Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1116

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1116 tas-7 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u (UE) 2015/2055 dwar miżuri ta' protezzjoni u vaċċinazzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja (notifikata bid-dokument C(2016) 4157) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/4157

    ĠU L 186, 9.7.2016, p. 24–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/11/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1116/oj

    9.7.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 186/24


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1116

    tas-7 ta' Lulju 2016

    li temenda d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u (UE) 2015/2055 dwar miżuri ta' protezzjoni u vaċċinazzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja

    (notifikata bid-dokument C(2016) 4157)

    (It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1)(a), (3)(a) u (6) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 92/119/KEE tistabbilixxi miżuri ġenerali ta' kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' tifqigħa ta' ċertu mard tal-annimali, inkluża l-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD). Dawn il-miżuri ta' kontroll jinkludu t-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjenda agrikola infettata, filwaqt li jipprovdu wkoll il-vaċċinazzjoni ta' emerġenza f'każ ta' tifqigħa ta' LSD bħala suppliment għall-miżuri l-oħra ta' kontroll.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 (5) tistabbilixxi ċerti miżuri protettivi ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-konferma tal-LSD fil-Greċja fl-2015. Dawk il-miżuri jinkludu t-twaqqif ta' żona ristretta li hija deskritta fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, u li tinkludi ż-żona fejn ġiet ikkonfermata l-LSD u ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Greċja skont id-Direttiva 92/119/KEE.

    (3)

    B'segwitu tal-evoluzzjoni tal-qagħda epidemjoloġika fil-Greċja, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2055 (6). Dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tipprevedi li l-Greċja tista' twettaq vaċċinazzjoni ta' emerġenza ta' annimali bovini miżmuma f'azjendi agrikoli fiż-żona fejn issir il-vaċinazzjoni kif imniżżel fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055 emendat ukoll ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500, inkluża l-estensjoni taż-żona ristretta biex tinkludi mhux biss l-unità reġjonali ta' Evros, iżda wkoll l-unitajiet reġjonali ta' Rodopi, Xanthi, Kavala u Limnos.

    (4)

    Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u (UE) 2015/2055 ġew sussegwentement emendati permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2311 (7), sabiex tiġi estiża ż-żona ristretta stipulata fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500, kif ukoll iż-żona tat-tilqim kif stipulat fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055, wara konferma ta' tifqigħ ta' LSD addizzjonali fl-unità reġjonali ta' Chalkidiki u wara li waslet in-notifika mill-Greċja dwar l-intenzjoni tagħha li twettaq il-vaċċinazzjoni kontra l-LSD fl-unitajiet reġjonali ta' Chalkidiki, Thessaloniki, Kilkis, Drama u Serres.

    (5)

    Mis-6 ta' April 2016, il-Greċja rrappurtat tifqigħ ġdid ta' LSD fiż-żona ristretta kif stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u fiż-żona tal-vaċinazzjoni kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055. Kien hemm ukoll każijiet rapportati ta' tifqigħ ta' LSD fil-Bulgarija sa mit-13 ta' April 2016, u fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mill-21 ta' April 2016.

    (6)

    Fid-9 ta' Mejju 2016, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li twettaq vaċċinazzjoni ġewwa l-unitajiet reġjonali ta' Pella, Pieria u Imathia bħala miżura ta' prekawzjoni minħabba l-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-LSD. Fl-1 ta' Ġunju 2016, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li twettaq vaċċinazzjoni ġewwa l-unitajiet reġjonali ta' Florina, Kastoria u Kozani bħala miżura addizzjonali ta' prekawzjoni minħabba l-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-LSD. Din il-vaċċinazzjoni teħtieġ li titkabbar iż-żona ristretta stipulata fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 kif ukoll taż-żona tal-vaċċinazzjoni kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055. Id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u (UE) 2015/2055 għandhom għaldaqstant jiġu emendati skont dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni (UE) 2015/1500 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni (UE) 2015/2055 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

    (4)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1500 tas-7 ta' Settembru 2015 rigward ċerti miżuri ta' ħarsien kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1423 (ĠU L 234, 8.9.2015, p. 19).

    (6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2055 tal-10 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit il-programm għal tilqim ta' emerġenza ta' annimali bovini kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda (LSD) fil-Greċja u li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 (ĠU L 300, 17.11.2015, p. 31).

    (7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2311 tad-9 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 u (UE) 2015/2055 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-Greċja (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 65).


    ANNESS I

    L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1500 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “ANNESS

    IŻ-ŻONI RISTRETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(b)

    L-unitajiet reġjonali li ġejjin fil-Greċja:

    L-unità reġjonali ta' Evros

    L-unità reġjonali ta' Rodopi

    L-unità reġjonali ta' Xanthi

    L-unità reġjonali ta' Kavala

    L-unità reġjonali ta' Drama

    L-unità reġjonali ta' Serres

    L-unità reġjonali ta' Chalkidiki

    L-unità reġjonali ta' Thessaloniki

    L-unità reġjonali ta' Kilkis

    L-unità reġjonali ta' Pieria

    L-unità reġjonali ta' Imathia

    L-unità reġjonali ta' Pella

    L-unità reġjonali ta' Florina

    L-unità reġjonali ta' Kastoria

    L-unità reġjonali ta' Kozani

    L-unità reġjonali ta' Limnos.”.


    ANNESS II

    L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2055 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “ANNESS I

    L-unitajiet reġjonali li ġejjin fil-Greċja:

    L-unità reġjonali ta' Evros

    L-unità reġjonali ta' Rodopi

    L-unità reġjonali ta' Xanthi

    L-unità reġjonali ta' Kavala

    L-unità reġjonali ta' Drama

    L-unità reġjonali ta' Serres

    L-unità reġjonali ta' Chalkidiki

    L-unità reġjonali ta' Thessaloniki

    L-unità reġjonali ta' Kilkis

    L-unità reġjonali ta' Pieria

    L-unità reġjonali ta' Imathia

    L-unità reġjonali ta' Pella

    L-unità reġjonali ta' Florina

    L-unità reġjonali ta' Kastoria

    L-unità reġjonali ta' Kozani

    L-unità reġjonali ta' Limnos.”.


    Top