Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0428

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/428 tal- 10 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u r-Regolament (UE) Nru 1063/2010 fir-rigward tar-regoli ta' oriġini dwar l-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u l-miżuri ta' tariffi preferenzjali għal ċerti pajjiżi jew territorji

    ĠU L 70, 14.3.2015, p. 12–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/428/oj

    14.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 70/12


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/428

    tal-10 ta' Marzu 2015

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u r-Regolament (UE) Nru 1063/2010 fir-rigward tar-regoli ta' oriġini dwar l-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u l-miżuri ta' tariffi preferenzjali għal ċerti pajjiżi jew territorji

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1063/2010 (3) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 530/2013 (4), ippreveda riforma tal-mod li bih l-oriġini tal-merkanzija tiġi ċertifikata għall-għanijiet tal-iskema tal-Unjoni ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (“SĠP”). Ir-riforma introduċiet sistema ta' awtoċertifikazzjoni tal-oriġini ta' merkanzija minn esportaturi reġistrati għal dan l-għan mill-pajjiżi benefiċjarji jew mill-Istati Membri, li l-implimentazzjoni tagħha ġiet posposta sal-1 ta' Jannar 2017. Il-prinċipju sottostanti ta' din ir-riforma huwa li minħabba li l-importaturi huma fl-aqwa pożizzjoni li jkunu jafu l-oriġini tal-prodotti tagħhom, huwa xieraq li jkun meħtieġ li dawn jipprovdu d-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini direttament lill-klijenti tagħhom. Sabiex il-pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri jitħallew li jirreġistraw l-esportaturi, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema elettronika tal-esportaturi rreġistrati (“is-sistema REX”).

    (2)

    Ġew iċċarati rekwiżiti ulterjuri tas-sistema REX. Bħala riżultat tar-rekwiżiti għandhom jiġu emendati għadd ta' dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-regoli tal-oriġini tas-SĠP.

    (3)

    In-Norveġja u l-Isvizzera wkoll jagħtu preferenzi tariffarji unilaterali lill-importazzjonijiet mill-pajjiżi benefiċjarji. Waqt id-diskussjonijiet li saru bejn il-Kummissjoni, in-Norveġja u l-Isvizzera skont l-awtorizzazzjoni li l-Kummissjoni rċeviet mill-Kunsill biex tinnegozja mill-ġdid ma' dawk iż-żewġ pajjiżi l-ftehimiet eżistenti (5) dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta' provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni u l-estensjoni tal-kumulazzjoni bilaterali għal materjali li joriġinaw fin-Norveġja u l-Isvizzera, ġie miftiehem li anki n-Norveġja u l-Isvizzera għandhom japplikaw is-sistema tal-esportatur reġistrat u jużaw is-sistema REX. L-istess possibbiltà għandha tingħata lit-Turkija ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-aġġustamenti meħtieġa għandhom għalhekk jiġu introdotti sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija.

    (4)

    Bl-użu ta' dikjarazzjoni dwar l-oriġini, importatur għandu jkun jista' jivverifika l-validità tan-numru tal-esportatur irreġistrat li jkun għamilha. Għaldaqstant, id-dejta tas-sistema REX għandha tiġu ppubblikata fuq websajt pubblika.

    (5)

    Ir-regoli eżistenti dwar is-sistema ta' esportaturi reġistrati se jsiru applikabbli fl-1 ta' Jannar 2017. Sabiex jiġi evitat li dawk ir-regoli jiġu affettwati fl-istadju tal-implimentazzjoni tagħhom, il-modifiki introdotti minn dan ir-Regolament għandhom isiru applikabbli qabel dik id-data.

    (6)

    Skont ir-regoli eżistenti, l-esportaturi f'pajjiżi benefiċjarji u fl-Unjoni biss huma eliġibbli għar-reġistrazzjoni. Fir-rigward tan-Norveġja u l-Isvizzera, kif ukoll it-Turkija, ladarba it-tali pajjiż jissodisfa ċerti kundizzjonijiet, dawn għandhom japplikaw is-sistema ta' esportaturi reġistrati u l-esportaturi tagħhom għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jiġu rreġistrati sabiex ikunu intitolati li jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini fil-kuntest ta' kumulazzjoni bilaterali jew li jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini fil-kuntest tar-rikonsenjar tal-merkanzija.

    (7)

    Ir-regoli attwali dwar il-limiti ta' żmien għall-istabbiliment ta' sistema REX speċjalizzata ma jqisux biżżejjed il-kapaċità tal-pajjiżi benefiċjarji biex jamministraw il-proċedura ta' reġistrazzjoni u biex jibdew jimplimentaw is-sistema mill-2017. Għaldaqstant, sal-31 ta' Diċembru 2019 għandhom jiġu previsti miżuri ta' tranżizzjoni u approċċ ta' implimentazzjoni gradwali b'perjodu ta' estensjoni ta' sitt xhur. Mit-30 ta' Ġunju 2020, biex ikunu intitolati għal trattament tariffarju preferenzjali tas-SĠP, il-kunsinni kollha li jkun fihom prodotti oriġinarji li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx is-EUR 6 000 jridu jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula minn esportatur irreġistrat.

    (8)

    Jeħtieġ li l-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri kif ukoll tan-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija, ikollhom aċċess għad-dejta rreġistrata fis-sistema ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċerti kundizzjonijiet. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni xierqa tad-dejta personali, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati li jikkonċernaw b'mod partikolari l-ambitu tal-aċċess għal u l-għan tal-ipproċessar ta' din id-dejta, kif ukoll id-dritt ta' esportaturi li jiksbu modifikazzjoni, tħassir jew imblukkar ta' dik id-dejta.

    (9)

    Dan ir-Regolament m'għandu bl-ebda mod jaffettwa l-livell ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-dritt nazzjonali li jimplimenta dik id-Direttiva, u b'mod partikolari m'għandux ibiddel la l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar tagħhom tad-dejta skont id-Direttiva 94/46/KE jew l-obbligi tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ipproċessar tagħhom ta' dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) meta jwettqu r-responsabilitajiet tagħhom.

    (10)

    Għandu jiġi ddeterminat il-perjodu taż-żamma tad-dejta għal dejta dwar esportatur irreġistrat li r-reġistrazzjoni tiegħu tkun ġiet irrevokata, filwaqt li jitqiesu n-neċessità proprja li tinżamm dejta ta' dan it-tip u l-perjodu taż-żamma diġà stabbilit fil-liġijiet tal-Istati Membri.

    (11)

    Ir-regoli dwar il-qsim tal-kunsinni għandhom jiġu aġġustati sabiex jiġi ċċarat li l-qsim ta' kunsinni jista' jseħħ biss meta jitwettaq minn esportaturi jew taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

    (12)

    Il-kundizzjonijiet għall-ħruġ retrospettiv ta' ċertifikati ta' oriġini “Formola A” għandhom jipprevedu każ addizzjonali meta d-destinazzjoni finali tal-prodotti tiġi determinata matul it-trasport jew il-ħażna tal-prodotti u wara l-qsim possibbli.

    (13)

    Minħabba li fl-1 ta' Jannar 2015 l-istatus ta' ċerti pajjiżi taħt l-iskema tas-SĠP inbidel minn dak ta' pajjiż benefiċjarju għal dak ta' pajjiż eliġibbli, l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk il-pajjiżi mhux se jkunu jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati “Formola A” għall-prodotti li joriġinaw f'pajjiż ieħor tal-istess grupp reġjonali li jkun għadu pajjiż benefiċjarju, kif kienu jagħmlu qabel f'konformità mat-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 86(4). Sabiex jippermettu lill-esportaturi ta' oġġetti minn pajjiżi benefiċjarji jkomplu jittrasportaw il-merkanzija tagħhom permezz tar-rotot regolari tagħhom mill-pajjiżi li jkunu bidlu l-istatus tagħhom mingħajr interruzzjoni matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-emendi għar-regoli dwar il-ħruġ retrospettiv taċ-ċertifikati “Formola A” għandhom japplikaw b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2015.

    (14)

    Ir-regoli, proċeduri u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva attwali, li huma applikabbli sakemm tiġi applikata s-sistema ta' esportatur irreġistrat jistipulaw li pajjiżi benefiċjarji ta' esportazzjoni għandhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, iwettqu inkjesti xierqa jekk il-proċedura ta' verifika jew kwalunkwe informazzjoni disponibbli oħra tkun tidher li tindika li r-regoli tal-oriġini qed jinkisru. L-istess obbligu għandu jkompli jkun applikabbli wara li tiġi applikata s-sistema tal-esportatur reġistrat.

    (15)

    Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, ir-regoli tranżizzjonali rigward l-applikazzjoni tas-sistema ta' awtoċertifikazzjoni ta' oriġini minn esportaturi reġistrati stipulata attwalment fir-Regolament li jemenda (UE) Nru 1063/2010 għandhom jiġu inklużi direttament fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    (16)

    Intestatura ġdida ta' Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija bir-regoli tagħha għandha tiġi introdotta fil-Parti II tal-Anness 13a sabiex jittieħdu in kunsiderazzjoni ħwejjeġ mhux innittjati jew magħmula bil-ganċ (titlu 62), iżda li jkollhom partijiet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ.

    (17)

    Wara ż-żieda tal-Ispanjol mal-lingwi li jistgħu jintużaw biex issir dikjarazzjoni dwar l-oriġini, l-Anness 13d msemmi fl-Artikolu 95(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi emendat billi tiġi miżjuda verżjoni Spanjola tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini.

    (18)

    L-Anness 17 għandu jiġi emendat sabiex tiġi introdotta tolleranza rigward il-wisa', sa liema ċ-ċertifikati ta' oriġini “Formola A” jistgħu ma jkunux konformi mal-format meħtieġ. Fl-istess waqt, il-lista tal-pajjiżi li jaċċettaw iċ-ċertifikati tal-oriġini “Formola A” għall-għan tal-iskema tal-Unjoni ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għandha tiġi emendata billi tiżdied il-Kroazja.

