda jew ta' drapp miksi li jintuża għall-kisi tat-tapizzerija

    Volum minimu permess tal-kompartiment

    200 L għal partijiet komponenti abbażi tal-injam

    20 L għal partijiet komponenti oħra

    20 L

    Rata ta' ventilazzjoni

    0,5 h– 1

    1,5 m3/m2·h

    Sustanza

    3d

    28d

    3d

    28d

    Formaldeid

    60 μg/m3

    60 μg/m3

    TVOC

    ≤ 3 000  μg/m3

    ≤ 400 μg/m3

    ≤ 450 μg/m3

    TSVOC

    ≤ 100 μg/m3

    ≤ 80 μg/m3

    Sustanzi kklassifikati bħala C (12)

    ≤ 10 μg/m3 (limitu totali)

    ≤ 1 μg/m3 (kull sustanza)

    ≤ 10 μg/m3 (limitu totali)

    ≤ 1 μg/m3 (kull sustanza)

    Valur R għal sustanzi LCI (13)

    ≤ 1

    ≤ 1

    Valutazzjoni u verifika: Fejn il-prodott tal-għamara jitqies li jeħtieġ ittestjar tal-emissjonijiet ta' KOV tal-prodott finali, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità, appoġġjata b'rapport tat-test minn testijiet li jkunu saru fil-kompartiment imwettqa skont is-serje tal-istandards tal-ISO 16000. Testijiet li jsiru skont CEN/TS 16516 għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-ISO 16000. Jekk il-limiti ta' konċentrazzjoni fil-kompartiment speċifikati fit-28 jum ikunu jistgħu jintlaħqu 3 ijiem wara t-tqegħid tal-kampjun fil-kompartiment, jew fi kwalunkwe perjodu ta' żmien ieħor bejn 3 u 27 jum wara t-tqegħid tal-kampjun fil-kompartiment, hemmhekk tista' tiġi dikjarata konformità mar-rekwiżiti u t-test jista' jitwaqqaf qabel iż-żmien.

    Data minn testijiet sa 12-il xahar qabel l-applikazzjoni għall-Ekotikketta tal-UE għandha tkun valida għal prodotti jew għal partijiet/materjali komponenti sakemm ma jkunx sar tibdil lill-proċess ta' manifattura jew lill-formulazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi użati li jitqies li jżid l-emissjonijiet ta' KOV mill-prodott finali jew mill-partijiet/materjali komponenti rilevanti.

    Għandha tiġi aċċetta wkoll data minn testijiet li turi konformità mal-limiti fit-Tabella 17 għall-partijiet/materjali komponenti rilevanti li tiġi pprovduta direttament mill-fornituri jekk tkun akkumpanjata b'dikjarazzjoni minn dak il-fornitur.

    Kriterju 10 — Informazzjoni għall-Konsumatur

    Mal-prodott għandu jiġi pprovdut dokument uniku b'informazzjoni għall-konsumatur li jinkludi informazzjoni fil-lingwa tal-pajjiż fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq, dwar l-aspetti li ġejjin:

    Deskrizzjoni tal-prodott skont ir-rekwiżiti tal-kriterju 1.

    Il-konsumatur għandu jingħata deskrizzjoni dettaljata dwar l-aħjar modi għar-rimi tal-prodott (jiġifieri l-użu mill-ġdid, inizjattiva fejn l-applikant jieħu l-prodott lura, riċiklaġġ, irkupru ta' enerġija), u dawn għandhom jingħataw grad skont l-impatt tagħhom fuq l-ambjent.

    Informazzjoni dwar it-tipi ta' polimeri ta' kwalunkwe parti komponenti tal-plastik b'piż ta' iktar minn 100 g li ma kinux immarkati skont ir-rekwiżiti tal-kriterju 4.1.

    Dikjarazzjoni li d-denominazzjoni, id-deskrizzjoni, it-tikketta jew l-immarkar tal-ġilda jkun intuża skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'EN 15987 u f'EN 16223.

    Dikjarazzjoni ċara dwar il-kundizzjonijiet li fihom għandu jintuża l-prodott tal-għamara. Pereżempju ġewwa, barra, il-meded tat-temperatura, il-kapaċitajiet ta' tagħbija u dwar il-metodu korrett għat-tindif tal-prodott.

