This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0959
Council Decision (CFSP) 2015/959 of 19 June 2015 amending Decision 2014/386/CFSP concerning restrictive measures in response to the illegal annexation of Crimea and Sevastopol
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/959 tad-19 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/959 tad-19 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
ĠU L 156, 20.6.2015, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
20.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/959
tad-19 ta' Ġunju 2015
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK (1). |
|
(2) |
Fid-19 ta' Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li ma jirrikonoxxix, u jkompli jikkundanna, l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa u ser jibqa' impenjat li jimplimenta b'mod sħiħ il-politika tiegħu ta' nonrikonoxximent. |
|
(3) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-23 ta' Ġunju 2016. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2014/386/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2014/386/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta' Ġunju 2016.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. REIRS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70).