This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1183
Commission Implementing Decision (EU) 2015/1183 of 17 July 2015 setting out the necessary technical and operational specifications for implementing version 3 of the EGNOS system
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1183 tas-17 ta' Lulju 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1183 tas-17 ta' Lulju 2015 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS
ĠU L 192, 18.7.2015, p. 20–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/20 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1183
tas-17 ta' Lulju 2015
li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3)(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 jipprovdi li l-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà ġenerali tal-programm EGNOS u jikkonferixxi lilha setgħat ta' implimentazzjoni biex tiddetermina l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali meħtieġa għall-evoluzzjoni tas-sistema EGNOS. |
(2) |
Is-sistema EGNOS diġà evolviet, peress li l-verżjoni 1 ġiet introdotta fis-snin 2000, u din ġiet segwita mill-verżjoni 2 fl-2009. It-tliet servizzi offruti mis-sistema, jiġifieri s-servizz miftuħ, is-servizz għat-tixrid ta' dejta kummerċjali (“EDAS”) u s-servizz ta' Safety-of-Life (“SoL”) (servizz ta' sikurezza tal-ħajja) definiti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 saru operazzjonali fit-30 ta' Ottubru 2009, fis-26 ta' Lulju 2012 u fit-12 ta' Marzu 2011 rispettivament. |
(3) |
Sabiex jikkonformaw mal-karatteristiċi u jissodisfaw l-għanijiet speċifiċi tal-programm EGNOS imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013, issa jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tal-verżjoni 3 tas-sistema. Din il-verżjoni 3, li għandha tibda titħaddem fis-snin 2020, se tkun aħjar mill-verżjoni 2 għaliex, f'termini tekniċi, għandha tinkludi, min-naħa waħda l-monitoraġġ u l-korrezzjoni tas-sinjali tas-servizz miftuħ offruti mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo, u min-naħa l-oħra l-użu ta' frekwenza doppja, kemm għas-sistema tal-GPS kif ukoll għal dik tal-programm Galileo. |
(4) |
L-evoluzzjoni teknika tal-verżjoni 2 għall-verżjoni 3 għandha ttejjeb il-kopertura ġeografika tat-tliet servizzi offruti mis-sistema u ttejjeb il-prestazzjoni tagħhom. |
(5) |
Fir-rigward ta' kopertura ġeografika, l-evoluzzjoni tas-sistema għandu jkollha l-għan, l-ewwel u qabel kollox, li tiggarantixxi l-kopertura tat-territorji kollha tal-Istati Membri tal-UE li jinsabu ġeografikament fl-Ewropa, inklużi l-Ażores, il-Gżejjer Kanarji u Madeira. L-estensjoni ta' din il-kopertura lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri tal-UE biex tinkludi l-pajjiżi kandidati tal-UE u l-pajjiżi involuti fil-Politika Ewropea tal-Viċinat għandha tkun possibbli wkoll, sakemm din tkun teknikament fattibbli u abbażi ta' ftehimiet internazzjonali, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013. |
(6) |
Il-prestazzjoni fil-verżjoni 3 tas-sistema, l-aktar dik tas-servizz “SoL”, għandha tkun aħjar minn dik fil-verżjoni 2. |
(7) |
Għas-servizz miftuħ, it-titjib fil-prestazzjoni għandu jinvolvi l-forniment ta' dejta preċiża f'termini tal-kejl tal-ħin, bħad-differenzi bejn il-ħin użat mill-EGNOS, min-naħa waħda, u l-ħin UTC u dak tas-sistema GPS min-naħa l-oħra. |
(8) |
Għas-servizz “EDAS”, dan it-titjib għandu fuq kollox iservi biex il-ħin ta' trażmissjoni tad-dejta jitnaqqas għal żewġ sekondi, kif ukoll biex jitnaqqas il-perjodu ta' żmien li matulu dan is-servizz ma jkunx disponibbli. |
(9) |
Madankollu, it-titjib fil-prestazzjoni miksub mill-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS għandu jikkonċerna l-aktar is-servizz “SoL”, b'mod partikolari għas-setturi tal-avjazzjoni ċivili u tat-trasport marittimu. |