    (19)

    L-Artikolu 109 għandu jiġi supplimentat minn dispożizzjoni dwar l-approvazzjoni tal-Kaxxa 7 taċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1 u d-dikjarazzjonijiet tal-fattura, li għandha tinkludi indikazzjonijiet addizzjonali li jikkjarifikaw l-qafas legali skont liema jinħarġu jew isiru dawn il-provi.

    (20)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (21)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 66a għandu jiġi miżjud kif ġej:

    “Artikolu 66a

    1.   L-Artikoli 68 sa 71, 90 sa 97j għandhom japplikaw mid-data ta' applikazzjoni tas-sistema ta' awtoċertifikazzjoni ta' oriġini minn esportaturi reġistrati (‘is-sistema tal-esportatur reġistrat’) mill-pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri.

    2.   L-Artikoli 97k sa 97w għandhom japplikaw sakemm il-pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri joħorġu ċertifikati tal-oriġini ‘Formola A’ u ċertifikati ta' moviment EUR. 1, rispettivament, jew sakemm l-esportaturi tagħhom jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' fattura, f'konformità mal-Artikoli 91 u 91a.”

    (2)

    L-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1, il-punti (m) u (n) huma mibdula b'dan li ġej:

    “(m)

    ‘valur tal-materjali’ fil-lista fl-Anness 13a tfisser il-valur doganali fil-mument tal-importazzjoni tal-materjali mhux oriġinarjiużati, jew, jekk dan mhux magħruf u ma jistax jiġi aċċertat, l-ewwel prezz imħallas li jkun jista' jiġi aċċertat għall-materjali fil-pajjiż ta' produzzjoni; meta l-valur tal-materjali oriġinarji jkollu jiġi stabbilit, dan il-punt għandu japplika mutatis mutandis;

    (n)

    ‘il-prezz ex-works’ huwa l-prezz imħallas għall-prodott ex-works lill-manifattur li fl-impriza tiegħu jkun twettaq l-aħħar xogħol jew ipproċċessar, kemm-il darba l-prezz jinkludi l-valur tal-materjali kollha li jkunu ntużaw u l-kosti l-oħra kollha relatati mal-produzzjoni tiegħu, u jintaqqsu kull taxxi interni li jkunu, jew li jkunu jistgħu, tħallsu lura meta l-prodott akwistat ikun esportat.

    Meta l-prezz effettiv li jitħallas ma jkunx jirrifletti l-kosti kollha relatati mal-manifattura tal-prodott li jiġġarrbu effettivament mill-pajjiż tal-produzzjoni, il-prezz ex-works ikun ifisser l-għadd ta' dawn il-kosti kollha, bit-tnaqqis ta' kwalunkwe taxxa interna li tkun, jew li tista' tkun, imħallsa lura meta l-prodotti miksub jiġi esportat;”

    (b)

    Fil-paragrafu 1, il-punti (u) u (v) huma mibdula b'dan li ġej:

    “(u)

    ‘esportatur irreġistrat’ huwa:

    (i)

    esportatur li jkun stabbilit f'pajjiż benefiċjarju u li huwa rreġistrat mal-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż benefiċjarju bil-għan li jesporta prodotti taħt l-iskema, kemm jekk lejn l-Unjoni kif ukoll jekk lejn pajjiż benefiċjarju ieħor li miegħu hija possibbli l-kumulazzjoni reġjonali; jew

    (ii)

    esportatur li jkun stabbilit fi Stat Membru u jkun irreġistrat mal-awtoritajiet doganali ta' dak l-Istat Membru għall-fini ta' esportazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-Unjoni biex jintużaw bħala materjali f'pajjiż benefiċjarju fl-ambitu ta' kumulazzjoni bilaterali; jew

    (iii)

    rikonsenjatur ta' merkanzija li huwa stabbilit fi Stat Membru u huwa rreġistrat mal-awtoritajiet doganali ta' dak l-Istat Membru għall-fini li jsiru dikjarazzjonijiet dwar is-sostituzzjoni tal-oriġini sabiex il-prodotti oriġinarji jiġu rrikonsenjati lejn post ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni jew, meta applikabbli, lejn in-Norveġja, l-Isvizzera jew it-Turkija (‘rikonsenjatur irreġistrat’);

    (v)

    ‘dikjarazzjoni dwar l-oriġini’ tfisser dikjarazzjoni magħmula mill-esportatur jew mir-rikonsenjatur dwar il-merkanzija u li tindika li l-prodotti koperti minnha huma konformi mar-regoli tal-iskema rigward l-oriġini.”

    (c)

    Għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

    “3.   Għall-finijiet tal-punt (u) tal-paragrafu 1, meta l-esportatur ikun irrappreżentat għall-fini ta' twettiq tal-formalitajiet tal-esportazzjoni u r-rappreżentant tal-esportatur ikun ukoll esportatur irreġistrat, dan ir-rappreżentant ma għandhux juża n-numru tal-esportatur irreġistrat tiegħu stess.”

    (3)

    Fl-Artikolu 68, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

    “3.   Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jissottomettu l-impriża msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha jkunu beħsiebhom jibdew ir-reġistrazzjoni tal-esportaturi.”

    (4)

    L-Artikolu 69 huwa mibdul b'dan li ġej:

    “Artikolu 69

    1.   Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet li hemm fit-territorju tagħhom li huma:

    (a)

    parti mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ikkonċernat, jew li jaġixxu taħt l-awtorità tal-gvern tagħhom, u li għandhom il-kompetenza biex jirreġistraw l-esportaturi fis-sistema REX, u jimmodifikawhom u jaġġornaw id-dejta tar-reġistrazzjoni u jirrevokaw ir-reġistrazzjoni;

    (b)

    parti mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ikkonċernat u li huma responsabbli biex jiżguraw kooperazzjoni amministrattiva mal-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri kif previst f'din is-Sezzjoni.

    Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta' kuntatt ta' dawn l-awtoritajiet. In-notifika għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data li fiha l-pajjiżi benefiċjarji jkunu beħsiebhom jibdew r-reġistrazzjoni tal-esportaturi.

    Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni nnotifikata skont l-ewwel subparagrafu.

    2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet doganali tagħhom li huma:

    (a)

    kompetenti biex jirreġistraw l-esportaturi u r-rikonsenjaturi ta' merkanzija fis-sistema speċjalizzata REX, jimmodifikaw u jaġġornaw id-dejta tar-reġistrazzjoni u jirrevokaw ir-reġistrazzjoni;

    (b)

    responsabbli biex jiżguraw kooperazzjoni amministrattiva mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji kif previst f'din is-Sezzjoni.

    It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2016.

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni nnotifikata skont l-ewwel subparagrafu.”

    (5)

    Jiddaħħlu l-Artikoli 69a, 69b u 69c li ġejjin:

    “Artikolu 69a

    1.   Il-Kummissjoni għandha twaqqaf is-sistema REX u tagħmilha disponibbli sal-1 ta' Jannar 2017.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, meta tasal l-applikazzjoni kompluta msemmija fl-Anness 13c, għandhom jassenjaw mingħajr dewmien in-numru tal-esportatur irreġistrat lill-esportatur jew, meta xieraq, lir-rikonsenjatur tal-merkanzija, u jdaħħlu fis-sistema speċjalizzata REX in-numru tal-esportatur irreġistrat, id-dejta tar-reġistrazzjoni u d-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida skont l-Artikolu 92(5).

    F'każ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni ma tkunx kompleta, dawn għandhom jgħarrfu lill-esportatur dwar dan mingħajr dewmien.

    L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom iżommu d-dejta rreġistrata minnhom aġġornata. Huma għandhom jimmodifikaw dik id-dejta immedjatament wara li l-esportatur irreġistrat jinfurmahom skont l-Artikolu 93.

    Artikolu 69b

    1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-aċċess għas-sistema speċjalizzata REX jingħata f'konformità ma' dan l-Artikolu.

    2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess sabiex tikkonsulta d-dejta kollha.

    3.   L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju għandu jkollhom aċċess biex jikkonsultaw id-dejta li tikkonċerna l-esportaturi rreġistrati minnhom.

    4.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess biex jikkonsultaw id-dejta rreġistrata minnhom, mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri oħra u mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji, kif ukoll min-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija. Dan l-aċċess għad-dejta għandu jsir bil-għan li jitwettqu l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 68 tal-Kodiċi tal-eżamijiet tad-dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 78(2) tal-Kodiċi.

    5.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess sikur għas-sistema REX lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji.

    Sa fejn skont il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 97 g, in-Norveġja u l-Isvizzera ftiehmu mal-Unjoni sabiex jikkondividu s-sistema REX, il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess sikur għas-sistema REX lill-awtoritajiet doganali ta' dawn il-pajjiżi. Aċċess sikur għas-sistema REX għandu jiġi pprovdut ukoll lit-Turkija ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet.

    6.   Meta pajjiż jew territorju jkun tneħħa mill-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju għandhom iżommu l-aċċess għas-sistema REX għal kemm ikun meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jiġu konformi mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 71.

    7.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dejta li jmiss disponibbli għall-pubbliku bil-kunsens tal-esportatur, li dan jagħti billi jiffirma fil-Kaxxa 6 tal-formola li tinsab fl-Anness 13c:

    (a)

    l-isem tal-esportatur irreġistrat;

    (b)

    l-indirizz tal-post fejn huwa stabbilit l-esportatur irreġistrat;

    (c)

    dettalji ta' kuntatt kif speċifikat fil-kaxxa 2 tal-formola li tinsab fl-Anness 13c;

    (d)

    deskrizzjoni indikattiva tal-merkanzija li tikkwalifika għal trattament preferenzjali, inkluż lista indikattiva tal-kapitoli jew tal-intestaturi tas-Sistema Armonizzata, kif speċifikat fil-kaxxa 4 tal-formola li tinsab fl-Anness 13c;

    (e)

    in-numru EORI jew in-numru ta' identifikazzjoni tan-negozjant (TIN) tal-esportatur irreġistrat.