    Informazzjoni dwar it-tip ta' ħġieġ użat, kwalunkwe informazzjoni dwar is-sigurtà, kemm ikun tajjeb għall-kuntatt ma' materjal iebes bħal ħġieġ, metall jew ġebel u informazzjoni dwar ir-rimi korrett tal-ħġieġ, pereżempju l-kompatibbiltà jew in-nuqqas ta' kompatibbiltà tiegħu mal-ħġieġ tal-kontenituri wara l-użu mill-konsumatur.

    Dikjarazzjoni ta' konformità ma' regolamenti rilevanti dwar is-sigurtà kontra n-nirien fil-pajjiż fejn tinbiegħ l-għamara miksija, id-dettalji dwar liema ritardanti tal-fjammi jkunu ntużaw (jekk affattu) u f'liema materjal (jekk affattu).

    Dikjarazzjoni dwar in-nuqqas ta' użu tal-prodotti bijoċidali sabiex jiġi pprovdut effett diżinfettanti finali fi kwalunkwe għamara li tkun kummerċjalizzata b'mod ċar biex tintuża ġewwa u fil-każ ta' għamara ta' barra, dikjarazzjoni dwar liema sustanzi attivi tal-prodotti bijoċidali jkunu ntużaw (jekk affattu) u f'liema materjal (jekk affattu).

    Dikjarazzjoni ta' konformità ma' kull standard EN rilevanti kif imsemmi fil-kriterju 9.1. u fl-Appendiċi IV.

    Informazzjoni rilevanti dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-garanzija tal-prodott skont ir-rekwiżiti tal-kriterju 9.2.

    Informazzjoni ta' kuntatt rilevanti dwar il-provvista ta' parts tal-bdil skont ir-rekwiżiti tal-kriterju 9.3.

    Struzzjonijiet spjegati sew dwar l-immuntar u ż-żarmar skont ir-rekwiżiti tal-kriterju 9.4.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi kopja tad-dokument bl-informazzjoni għall-konsumatur li għandu jiġi pprovdut mal-prodott li juri l-konformità mal-punti kollha elenkati fil-kriterju, kif xieraq.

    Kriterju 11 — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

    Jekk tintuża t-tikketta opzjonali b'kaxxa għat-test, din għandu jkun fiha, fejn rilevanti, tlieta mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

    Injam, sufra, bambù u rattan minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli

    Kontenut riċiklat (injam u plastik, jekk applikabbli)

    Sustanzi perikolużi ristretti

    Ma ġiex trattat bi prodotti bijoċidali (jekk applikabbli)

    Ma ġiex trattat b'ritardanti tal-fjammi (jekk applikabbli)

    Prodott b'emissjonijiet baxxi ta' formaldeid

    Prodott b'emissjonijiet baxxi ta' KOV

    Prodott iddisinjat biex ikun jista' jiżżarma u jissewwa faċilment

    Fejn fit-tapizzerija tal-għamara jkun intuża materjal tessili abbażi tal-qoton li juża qoton organiku jew IPM, it-test jista' jintwera fil-kaxxa 2 tal-Ekotikketta tal-UE kif ġej:

    Tabella 18

    Informazzjoni li tista' tidher maġenb l-Ekotikketta tal-UE relatata mal-qoton fit-tessuti

    Speċifikazzjoni tal-produzzjoni

    It-test li jista' jintwera

    Kontenut organiku ta' iktar minn 95 %

    Tessut magħmul minn qoton organiku

    Kontenut ta' IPM ta' iktar minn 70 %

    Qoton imkabbar b'inqas użu ta' pestiċidi

    Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa għat-test jistgħu jinstabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit web:

    http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.


    (1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE tal-5 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 45).

    (3)  ECHA, “Lista ta' Kandidati ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna għall-Awtorizzazzjoni”, http://www.echa.europa.eu/candidate-list-table.

    (*)  It-tneħħija tal-kulur fit-trattament tal-ilma mormi għandha titqies li tkun seħħet meta l-effluwenti fil-bini li fih isseħħ il-kolorazzjoni jissodisfaw il-koeffiċjenti spettrali li ġejjin: (i) 7 m– 1 fi 436 nm, 5 m– 1 fi 525 nm u 3 m– 1 fi 620 nm.