(10) |
Għall-avjazzjoni ċivili u sabiex jiġu ssodisfati b'mod adegwat il-ħtiġijiet tan-navigazzjoni tal-ajru, b'mod partikolari fir-rigward tal-ottimizzazzjoni tal-fluss tat-traffiku bejn diversi żoni ġeografiċi, il-verżjoni 3 għandha tipprovdi servizz ġdid “Cat I Precision Approach” minbarra t-tliet servizzi diġà offruti fil-verżjoni 2, jiġifieri s-servizzi “En-Route — Non precision Approach”, “Approach with Vertical Guidance APV-I” u “LPV 200 Approach”. Barra minn hekk, id-disponibbiltà tas-servizz “LPV 200 Approach” għandha tiżdied b'mod sinifikanti peress li l-perjodu li matulu dan is-servizz ikun disponibbli għandu jkun fil-medda ta' bejn 0,99 u 0,999. |
(11) |
Fl-avjazzjoni ċivili, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li s-servizz “SoL” ikompli jikkonforma mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 (2). Fil-fatt, kif stabbilit fil-premessa 14 ta' dan ir-Regolament, il-fornituri ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom joperaw f'konformità mal-istandards rilevanti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, sakemm issir it-traspożizzjoni sħiħa tal-istandards ta' dik l-organizzazzjoni internazzjonali fil-liġi tal-UE. |
(12) |
Għat-trasport marittimu, il-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS għandha tintroduċi s-servizz “SoL” f'konformità mal-istandards internazzjonali stabbiliti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, li jippermettu applikazzjonijiet EGNOS ġodda li, minħabba li jkunu aktar preċiżi jżidu l-effettività u sikurezza ta' dan is-settur. Għal dan l-għan u meta jitqiesu l-limiti inerenti għan-navigazzjoni qrib il-kosta, fl-approċċ u d-dħul fil-portijiet, l-estensjoni tas-servizz “SoL” għas-settur marittimu għandha, b'mod partikolari, tipprovdi livell għoli ħafna ta' disponibbiltà, ta' aktar minn 0,998 fuq skala ta' bejn 0 u 1, filwaqt li jiġu ggarantiti l-integrità tas-servizz f'intervall ta' inqas minn għaxar sekondi u preċiżjoni laterali ta' inqas minn 10 metri. |
(13) |
Barra minn hekk, sabiex ma jaffettwawx lill-utenti EGNOS jew jikkompromettu l-applikazzjonijiet kummerċjali attwali, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tal-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS għandhom ikunu kompatibbli ma' dawk tal-verżjoni 2 sabiex ma jipperikolawx ir-riżultati miksuba s'issa, jew jiddegradaw l-użi possibbli attwali, u dan għad-detriment tal-utenti. |
(14) |
Sabiex l-evoluzzjoni teknika tal-verżjoni 2 għall-verżjoni 3 tas-sistema tkun kompleta, għandhom jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali stipulati fl-Anness. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tal-verżjoni 3 tas-sistema EGNOS huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 271, 18.10.2011, p. 23).
ANNESS
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI U OPERAZZJONALI
1. Karatteristiċi ewlenin tal-EGNOS v3 miżmuma, imtejba jew miżjuda meta mqabbel mal-EGNOS v2
|
EGNOS v2 |
EGNOS v3 |
||||||||||||||
Modalitajiet tar-riċevituri |
|
|
||||||||||||||
Servizzi speċifiċi għall-Avjazzjoni |
|
|
||||||||||||||
Servizzi speċifiċi għat-Trasport Marittimu |
mhux applikabbli |
|
||||||||||||||
Il-kapaċità tas-sistema biex tiġi replikata |
iva |
iva |
||||||||||||||
Il-kompatibbiltà tal-prestazzjoni tas-servizzi fil-livell tal-utent vs. dik tal-verżjoni preċedenti |
mhux applikabbli |
iva |
||||||||||||||
Il-limitazzjoni tas-servizzi (1) |
|
xejn (2) |
2. Speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tas-servizz miftuħ
|
Servizz miftuħ |
||||
Preċiżjoni laterali (95 %) |
3 m |
||||
Preċiżjoni vertikali (95 %) |
4 m |
||||
Disponibbiltà OS |
0,99 |
||||
Żona tas-Servizz |
SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
||||
Garanzija tas-servizz |
Le |
||||
Aċċessibbiltà |
|
|