    Li wieħed jirrifjiuta li jiffirma l-kaxxa 6 m'għandux jikkostitwixxi raġuni għal rifjut ta' reġistrazzjoni tal-esportatur.

    8.   Il-Kummissjoni dejjem se tagħmel id-dejta li ġejja disponibbli għall-pubbliku:

    (a)

    in-numru tal-esportatur irreġistrat;

    (b)

    id-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida;

    (c)

    id-data ta' revoka tar-reġistrazzjoni, meta applikabbli;

    (d)

    informazzjoni dwar jekk ir-reġistrazzjoni tapplikax ukoll għal esportazzjonijiet lejn in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet;

    (e)

    id-data tas-sinkronizzazzjoni l-aktar reċenti bejn is-sistema REX u l-websajt pubblika.

    Artikolu 69c

    1.   Id-dejta rreġistrata fis-sistema speċjalizzata REX għandha tiġi pproċessata biss għall-fini tal-applikazzjoni tal-iskema kif stabbilit f'din is-Sezzjoni.

    2.   L-esportaturi għandhom jingħataw l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 11(1)(a) sa (e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE. Barra minn hekk, għandhom jingħataw ukoll l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    informazzjoni dwar il-bażi legali tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar li għalihom tkun maħsuba d-dejta;

    (b)

    il-perjodu taż-żamma tad-dejta.

    Esportaturi rreġistrati għandhom jiġu pprovduti b'dik l-informazzjoni permezz ta' avviż mehmuż mal-applikazzjoni biex isiru esportaturi irreġistrati, kif stabbilit fl-Anness 13c.

    3.   Kull awtorità kompetenti f'pajjiż benefiċjarju msemmi fl-Artikolu 69(1)(a) u kull awtorità doganali fi Stat Membru msemmi fl-Artikolu 69(2)(a) li tkun introduċiet dejta fis-sistema REX għandha titqies bħala l-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar ta' dik id-dejta.

    Il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur konġunt fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta kollha biex jiġi ggarantit li l-esportatur irreġistrat jikseb id-drittijiet tiegħu.

    4.   Id-drittijiet ta' esportaturi rreġistrati fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta li tkun maħżuna fis-sistema speċjalizzata REX elenkata fl-Anness 13c u pproċessata fis-sistemi nazzjonali għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE tal-Istat Membru li jkun qed jaħżen id-dejta tagħhom.

    5.   L-Istati Membri li jirreplikaw id-dejta tas-sistema REX li għandhom aċċess għaliha fis-sistemi nazzjonali tagħhom għandhom iżommu din id-dejta rreplikata aġġornata.

    6.   Id-drittijiet ta' esportaturi rreġistrati fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

    7.   Kwalunkwe talba minn esportatur irreġistrat li jeżerċita d-dritt ta' aċċess, rettifikazzjoni, tħassir jew imblukkar ta' dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandha tiġi ppreżentata lill-kontrollur tad-dejta u pproċessata minnu.

    F'każ li esportatur irreġistrat ikun ippreżenta talba ta' dan it-tip lill-Kummissjoni mingħajr ma jkun ipprova jikseb id-drittijiet tiegħu mingħand il-kontrollur tad-dejta, il-Kummissjoni għandha tibgħat din it-talba lill-kontrollur tad-dejta tal-esportatur irreġistrat.

    Jekk l-esportatur irreġistrat ma jirnexxilux jikseb id-drittijiet tiegħu mingħand il-kontrollur tad-dejta, l-esportatur irreġistrat għandu jissottometti t-talba lill-Kummissjoni, li tkun qed taġixxi bħala kontrollur. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tirrettifika, tħassar jew timblokka d-dejta.

    8.   L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, filwaqt li kull parti taġixxi fil-firxa tal-kompetenza rispettiva tagħha, għandhom jikkooperaw u jiżguraw sorveljanza kkordinata tad-dejta tar-reġistrazzjoni.

    Kull wieħed minnhom għandu jaġixxi separatament fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, filwaqt li flimkien għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet relatati mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw il-problemi li jistgħu jippreżentaw rwieħhom fi-rigward tal-eżerċiżzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta kkonċernati, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu l-għarfien dwar il-protezzjoni tad-dejta, skont kif ikun meħtieġ.”

    (6)

    L-Artikoli 70 u 71 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Artikolu 70

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha d-dati li fihom il-pajjiżi benefiċjarji se jibdew japplikaw is-sistema ta' esportaturi rreġistrati. Il-Kummissjoni għandha żżomm din l-informazzjoni aġġornata.

    Artikolu 71

    F'każ li pajjiż jew territorju jkun tneħħa mill-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, l-obbligu li jipprovdi l-kooperazzjoni amministrattiva stabbilita fl-Artikoli 69, 69a, 86(10) u 97 g għandu jkompli japplika għal dak il-pajjiż jew territorju għal perjodu ta' tliet snin mid-data tat-tneħħija tiegħu minn dak l-Anness.”

    (7)

    L-Artikolu 74 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 74

    1.   Il-prodotti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu l-istess prodotti kif esportati mill-pajjiż benefiċjarju fejn jitqiesu li oriġinaw. Dawn m'għandhomx ikunu ġew mibdula, ittrasformati fi kwalunkwe mod jew ikunu ġew soġġetti għal operazzjonijiet għajr dawk biex jinżammu f'kundizzjoni tajba u m'għandhomx ikunu ġew soġġetti għaż-żieda jew it-twaħħil ta' marki, tikketti, siġġilli jew kwalunkwe dokumentazzjoni oħra biex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżiti nazzjonali speċifiċi applikabbli fl-Unjoni, qabel ma jkunu ġew iddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa.

    2.   Il-prodotti importati lejn pajjiż benefiċjarju għall-fini ta' kumulazzjoni skont l-Artikoli 84, 85 jew 86 għandhom ikunu l-istess prodotti esportati mill-pajjiż li minnu jkunu tqiesu li oriġinaw. Dawn m'għandhomx ikunu ġew mibdula, ittrasformati fi kwalunkwe mod jew ikunu ġew soġġetti għal operazzjonijiet għajr dawk biex jinżammu f'kundizzjoni tajba, qabel ma jkunu ġew iddikjarati għall-proċedura doganali rilevanti fil-pajjiż tal-importazzjonijiet.

    3.   Il-ħżin ta' prodotti jista' jseħħ sakemm dawn jibqgħu taħt is-sorveljanza tad-dwana fil-pajjiż jew pajjiżi ta' tranżitu.

    4.   Il-qsim ta' konsenji jista' jseħħ meta jitwettaq mill-esportatur jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm il-prodotti kkonċernati jibqgħu taħt is-sorveljanza tad-dwana fil-pajjiż jew pajjiżi ta' tranżitu.

    5.   Għandu jitqies li jkun hemm konformità mal-paragrafi 1 sa 4 sakemm l-awtoritajiet tad-dwana ma jkollhomx raġuni biex jaħsbu mod ieħor; f'każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu lid-dikjarant biex jipprovdi evidenza tal-konformità, li tista' tingħata bi kwalunkwe mezz, inklużi dokumenti kontrattwali tat-trasport bħall-polza tal-kargu jew evidenza fattwali jew konkreta bbażata fuq l-immarkar jew l-innumerar tal-pakketti jew kwalunkwe evidenza relatata mal-prodotti nfushom.”

    (8)

    Fl-Artikolu 84, dan li ġej jiżdied bħala t-tieni subparagrafu:

    “Is-Subsezzjonijiet 2 u 7 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn pajjiż benefiċjarju għall-finijiet ta' kumulazzjoni bilaterali.”

    (9)

    L-Artikolu 86 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2(a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a)

    fil-ħin tal-esportazzjoni tal-prodott lejn l-Unjoni, il-pajjiżi involuti fl-kumulazzjoni jkunu l-pajjiżi benefiċjarji li għalihom l-akkordji preferenzjali ma jkunux tneħħew temporanjament skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012;”

    (b)

    fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

    “Il-pajjiż li ġej għandu jiġi ddikjarat bħala l-pajjiż ta' oriġini meta tintwera l-prova tal-oriġini li tkun saret mill-esportatur tal-prodott għall-Unjoni, jew sakemm l-applikazzjoni tas-sistema tal-esportaturi rreġistrati tiddaħħal fis-seħħ mill-awtoritajiet tal-pajjiż benefiċjarju ta' esportazzjoni:

    fil-każ ta' prodotti esportati mingħajr xogħol jew ipproċessar ulterjuri, il-pajjiż benefiċjarju li jidher fil-provi ta' oriġini msemmija fl-Artikolu 95a(1) jew fit-tielet inċiż tal-Artikolu 97 m(5),

    fil-każ ta' prodotti esportati wara xogħol jew ipproċessar ulterjuri, il-pajjiż ta' oriġini kif ddeterminat skont it-tieni subparagrafu.”

    (c)

    jiżdied il-paragrafu 10 li ġej:

    “10.   Is-Subsezzjoni 2, l-Artikoli 90, 91, 92, 93, 94, 95 u s-subsezzjoni 7 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-esportazzjonijiet minn pajjiż benefiċjarju għal ieħor għall-finijiet ta' kumulazzjoni reġjonali.”

    (10)

    Fl-Artikolu 88, għandu jitħassar il-paragrafu 1.

    (11)

    Fil-Parti 1, Titolu IV, Kapitolu 2, Sezzjoni 1, l-intestatura tas-Subsezzjoni 5 tinbidel b'dan li ġej:

    “Subsezzjoni 5

    Proċeduri tal-esportazzjoni fil-pajjiż benefiċjarju u fl-Unjoni Ewropea applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-esportatur irreġistrat”

    (12)

    L-Artikoli 90 sa 95 huma mibdula b'dan li ġej:

    “Artikolu 90

    1.   L-iskema għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:

    (a)

    f'każijiet ta' oġġetti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din is-Sezzjoni esportati minn esportatur irreġistrat;

    (b)

    fil-każijiet ta' kwalunkwe konsenja ta' pakkett jew aktar li fiha prodotti oriġinarji esportati minn kwalunkwe esportatur, meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji li jiġu kkonsenjati ma jaqbiżx is-EUR 6 000.

