Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0716

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/716 tal-11 ta' Mejju 2016 li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/733/UE li timplementa r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES (notifikata bid-dokument C(2016) 2772) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/2772

    ĠU L 125, 13.5.2016, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/05/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/716/oj

    13.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 125/24


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/716

    tal-11 ta' Mejju 2016

    li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/733/UE li timplementa r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES

    (notifikata bid-dokument C(2016) 2772)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jissostitwixxi l-qafas regolatorju dwar EURES kif stabbilit fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/733/UE (3) tistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tan-Netwerk tas-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (“in-netwerk EURES”), b'mod partikolari fir-rigward tal-approvazzjoni ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) 2016/589 jistabbilixxi regoli ġodda dwar l-approvazzjoni ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u jistabbilixxi mill-ġdid in-netwerk EURES billi jintegra l-aspetti kollha koperti mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/733/UE.

    (4)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/733/UE għandha għalhekk, għal raġunijiet ta' ċertezza u ċarezza legali, titħassar l-aktar tard fid-data meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2016/589;

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE titħassar b'effett mit-12 ta' Mejju 2016, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/589.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Marianne THYSSEN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 141, 27.5.2011 p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2016 dwar netwerk Ewropew ta' servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta' mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/733/UE tas-26 ta' Novembru 2012 li timplimenta r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta' postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u l-istabbiliment mill-ġdid tal-EURES (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 21).


    Top