This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0480
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/480 of 20 March 2015 amending for the 227th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al-Qaeda network
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/480 tal- 20 ta' Marzu 2015 li jemenda għal-227 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti mizuri speċifiċi restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet marbuta man-netwerk Al-Qaida
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/480 tal- 20 ta' Marzu 2015 li jemenda għal-227 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti mizuri speċifiċi restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet marbuta man-netwerk Al-Qaida
ĠU L 77, 21.3.2015, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/480
tal-20 ta' Marzu 2015
li jemenda għal-227 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti mizuri speċifiċi restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet marbuta man-netwerk Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li qieset it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), u 7a(1) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
I-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fit-13 ta' Marzu 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti approva ż-żieda ta' tliet persuni fiżiċi u entità waħda mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq l-Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Fis-16 ta' Marzu 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-UNSC iddeċieda li jneħħi erba' persuni mil-lista. Barra minn hekk, fid-19 ta' Frar 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet l-UNSC ddeċieda li jemenda annotazzjoni waħda mil-lista. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
I-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
(2) |
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”: “Hilal Ahmar Society Indonesia (HASI) (alias: (a) Yayasan Hilal Ahmar, (b) Indonesia Hilal Ahmar Society for Syria). Tagħrif ieħor: (a) Fergħa umanitarja ostensibbli ta' Jemaah Islamiyah; (b) Topera f'Lampung, Jakarta, Semarang, Yogyakarta, Solo, Surabaya u Makassar, l-Indoneżja; (c) Mhux affiljata mal-grupp umanitarju tal-Federazzjoni Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar (IFRC). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 13.3.2015.” |
(3) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” jitħassru:
|
(4) |
L-entrata “Khalifa Muhammad Turki Al-Subaiy (alias (a) Khalifa Mohd Turki Alsubaie, (b) Khalifa Mohd Turki al-Subaie, (c) Khalifa Al-Subayi, (d) Khalifa Turki bin Muhammad bin al-Suaiy). Data tat-twelid: 1.1.1965. Post tat-twelid: Doha, il-Qatar. Nazzjonalità: Qatarija. Numru tal-Passaport: 00685868 (maħruġ f'Doha fil-5.2.2006 u jiskadi fl-4.2.2010). Numru tal-Karta tal-Identità: 26563400140 (Qatar). Indirizz: Doha, il-Qatar. Informazzjoni oħra: Isem l-omm hu Hamdah Ahmad Haidoos. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.10.2008.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej: “Khalifa Muhammad Turki Al-Subaiy (alias: (a) Khalifa Mohd Turki Alsubaie, (b) Khalifa Mohd Turki al-Subaie, (c) Khalifa Al-Subayi, (d) Khalifa Turki bin Muhammad bin al-Suaiy, (e) Abu Mohammed al-Qatari, (f) Katrina). Data tat-twelid: 1.1.1965. Post tat-twelid: Doha, il-Qatar. Nazzjonalità: Qatarija. Numru tal-Passaport: 00685868 (maħruġ f'Doha fil-5.2.2006 u jiskadi fl-4.2.2011). Numru tal-Karta tal-Identità: 26563400140 (Qatar). Indirizz: Doha, il-Qatar. Informazzjoni oħra: Isem l-omm hu Hamdah Ahmad Haidoos. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.10.2008.” |