    2.   Il-valur ta' prodotti oriġinarji f'konsenja huwa l-valur nett tal-prodotti oriġinarji kollha fi ħdan konsenja waħda koperta minn dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula fil-pajjiż tal-esportazzjoni.

    Artikolu 91

    1.   Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jibdew ir-reġistrazzjoni tal-esportaturi fl-1 ta' Jannar 2017.

    Madankollu, meta l-pajjiż benefiċjarju ma jkunx f'pożizzjoni li jibda r-reġistrazzjoni f'dik id-data, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub sal-1 ta' Lulju 2016 li qed jipposponi r-reġistrazzjoni tal-esportaturi sal-1 ta' Jannar 2018 jew sal-1 ta' Jannar 2019.

    2.   Tul perjodu ta' tnax il-xahar wara d-data li fiha pajjiż benefiċjarju jibda r-reġistrazzjoni tal-esportaturi, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż benefiċjarju għandhom jibqgħu joħorġu ċertifikati tal-oriġini ‘Formola A’ fuq talba tal-esportaturi li jkunu għadhom ma ġewx irreġistrati fil-ħin meta tiġi ppreżentata t-talba għaċ-ċertifikat.

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 97k(5), iċ-ċertifikati ta' oriġini ‘Formola A’ maħruġa skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu ammissibbli fl-Unjoni bħala prova ta' oriġini, jekk jinħarġu qabel id-data ta' reġistrazzjoni tal-esportatur ikkonċernat.

    L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju li jkun qed jesperjenza diffikultajiet biex ikompli l-proċess ta' reġistrazzjoni fi żmien il-perjodu ta' tnax-il xahar jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex testendi l-proċess ta' reġistrazzjoni. Estensjonijet bħal dawn m'għandhomx jaqbżu is-sitt xhur.

    3.   L-esportaturi f'pajjiż benefiċjarju, reġistrati jew le, għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għal prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx is-EUR 6 000, mid-data minn meta l-pajjiż benefiċjarju ikun beħsiebu jibda r-reġistrazzjoni tal-esportaturi.

    L-esportaturi, ladarba jkunu ġew irreġistrati, għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għal prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom jaqbeż is-EUR 6 000, mid-data li minnha tkun valida r-reġistrazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 92(5).

    4.   Il-pajjiżi benefiċjarji kollha għandhom japplikaw is-sistema tal-esportatur reġistrat mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020.

    Artikolu 91a

    1.   Fl-1 ta' Jannar 2017, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jibdew ir-reġistrazzjoni tal-esportaturi u r-rikonsenjaturi tal-merkanzija stabbiliti fit-territorji tagħhom.

    2.   Mill-1 ta' Jannar 2018, l-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha għandhom jieqfu milli joħorġu ċertifikati ta' moviment EUR. 1 għall-għan ta' kumulazzjoni skont l-Artikolu 84.

    3.   Sal-31 ta' Diċembru 2017, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikati ta' moviment EUR. 1 jew ċertifikati ta' sostituzzjoni tal-oriġini ‘Formola A’ fuq talba tal-esportaturi jew tar-rikonsenjaturi ta' merkanzija li jkunu għadhom ma ġewx irreġistrati. Dan għandu japplika wkoll jekk il-prodotti oriġinarji mibgħuta lejn l-Unjoni ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet ta' oriġini maħruġa minn esportatur irreġistrat f'pajjiż benefiċjarju.

    4.   Sa mill-1 ta' Jannar 2017, l-esportaturi, irreġistrati u mhumiex, iridu jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għal prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx is-EUR 6 000.

    L-esportaturi, ladarba jkunu ġew irreġistrati, għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għall-prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom jaqbeż is-EUR 6 000, u dan għandu jsir mid-data li minnha tkun valida r-reġistrazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 92(5).

    5.   Ir-rikonsenjaturi tal-merkanzija li huma rreġistrati jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini mid-data li minnha tkun valida r-reġistrazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 92(5). Dan għandu jgħodd irrispettivament minn jekk il-prodotti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tal-oriġini ‘Formola A’ maħruġ fil-pajjiż benefiċjarju, minn dikjarazzjoni tal-fattura jew minn dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula mill-esportatur.

    Artikolu 92

    1.   Biex isir esportatur irreġistrat, esportatur għandu jippreżenta applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju li minnu l-merkanzija hija maħsuba biex tiġi esportata, u fejn il-prodotti huma kkunsidrati li oriġinaw jew li fih għaddew minn proċess li jitqies li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 86(4), jew tal-Artikolu 86(6)(a).

    L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata permezz tal-formola li tinsab fl-Anness 13c, u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha mitluba fiha.

    2.   Biex isir esportatur irreġistrat, esportatur jew rikonsenjatur tal-merkanzija stabbilit fi Stat Membru għandu jippreżenta applikazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' dak l-Istat Membru, permezz tal-formola li tinsab fl-Anness 13c.

    3.   L-esportaturi għandhom ikunu rreġistrati b'mod komuni għal skopijiet ta' esportazzjoni skont is-Sistema Ġeneralizzata ta' preferenzi tal-Unjoni, tan-Norveġja u tal-Isvizzera, kif ukoll tat-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet.

    Numru tal-esportatur irreġistrat għandu jiġi assenjat lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju bil-ħsieb ta' esportazzjoni taħt l-iskemi tas-SĠP tal-Unjoni, in-Norveġja, l-Isvizzera kif ukoll tat-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet, sakemm dawk il-pajjiżi jkunu rikonoxxew il-pajjiż fejn ir-reġistrazzjoni tkun seħħet bħala pajjiż benefiċjarju.

    4.   L-applikazzjoni biex issir esportatur irreġistrat għandu jkun fiha d-dejta kollha msemmija fl-Anness 13c.

    5.   Ir-reġistrazzjoni għandha tkun valida mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru jirċievu applikazzjoni kompluta għal reġistrazzjoni, skont il-paragrafu 4.

    6.   L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru għandhom jinfurmaw lill-esportatur jew, meta xieraq, lir-rikonsenjatur ta' merkanzija, dwar in-numru tal-esportatur irreġistrat assenjat lil dak l-esportatur jew rikonsenjatur tal-merkanzija, u bid-data minn meta tkun valida r-reġistrazzjoni.

    Artikolu 92a

    Meta pajjiż jiżdied mal-lista ta' pajjiżi benefiċjarji fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-Kummissjoni għandha awtomatikament tattiva għall-iskema tagħha r-reġistrazzjonijiet tal-esportaturi kollha rreġistrati f'dak il-pajjiż sakemm id-dejta tar-reġistrazzjoni tal-esportaturi tkun disponibbli fis-sistema REX u tkun valida għal mill-inqas l-iskema tas-SPĠ tan-Norveġja, l-Isvizzera jew it-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet.

    F'dan il-każ, esportatur li jkun diġà rreġistrat għal mill-inqas l-iskema SĠP ta' jew in-Norveġja, jew l-Isvizzera jew it-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċerti kondizzjonijiet, m'għandux għalfejn jippreżenta applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex jiġi rreġistrat għall-iskema tal-Unjoni.

    Artikolu 93

    1.   Esportaturi rreġistrati għandhom immedjatament jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni li huma jkunu pprovdew għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tagħhom.

    2.   Esportaturi rreġistrati li m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-esportazzjoni tal-merkanzija taħt l-iskema, jew li m'għadx għandhom l-intenzjoni li jesportaw merkanzija taħt l-iskema għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż benefiċjarju jew lill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru.

    3.   L-awtoritajiet kompetenti f'pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali fi Stat Membru għandhom jirrevokaw ir-reġistrazzjoni jekk l-esportatur irreġistrat:

    (a)

    ma għadux jeżisti;

    (b)

    ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-esportazzjoni ta' merkanzija taħt l-iskema;

    (c)

    ikun informa lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li m'għadux beħsiebu jesporta merkanzija taħt l-iskema;

    (d)

    intenzjonalment jew b'negliġenza jfassal, jew iġiegħel li titfassal dikjarazzjoni ta' oriġini li tkun fiha informazzjoni inkorretta u twassal għall-ksib qarrieqi tal-benefiċċju tat-trattament tariffarju preferenzjali.

    4.   L-awtorità kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru jistgħu jirrevokaw ir-reġistrazzjoni jekk l-esportatur irreġistrat jonqos milli jżomm aġġornata d-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tiegħu.

    5.   Ir-revoka tar-reġistrazzjonijiet għandha tidħol fis-seħħ biss għall-ġejjieni, jiġifieri fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet ta' oriġini maħruġa wara d-data tar-revoka. Revoka ta' reġistrazzjoni ma għandu jkollha l-ebda effett fuq il-validità ta' dikjarazzjonijiet ta' oriġini maħruġa qabel ma l-esportatur irreġistrat ikun ġie infurmat dwar ir-revoka.

    6.   L-awtorità kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru għandhom jinfurmaw lill-esportatur reġistrat bir-revoka tar-reġistrazzjoni tiegħu u bid-data minn meta r-revoka tkun se tidħol fis-seħħ.

    7.   Għandu jkun hemm disponibbli rimedju ġudizzjarju għall-esportatur jew għar-rikonsenjatur ta' merkanzija f'każ ta' revoka tar-reġistrazzjoni tiegħu.

    8.   Ir-revoka ta' esportatur irreġistrat għandha tiġi kkanċellata f'każ ta' revoka mhux korretta. L-esportatur jew ir-rikonsenjatur ta' merkanzija għandu jkun intitolat juża n-numru tal-esportatur irreġistrat assenjat lilu meta tkun saret ir-reġistrazzjoni.

