Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014Y1201(03)

Lista ta’ atti tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali li ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mill- 1 ta’ Diċembru 2014 skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 10(4), tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji

ĠU C 430, 1.12.2014, p. 17–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 430/17


Lista ta’ atti tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali li ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mill-1 ta’ Diċembru 2014 skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 10(4), tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji

(2014/C 430/03)

NOTA LILL-QARREJ

Din il-lista ġiet stabbilita għal raġunijiet ta’ trasparenza u hija ppubblikata biss għal skop ta’ informazzjoni.

Il-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattati jipprevedi fl-Artikolu 10(4) li r-Renju Unit jista’ jinnotifika sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2014 li huwa ma jaċċettax is-setgħat kollha tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta’ atti fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Ir-Renju Unit għamel din in-notifika fl-24 ta’ Lulju 2013. B’konsegwenza ta’ dan, l-atti inkwistjoni, li r-Renju Unit ma jkunx ġie awtorizzat li jerġa' jipparteċipa fihom skont l-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36, ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mill-1 ta’ Diċembru 2014.

Għal faċilità ta’ referenza, din il-lista ġiet stabbilita billi ġew elenkati flimkien mal-att prinċipali, taħtu, l-atti li jkunu emendawh jew implimentawh jew li huma marbuta b’mod intrinsiku ieħor ma’ dak l-att prinċipali.

Il-lista ta’ atti li r-Renju Unit huwa awtorizzat jerġa' jipparteċipa fihom skont l-Artikolu 10(5) tal-Protokoll Nru 36 tirriżulta mill-kombinazzjoni tad-Deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill, fir-rigward tal-acquis ta’ Schengen, (ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/857/UE (1)) u mill-Kummissjoni, fir-rigward tal-acquis li mhux ta’ Schengen (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/858/UE (2)).

I.    Acquis mhux ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali li mhux ser jibqa' japplika għar-Renju Unit mill-1 ta’ Diċembru 2014

1.

L-Att tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 1995 li jfassal il-Konvenzjoni dwar proċedura simplifikata tal-estradizzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-imsemmija Konvenzjoni ffirmata fl-10 ta’ Marzu 1995 (ĠU C 78, 30.3.1995, p. 1)

2.

L-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995 li jfassal il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u l-imsemmija Konvenzjoni ffirmata fis-26 ta’ Lulju 1995 (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48)

L-Att tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 1996 li jfassal Protokoll dwar il-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u l-imsemmi Protokoll iffirmat fis-27 ta’ Settembru 1996 (ĠU C 313, 23.10.1996, p. 1)

L-Att tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 1996 li jfassal, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unoni Ewropea, il-Protokoll dwar l-interpretazzjoni, permezz ta' deċiżjonijiet preliminarji, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u l-imsemmi Protokoll iffirmat fid-29 ta’ Novembru 1996 (ĠU C 151, 20.5.1997, p. 1)

L-Att tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 1997 li jistabbilixxi t-Tieni Protokoll tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej u l-imsemmi Tieni Protokoll iffirmat fid-19 ta’ Ġunju 1997 (ĠU C 221, 19.7.1997, p. 11)

3.

L-Azzjoni Konġunta 96/277/ĠAI tat-22 ta' April 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, dwar qafas għall-iskambju ta' maġistrati li jikkollegaw direttament sabiex tittejjeb il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 105, 27.4.1996, p. 1)

4.

L-Att tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 1996 li jfassal il-Konvenzjoni rigward l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-imsemmija Konvenzjoni ffirmata fis-27 ta’ Settembru 1996 (ĠU C 313, 23.10.1996, p. 11)

5.

L-Azzjoni Konġunta 96/610/ĠAI tal-15 ta' Ottubru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħolqien u l-manutenzjoni ta' Direttorju ta' kompetenzi, kapaċitajiet u ħila speċjalizzati anti-terroristiċi biex tiġi ffaċilitata l-koperazzjoni anti-terroristika bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 273, 25.10.1996, p. 1)

6.

L-Azzjoni Konġunta 96/698/ĠAI tad-29 ta' Novembru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, dwar koperazzjoni bejn awtoritajiet doganali u organizzazzjonijiet tal-kummerċ fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga (ĠU L 322, 12.12.1996, p. 3)

7.

L-Azzjoni Konġunta 96/699/ĠAI tad-29 ta' Novembru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-profilar kimiku ta' droga biex tiġi faċilitata l-koperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tad-droga (ĠU L 322, 12.12.1996, p. 5)

8.

