EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015Y0620(01)

Deċiżjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-1 ta’ Ġunju 2015 dwar il-ħatra tal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS/2015/1)

ĠU C 204, 20.6.2015, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2017

20.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/18


DEĊIŻJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tal-1 ta’ Ġunju 2015

dwar il-ħatra tal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

(BERS/2015/1)

(2015/C 204/06)

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni [tal-individwi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2012/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-13 ta’ Lulju 2012 li timplimenta regoli dwar il-protezzjoni tad-data fi ħdan il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Barbara Eggl hija maħtura bħala Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta (DPO) tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku (BERS) b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2015 sal-31 ta’ Mejju 2017. Eggl hija maħtura bħala d-DPO tal-BERS fil-kapaċità tagħha bħala membru tal-persunal u DPO tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Ġunju 2015.

Il-President tal-BERS

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162.

(4)  ĠU C 286, 22.9.2012, p. 16.


Top