This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2426
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2426 of 18 December 2015 amending Regulation (EU) 2015/1998 as regards third countries recognised as applying security standards equivalent to the common basic standards on civil aviation security (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2426 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1998 f'dak li għandu x'jaqsam ma' pajjiżi terzi rrikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2426 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1998 f'dak li għandu x'jaqsam ma' pajjiżi terzi rrikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 334, 22.12.2015, p. 5–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
22.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2426
tat-18 ta' Diċembru 2015
li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1998 f'dak li għandu x'jaqsam ma' pajjiżi terzi rrikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (2) jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008. |
(2) |
Dak l-istess Regolament (KE) Nru 272/2009 iqabbad lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-istandards tas-sigurtà ta' pajjiżi terzi skont il-kriterji mogħtija fit-Taqsima E tal-Anness ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (3) jelenka l-pajjiżi terzi li huma rrikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni. |
(4) |
Il-Kummissjoni vverifikat li l-Kanada u l-Montenegro wkoll jissodisfaw il-kriterji mogħtija fit-Taqsima E tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 272/2009. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(6) |
Għandu jiġi previst perjodu xieraq taż-żmien qabel ma jibda japplika dan ir-Regolament minħabba li jista' jkun hemm bżonn li jsir xi tibdil fl-operat u/jew fl-infrastruttura tal-ajruporti. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit permezz tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa jibda japplika mid-29 ta' Frar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta' Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1).
ANNESS
L-Anness qed jiġi emendat kif ġej:
(1) |
fil-Kapitolu 3, id-dokument mehmuż 3-B jinbidel b'dan li ġej: “ID-DOKUMENT MEHMUŻ 3-B SIGURTÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAK IT-TRATTAT, LI HUMA RRIKONOXXUTI BĦALA PAJJIŻI U TERRITORJI LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ LI HUMA EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI DWAR IS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI Fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dak it-Trattat, ġew irrikonoxxuti bħala pajjiżi u territorji li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili:
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika minnufih lill-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni. L-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew mit-territorju l-ieħor ikkonċernat ġiet stabbilita mill-ġdid.”; |
(2) |
fil-Kapitolu 4, id-dokument mehmuż 4-B jinbidel b'dan li ġej: “ID-DOKUMENT MEHMUŻ 4-B PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAK IT-TRATTAT, LI HUMA RRIKONOXXUTI BĦALA PAJJIŻI U TERRITORJI LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ LI HUMA EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI DWAR IS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI Fir-rigward tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dak it-Trattat, ġew irrikonoxxuti bħala pajjiżi u territorji li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili:
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni. L-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew mit-territorju l-ieħor ikkonċernat ġiet stabbilita mill-ġdid.”; |
(3) |
fil-Kapitolu 5, id-dokument mehmuż 5-A jinbidel b'dan li ġej: “ID-DOKUMENT MEHMUŻ 5-A BAGALJI TAL-ISTIVA PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAK IT-TRATTAT, LI HUMA RRIKONOXXUTI BĦALA PAJJIŻI U TERRITORJI LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ LI HUMA EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI DWAR IS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI Fir-rigward tal-bagalji tal-istiva, il-pajjiżi terzi li ġejjin, kif ukoll pajjiżi u territorji oħra li fihom, f'konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma japplikax it-Titolu VI tal-Parti Tlieta ta' dak it-Trattat, ġew irrikonoxxuti bħala pajjiżi u territorji li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili:
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni. L-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew mit-territorju l-ieħor ikkonċernat ġiet stabbilita mill-ġdid.”; |
(4) |
fil-Kapitolu 6, id-dokument mehmuż 6-F jinbidel b'dan li ġej: “ID-DOKUMENT MEHMUŻ 6-F MERKANZIJA U POSTA 6-Fi PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAK IT-TRATTAT, LI HUMA RRIKONOXXUTI BĦALA PAJJIŻI U TERRITORJI LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ LI HUMA EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI DWAR IS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI Fir-rigward tal-merkanzija u tal-posta, il-pajjiżi terzi li ġejjin ġew irrikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà li huma ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili: Il-Montenegro Il-Kummissjoni għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri jekk ikollha xi tagħrif li jindika li l-istandards tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew minn pajjiż jew territorju ieħor ikkonċernat li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livelli ġenerali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni mhumiex iktar ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni tal-Unjoni. L-awtoritajiet ix-xierqa tal-Istati Membri għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien meta l-Kummissjoni jkollha tagħrif dwar azzjonijiet, inklużi miżuri ta' kumpens, li jikkonfermaw li l-ekwivalenza tal-istandards rilevanti tas-sigurtà applikati mill-pajjiż terz jew mill-pajjiż jew mit-territorju l-ieħor ikkonċernat ġiet stabbilita mill-ġdid. 6-Fii PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAK IT-TRATTAT, LI GĦALIHOM IN-NOMINAZZJONI ACC3 MHIX RIKJESTA HUMA ELENKATI FID-DEĊIZJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI C(2015) 8005 6-Fiii ATTIVITAJIET TA' VALIDAZZJONI TA' PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL TA' PAJJIŻI U TERRITORJI OĦRA LI FIHOM, F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 355 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA, MA JAPPLIKAX IT-TITOLU VI TAL-PARTI TLIETA TA' DAK IT-TRATTAT, LI HUMA RRIKONOXXUTI BĦALA ATTIVITAJIET LI HUMA EKWIVALENTI GĦALL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE L-ebda dispożizzjoni ma ġiet adottata s'issa.” |