Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0109

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/109 tas- 26 ta' Jannar 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

    ĠU L 20, 27.1.2015, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0907

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/109/oj

    27.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 20/4


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/109

    tas-26 ta' Jannar 2015

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta' April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta' April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005.

    (2)

    Fl-20 ta' Novembru 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit f'konformità mar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Côte d'Ivoire ħassar persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri stabbiliti fil-paragrafi 9 u 12 ta' dik ir-Riżoluzzjoni.

    (3)

    Il-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. DŪKLAVS


    (1)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.


    ANNESS

    L-entrata fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għall-persuna li ġejja hija mħassra:

    Alcide DJÉDJÉ


    Top