    9.   L-esportaturi jew r-rikonsenjaturi tal-prodotti li r-reġistrazzjoni tagħhom kienet ġiet irtirata, jistgħu jagħmlu applikazzjoni ġdida biex isiru esportaturi irreġistrati skont l-Artikolu 92. L-esportaturi jew r-rikonsenjaturi tal-prodotti li r-reġistrazzjoni tagħhom tkun ġiet irrevokata skont il-paragrafi 3(d) u 4 jistgħu jiġu rreġistrati mill-ġdid biss jekk jagħtu prova lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li kien irreġistrahom li huma rrimedjaw is-sitwazzjoni li wasslet għar-revoka tar-reġistrazzjoni tagħhom.

    10.   Id-dejta dwar reġistrazzjoni rrevokata għandha tinżamm fis-sistema REX mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li jkunu introduċewhom f'dik is-sistema, għal massimu ta' għaxar snin kalendarji wara s-sena kalendarja li fiha tkun seħħet ir-revoka. Wara dawn l-għaxar snin kalendarji, l-awtorità kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru għandhom iħassru d-dejta.

    Artikolu 93a

    1.   Il-Kummissjoni għandha tirrevoka r-reġistrazzjonijiet kollha tal-esportaturi rreġistrati f'pajjiż benefiċjarju, jekk il-pajjiż benefiċjarju jitneħħa mil-lista tal-pajjiżi benefiċjarji fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jew jekk il-preferenzi tariffarji li jkunu ingħataw lill-pajjiż benefiċjarju jkunu tneħħew temporanjament skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012.

    2.   Meta dak il-pajjiż jiġi introdott mill-ġdid f'dik il-lista, jew meta l-irtirar temporanju tat-tariffi preferenzjarji mogħtija lil pajjiż benefiċjarju jintemm, il-Kummissjoni għandha tattiva mill-ġdid ir-reġistrazzjonijiet tal-esportaturi kollha rreġistrati f'dak il-pajjiż sakemm id-dejta tar-reġistrazzjoni tal-esportaturi tkun disponibbli fis-sistema u tkun baqgħet valida għal mill-inqas l-iskema tas-SPĠ tan-Norveġja jew l-Isvizzera, jew it-Turkija ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet. Inkella, l-esportaturi għandhom ikunu rreġistrati għal darb'oħra skont l-Artikolu 92.

    3.   Fil-każ ta' revoka tar-reġistrazzjonijiet tal-esportaturi rreġistrati kollha f'pajjiż benefiċjarju skont l-ewwel paragrafu, id-dejta tar-reġistrazzjonijiet irrevokati għandha tinżamm fis-sistema REX għal mill-inqas 10 snin kalendarji wara s-sena kalendarja li fiha tkun seħħet ir-revoka. Wara dak il-perjodu ta' għaxar snin, u meta l-pajjiż benefiċjarju ma jkunx pajjiż benefiċjarju tal-iskema SĠP la tan-Norveġja, la tal-Isvizzera u lanqas tat-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċerti kundizzjonijiet, għal aktar minn għaxar snin, il-Kummissjoni se tħassar id-dejta tar-reġistrazzjonijiet mis-sistema REX.

    Artikolu 94

    1.   L-esportaturi, irreġistrati u mhumiex, iridu jikkonformaw mal-obbligi li ġejjin:

    (a)

    iżommu reġistri ta' kontabilità kummerċjali dwar il-produzzjoni u l-forniment ta' merkanzija li tikkwalifika għal trattament preferenzjali;

    (b)

    iżommu disponibbli l-evidenza kollha relatata mal-materjal użat fil-manifattura;

    (c)

    iżommu d-dokumentazzjoni doganali kollha relatata mal-materjal użat fil-manifattura;

    (d)

    iżommu, għal mill-inqas tliet snin minn tmiem is-sena li fiha tkun saret id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini, jew aktar jekk ikun mitlub mid-dritt nazzjonali, reġistri dwar:

    (i)

    id-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini li għamlu;

    (ii)

    il-kontijiet tal-materjali oriġinarji u mhux oriġinarji, tal-produzzjoni u tal-istokks tagħhom.

    Dawk ir-reġistri u dawk id-dikjarazzjonijiet dwar l-origini jistgħu jinżammu f'format elettroniku iżda għandhom jippermettu li l-materjali użati fil-manifattura tal-prodotti esportati jkunu jistgħu jiġu rrintraċċati u li l-istatus tal-oriġini tagħhom ikun jista' jiġi kkonfermat.

    2.   L-obbligi previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-fornituri li jipprovdu dikjarazzjonijiet tal-fornituri lill-esportaturi li jiċċertifikaw l-istatus oriġinarju tal-merkanzija li huma jfornu.

    3.   Ir-rikonsenjaturi tal-merkanzija, reġistrati jew mhux, li jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini kif imsemmi fl-Artikolu 97d għandhom iżommu l-ewwel dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini li huma jkunu issostitwixxew għal mill-anqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha tkun saret id-dikjarazzjoni tas-sostituzzjoni dwar l-oriġini, jew għal tul ta' żmien itwal jekk ikun mitlub mid-dritt nazzjonali.

    Artikolu 95

    1.   Dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha ssir mill-esportatur meta l-prodotti li għalihom tirrelata jkunu esportati, jekk il-merkanzija kkonċernata tista' titqies bħala oriġinarja fil-pajjiż benefiċjarju kkonċernat jew pajjiż benefiċjarju ieħor skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 86 (4) jew il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 86 (6).

    2.   Dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista' ssir ukoll wara l-esportazzjoni (‘dikjarazzjoni retrospettiva’) tal-prodotti kkonċernati. Tali dikjarazzjoni retrospettiva għandha tkun aċċettata jekk tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-importazzjoni.

    Meta l-qsim tal-konsenja jseħħ f'konformità mal-Artikolu 74 u sakemm l-iskadenza ta' sentejn imsemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi rrispettata, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista' tkun magħmula retrospettivament mill-esportatur tal-pajjiż tal-esportazzjoni tal-prodotti. Dan japplika mutatis mutandis jekk il-qsim tal-kunsinna jseħħ f'pajjiż benefiċjarju ieħor jew fin-Norveġja, l-Isvizzera jew, meta applikabbli, fit-Turkija.

    3.   Id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha tiġi pprovduta mill-esportatur lill-klijent tiegħu fl-Unjoni u għandu jkun fiha d-dettalji speċifikati fl-Anness 13d. Din għandha ssir bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bl-Ispanjol.

    Tista' ssir fuq kwalunkwe dokument kummerċjali li jippermetti l-identifikazzjoni tal-esportatur ikkonċernat u tal-merkanzija involuta.

    4.   Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini magħmula fl-Unjoni għall-fini ta' kumulazzjoni bilaterali.

    Artikolu 95a

    1.   Għall-fini li tiġi stabbilita l-oriġini tal-materjali użati skont ftehim bilaterali jew kumulazzjoni reġjonali, l-esportatur ta' prodott immanifatturat bl-użu ta' materjali oriġinarji f'pajjiż li magħhom hija permessal-kumulazzjoni għandu jserraħ fuq id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini pprovduta mill-fornitur ta' dawn il-materjali. F'dawn il-każijiet, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula mill-esportatur għandha, skont il-każ, ikun fiha l-indikazzjoni ‘EU cumulation’, ‘regional cumulation’, ‘Cumul UE’, ‘cumul regional’ jew ‘Acumulación UE’, ‘Acumulación regional’.

    2.   Għall-fini li tiġi stabbilita l-oriġini tal-materjali użati fil-qafas ta' kumulazzjoni skont l-Artikolu 85, l-esportatur ta' prodott immanifatturat bl-użu ta' materjali oriġinarji f'parti li magħha hija permessal-kumulazzjoni għandu jserraħ fuq il-prova tal-oriġini pprovduta mill-fornitur ta' dawk il-materjali bil-kundizzjoni li din il-prova tkun ġiet maħruġa skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli tal-oriġini tas-SĠP tan-Norveġja, l-Isvizzera jew fejn applikabbli t-Turkija, skont kif ikun il-każ. F'dan il-każ, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula mill-esportatur għandu jkun fiha l-indikazzjoni ‘Norway cumulation’, ‘Switzerland cumulation’, ‘Turkey cumulation’, ‘Cumul Norvège’, ‘Cumul Suisse’, ‘Cumul Turquie’ jew ‘Acumulación Noruega’, ‘Acumulación Suiza’, ‘Acumulación Turquía’.

    3.   Għall-għan tal-istabbiliment tal-oriġini tal-materjali użati fi ħdan il-qafas ta' kumulazzjoni estiża skont l-Artikoli 86(7) u (8), l-esportatur ta' prodott immanifatturat bl-użu ta' materjali oriġinarji f'parti li magħha hija permessal-kumulazzjoni estiża, għandu jserraħ fuq il-prova tal-oriġini pprovduta mill-fornitur ta' dawk il-materjali u b'kundizzjoni li dik il-prova tkun inħarġet skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta' kummerċ ħieles rilevanti bejn l-Unjoni u l-parti kkonċernata.

    F'dan il-każ, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula mill-esportatur għandu jkun fiha l-indikazzjoni ‘kumulazzjoni estiża ma' pajjiż x’ jew ‘cumul étendu avec le pays x’ jew ‘Acumulación ampliada con el país x’.”

    (13)

    Fl-Artikolu 96, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

    “2.   Dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha tkun valida għal 12-il xahar mid-data ta' meta tkun saret.”

    (14)

    L-Artikolu 96a li ġej huwa miżjud wara l-punt 6, qabel l-Artikolu 97:

    “Artikolu 96a

    Sabiex l-importaturi jkunu intitolati jitolbu l-benefiċċji mill-iskema wara l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni dwar l-oriġini, il-merkanzija għandha tkun ġiet esportata fi jew wara d-data li fiha l-pajjiż benefiċjarju li minnu tkun ġiet esportata l-merkanzija jkun beda r-reġistrazzjoni ta' esportaturi skont l-Artikolu 91.”