    (4)  ECHA, bażi tad-data dwar sustanzi reġistrati ta' REACH: http://www.echa.europa.eu/information-on-chemicals/registered-substances.

    (5)  L-ECHA, “Kooperazzjoni ma' aġenziji regolatorji pari”, http://echa.europa.eu/mt/about-us/partners-and-networks/international-cooperation/cooperation-with-peer-regulatory-agencies

    (6)  “L-Istandard tal-EPF għall-kundizzjonijiet ta' kunsinna ta' injam riċiklat”, Ottubru 2002. Disponibbli online fuq: http://www.europanels.org/upload/EPF-Standard-for-recycled-wood-use.pdf.

    (7)  Regolament 93120 “Airborne toxic control measure to reduce formaldehyde emissions from composite wood products” Kodiċi tar-Regolamenti ta' Kalifornja.

    (**)  Ma japplikax għal prodotti bojod jew għal prodotti li la huma kolorati u lanqas stampati.

    (***)  Madankollu livell ta' 4 huwa permess meta d-drappijiet li jiksu l-għamara jkollhom kemm kulur ċar (qawwa standard < 1/12) kif ukoll ikunu magħmula minn iktar minn 20 % suf jew fibri oħra tal-keratin, jew iktar minn 20 % għażel jew fibri tat-tilju.

    (****)  Total ta' 22 arilamin elenkati fl-Entrata 43 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 flimkien ma' żewġ komposti oħra (ara t-Tabella 1 fl-Appendiċi III għal lista sħiħa tal-arilamini li jridu jiġu ttestjati). Il-limitu ta' detezzjoni għall-EN ISO 17234-1 huwa ta' 30 mg/kg.

    (*****)  Il-limitu ta' detezzjoni għal EN ISO 17075 huwa ġeneralment preżunt li huwa ta' 3 mg/kg.

    (******)  Għamara speċifikament iddisinjata għal trabi u tfal taħt it-3 snin.

    (*******)  Jekk it-tessuti ttestjati jkunu ġew trattati b'ATO bħala sustanza sinerġika, skont il-kundizzjonijiet tad-deroga għall-użu ta' ATO fl-entrata (c) tat-Tabella 2, allura dawn għandhom ikunu eżentati minn konformità mal-limitu ta' lixxivjazzjoni għall-antimonju.

    (8)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/84/UE tal-11 ta' Frar 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-ikkonzar tal-ġlud (ĠU L 45, 16.2.2013, p. 13).

    (9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

    (********)  N-nitrosodimetilammina (NDMA), N-nitrosodietilammina (NDEA), N-nitrosometiletilammina (NMEA), N-nitrosodi-i-propilammina (NDIPA), N-nitrosodi-n-propilammina (NDPA), N-nitrosodi-n-butilammina (NDBA), N-nitrosopirrolidinon (NPYR), N-nitrosopiperidina (NPIP), N-nitrosomorfolina (NMOR).

    (*********)  0,01 % w/w (is-somma ta' 4 ftalati fil-prodotti l-oħra kollha tal-għamara).

    (**********)  B'referenza għall-aħħar verżjoni tal-Lista ta' Kandidati tal-ECHA fiż-żmien tal-applikazzjoni.

    (***********)  Għalkemm hemm lok li tiġi varjata r-rata ta' tagħbija u r-rata ta' ventilazzjoni għal oġġetti oħra tal-għamara, il-proporzjon bejn ir-rata ta' tagħbija (m2/m3) u r-rata ta' ventilazzjoni (h– 1) għandu jinżamm f'1,0.

    (10)  Il-formaldeid huwa eskluż mill-konsiderazzjoni f'kalkoli ta' emissjonijiet kumulattivi karċinoġeniċi ta' KOV u minflok għandu l-limitu individwali tiegħu stess.

    (11)  Valur R = total tal-kwozjenti kollha Ci/LCIi) < 1 (fejn Ci = konċentrazzjoni tas-sustanza fl-arja tal-kompartiment, il-valur LCIi = LCI tas-sustanza kif definit mill-aħħar data definita skont l-Azzjoni Kollaborattiva Ewropea “L-arja urbana, l-ambjent ta' ġewwa u l-esponiment tal-bniedem”.

