EUR-Lex Euroopan unionin oikeus ulottuvillasi

Takaisin EUR-Lexin etusivulle

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 32015R1396

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1396 tal-14 ta' Awwissu 2015 li jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tas-sustanza attiva Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, li hija identika għar-razza AQ 713 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 216, 15.8.2015, s. 1—2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Asiakirjan oikeudellinen asema Voimassa

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1396/oj

15.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1396

tal-14 ta' Awwissu 2015

li jikkoreġi r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tas-sustanza attiva Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-razza QST 713, li hija identika għar-razza AQ 713

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 78(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/6/KE (2) inkludiet il-Bacillus subtilis (Cohn 1872) tar-Razza QST 713, li hija identika għar-razza AQ 713 (minn hawn 'il quddiem, Bacillus subtilis), bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) għall-użi bħala fungiċida.

(2)

Is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jitqiesu li huma approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4).

(3)

Fit-22 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni ġiet innotifikata min-Netherlands li l-operatur li kien talab biex il-Bacillus subtilis tiġi inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, talab li l-kundizzjonijiet tal-użu ta' dik is-sustanza jkopru wkoll l-użu bħala batteriċida kontra l-Erwinia amylovora (fire blight), li tħalla barra bi żball mil-lista tal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(4)

In-Netherlands sabet li din it-talba kienet iġġustifikata.

(5)

Barra minn hekk, l-użu bħala batteriċida diġà kien ġie evalwat fil-proċess tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva Bacillus subtilis u huwa wkoll kopert mir-rapport tar-reviżjoni.

(6)

Ir-Regolament a' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-ringiela 138 tal-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, il-Parti A tal-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi” tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI A

L-użi bħala fungiċida u batteriċida biss jistgħu jiġu awtorizzati.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/6/KE tal-14 ta' Frar 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-metrafenone, Bacillus subtilis, spinosad u t-thiamethoxam bħala sustanzi attivi (ĠU L 43, 15.2.2007, p. 13).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).


Alkuun