Servizz tal-kejl tal-ħin |
||||
Preċiżjoni tal-ħin tan-Netwerk EGNOS imqabbel mal-ħin tas-sistema UTC |
20 ns 3sigma |
||||
Preċiżjoni tal-ħin tan-Netwerk EGNOS imqabbel mal-ħin tas-sistema GPS |
Massimu 50 s |
||||
Disponibbiltà tas-servizz tal-kejl tal-ħin |
99 % |
||||
Garanzija tas-servizz |
Le |
||||
Aċċessibbiltà |
|
3. Speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tas-Servizz tal-Aċċess għad-Dejta EGNOS (EDAS)
|
EDAS |
|
Speċifikazzjonijiet tas-servizz |
Prodotti pprovduti direttament mis-sistema |
Dejta mhux ipproċessata RIMS |
Dejta dwar il-messaġġi tal-EGNOS |
||
Dejta dwar l-istat tas-saħħa tal-EGNOS |
||
Latenza (3) |
2 sekondi |
|
Disponibbiltà |
0,999 |
|
Aċċessibbiltà |
Prodotti pprovduti lill-utenti aħħarin permezz ta' fornituri ta' servizzi speċifiċi konnessi mas-server EGNOS |
|
Speċifikazzjonijiet tas-server |
Arkitettura sikura għal aċċess dinji Konnettività b'wisà tal-banda suffiċjenti |
4. Speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali tas-servizz “SoL”
4.1. Servizz tal-avjazzjoni (4)
|
En-route — Non Precision Approach |
Approach with Vertical Guidance APV-I (legacy service) |
LPV 200 Approach |
Cat I Precision Approach |
Standards |
Anness V, punt 3(a) tar-Regolament (UE) Nru 1035/2011, kif applikabbli |
|||
Preċiżjoni laterali |
220 m |
16 m |
16 m |
16 m |
Preċiżjoni vertikali |
Mhux applikabbli |
20 m |
4 m |
4 m |
VNSE — mingħajr difetti |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
10 m bi probabbiltà ta' 10– 7/150 s |
Mhux applikabbli |
VNSE — ħsara fis-sistema |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
15 m bi probabbiltà ta' 10– 5/150 s |
Mhux applikabbli |
Riskju għall-integrità |
1,10– 7/siegħa |
2,10– 7/150 s |
2,10– 7/150 s |
2,10– 7/150 s |
Ħin tal-Allarm |
10 s |
10 s |
6 s |
6 s |
HAL |
556 m |
40 m |
40 m |
40 m |
VAL |
Mhux applikabbli |
50 m |
35 m |
10 m |
Riskju għall-kontinwità |
1,10– 5/siegħa |
8,10– 6/15 s |
8,10– 6/15 s |
8,10– 6/15 s |
Disponibbiltà tas-servizz “SOL” (5) |
0,999 |
0,99 |
minn 0,99 sa 0,999 |
0,99 |
Żona tas-servizz |
Reġjuni ta' Informazzjoni dwar Titjir (FIRs) tal-SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Massi tal-art (6) tal-SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Massi tal-art tal-SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Massi tal-art tal-SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Objettiv tal-estensjoni taż-żona tas-servizz |
Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 |
|||
Prestazzjoni tal-modalitajiet ta' riverżjoni |
L-EGNOS v3 għandu jipprovdi livell ta' servizz tal- LPV 200 (7) fiż-Żona ta' Servizz tiegħu b'disponibbiltà ta' 99 % meta terġa' tibda tintuża l-kostellazzjoni Galileo biss. L-EGNOS v3 għandu jipprovdi servizz tal-LPV 200 fil-massi tal-art taż-Żona ta' Servizz b'disponibilità ta' 99 % meta tintilef għalkollox il-frekwenza ta' L5/E5a fil-livell tal-utent. |
|||
Garanzija tas-servizz |
Iva |
|||
Aċċessibbiltà |
Permezz ta' riċevituri kompatibbli mal-SBAS |
4.2. Servizz marittimu (8)
|
Navigazzjoni fid-dħul tal-portijiet, fl-approċċ tal-portijiet u fl-ilmijiet kostali |
Standards |
Ir-Riżoluzzjonijiet tal-IMO Nru A.915(22) u Nru A.1046(27) |
Preċiżjoni laterali |
10 m |
Preċiżjoni vertikali |
Mhux applikabbli |
Riskju għall-integrità |
1,10– 5/3 sigħat |
Ħin tal-Allarm |
10 s |
HAL |
25 m |
VAL |
Mhux applikabbli |
Riskju għall-kontinwità |
3,10– 4/15-il minuta |
Disponibbiltà tas-servizz “SoL” |
0,998 |
Żona tas-Servizz |
Ilmijiet Nazzjonali (9) tal-SM tal-UE + in-Norveġja u l-Iżvizzera |
Garanzija tas-servizz |
Iva |
Aċċessibbiltà |
Permezz ta' riċevituri kompatibbli mal-SBAS |
(1) L-aċċess tal-utenti għal servizz miftuħ u għas-servizzi ta' sikurezza tal-ħajja limitat għaż-żona ta' viżibbiltà tas-satelliti ġeostazzjonarji.