    (12)  Il-formaldeid huwa eskluż mill-konsiderazzjoni f'kalkoli ta' emissjonijiet kumulattivi karċinoġeniċi ta' KOV u minflok għandu l-limitu individwali tiegħu stess.

    (13)  Valur R = total tal-kwozjenti kollha Ci/LCIi) < 1 (fejn Ci = konċentrazzjoni tas-sustanza fl-arja tal-kompartiment, il-valur LCIi = LCI tas-sustanza kif definit mill-aħħar data definita skont l-Azzjoni Kollaborattiva Ewropea “L-arja urbana, l-ambjent ta' ġewwa u l-esponiment tal-bniedem”.

    Appendiċi I

    GWIDA GĦALL-KALKOLU TA' KOV UŻATI FIL-KISI TAL-WIĊĊ

    Il-metodu ta' kalkolu jeħtieġ l-informazzjoni li ġejja:

    L-erja totali tal-wiċċ miksi tal-prodott finali mmuntat

    Il-kontenut ta' KOV tal-kompost kisi (f'g/L).

    Il-volum tal-kompost tal-kisi preżenti qabel l-operazzjoni ta' kisi.

    L-għadd ta' unitajiet identiċi pproċessati matul l-operazzjoni ta' kisi.

    Il-volum tal-kompost tal-kisi li jifdal wara l-operazzjoni ta' kisi.

    Eżempju ta' kalkolu huwa kif ġej:

    L-erja totali tal-wiċċ miksi tal-prodott finali mmuntat

    = 1,5m2.

    Il-kontenut ta' KOV tal-kompost kisi (f'g/L)

    = 120 g/L.

    Il-volum (1) tal-kompost tal-kisi preżenti qabel l-operazzjoni ta' kisi

    = 18,5 L.

    L-għadd ta' unitajiet identiċi pproċessati matul l-operazzjoni ta' kisi

    = 4.

    Il-volum (1) tal-kompost tal-kisi li jifdal wara l-operazzjoni ta' kisi

    = 12,5 L


    Erja totali miksija

    = 4 × 1,5m2

    = 6 m2.

    Il-volum totali tal-kompost tal-kisi użat

    = 18,5 – 12,5

    = 6 L.

    KOV totali applikat lill-wiċċ

    = 3,9L × 120 g/L

    = 468 g

    KOV totali applikat kull m2

    = 468 g/6m2

    = 78 g/m2.

    Fejn jiġi applikat iktar minn kompost tal-kisi wieħed, bħal primers jew kisi għall-irfinar, il-konsum volumetriku u l-kontenut ta' KOV għandhom jiġu kkalkolati u magħduda flimkien ukoll.

    L-opzjonijiet biex titnaqqas il-kwantità totali tal-kontenut ta' KOV użati f'operazzjonijiet ta' kisi jinkludu l-użu ta' tekniki iktar effiċjenti. Effiċjenzi indikattivi ta' tekniki differenti ta' kisi huma murija hawn taħt.

    Tabella

    Fatturi indikattivi ta' effiċjenza għal tekniki ta' kisi:

    Teknika tal-kisi

    Effikaċja

    (%)

    Fattur ta' effiċjenza

    Apparat tal-isprejjar mingħajr riċiklaġġ

    50

    0,5

    Sprejjar elettrostatiku

    65

    0,65

    Apparat tal-isprejjar bir-riċiklaġġ

    70

    0,7

    Sprejjar qanpiena/diska

    80

    0,8

    Verniċjar bir-romblu

    95

    0,95

    Kisi komplut

    95

    0,95

    Verniċjar bil-vakwu

    95

    0,95

    Tgħaddis

    95

    0,95

    Tlaħliħ

    95

    0,95


    (1)  innota li minflok il-volum jista' jiġi applikat il-kejl tal-piż sakemm tkun magħrufa d-densità tal-kompost tal-kisi u tkun tqieset fil-kalkolu.