L-Azzjoni Konġunta 96/747/ĠAI tad-29 ta' Novembru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jikkonċerna l-kreazzjoni u l-manteniment ta' direttorju ta' kompetenzi, kapaċitajiet u ħiliet speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata internazzjonali, biex tiġi ffaċilitata l-koperazzjoni għall-infurzar tal-liġi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 342, 31.12.1996, p. 2)

9.

L-Azzjoni Konġunta 96/750/JHA tas-17 ta' Diċembru 1996 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna l-approssimazzjoni tal-liġijiet u l-prattiċi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra d-dipendenza fuq id-droga u għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illegali tad-droga (ĠU L 342, 31.12.1996, p. 6)

10.

L-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997 li jfassal, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 (2) (c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-imsemmija Konvenzjoni ffirmata fis-26 ta' Mejju 1997 (ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/642/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 li tirrigwarda l-applikazzjoni għall-Ġibiltà tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 27)

11.

L-Azzjoni Konġunta 97/339/ĠAI tas-26 ta' Mejju 1997 adottata mill-Kunsill a bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar koperazzjoni fuq iż-żamma tal-ordni u s-sigurtà (ĠU L 147, 5.6.1997, p. 1)

12.

L-Azzjoni Konġunta 97/372/ĠAI tad-9 ta' Ġunju 1997 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, sabiex jiġu rfinati l-kriterji għall-kontrolli mmirati, il-metodi ta' selezzjoni, eċċ., u l-ġbir ta' informazzjoni doganali u tal-pulizija (ĠU L 159, 17.6.1997, p. 1)

13.

L-Att tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1998 li jħejji Konvenzjoni dwar l-Iskwalifiki tas-Sewqan u l-Konvenzjoni ffirmata fis-17 ta’ Ġunju 1998 (ĠU C 216, 10.7.1998, p. 1)

14.

L-Azzjoni Konġunta 98/427/ĠAI tad-29 ta' Ġunju 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, dwar prattika tajba f’assistenza legali reċiproka fi kwistjonijiet kriminali (ĠU L 191, 7.7.1998, p. 1)

15.

L-Azzjoni Konġunta 98/699/ĠAI tat-3 ta' Diċembru 1998 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi ta' Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea dwar il-money laundering, l-identifikazzjoni, ir-rintraċċar, l-iffriżar, is-sekwestru u l-konfiska ta ' għodda u qligħ mill-kriminalità (ĠU L 333, 9.12.1998, p. 1)

16.

L-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol (ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 1999 li temenda l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ rimunerazzjoni, pensjonijiet u drittijiet oħra finanzjarji f’euro (ĠU C 364, 17.12.1999, p. 3)

17.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/261/ĠAI tas-27 ta' Marzu 2000 dwar l-iskambju mtejjeb ta’ informazzjoni biex jikkumbatti dokumenti foloz tal-ivvjaġġar (ĠU L 81, 1.4.2000, p. 1)

18.

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/JHA tad-29 ta' Mejju 2000 dwar li tiżdied il-protezzjoni permezz ta' pieni kriminali u sanzjonijiet oħra kontra l-iffalsifikar in konnessjoni mad-dħul tal-ewro (ĠU L 140, 14.6.2000, p. 1)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/888/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2001 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2000/383/JHA dwar l-protezzjoni li qed tikber minn penali krimini u sanzjonijiet oħra kontra l-falsifikazzjoni dwar l-introduzzjoni tal-euro (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 3)

19.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI tat-28 ta' Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta' mezzi ta' ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1)

20.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/419/ĠAI tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar it-trasmissjoni ta' kampjuni ta' sustanzi kkontrollati (ĠU L 150, 6.6.2001, p. 1)

21.

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2001/500/ĠAI tas-26 ta' Ġunju 2001 dwar il-ħasil tal-flus, l-identifikazzjoni, l-intraċċar, l-iffriżar, il-qbid u l-konfiska tal-mezzi u l-qligħ mill-kriminalità (ĠU L 182, 5.7.2001, p. 1)

22.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta' Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1)

23.

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta ' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/919/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 330, 9.12.2008, p. 21)

24.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/494/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi network Ewropew ta' punti ta' kuntatt dwar persuni li huma responsabbli għal ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra (ĠU L 167, 26.6.2002, p. 1)

25.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/956/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2002 li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi (ĠU L 333, 10.12.2002, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/796/ĠAI tal-4 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2002/956/ĠAI li tistabbilixxi Netwerk Ewropew għall-Protezzjoni ta’ Figuri Pubbliċi (ĠU L 283, 30.10.2009, p. 62)

26.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/996/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2002 li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-evalwazzjoni tas-sistemi legali u l-implimentazzjoni tagħhom fuq livell nazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 349, 24.12.2002, p. 1)

27.

