This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1610
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1610 of 24 September 2015 approving Pythium oligandrum strain M1 as an active substance for use in biocidal products for product-type 10 (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1610 tal-24 ta' Settembru 2015 li japprova s-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1610 tal-24 ta' Settembru 2015 li japprova s-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 249, 25.9.2015, p. 20–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1610
tal-24 ta' Settembru 2015
li japprova s-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta' Lulju 2005, ir-Repubblika Ċeka rċeviet applikazzjoni, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva Pythium oligandrum tar-razza M1 fl-Anness I tagħha għall-użu fi prodotti tat-tip 10, priservattivi tal-ġebla tax-xogħol tal-bini, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip10 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(2) |
Fl-14 ta' Mejju 2000, is-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 ma kinitx fis-suq bħala sustanza attiva ta' prodott bijoċidali. |
(3) |
Fit-8 ta' Novembru 2011, f'konformità mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE, ir-Repubblika Ċeka bagħtet rapport ta' valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. |
(4) |
L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fit-2 ta' Diċembru 2014 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
(5) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tip 10 u li fihom is-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1, jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, diment li jkun hemm konformità ma' ċerti kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom. |
(6) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi approvat l-użu tas-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-użu tas-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 bħala sustanza attiva fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10 għandu jiġi approvat, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
ANNESS
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni |
Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data ta' skadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta' prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Pythium oligandrum tar-razza M1 |
Mhux applikabbli |
L-ebda impurità rilevanti |
L-1 ta' Jannar 2016 |
Il-31 ta' Diċembru 2025 |
10 |
Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. Għall-prodotti bijoċidali, l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għal din il-kundizzjoni: Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn. |
(1) Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva valutata.