    Appendiċi II

    REKWIŻITI SKONT EN 13336 GĦAL ĠILDA GĦALL-GĦAMARA

    Tabella

    Rekwiżiti fiżiċi tal-ġilda użata f'għamara bl-Ekotikketta tal-UE (skont EN 13336)

    Karatteristiċi fundamentali

    Metodu tal-ittestjar

    Valuri rakkomandati

    Nubuck, Suede u Anilin (*)

    Anilin medju (*)

    Miksija, pigmentata u oħrajn (*)

    pH u ΔpH

    EN ISO 4045

    ≥ 3,5 (jekk il-pH ikun ta' < 4,0, ΔpH għandu jkun ta' ≤ 0,7

    Saħħa ta' tiċrita, valur medju

    EN ISO 3377-1

    > 20 N

    Iż-żamma tal-kulur mal-għarik 'l hawn u 'l hinn

    EN ISO 11640.

    Massa totali tas-saba' 1 000  g.

    Soluzzjoni alkalina tal-għaraq kif definita f'EN ISO 11641.

    Aspetti li għandhom jiġu vvalutati

    Tibdil fil-kulur tal-ġilda u titbigħ b'feltru

    Tibdil fil-kulur tal-ġilda u titbigħ b'feltru L-ebda ħsara lill-finitura

    bl-użu ta' feltru xott

    50 ċiklu, ≥ skala ta' griż ta' 3

    500 ċiklu, ≥ skala ta' griż ta' 4

    bl-użu ta' feltru niedi

    20 ċiklu, ≥ skala ta' griż ta' 3

    80 ċiklu, ≥ skala ta' griż ta' 3/4

    250 ċiklu, ≥ skala ta' griż ta' 3/4

    bl-użu ta' feltru mxarrab b'għaraq artifiċjali

    20 ċiklu, ≥ skala ta' griż ta' 3

    50 ċiklu, ≥ skala ta' griż ta' 3/4

    80 ċiklu, ≥ skala ta' griż ta' 3/4

    Iż-żamma tal-kulur f'dawl artifiċjali

    EN ISO 105-B02 (metodu 3)

    ≤ skala ta' blu ta' 3

    ≤ skala ta' blu ta' 4

    ≤ skala ta' blu ta' 5

    Adeżjoni tal-finitura xotta

    EN ISO 11644

    ≥ 2N/10 mm

    Reżistenza għal liwi fuq ix-xott

    EN ISO 5402-1

    Għall-ġilda anilina b'finitura mhux pigmentata biss, 20 000 ċiklu (l-ebda xquq ta' ħsara fil-finitura)

    50 000 ċiklu (l-ebda xquq ta' ħsara fil-finitura)

    50 000 ċiklu (l-ebda xquq ta' ħsara fil-finitura)

    Iż-żamma tal-kulur fil-preżenza ta' tbajja' tal-ilma

    EN ISO 15700

    ≥ skala ta' griż ta' 3 (l-ebda imbuzzar permanenti)

    Reżistenza tal-finitura għal xquq f'temperatura kiesħa

    EN ISO 17233

    – 15 °C (l-ebda xquq fil-finitura)

    Reżistenza għan-nar

    EN 1021 jew standards nazzjonali rilevanti

    Jgħaddi


    (*)  Id-definizzjonijiet ta' dawn it-tipi ta' ġilda huma skont EN 15987.

    Appendiċi III

    KOMPOSTI PPROJBITI TA' ARILAMMINA F'MATERJAL FINALI TAL-ĠILDA, TAT-TESSUTI U TAD-DRAPP MIKSI

    Hawnhekk huma inklużi s-sustanzi elenkati fl-Entrata 43 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li l-preżenza tagħhom għandha tiġi ttestjata fi kwalunkwe ġilda kolorata (bl-użu tal-istandard EN 17234) jew tessut (bl-użu tal-istandard EN 14362-1 u -3).

    Tabella 1

    Arilammini karċinoġeniċi li għandhom jiġu ttestjati fit-tessuti jew fil-ġilda.