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54)

28.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/335/ĠAI tat-8 ta' Mejju 2003 dwar l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra (ĠU L 118, 14.5.2003, p. 12)

29.

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illegali ta' drogi (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8)

30.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/919/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-ġlieda kontra reati konnessi ma' vetturi u li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali (ĠU L 389, 30.12.2004, p. 28)

31.

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/69/ĠAI tal-24 ta' Jannar 2005 dwar l-iskambju ta’ ċerta data mal-Interpol (ĠU L 27, 29.1.2005, p. 61)

32.

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta' Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (ĠU L 68, 15.3.2005, p. 49)

33.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/615/ĠAI tat-13 ta' Settembru 1999 li tiddefinixxi 4-MTA bħala droga sintetika ġdida li għandha ssir suġġetta għall-miżuri ta' kontroll u penalitajiet kriminali (ĠU L 244, 16.9.1999, p. 1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/188/ĠAI tas-28 ta' Frar 2002 dwar miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali fuq id-droga sintetika l-ġdida PMMA (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 14)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali rigward drogi sintetiċi ġodda 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 (ĠU L 321, 6.12.2003, p. 64)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/206/ĠAI tat-3 ta’ Marzu 2008 dwar id-definizzjoni ta’ 1-benzylpiperazine (BZP) bħala droga psikoattiva ġdida li għandha tiġi suġġetta għal miżuri ta’ kontroll u dispożizzjonijiet kriminali (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 45)

34.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/511/ĠAI tat-12 ta' Lulju 2005 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni, permezz tan-nomina tal-Europol bħala l-Uffiċċju Ċentrali għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro (ĠU L 185, 16.7.2005, p. 35)

35.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/671/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-koperazzjoni fir-rigward ta' reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, p. 22)

36.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/560/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2003/170/ĠAI dwar l-użu komuni tal-uffiċjali tal-kuntatt ippustjati barra l-pajjiż mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri (ĠU L 219, 10.8.2006, p. 31)

37.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1) (3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12)

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-Akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (OJ L 322, 9.12.2009, p. 14)

38.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta' intervent speċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 73)

39.

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42)

40.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/852/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar netwerk ta’ punti ta’ kuntatt kontra l-korruzzjoni (ĠU L 301, 12.11.2008, p. 38)

41.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55)

42.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’ sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102) (4)

43.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) u li tħassar id-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 44)

44.

Il-Ftehim dwar l-għajnuna legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika ffirmat fil-25 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 34)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/820/PESK tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ftehim dwar l-għajnuna legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 291, 7.11.2009, p. 40)

45.

Il-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika ffirmat fil-25 ta' Ġunju 2003 (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 27)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/820/PESK tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ftehim dwar l-għajnuna legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 291, 7.11.2009, p. 40)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/933/PESK tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-estensjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-ambitu territorjali tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 4)

46.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 42)

II.    Acquis ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali li mhux ser jibqa' japplika għar-Renju Unit mill-1 ta’ Diċembru 2014

47.

Id-dispożizzjonijiet u l-atti li ġejjin jikkonċernaw il-Konvenzjoni tad-19 ta' Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19)

L-Artikolu 27(2) u (3)

Il-Kapitolu 1 dwar il-koperazzjoni tal-pulizija - l-Artikolu 47(4)

Il-Ftehim ta' Adeżjoni tal-Italja - l-Artikoli 2 u 4 - id-Dikjarazzjoni* dwar l-Artikoli 2 u 3

Il-Ftehim ta' Adeżjoni ta' Spanja - l-Artikoli 2 u 4 - l-Att Finali, il-Parti III, id-Dikjarazzjoni Nru 2

Il-Ftehim ta' Adeżjoni tal-Portugall - l-Artikoli 2, 4, 5 u 6

Il-Ftehim ta' Adeżjoni tal-Greċja - l-Artikoli 2, 3, 4 u 5 - l-Att Finali, il-Parti III, id-Dikjarazzjoni Nru 2

Il-Ftehim ta' Adeżjoni tal-Awstrija - l-Artikoli 2 u 4

Il-Ftehim ta' Adeżjoni tad-Danimarka - l-Artikoli 2 u 4 - l-Att Finali, il-Parti II, id-Dikjarazzjoni Nru 3

Il-Ftehim ta' Adeżjoni tal-Finlandja - l-Artikoli 2 u 4 - l-Att Finali, il-Parti II, id-Dikjarazzjoni Nru 3

Il-Ftehim ta' Adeżjoni tal-Isvezja - l-Artikoli 2 u 4 - l-Att Finali, il-Parti II, id-Dikjarazzjoni Nru 3

* Safejn dan ikun relatat mal-Artikolu 2

48.

