This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0514(02)
Commission Decision of 13 May 2015 prolonging the appointment of independent scientific experts to the Pharmacovigilance Risk Assessment Committee (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2015 li ttawwal il-ħatra tal-esperti xjentifiċi indipendenti fil-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2015 li ttawwal il-ħatra tal-esperti xjentifiċi indipendenti fil-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 161, 14.5.2015, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2018
14.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Mejju 2015
li ttawwal il-ħatra tal-esperti xjentifiċi indipendenti fil-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 161/04)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u [għall-użu] veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 61a(1) u (4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jirrikjedi li l-Kummissjoni taħtar sitt esperti xjentifiċi indipendenti bħala membri tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza. |
(2) |
L-Artikolu 61a(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 jipprevedi li l-Kummissjoni taħtar dawk il-membri bil-ħsieb li tiżgura li fil-Kumitat ikun hemm il-ħila esperta rilevanti. |
(3) |
Il-membri tal-Kumitat jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin bil-possibbiltà li jiġġedded darba. |
(4) |
Bid-deċiżjoni tagħha tal-21 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ħatret sitt esperti xjentifiċi indipendenti għal mandat ta’ tliet snin mit-2 ta’ Lulju 2012. Fid-dawl tal-kontribut kontinwu u effiċjenti ta’ dawk l-esperti għall-ħidma tal-Kumitat, il-mandat tagħhom għandu jittawwal skont l-Artikolu 61a(4) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 għal perjodu ta’ tliet snin li jibda mit-2 ta’ Lulju 2015. |
(5) |
Meta espert xjentifiku indipendenti maħtur b’din id-Deċiżjoni ma jkunx għadu jista’ jikkontribwixxi b’mod effiċjenti fil-ħidma tal-Kumitat, jew jirreżenja, għall-kumplament tal-mandat tiegħu l-Kummissjoni tista’ tissostitwih b’xi ħadd mil-lista ta’ riżerva, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-ħatra ta’ dawn il-membri tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskju fil-qasam tal-Farmakoviġilanza b’dan qed tittawwal għal mandat ta’ tliet snin mit-2 ta’ Lulju 2015:
— |
Jane Ahlqvist RASTAD, |
— |
Marie Louise DE BRUIN, |
— |
Stephen J. W. EVANS, |
— |
Brigitte KELLER-STANISLAWSKI, |
— |
Hervé LE LOUET, |
— |
Lennart WALDENLIND. |
Artikolu 2
Dawn li ġejjin b’dan jitpoġġew fuq il-lista ta’ riżerva skont l-ordni tal-mertu:
— |
Thierry TRENQUE, |
— |
Michael THEODORAKIS, |
— |
Marie-Christine PERAULT-POCHAT, |
— |
Annemarie HVIDBERG HELLEBEK. |
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.