    Ammina tal-aril

    Numru CAS

    Ammina tal-aril

    Numru CAS

    4-amminodifenil

    92-67-1

    4,4′-ossidianilina

    101-80-4

    Benżidina

    92-87-5

    4,4′-tijodianilina

    139-65-1

    4-kloro-o-toluwidina

    95-69-2

    o-toluwidina

    95-53-4

    2-naftilammina

    91-59-8

    2,4-diamminotoluwen

    95-80-7

    o-ammino-ażotoluwen

    97-56-3

    2,4,5-trimetilanilina

    137-17-7

    2-ammino-4-nitrotoluwen

    99-55-8

    4-amminoażobenżen

    60-09-3

    4-kloroanilina

    106-47-8

    o-anisidina

    90-04-0

    2,4-diamminoanisol

    615-05-4

    2,4-Ksilidina

    95-68-1

    4,4′-diamminodifenilmetan

    101-77-9

    2,6-Ksilidina

    87-62-7

    3,3′-diklorobenżidina

    91-94-1

    p-kresidina

    120-71-8

    3,3′-dimetossibenżidina

    119-90-4

    3,3′-dimetilbenżidina

    119-93-7

    3,3′-dimetil-4,4′-diamminodifenilmetan

    838-88-0

    4,4′-metilen-bis-(2-kloro-anilina)

    101-14-4

    Għadd ta' komposti oħra tal-koloranti, li mhumiex direttament ristretti bl-Entrata 43 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, huma magħrufa li jinferqu waqt l-ipproċessar biex jiffurmaw uħud mis-sustanzi pprojbiti elenkati fit-Tabella 1. Sabiex titnaqqas ħafna l-inċertezza dwar il-konformità mal-limitu stabbilit ta' 30 mg/kg għas-sustanzi elenkati fit-Tabella 1, il-manifatturi huma mħeġġa, iżda mhux obbligati, li jevitaw l-użu tal-koloranti elenkati fit-Tabella 2.

    Tabella 2

    Lista indikattiva ta' koloranti li jistgħu jinferqu biex jiffurmaw arilammini karċinoġeni

    Koloranti mifruxa

    Koloranti bażiċi

    Disperse Orange 60

    Disperse Yellow 7

    Basic Brown 4

    Basic Red 114

    Disperse Orange 149

    Disperse Yellow 23

    Basic Red 42

    Basic Yellow 82

    Disperse Red 151

    Disperse Yellow 56

    Basic Red 76

    Basic Yellow 103

    Disperse Red 221

    Disperse Yellow 218

    Basic Red 111

     

    Koloranti aċidużi

    CI Acid Black 29

    CI Acid Red 4

    CI Acid Red 85

    CI Acid Red 148

    CI Acid Black 94

    CI Acid Red 5

    CI Acid Red 104

    CI Acid Red 150

    CI Acid Black 131

    CI Acid Red 8

    CI Acid Red 114

    CI Acid Red 158

    CI Acid Black 132

    CI Acid Red 24

    CI Acid Red 115

    CI Acid Red 167

    CI Acid Black 209

    CI Acid Red 26

    CI Acid Red 116

    CI Acid Red 170

    CI Acid Black 232

    CI Acid Red 26:1

    CI Acid Red 119:1

    CI Acid Red 264

    CI Acid Brown 415

    CI Acid Red 26:2

    CI Acid Red 128

    CI Acid Red 265

    CI Acid Orange 17

    CI Acid Red 35

    CI Acid Red 115

    CI Acid Red 420

    CI Acid Orange 24

    CI Acid Red 48

    CI Acid Red 128

    CI Acid Violet 12

    CI Acid Orange 45

    CI Acid Red 73

    CI Acid Red 135

     