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-14 ta' Diċembru 1993 dwar it-titjib ta' koperazzjoni ġudizzjarja prattika għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga (SCH/Com-ex (93)14) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 427)

49.

Id-Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-26 ta' Ġunju 1996 dwar l-estradizzjoni (SCH/Com-ex (96) Decl. 6 Rev. 2) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 435)

50.

Id-Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tad-9 ta' Frar 1998 dwar il-ħtif ta' minuri (SCH/Com-ex (97) Decl. 13 Rev. 2) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 436)

51.

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Diċembru 1998 fuq il-Manwal dwar il-koperazzjoni tal-pulizija trans-fruntieri (SCH/Com-ex (98)52) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 408)

52.

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta' April 1999 dwar l-acquis ta' Schengen li għandu x' jaqsam mat-telekomunikazzjonijiet (SCH/Com-ex (99)6) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 409)

53.

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta' April 1999 dwar prinċipji ġenerali li jirrigwardaw il-ħlas tal-infurmaturi (SCH/Com-ex (99)8 Rev. 2) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 417)

54.

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta' April 1999 dwar il-Ftehim ta' Koperazzjoni fi proċeduri kontra reati ta' traffiku fit-triq (SCH/Com-ex (99)11 Rev. 2) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 428)

55.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/946/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2002 dwar it-tisħiħ tal-qafas penali biex ikun impedit it-tħaffif tad-dħul, it-transitu u r-residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 1)

56.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/169/ĠAI tas-27 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi liema dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1995 dwar il-proċedura ssimplifikata tal-estradizzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tal-1996 li għandha x'taqsam mal-estradizzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxu żviluppi tal-acquis ta' Schengen skont il-Ftehim li jirrigwarda l-assoċjazzjoni tar-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 67, 12.3.2003, p. 25)

57.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/170/ĠAI tas-27 ta' Frar 2003 dwar l-użu komuni tal-uffiċjali tal-kuntatt ippustjati barra l-pajjiż mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri (ĠU L 67, 12.3.2003, p. 27)

58.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/173/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni tax-Schengen (SIS II) (ĠU L 57, 1.3.2008, p. 14)

59.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/724/ĠAI tas-17 ta’ Settembru 2009 li tistabbilixxi d-data għat-tlestija tal-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 257, 30.9.2009, p. 41)


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/857/UE tal-1 ta’ Diċembru 2014 dwar in-notifika tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rigward ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li jinsabu fl-atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u li temenda d-Deċiżjonijiet 2000/365/KE u 2004/926/KE (ĠU L 345, 1.12.2014, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/858/UE tal-1 ta’ Diċembru 2014 dwar in-notifika tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rigward ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem f’atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u li mhumiex parti mill-acquis ta’ Schengen (ĠU L 345, 1.12.2014, p. 6).

(3)  Dan l-att u ż-żewġ atti elenkati flinkien miegħu (l-hekk imsejħa “Deċiżjonijiet ta' Prüm”) huma soġġetti għal miżuri transitorji kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/836/UE tas-27 ta' Novembru 2014 li tiddetermina ċerti arranġamenti konsegwenzjali u tranżizzjonali dwar il-waqfien tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’ċerti atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (ĠU L 343, 28.11.2014, p. 11) u għal miżuri speċifiċi oħra kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/837/UE tas-27 ta' Novembru 2014 li tiddetermina ċerti konsegwenzi finanzjarji diretti mġarrba b'riżultat tal-waqfien tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’ċerti atti tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (ĠU L 343, 28.11.2014, p. 17).

(4)  Saret dikjarazzjoni għall-minuti tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2014 rigward dan l-att li permezz tagħha r-Renju Unit “jikkommetti ruħu li jikkunsidra mill-ġdid fi żmien debitu l-merti tal-fatt li jinnotifika x-xewqa tiegħu li jipparteċipa f'dik il-miżura. Ir-Renju Unit ser jippubblika valutazzjoni tal-impatti potenzjali ta' dik il-miżura għall-finijiet ta' tali rikonsiderazzjoni”.


Top