Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1282

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1282/2014 tat- 2 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 180/2014 f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwantitajiet massimi ta' prodotti pproċessati li jistgħu jiġu esportati jew konsenjati mir-reġjuni ultraperiferiċi Spanjoli u Franċiżi u l-pajjiżi terzi kkonċernati

    ĠU L 347, 3.12.2014, p. 13–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1282/oj

    3.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 347/13


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1282/2014

    tat-2 ta' Diċembru 2014

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 180/2014 f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwantitajiet massimi ta' prodotti pproċessati li jistgħu jiġu esportati jew konsenjati mir-reġjuni ultraperiferiċi Spanjoli u Franċiżi u l-pajjiżi terzi kkonċernati

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 180/2014 (2) jipprovdi l-possibbiltà għall-operaturi li jesportaw, fil-kuntest ta' flussi tal-kummerċ tradizzjonali jew tal-kummerċ reġjonali, u li jikkonsenjaw, fil-kuntest ta' flussi tradizzjonali ta' kummerċ, prodotti pproċessati li fihom materja prima li bbenefikat mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar- Regolament (UE) Nru 228/2013. Il-proċessuri li beħsiebhom jesportaw jew jikkonsenjaw dawk il-prodotti f'dan il-kuntest jistgħu jagħmlu dan fil-limiti tal-kwantitajiet annwali indikati fl-Annessi II sa V tar-Regolament (UE) Nru 180/2014. Il-lista ta' pajjiżi terzi li lejhom jistgħu jiġu esportati dawk il-prodotti hija stabbilita fl-Anness VI ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

    (2)

    L-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni tadatta l-lista fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 180/2014 fir-rigward ta' Martinique billi taqleb il-kwantitajiet massimi ta' prodotti pproċessati li jikkorrispondu għall-kodiċijiet NM 0403 10 u NM 1101 00 u billi żżid il-kwantitajiet għall-prodotti korrispondenti għall-kodiċijiet NM 2202, NM 2105 u NM 2007. Għall-Gwadelup, talbu lill-Kummissjoni tadatta din il-lista billi taqleb il-kwantitajiet massimi għall-prodotti li jikkorrispondu għall-kodiċijiet NM 1101 00 u NM 2309 90, u billi zżid il-kwantitajiet għall-prodotti li jikkorrispondu għall-kodiċi NM 0402 10 u NM 2007, 2008 u 2009. Talbu wkoll li jiżdiedu pajjiżi terzi ġodda għal Martinique u għall-Gwadelup fil-lista fl-Anness VI ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

    (3)

    Il-kwantitajiet massimi ta' prodotti pproċessati li jistgħu jiġu esportati jew jintbagħtu kull sena mill-Gżejjer Kanarji fil-kuntest tal-esportazzjonijiet u tal-konsenji tradizzjonali huma stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 u l-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati kull sena mill-Gżejjer Kanarji fil-kuntest tal-kummerċ reġjonali huma stabbiliti fl-Anness V ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

    (4)

    L-awtoritajiet Spanjoli talbu lill-Kummissjoni biex tissimplifika l-listi fl-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) Nru 180/2014 billi jingħaddu flimkien il-kwantitajiet ta' prodott ipproċessat li jikkorrispondu għas-subintestaturi relatati mal-kodiċijiet NM 1806 u NM 1905.

    (5)

    Għalhekk ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emenda tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014

    L-Annessi II, III, V u VI tar-Regolament (UE) Nru 180/2014 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Diċembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 180/2014 tal-20 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 63, 4.3.2014, p. 13).


    ANNESS

    L-Annessi II, IV, V u VI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness II, it-Tabelli għal Martinique u għall-Gwadelup huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Martinique

    (Il-kwantità f'kilogrammi (jew f'litri*))

    Il-kodiċi tan-NM

    Lejn l-Unjoni

    Lejn pajjiżi terzi

    0403 10

    77 500

    1101 00

    199 500

    2309 90

    102 000

    2202

    229 000

    5 500

    2105

    146 000

    2007

    1 000

    500


    Il-Gwadelup

    (Il-kwantità f'kilogrammi (jew f'litri*))

    Il-kodiċi tan-NM

    Lejn l-Unjoni

    Lejn pajjiżi terzi

    0402 10

    45 000

    1101 00

    128 000

    2309 90

    522 000

    2007 -2008 -2009

    4 000

    —”

    (2)

    L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-linji li jikkorrispondu għas-subtitli 1806 10, 1806 20, 1806 31, 1806 32 u 1806 90 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1806

    490 500

    265 000 ”

    (b)

    il-linji li jikkorrispondu għas-subtitli 1905 20, 1905 31, 1905 32, 1905 40 u 1905 90 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1905

    916 500

    878 000 ”

    (3)

    L-Anness V huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-linji li jikkorrispondu għas-subtitli 1806 10, 1806 31, 1806 32 u 1806 90 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1806

    266 000 ”

    (b)

    il-linji li jikkorrispondu għas-subtitli 1905 31 u 1905 32 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1905

    225 000 ”

    (4)

    Il-parti tal-Anness VI li jikkonċerna d-dipartimenti ultraperiferiċi Franċiżi hija sostitwita b'dan li ġej:

    Réunion: il-Mawrizju, il-Madagaskar u l-Komoros

    Martinique: L-Antilli Minuri (*), is-Surinam u Ħaiti

    Il-Gwadelup: L-Antilli Minuri, is-Surinam u Ħaiti

    Il-Gujana Franċiża: il-Brażil, is-Surinam u l-Gujana

    (*)  L-Antilli Minuri: il-Gzejjer Verġni, Saint Kitts u Nevis, l-Antigwa u Barbuda, Dominika, Santa Luċija, Saint Vincent u l-Grenadini, il-Barbados, Trinidad u Tobago, Sint Maarten, Angwilla.”"



    Top