    Koloranti diretti

    Direct Black 4

    Direct Blue 192

    Direct Brown 223

    Direct Red 28

    Direct Black 29

    Direct Blue 201

    Direct Green 1

    Direct Red 37

    Direct Black 38

    Direct Blue 215

    Direct Green 6

    Direct Red 39

    Direct Black 154

    Direct Blue 295

    Direct Green 8

    Direct Red 44

    Direct Blue 1

    Direct Blue 306

    Direct Green 8.1

    Direct Red 46

    Direct Blue 2

    Direct Brown 1

    Direct Green 85

    Direct Red 62

    Direct Blue 3

    Direct Brown 1:2

    Direct Orange 1

    Direct Red 67

    Direct Blue 6

    Direct Brown 2

    Direct Orange 6

    Direct Red 72

    Direct Blue 8

    Basic Brown 4

    Direct Orange 7

    Direct Red 126

    Direct Blue 9

    Direct Brown 6

    Direct Orange 8

    Direct Red 168

    Direct Blue 10

    Direct Brown 25

    Direct Orange 10

    Direct Red 216

    Direct Blue 14

    Direct Brown 27

    Direct Orange 108

    Direct Red 264

    Direct Blue 15

    Direct Brown 31

    Direct Red 1

    Direct Violet 1

    Direct Blue 21

    Direct Brown 33

    Direct Red 2

    Direct Violet 4

    Direct Blue 22

    Direct Brown 51

    Direct Red 7

    Direct Violet 12

    Direct Blue 25

    Direct Brown 59

    Direct Red 10

    Direct Violet 13

    Direct Blue 35

    Direct Brown 74

    Direct Red 13

    Direct Violet 14

    Direct Blue 76

    Direct Brown 79

    Direct Red 17

    Direct Violet 21

    Direct Blue 116

    Direct Brown 95

    Direct Red 21

    Direct Violet 22

    Direct Blue 151

    Direct Brown 101

    Direct Red 24

    Direct Yellow 1

    Direct Blue 160

    Direct Brown 154

    Direct Red 26

    Direct Yellow 24

    Direct Blue 173

    Direct Brown 222

    Direct Red 22

    Direct Yellow 48

    Appendiċi IV

    L-ISTANDARDS ERGONOMIĊI, TA' DURABBILTÀ U TA' SAĦĦA TAL-PRODOTT TAL-GĦAMARA.

    Tabella

    Lista indikattiva ta' standards EN tal-għamara (elaborati mill-Kumitat Tekniku CEN/TC 207 “Għamara”) rilevanti għall-kriterju 9.1.

    Standard

    Titolu

    Għamara miksija

    EN 1021-1

    Għamara — Valutazzjoni tal-fjammabbiltà ta' għamara miksija — Parti 1: Sors ta' tqabbid sigarett jaqbad

    EN 1021-2

    Għamara — Valutazzjoni tal-fjammabbiltà ta' għamara miksija — Parti 2: Sors ta' tqabbid ekwivalenti ta' fjamma ta' sulfarina

    Għamara għall-uffiċċju

    EN 527-1

    Għamara għall-uffiċċju — Imwejjed u skrivaniji għall-uffiċċju — Parti 1: Dimensjonijiet

    EN 527-2

    Għamara għall-uffiċċju — Imwejjed u skrivaniji għall-uffiċċju — Parti 2: Rekwiżiti ta' sikurezza mekkanika

    EN 1023-2

    Għamara għall-uffiċċju — Skrins — Parti 2: Rekwiżiti ta' sikurezza mekkanika

    EN 1335-1

    Għamara għall-uffiċċju — Siġġu għall-uffiċċju — Parti 1: Dimensjonijiet — Determinazzjoni tad-dimensjonijiet

    EN 1335-2

    Għamara għall-uffiċċju — Siġġu għall-uffiċċju — Parti 2: Rekwiżiti ta' sikurezza

    EN 14073-2

    Għamara għall-uffiċċju — Għamara għall-ħżin — Parti 2: Rekwiżiti ta' sikurezza

    EN 14074

    Għamara għall-uffiċċju — Imwejjed u skrivaniji u għamara għall-ħżin — Metodi ta' ttestjar għad-determinazzjoni tas-saħħa u tad-durabbiltà ta' partijiet li jiċċaqalqu. (wara l-ittestjar, il-komponenti ma għandux ikollhom ħsara u xorta għandhom jibqgħu jaħdmu kif suppost).

    Għamara ta' barra

    EN 581-1

    Għamara ta' barra — Postijiet fejn wieħed joqgħod bilqiegħda u mwejjed għall-ikkampjar, għall-użu domestiku u kuntrattwali — Parti 1: Rekwiżiti dwar is-sikurezza ġenerali

    EN 581-2

    Għamara ta' barra — Postijiet fejn wieħed joqgħod bilqiegħda u mwejjed għall-ikkampjar, għall-użu domestiku u kuntrattwali — Parti 2: Rekwiżiti dwar is-sikurezza mekkanika u metodi ta' ttestjar għall-postijiet fejn wieħed joqgħod bilqiegħda

    EN 581-3

    Għamara ta' barra — Postijiet fejn wieħed joqgħod bilqiegħda u mwejjed għall-ikkampjar, għall-użu domestiku u kuntrattwali — Parti 3: Rekwiżiti dwar is-sikurezza mekkanika u metodi ta' ttestjar għall-imwejjed