    (15)

    Fil-Parti 1, Titolu IV, Kapitolu 2, Sezzjoni 1, l-intestatura tas-Subsezzjoni 6 tinbidel b'dan li ġej:

    “Subsezzjoni 6

    Proċeduri għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fl-Unjoni Ewropea applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-esportatur irreġistrat”

    (16)

    Fil-Parti 1, Titolu IV, Kapitolu 2, Sezzjoni 1, l-intestatura tas-Subsezzjoni 7 tinbidel b'dan li ġej:

    “Subsezzjoni 7

    Kontroll tal-oriġini applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tal-iskema tal-esportatur irreġistrat”

    (17)

    Fil-Parti 1, Titolu IV, Kapitolu 2, Sezzjoni 1, l-intestatura tas-Subsezzjoni 8 tinbidel b'dan li ġej:

    “Subsezzjoni 8

    Dispożizzjonijiet oħra applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-esportatur irreġistrat”

    (18)

    L-Artikolu 97 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 97

    1.   Meta d-dikjarant jitlob trattament preferenzjali skont l-iskema, dan għandu jagħmel referenza għad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Ir-referenza għad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha tkun id-data tal-ħruġ tagħha bil-format yyyymmdd, fejn yyyy hija s-sena, mm ix-xahar u dd il-ġurnata. Meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji li ġew ikkonsenjati jaqbeż is-EUR 6 000, id-dikjarant għandu jindika wkoll in-numru tal-esportatur irreġistrat.

    2.   Meta d-dikjarant ikun talab applikazzjoni għall-iskema skont il-paragrafu 1, mingħajr ma jkollu fil-pussess tiegħu d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini meta ssir l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, dik id-dikjarazzjoni għandha titqies bħala mhux kompluta fit-tifsira tal-Artikolu 253(1) u għandha tiġi ttratata kif xieraq.

    3.   Qabel jiddikjara l-merkanzija għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, id-dikjarant għandu jieħu ħsieb kif jixraq biex jiżgura li l-merkanzija tikkonforma mar-regoli ta' din is-sezzjoni, b'mod partikolari, billi jikkontrolla li:

    (i)

    fuq il-websajt pubblika fejn l-esportatur ikun irreġistrat fis-sistema REX, meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji li jkunu ġew ikkonsenjati jaqbeż is-EUR 6 000, u

    (ii)

    li d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini ssir f'konformità mal-Anness 13d.”

    (19)

    L-Artikolu 97d jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 97d

    1.   Meta prodotti jkunu għadhom mhumiex irrilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista' tkun issostitwita b'dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni tal-oriġini waħda jew aktar, magħmula mir-rikonsenjatur tal-merkanzija, għall-fini li l-prodotti kollha jew uħud minnhom jintbagħtu x'imkien ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni jew, fejn japplika, fin-Norveġja, l-Isvizzera jew it-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet.

    Dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini jistgħu jsiru biss jekk l-ewwel tkun saret id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini skont l-Artikoli 95 u 96 u l-Anness 13d.

    2.   Ir-rikonsenjaturi għandhom ikunu rreġistrati għall-għan li jagħmlu dikjarazzjoniijet dwar l-oriġini fir-rigward tal-prodotti oriġinarji li jkunu jridu jintbagħtu xi mkien ieħor fl-Unjoni fejn il-valur totali tal-prodotti originarji tal-konsenja inizjali li trid tinqasam taqbeż is-EUR 6 000.

    Madankollu, ir-rikonsenjaturi li mhumiex irreġistrati għandhom jitħallew jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji tal-ewwel konsenja li trid tiġi maqsuma jaqbeż is-EUR 6 000 billi jehmżu kopja tad-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini magħmula f'pajjiż benefiċjarju.

    3.   Ir-rikonsenjaturi rreġistrati fis-sistema REX biss jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini fir-rigward ta' prodotti oriġinarji li jintbagħtu lejn in-Norveġja, l-Isvizzera jew it-Turkija, sakemm dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet. Dan japplika irrispettivament mill-valur tal-prodotti oriġinarji li jinsabu fil-konsenji inizjali u irrispettivament minn jekk il-pajjiż ta' oriġini huwiex elenkat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jew le.

    4.   Dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni tal-oriġini għandha tkun valida għal 12-il xahar mid-data ta' meta tkun saret id-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini.

    5.   Meta dikjarazzjoni dwar l-oriġini tiġi sostitwita, ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq id-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini:

    (a)

    id-dettalji tad-dikjarazzjoni(jiet) dwar l-oriġini;

    (b)

    l-isem sħiħ u l-indirizz tar-rikonsenjatur;

    (c)

    id-destinatarju jew id-destinatarji fl-Unjoni jew, meta japplika, fin-Norveġja, l-Isvizzera jew it-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċerti kundizzjonijiet.

    Id-dikjarazzjoni oriġinali dwar l-oriġini għandha tkun immarkata bil-kelma ‘Replaced’, ‘Remplacée’ jew ‘Sustituida’.

    6.   Ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fid-dikjarazzjoni tas-sostituzzjoni dwar l-oriġini:

    (a)

    id-dettalji kollha tal-prodotti kkonsenjati mill-ġdid;

    (b)

    id-data meta saret id-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini;

    (c)

    l-informazzjoni speċifikata fl-Anness 13d;

    (d)

    l-isem u l-indirizz tar-rikonsenjatur tal-prodotti fl-Unjoni u, meta applikabbli, in-numru tiegħu ta' esportatur irreġistrat;

    (e)

    l-isem u l-indirizz tad-destinatarju fl-Unjoni jew, fejn applikabbli, fin-Norveġja, l-Isvizzera jew it-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet;

    (f)

    id-data u l-post tas-sostituzzjoni.

    Id-dikjarazzjoni tas-sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun immarkata bħala ‘Replacement statement’, ‘Attestation de remplacement’ jew ‘Comunicación de sustitución’.

    7.   Il-paragrafi 1 sa 6 għandhom japplikaw għad-dikjarazzjonijiet li jissostitwixxu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini.

    8.   Is-subsezzjoni 7 ta' din is-Sezzjoni għandha tapplika mutatis mutandis għal dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini.

    9.   Meta prodotti jibbenefikaw minn tariffi preferenzjali taħt deroga mogħtija f'konformità mal-Artikolu 89 is-sostituzzjoni prevista f'dan l-Artikolu tista' ssir biss meta tali prodotti jkunu intenzjonati għall-Unjoni Ewropea.”

    (20)

    Fl-Artikolu 97h, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

    “3.   Meta l-verifika prevista f'dan il-paragrafu 1 jew kwalunkwe informazzjoni disponibbli oħra tidher li tindika li r-regoli tal-oriġini qed jinkisru, il-pajjiż benefiċjarju tal-esportazzjoni għandu, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jew il-Kummissjoni iwettaq investigazzjoni adattata jew jagħmel arranġamenti biex titwettaq tali investigazzjoni b'urġenza xierqa biex ikunu identifikati u jkunu evitati tali kontravenzjonijiet. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni, jew l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jistgħu jipparteċipaw f'dawk l-investigazzjonijiet.”

    (21)

    L-Artikolu 97i huwa mħassar.

    (22)

    Fil-Parti I, Titolu IV, Kapitolu 2, it-titolu tas-Sezzjoni 1 A huwa mibdul b'dan li ġej:

    “Taqsima 1A

    Proċeduri u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva applikabbli fir-rigward tal-esportazzjonijiet li jużaw iċ-ċertifikati tal-oriġini ‘Formola A’, id-dikjarazzjonijiet ta' fattura u ċ-ċertifikati EUR. 1”

    (23)

    Fl-Artikolu 97 l:

    (a)

    il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

    “2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji għandhom jagħmlu disponibbli għall-esportatur iċ-ċertifikat tal-oriġini ‘Formola A’ malli l-esportazzjoni tkun seħħet jew tkun ġiet żgurata. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi benefiċjarji jistgħu wkoll joħorġu ċertifikat tal-oriġini ‘Formola A’ wara l-esportazzjoni tal-prodotti li hija relatata magħhom, jekk:

    (a)

    ma kienx maħruġ fil-ħin tal-esportazzjoni minħabba żbalji jew ommissjonijiet involontarji jew ċirkustanzi speċjali; jew

    (b)

    jintwera, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li ċ-ċertifikat tal-oriġini ‘Formola A’ nħareġ imma ma ġiex aċċettat għall-importazzjoni għal raġunijiet tekniċi; jew

    (c)

    id-destinazzjoni finali tal-prodotti kkonċernati ġiet determinata waqt it-trasport jew il-ħażna tagħhom u possibilment wara li tkun ġiet maqsuma l-konsenja, f'konformità mal-Artikolu 74.

    3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji jistgħu joħorġu ċertifikat b'mod retrospettiv biss wara li jkunu vverifikaw li l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni tal-esportatur għal ċertifikat tal-oriġini ‘Formola A’ maħruġ retrospettivament hija f'konformità ma' dik fil-fajl tal-esportazzjoni korrispondenti u li ma inħariġx ċertifikat ta' oriġini ‘Formola A’ meta l-prodotti in kwistjoni ġew esportati. Il-kliem ‘Issued retrospectively’, ‘Délivré a posteriori’ jew ‘emitido a posteriori’ għandu jiġi indikat fil-Kaxxa 4 taċ-ċertifikat tal-oriġini ‘Formola A’ maħruġ b'mod retrospettiv.

    4.   F'każ li ċ-ċertifikat tal-oriġini ‘Formola A’ jinsteraq, jintilef jew jinqered, l-esportatur jista' japplika għand l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġuh biex issir kopja dduplikata abbażi tad-dokumenti tal-esportazzjoni fil-pussess tagħhom. Il-kelma ‘Duplicate’, ‘Duplicata’ jew ‘Duplicado’, id-data tal-ħruġ u n-numru tas-serje taċ-ċertifikat oriġinali għandhom ikunu indikati fil-Kaxxa 4 taċ-ċertifikat duplikat ta' oriġini ‘Formola A’. Il-kopja ddupplikata tidħol fis-seħħ mid-data tal-oriġinali.”

