This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0272
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/272 of 19 February 2015 amending Implementing Regulation (EU) No 612/2013 on the operation of the register of economic operators and tax warehouses, related statistics and reporting pursuant to Council Regulation (EU) No 389/2012 on administrative cooperation in the field of excise duties
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/272 tad- 19 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 612/2013 dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta' operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/272 tad- 19 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 612/2013 dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta' operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa
ĠU L 47, 20.2.2015, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
20.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/272
tad-19 ta' Frar 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 612/2013 dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta' operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2012 tat-2 ta' Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2073/2004 (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 22 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Destinatarji rreġistrati jew magazziniera awtorizzati għandhom jitwaqqfu milli jiddikkjaraw, b'mod ħażin, li ġew awtorizzati skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (2) li jċaqilqu prodotti tas-sisa lejn post ta' kunsinna diretta skont arranġament ta' sospensjoni tad-dazju. |
|
(2) |
Spedituri rreġistrati u magazziniera awtorizzati għandhom għaldaqstant ikunu jistgħu jivverifikaw, permezz tar-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012, jekk destinatarji reġistrati jew magazziniera awtorizzati kisbux din l-awtorizzazzjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2013 (3) għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġi stipulat perjodu suffiċjenti ta' żmien biex il-Kummissjoni tkun tista' timplimenta bidliet fir-reġistru ta' operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 389/2012. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 6(3)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 612/2013/UE, huwa miżjud il-punt (iv) li ġej:
|
“(iv) |
informazzjoni dwar il-kodiċi tar-rwol tal-operatur li tindika jekk destinatarju reġistrat jew magazzinier awtorizzat huwiex awtorizzat skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/118/KE biex iċaqlaq oġġetti soġġetti għas-sisa lejn post ta' kunsinna diretta (il-grupp ta' dejta 2.3 stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness I).” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta' Marzu 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2013 tal-25 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta' operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 9).