This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0734
Council Regulation (EU) 2015/734 of 7 May 2015 amending Regulation (EU) No 224/2014 concerning restrictive measures in view of the situation in the Central African Republic
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/734 tas-7 ta' Mejju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/734 tas-7 ta' Mejju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
ĠU L 117, 8.5.2015, pp. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
8.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/11 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/734
tas-7 ta' Mejju 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta' Diċembru 2013 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 (2) jagħti effett lil ċerti miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2013/798/PESK. |
|
(2) |
Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2127 (2013) tal-5 ta' Diċembru 2013, 2134 (2014) tat-28 ta' Jannar 2014, u d-Deċiżjoni 2013/798/PESK, jipprevedu embargo fuq l-armi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni li jappoġġjaw jew li huma involuti f'atti li jdgħajfu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana. |
|
(3) |
Fit-22 ta' Jannar 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2196 (2015) li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kriterji għad-deżinjazzjoni tal-persuni u l-enitajiet. Fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/739 (3) il-Kunsill iddeċieda li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-kriterji kif xieraq. |
|
(4) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b'mod partikolari bil-ħsieb li tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li tittieħed azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn ikunu implimentati. |
|
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 224/2014 għandu jiġi emendat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 224/2014 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 3 B'deroga mill-Artikolu 2, il-projbizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta' assistenza teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja jew servizzi ta' senserija:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li huma involuti jew jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, inklużi atti li jheddu jew jiksru l-ftehimiet transitorji jew li jheddu jew jimpedixxu l-proċess ta' transizzjoni politika, inkluża t-transizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi liberi u ġusti, jew li jinstigaw il-vjolenza:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/739 tas-7 ta' Mejju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (arqa l-paġna 49 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).