(2) L-assenza ta' limitazzjoni li tippermetti li d-diżinn tal-EGNOS v3 jinkludi stazzjonijiet addizzjonali sabiex jestendi, b'mod kontinwu, iż-żona tas-servizz tal-EGNOS kif stipulat fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013.
(3) Il-latenza hija ż-żmien li jkun għadda mit-trażmissjoni tal-aħħar biċċa tal-messaġġ ta' navigazzjoni mis-segment tal-ispazju (is-satelliti EGNOS u GPS/Galileo) sakemm id-dejta tħalli s-server tal-EGNOS.
(4) L-ispeċifikazzjonijiet tal-prestazzjoni inklużi f'din it-tabella jindirizzaw biss kontribuzzjonijiet signal-in-space
(5) Għad-disponibbiltà tas-servizz għall-proċedura tal-avviċinament (approach) tingħata medda ta' valuri. Il-parti ta' isfel tal-medda għandha tikkorrispondi mad-disponibbiltà prevista għas-servizz “GPS L1-only”. Il-parti ta' fuq tal-medda għandha tkun disponibbli għall-utenti mgħammra b'riċevitur ta' frekwenza doppja GPS L1-L5 jew b'riċevitur ta' frekwenza doppja kombinat GPS/Galileo.
(6) “Massi tal-art ta' żona” tfisser kwalunkwe territorju tal-art, inklużi l-gżejjer, fil-FIR ta' dik iż-żona minbarra għas-servizz “CAT I”, li għalih, il-kopertura tal-Ażores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji hija eskluża
(7) Sakemm l-prestazzjoni ta' Galileo tasal f'livell sodisfaċenti se jiġi aċċettat il-livell ta' servizz APV-I.
(8) L-ispeċifikazzjonijiet tal-prestazzjoni inklużi f'din it-tabella jindirizzaw biss kontribuzzjonijiet signal-in-space.
(9) L-ilmijiet nazzjonali (jew territorjali) huma definiti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-1982 bħala ilmijiet li jestendu sa mhux iktar minn 12-il mil nawtiku mill-kosta.
Appendiċi
AKRONIMI
APV |
Approach Procedure with Vertical Guidance (Proċedura tal-Approach with vertical guidance) |
CAT |
Category (Kategorija) |
EDAS |
EGNOS Data Access Service (Servizz tal-Aċċess għad-Dejta EGNOS) |
EGNOS |
European Geostationary Navigation Overlay Service (Servizz Overlay tan-Navigazzjoni Ġeostazzjonarja Ewropea) |
EU-MS |
European Union Member States (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) |
FIR |
Flight Information Region (Reġjun ta' informazzjoni dwar titjir) |
Galileo E1 |
Frekwenza E1 tas-sistema Galileo, korrispondenti għal 1 575,42 MHz |
Galileo E5a |
Frekwenza E5a tas-sistema Galileo, korrispondenti għal 1 176,45 MHz |
GPS |
Global Positioning System (Sistema ta' lokalizzazzjoni bis-satellita) |
GPS L1 |
Frekwenza L1 tas-sistema GPS, korrispondenti għal 1 575,42 MHz |
GPS L5 |
Frekwenza L5 tas-sistema GPS, korrispondenti għal 1 176,45 MHz |
HAL |
Horizontal Alert Limit (Limitu orizzontali tal-allert) |
ICAO |
International Civil Aviation Organization (Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali) |
IMO |
International Maritime Organization (Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali) |
LPV |
Localizer Performance with Vertical guidance (Prestazzjoni tal-Lokalizzazzjoni bi gwida Vertikali) |
OS |
Open Service (Servizz Miftuħ) |
RIMS |
Ranging and Integrity Monitoring Station (Stazzjon tal-Kejl u tal-Monitoraġġ tal-Integrità) |
SARPs |
Standard and Recommended Practices (Standards u Prattiki Rakkomandati) |
SBAS |
Satellite-Based Augmentation System (Sistema ta' Awmentazzjoni Abbażi ta' Satelliti) |
SoL |
Sikurezza tal-Ħajja |
UTC |
Coordinated Universal Time (Ħin Universal Koordinat) |
VAL |
Vertical Alert Limit (Limitu vertikali tal-allert) |
VNSE |
Vertical Navigation System Error (Żball tas-Sistema ta' Navigazzjoni Vertikali) |