This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0588
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/588 of 14 April 2015 amending Implementing Regulation (EU) No 470/2014 imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of solar glass originating in the People's Republic of China
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/588 tal- 14 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 470/2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/588 tal- 14 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 470/2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
ĠU L 98, 15.4.2015, pp. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 23/07/2020
|
15.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/588
tal-14 ta' April 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 470/2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) u 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 470/2014 (2) (“ir-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi”) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 (3) (“ir-regolament li jimponi dazji kumpensatorji definittivi”). |
|
(2) |
Skont ir-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi, il-marġini ta' dumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kien stabbilit li huwa 84,7 % (4). Il-livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara applikabbli għal dawn il-kumpaniji kien stabbilit li huwa 36,5 % (5). |
|
(3) |
Tlieta minn dawn il-kumpaniji ma kkooperawx fl-investigazzjoni parallela antisussidji u għal dik ir-raġuni, ir-rata tad-dazju definittiv antisussidji tagħhom kienet stabbilita li hija 17,1 % (6). Il-kumpaniji kkonċernati huma:
|
|
(4) |
Skont il-premessa (167) tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi, f'investigazzjonijiet paralleli li fihom il-marġini ta' sussidju huma inqas mil-livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara, id-dazju antisussidji definittiv għandu jiġi impost skont il-livell ta' marġini ta' sussidju stabbiliti u għandu jiġi impost dazju antidumping definittiv sal-livell rilevanti ta' eliminazzjoni ta' ħsara. |
|
(5) |
Fuq dik il-bażi, għat-tliet kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping iżda ma kkooperawx fl-investigazzjoni parallela antisussidji, ir-rata li biha għandhom jiġu imposti d-dazji antidumping u antisussidji għandha tiġi stabbilita kif ġej:
|
|
(6) |
Minn dan isegwi li l-premessa (167) tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi għandu jkun fiha wkoll l-informazzjoni dwar it-tliet kumpaniji kif ippreżentata fil-premessa preċedenti. |
|
(7) |
Minn dan isegwi wkoll li l-Artikolu 1(2) tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi għandu jkun emendat skont dan. |
|
(8) |
Jekk l-ammont ta' kwalunkwe dazji mħallsa jew imdaħħla fil-kontijiet skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi, jaqbeż dawk dovuti skont ir-Regolament preżenti, dak l-ammont għandu jitħallas lura jew jiġi rimess. L-istess japplika għal dazji proviżorji miġbura definittivament skont l-Artikolu 2 tal-istess Regolament. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f 'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 470/2014 tinbidel bit-tabella li jmiss:
|
“Kumpanija |
Dazju antidumping |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd |
36,1 % |
B943 |
|
Zhejiang Hehe Photovoltaic Glass Technology Co., Ltd |
9,1 % |
B944 |
|
Zhejiang Jiafu Glass Co., Ltd; Flat Solar Glass Group Co., Ltd; Shanghai Flat Glass Co., Ltd |
29,3 % |
B945 |
|
Henan Yuhua New Material Co., Ltd |
0,4 % |
B946 |
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I, iżda mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 (7) |
19,4 % |
|
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I |
24,1 % |
|
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
25,0 % |
B999 |
Artikolu 2
1. L-ammont ta' dazji mħallsa jew imdaħħla fil-kontijiet skont l-Artikolu 1 jew l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 470/2014 u li jisbqu lil dawk stabbiliti skont l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, jitħallsu lura jew jiġu rimessi.
2. Il-ħlas lura u r-remissjoni jintalbu mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli fi ħdan perjodu kif stipulat fl-Artikolu 236(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (8).
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika b'mod retroattiv mill-15 ta' Mejju 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 142, 14.5.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li jimponi dazji definittivi kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 142, 14.5.2014, p. 23).
(4) Ara l-premessi 60 u 167 tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi.
(5) Ara l-premessa 167 tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi.
(6) Ara l-Artikolu 1 tar-Regolament li jimponi dazji kumpensatorji definittivi.
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 li jimponi dazji definittivi kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 142, 14.5.2014, p. 23).”
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).