    Għamara fejn wieħed joqgħod bilqiegħda

    EN 1022

    Għamara domestika — Postijiet fejn wieħed joqgħod bilqiegħda — Determinazzjoni ta' stabbiltà

    EN 12520

    Għamara — Saħħa, durabbiltà u sigurtà — Rekwiżiti għal għamara domestika fejn wieħed joqgħod bilqiegħda

    EN 12727

    Għamara — Għamara kklassifikata ta' fejn wieħed joqgħod bilqiegħda — Metodi ta' ttestjar u rekwiżiti għas-saħħa u għad-durabbiltà

    EN 13759

    Għamara — Mekkaniżmi ta' tħaddim għall-għamara fejn wieħed joqgħod bilqiegħda u għal sufani li jistgħu jiġu konvertiti f'sodod — Metodi ta' ttestjar

    EN 14703

    Għamara — Rabtiet għal għamara mhux domestika fejn wieħed joqgħod bilqiegħda li tkun marbuta flimkien f'ringiela — Rekwiżiti dwar is-saħħa u metodi ta' ttestjar

    EN 16139

    Għamara — Saħħa, durabbiltà u sigurtà — Rekwiżiti għal għamara mhux domestika fejn wieħed joqgħod bilqiegħda

    Imwejjed

    EN 12521

    Għamara — Saħħa, durabbiltà u sigurtà — Rekwiżiti għal imwejjed domestiċi

    EN 15372

    Għamara — Saħħa, durabbiltà u sigurtà — Rekwiżiti għal imwejjed mhux domestiċi

    Għamara tal-kċina

    EN 1116

    Għamara tal-kċina — Daqsijiet koordinati għal għamara tal-kċina u għal tagħmir tal-kċina

    EN 14749

    Unitajiet tal-ħżin u uċuħ domestiċi u tal-kċina — Rekwiżiti ta' sikurezza u metodi ta' ttestjar

    Sodod

    EN 597-1

    Għamara — Valutazzjoni tal-fjammabbiltà ta' saqqijiet u bażijiet tas-sodda miksija — Parti 1: Sors ta' tqabbid: Sigarett jaqbad

    EN 597-2

    Għamara — Valutazzjoni tal-fjammabbiltà ta' saqqijiet u bażijiet tas-sodda miksija — Parti 2: Sors ta' tqabbid: Ekwivalenti ta' fjamma ta' sulfarina

    EN 716-1

    Għamara — Sodod tat-tfal u sodod tat-tfal li jintwew għall-użu domestiku — Parti 1: Rekwiżiti ta' sikurezza

    EN 747-1

    Għamara — Bunk beds u sodod għoljin — Parti 1: Rekwiżiti ta' sikurezza, saħħa u durabbiltà

    EN 1725

    Għamara domestika — Sodod u saqqijiet — Rekwiżiti ta' sikurezza u metodi ta' ttestjar

    EN 1957

    Għamara — Sodod u saqqijiet — Metodi ta' ttestjar għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi funzjonali u l-kriterji ta' valutazzjoni

    EN 12227

    Playpens għall-użu domestiku — Rekwiżiti ta' sikurezza u metodi ta' ttestjar

    Għamara tal-ħżin

    EN 16121

    Għamara mhux domestika tal-ħżin — Rekwiżiti għas-sikurezza, għas-saħħa, għad-durabbiltà u għall-istabbiltà

    Tipi oħra ta' għamara

    EN 1729-1

    Għamara — Siġġijiet u mwejjed għal istituzzjonijiet edukattivi — Parti 1: Dimensjonijiet funzjonali

    EN 1729-2

    Għamara — Siġġijiet u mwejjed għal istituzzjonijiet edukattivi — Parti 2: Rekwiżiti ta' sikurezza u metodi ta' ttestjar

    EN 13150

    Bankijiet tax-xogħol għal-laboratorji — Dimensjonijiet, rekwiżiti ta' sikurezza u metodi ta' ttestjar

    EN 14434

    Bords għall-kitba għal istituzzjonijiet edukattivi — Rekwiżiti ergonomiċi, tekniċi u ta' sikurezza u l-metodi ta' ttestjar tagħhom


    Top