    (b)

    Il-paragrafu 6 huwa mibdul b'dan li ġej:

    “6.   Il-mili tal-kaxxa 2 u 10 taċ-ċertifikati tal-oriġini ‘Formola A’ għandu jkun fakultattiv. Il-kaxxa 12 għandu jkollha l-kliem ‘Unjoni Ewropea’ jew l-isem ta' wieħed mill-Istati Membri. Id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-oriġini ‘Formola A’ għandha tkun indikata fil-kaxxa 11. Il-firma li trid tiddaħħal f'dik il-kaxxa, li hija riżervata għall-awtoritajiet governattivi kompetenti li joħorġu ċ-ċertifikat, kif ukoll il-firma tal-firmatarju awtorizzat tal-esportatur li trid tiddaħħal fil-kaxxa 12, iridu jsiru bl-idejn.”

    (24)

    Fl-Artikolu 97p, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

    “6.   Fil-każ ta' prodotti li jibbenefikaw minn tariffi preferenzjali taħt deroga mogħtija f'konformità mal-Artikolu 89 il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu għandha tapplika biss meta tali prodotti jkunu maħsuba għall-Unjoni.”

    (25)

    Fl-Artikolu 109, dan li ġej jiżdied bħala t-tieni paragrafu:

    “Il-Kaxxa 7 taċ-ċertifikati ta' moviment EUR. 1 jew tad-dikjarazzjonijiet ta' fattura għandu jkun fiha l-indikazzjoni ‘Autonomous trade measures’ — jew ‘mesures commerciales autonomes’.”

    (26)

    L-Anness 13a huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    (27)

    L-Annessi 13c u 13d huma mibdula bit-test stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    (28)

    L-Anness 17 huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (UE) Nru 1063/2010 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 2 huwa mħassar.

    (2)

    Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 3, 4 u 5 jitħassru.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 1(7) u l-Artikolu 1(23) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1063/2010 tat-18 ta' Novembru 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 307, 23.11.2010, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 530/2013 tal-10 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 159, 11.6.2013, p. 1).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/101/KE tal-5 ta' Diċembru 2000 fir-rigward tal-approvazzjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi EFTA illi jagħti preferenzi fuq it-tariffi taħt is-Sistema Ġeneralizzata tal-Preferenzi (in-Norveġja u l-Isvizzera), illi jipprovdi illi l-merkanzija illi toriġina fin-Norveġja jew l-Isvizzera għandha tiġi trattata hekk kif tidħol fit-territorju doganali tal-Komunità bl-istess mod tal-merkanzija illi jkollha kontenut ta' oriġini Komunitarja (ftehim reċiproku) (ĠU L 38, 8.2.2001, p. 24).

    (6)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

    (7)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


    ANNESS I

    Fil-Parti II tal-Anness 13a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, it-test li ġej jiddaħħal bejn l-oġġetti “ex 6204, ex 6206, ex 6202, ex 6209 u ex 6211 — Ħwejjeġ tan-nisa, tal-bniet u tat-trabi, u aċċessorji tat-trabi rrakkmati” u “ex 6210 u 6216 — Tagħmir ta' kontra n-nar ta' drapp miksi bil-fojl ta' poliester aluminizzat”:

    “ex 6212

    Riċipettijiet, ċinet, kurpetti, ċineg, suspenders, takkalji u oġġetti simili u partijiet tagħhom, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le

     

     

     

    Jinkisbu billi jinħietu flimkien jew jitgħaqqdu b'xi mod ieħor żewġ biċċiet jew aktar ta' drapp innitjat jew maħdum bil-ganċ li nqata' f'forma jew jinkisbu direttament f'forma

    (a)

    PIŻ

    Manifattura minn tessut

    (b)

    Pajjiżi benefiċjarji oħrajn

    Xogħol bil-labar u tfassil (inkluż qtugħ) (7)  (9)

     

    Oħrajn

    Għażil ta' fibri prinċipali naturali u/jew magħmula mill-bniedem jew estrużjoni ta' ħajt mibrum mill-filament magħmul mill-bniedem, f'kull każ flimkien ma' xogħol bil-labar (prodotti maħduma bil-labar fil-forma meħtieġa)

    jew

    Żbigħ ta' ħajt mibrum ta' fibri naturali flimkien ma' xogħol bil-labar (prodotti maħduma bil-labar fil-forma meħtieġa) (7)


    (7)  Għall-kundizzjonijiet speċjali marbuta ma' prodotti magħmula minn taħlita ta' materjali tat-tessuti, ara n-Nota ta' Introduzzjoni 6.

    (9)  Ara n-Nota ta' Introduzzjoni 7.


    ANNESS II

    ANNESS 13c

    (imsemmi fl-Artikolu 92)

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS 13d

    (Imsemmi fl-Artikolu 95(3))

    DIKJARAZZJONI DWAR L-ORIĠINI

    Din trid issir għal kull dokument kummerċjali, għandha turi l-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur u tad-destinatarju u għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni tal-prodotti u d-data tal-ħruġ (1).

    Verżjoni bil-Franċiż

    L'exportateur … (Numéro d'exportateur enregistré (2)  (3)  (4)) des produits couverts par le présent document déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (5) au sens des règles d'origine du Système des préférences tarifaires généralisées de l'Union européenne et que le critère d'origine satisfait est … … (6).

    Verżjoni bl-Ingliż

    The exporter … (Number of Registered Exporter (2)  (3)  (4)) of the products covered by this document declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … preferential origin (5) according to rules of origin of the Generalised System of Preferences of the European Union and that the origin criterion met is … … (6).

    Verżjoni bl-Ispanjol

    El exportador … [Número de exportador registrado (2)  (3)  (4)] de los productos incluidos en el presente documento declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (5) en el sentido de las normas de origen del Sistema de preferencias generalizado de la Unión Europea y que el criterio de origen satisfecho es … … (6).


    (1)  Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tieħu post dikjarazzjoni oħra b'konformità mal-Artikolu 97d(2) u (3), id-dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandu jkollha l-kliem ‘Replacement statement’ jew ‘Attestation de remplacement’ jew ‘Comunicación de sustitución’. Is-sostituzzjoni għandha tindika wkoll id-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni inizjali u d-dejta kollha l-oħra meħtieġa skont l-Artikolu 97d(6).

    (2)  Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tieħu post dikjarazzjoni oħra b'konformità mas-subparagrafu 1 tal-Artikolu 97d(2) u l-paragrafu (3) ta' dan l-Artikolu 97d, ir-rikonsenjatur tal-oġġetti li jagħmel din id-dikjarazzjoni għandu jindika ismu u l-indirizz sħiħ tiegħu, u warajhom għandu jinkludi n-numru ta' esportatur irreġistrat.

    (3)  Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tieħu post dikjarazzjoni oħra skont is-subparagrafu 2 tal-Artikolu 97d(2), ir-rikonsenjatur tal-merkanzija li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jindika ismu u l-indirizz sħiħ tiegħu segwiti mill-kliem (verżjoni bil-Franċiż) ‘agissant sur la base de l'attestation d'origine établie par [nom et adresse complète de l'exportateur dans le pays bénéficiaire] enregistré sous le numéro suivant [Numéro d'exportateur enregistré dans le pays bénéficiaire]’ (verżjoni bl-Ingliż) ‘acting on the basis of the statement on origin made out by [name and complete address of the exporter in the beneficiary country] registered under the following number [Number of Registered Exporter of the exporter in the beneficiary country]’ (verżjoni bl-Ispanjol) ‘actuando sobre la base de la comunicación extendida por [nombre y dirección completa del exportador en el país beneficiario], registrado con el número siguiente [Número de exportador registrado del exportador en el país beneficiario]’.

    (4)  Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tieħu post dikjarazzjoni oħra b'konformità mal-Artikolu 97d(2), r-rikonsenjatur tal-prodotti għandu jindika n-numru tal-esportatur irreġistrat biss jekk il-valur tal-prodotti oriġinarji tal-konsenja inizjali ikun ta' iktar minn EUR 6 000.

    (5)  Irid jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti. Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tkun relatata, fl-intier tagħha jew parti minnha, ma' prodotti oriġinarji f'Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 97j, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar permezz tas-simbolu ‘XC/XL’ fid-dokument fejn issir id-dikjarazzjoni.

    (6)  Prodotti kompletament idderivati: daħħal l-ittra ‘P’; Prodotti maħduma jew ipproċessati biżżejjed: niżżel l-ittra ‘W’ segwita b'intestatura tas-Sistema Armonizzata (eżempju ‘W’9618).

    Meta jixraq, il-kliem ta' hawn fuq għandu jiġi mibdul b'waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    Fil-każ ta' kumulazzjoni bilaterali ‘EU cumulation’, ‘Cumul UE’ jew ‘Acumulación UE’.

    (b)

    Fil-każ ta' kumulazzjoni man-Norveġja, l-Isvizzera jew it-Turkija: ‘Norway cumulation’, ‘Switzerland cumulation’, ‘Turkey cumulation’, ‘Cumul Norvège’, ‘Cumul Suisse’, ‘Cumul Turquie’ jew ‘Acumulación Noruega’, ‘Acumulación Suiza’, jew ‘Acumulación Turquía’.

    (c)

    Fil-każ ta' kumulazzjoni reġjonali: ‘regional cumulation’, ‘cumul regional’ jew ‘Acumulación regional’.

    (d)

    Fil-każ ta' kumulazzjoni estiża: ‘extended cumulation with country x’, ‘cumul étendu avec le pays x’ jew ‘Acumulación ampliada con el país x’.


    ANNESS III

    L-Anness 17 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-Punt 2 tan-noti introduttorji jinbidel bit-test li ġej:

    “2.

    Kull ċertifikat għandu jkun ta' daqs ta' 210 × 297 mm; tista' titħalla tolleranza ta' sa 5 mm inqas jew 8 mm iżjed fit-tul u fil-wisgħa. Il-karta li għandha tintuża għandha tkun karta bajda tal-kitba, imdaqqsa, li ma jkunx fiha polpa mekkanika, u ta' grammaġġ ta' mhux inqas minn 25 g/m2. Għandha jkollha sfond stampat b'disinn aħdar immaljat sabiex kwalunkwe mezz ta' falsifikazzjoni mekkanika jew kimika ikun rikonoxxibbli.

    Jekk iċ-ċertifikati jkollhom diversi kopji, il-kopja ta' fuq biss li hija l-oriġinal għandha tiġi stampata b'disinn aħdar immaljat fl-isfond.”

    (b)

    Il-Punt 4 tan-noti introduttorji jinbidel bit-test li ġej:

    “4.

    Ċertifikati li jkollhom verżjonijiet preċedenti tan-noti fuq wara tal-formola jistgħu jintużaw ukoll sakemm jispiċċaw l-istokks eżistenti.”

    (c)

    In-noti relatati mal-kampjuni tal-formola f'żewġ lingwi u li jsegwu dawk il-kampjuni qed jinbidlu rispettivament b'dawn li ġejjin:

    ‘NOTES (2013)

    I.   Countries which accept Form A for the purposes of the Generalised System of Preferences (GSP)

    Australia (*)

    European Union:

    France

    Netherlands

    Belarus

    Austria

    Germany

    Poland

    Canada

    Belgium

    Greece

    Portugal

    Iceland

    Bulgaria

    Hungary

    Romania

    Japan

    Croatia

    Ireland

    Slovakia

    New Zealand (**)

    Cyprus

    Italy

    Slovenia

    Norway

    Czech Republic

    Latvia

    Spain

    Russian Federation

    Denmark

    Lithuania

    Sweden

    Switzerland including Liechtenstein (***)

    Estonia

    Luxembourg

    United Kingdom

    Turkey

    Finland

    Malta

     

    United States of America (****)

     

     

     

    Full details of the conditions covering admission to the GSP in these countries are obtainable from the designated authorities in the exporting preference-receiving countries or from the customs authorities of the preference-giving countries listed above. An information note is also obtainable from the UNCTAD secretariat.

    II.   General conditions

    To qualify for preference, products must:

    (a)

    fall within a description of products eligible for preference in the country of destination. The description entered on the form must be sufficiently detailed to enable the products to be identified by the customs officer examining them;

    (b)

    comply with the rules of origin of the country of destination. Each article in a consignment must qualify separately in its own right; and,

    (c)

    comply with the consignment conditions specified by the country of destination. In general, products must be consigned direct from the country of exportation to the country of destination but most preference-giving countries accept passage through intermediate countries subject to certain conditions. (For Australia, direct consignment is not necessary).

    III.   Entries to be made in Box 8

    Preference products must either be wholly obtained in accordance with the rules of the country of destination or sufficiently worked or processed to fulfil the requirements of that country's origin rules.

    (a)

    Products wholly obtained: for export to all countries listed in Section I, enter the letter “P” in Box 8 (for Australia and New Zealand Box 8 may be left blank).

    (b)

    Products sufficiently worked or processed: for export to the countries specified below, the entry in Box 8 should be as follows:

    (1)

    United States of America: for single country shipments, enter the letter “Y” in Box 8, for shipments from recognised associations of counties, enter the letter “Z”, followed by the sum of the cost or value of the domestic materials and the direct cost of processing, expressed as a percentage of the ex-factory price of the exported products; (example “Y” 35 % or “Z” 35 %).

    (2)

    Canada: for products which meet origin criteria from working or processing in more than one eligible least developed country, enter letter “G” in Box 8; otherwise “F”.

    (3)

    Iceland, the European Union, Japan, Norway, Switzerland including Liechtenstein, and Turkey; enter the letter “W” in Box 8 followed by the Harmonised Commodity Description and coding system (Harmonised System) heading at the 4-digit level of the exported product (example “W” 96.18).

    (4)

    Russian Federation: for products which include value added in the exporting preference-receiving country, enter the letter “Y” in Box 8 followed by the value of imported materials and components expressed as a percentage of the fob price of the exported products (example “Y” 45 %); for products obtained in a preference-receiving country and worked or processed in one or more other such countries, enter “Pk”.

    (5)

    Australia and New Zealand: completion of Box 8 is not required. It is sufficient that a declaration be properly made in Box 12.

    NOTES (2013)

    I.   Pays acceptant la formule A aux fins du système des préférences généralisées (SPG):

    Australie (*****)

    Union européenne:

    Finlande

    Pays-Bas

    Bélarus

    Allemagne

    France

    Pologne

    Canada

    Autriche

    Grèce

    Portugal

    Etats-Unis d'Amérique (*******)

    Belgique

    Hongrie

    République tchèque

    Fédération de Russie

    Bulgarie

    Irlande

    Roumanie

    Islande

    Chypre

    Italie

    Royaume-Uni

    Japon

    Croatie

    Lettonie

    Slovaquie

    Norvège

    Danemark

    Lituanie

    Slovénie

    Nouvelle-Zélande (******)

    Espagne

    Luxembourg

    Suède

    Suisse y compris Liechtenstein (********)

    Estonie

    Malte

     

    Turquie

     

     

     

    Des détails complets sur les conditions régissant l'admission au bénéfice du SGP dans ce pays peuvent être obtenus des autorités désignées par les pays exportateurs bénéficiaires ou de l'administration des douanes des pays donneurs qui figurent dans la liste ci-dessus. Une note d'information peut également être obtenue du secrétariat de la CNUCED.

    II.   Conditions générales

    Pour être admis au bénéfice des préférences, les produits doivent:

    (a)

    correspondre à la définition établie des produits pouvant bénéficier du régime de préférences dans les pays de destination. La description figurant sur la formule doit être suffisamment détaillée pour que les produits puissent être identifiés par l'agent des douanes qui les examine;

    (b)

    satisfaire aux règles d'origine du pays de destination. Chacun des articles d'une même expédition doit répondre aux conditions prescrites; et

    (c)

    satisfaire aux conditions d'expédition spécifiées par le pays de destination. En général, les produits doivent être expédiés directement du pays d'exportation au pays de destination; toutefois, la plupart des pays donneurs de préférences acceptent sous certaines conditions le passage par des pays intermédiaires (pour l'Australie, l'expédition directe n'est pas nécessaire).

    III.   Indications à porter dans la case 8

    Pour bénéficier des préférences, les produits doivent avoir été, soit entièrement obtenus, soit suffisamment ouvrés ou transformés conformément aux règles d'origine des pays de destination.

    (a)

    Produits entièrement obtenus: pour l'exportation vers tous les pays figurant dans la liste de la section, il y a lieu d'inscrire la lettre “P” dans la case 8 (pour l'Australie et la Nouvelle-Zélande, la case 8 peut être laissée en blanc).

    (b)

    Produits suffisamment ouvrés ou transformés: pour l'exportation vers les pays figurant ci-après, les indications à porter dans la case 8 doivent être les suivantes:

    (1)

    Etats Unis d'Amérique: dans le cas d'expédition provenant d'un seul pays, inscrire la lettre “Y” ou, dans le cas d'expéditions provenant d'un groupe de pays reconnu comme un seul, la lettre “Z”, suivie de la somme du coût ou de la valeur des matières et du coût direct de la transformation, exprimée en pourcentage du prix départ usine des marchandises exportées (exemple: “Y” 35 % ou “Z” 35 %);

    (2)

    Canada: il y a lieu d'inscrire dans la case 8 la lettre “G” pur les produits qui satisfont aux critères d'origine après ouvraison ou transformation dans plusieurs des pays les moins avancés; sinon, inscrire la lettre “F”;

    (3)

    Islande, Japon, Norvège, Suisse y compris Liechtenstein, Turquie et l'Union européenne: inscrire dans la case 8 la lettre “W” suivie de la position tarifaire à quatre chiffres occupée par le produit exporté dans le Système harmonisé de désignation et de codification des marchandises (Système harmonisé) (exemple “W” 96.18);

    (4)

    Fédération de Russie: pour les produits avec valeur ajoutée dans le pays exportateur bénéficiaire de préférences, il y a lieu d'inscrire la lettre “Y” dans la case 8, en la faisant suivre de la valeur des matières et des composants importés, exprimée en pourcentage du prix fob des marchandises exportées (exemple: “Y” 45 %); pour les produits obtenus dans un pays bénéficiaire de préférences et ouvrés ou transformés dans un ou plusieurs autres pays bénéficiaires, il y a lieu d'inscrire les lettre “Pk” dans la case 8;

    (5)

    Australie et Nouvelle-Zélande: il n'est pas nécessaire de remplir la case 8. Il suffit de faire une déclaration appropriée dans la case 12.’


    (*)  For Australia, the main requirement is the exporter's declaration on the normal commercial invoice. Form A, accompanied by the normal commercial invoice, is an acceptable alternative, but official certification is not required

    (**)  Official certification is not required.

    (***)  The Principality of Liechtenstein forms, pursuant to the Treaty of 29 March 1923, a customs union with Switzerland.

    (****)  The United States does not require GSP Form A. A declaration setting forth all pertinent detailed information concerning the production or manufacture of the merchandise is considered sufficient only if requested by the district collector of Customs.

    (*****)  Pour l'Australie, l'exigence de base est une attestation de l'exportateur sur la facture habituelle. La formule A, accompagnée de la facture habituelle, peut être acceptée en remplacement, mais une certification officielle n'est pas exigée.

    (******)  Un visa officiel n'est pas exigé.

    (*******)  Les Etats-Unis n'exigent pas de certificat SGP Formule A. Une déclaration reprenant toute information appropriée et détaillée concernant la production ou la fabrication de la marchandise est considérée comme suffisante, et doit être présentée uniquement à la demande du receveur des douanes du district (District collector of Customs).

    (********)  D'après l'Accord du 29 mars 1923, la Principauté du Liechtenstein forme une union douanière avec la Suisse.


    Top