This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1187
Commission Delegated Regulation (EU) No 1187/2014 of 2 October 2014 supplementing Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council as regards regulatory technical standards for determining the overall exposure to a client or a group of connected clients in respect of transactions with underlying assets Text with EEA relevance
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1187/2014 tat- 2 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni tal-iskopertura ġenerali għal klijent jew grupp ta’ klijenti relatati fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ma’ assi sottostanti Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1187/2014 tat- 2 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni tal-iskopertura ġenerali għal klijent jew grupp ta’ klijenti relatati fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ma’ assi sottostanti Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 324, 7.11.2014, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/1 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1187/2014
tat-2 ta’ Ottubru 2014
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji għad-determinazzjoni tal-iskopertura ġenerali għal klijent jew grupp ta’ klijenti relatati fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ma’ assi sottostanti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 390(8) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġu identifikati l-iskoperturi kumplessivi għal obbligant partikolari li jirriżulta mill-iskoperturi tal-istituzzjoni għal tranżazzjoni, b’assi sottostanti, huwa meħtieġ li l-ewwel jiġi identifikat il-valur tal-iskopertura b’mod separat għal kull waħda minn dawn l-iskoperturi. Il-valur tal-iskopertura totali għandu mbagħad jiġi ddeterminat mill-aggregat ta’ dawn l-iskoperturi, iżda ma għandux ikun akbar mill-valur tal-iskopertura ffurmat milll-assi sottostanti nnifshom. |
(2) |
Fejn l-iskoperturi ta’ investituri oħra jikklassifikaw pari passu mal-iskopertura tal-istituzzjoni, il-valur tal-iskopertura tal-istituzzjoni għal assi sottostanti għandu jirrifletti d-distribuzzjoni prorata tat-telf fost l-iskoperturi li jikklassifikaw pari passu. Dan jirriżulta mill-fatt li jekk seħħ avveniment ta’ inadempjenza għal assi sottostanti, it-telf dejjem huwa distribwit fost l-iskoperturi li jikklassifikaw pari passu skont il-proporzjon prorata ta’ kull waħda minn dawn l-iskoperturi u t-telf massimu li l-istituzzjoni ġġarrab f’każ ta’ telf totali fuq assi sottostanti huwa limitat għall-porzjon skont il-proporzjon tal-iskopertura tal-istituzzjoni għat-total tal-iskoperturi kollha li jikklassifikaw pari passu. |
(3) |
Għandha ssir distinzjoni bejn transazzjonijiet fejn l-investituri kollha jikklassifikaw pari passu bħal impriżi ta’ investiment kollettiv, u tranżazzjonijiet oħra, bħat-titolizzazzjoni, li jistgħu jinvolvu segmentar ta’ titolizzazzjoni fejn l-iskoperturi jistgħu jikklassifikaw b’mod differenti fl-anzjanità. Għal tranżazzjonijiet tal-ewwel tip l-iskopertura li tirriżulta għal assi sottostanti hija dipendenti biss fuq il-proporzjon prorata tal-iskopertura tal-investitur relatata mal-iskoperturi tal-investituri kollha. Għal dawk tat-tieni tip it-telf huwa attribwit l-ewwel għal ċertu segment skont l-anzjanità u mbagħad, fil-każ ta’ aktar minn investitur wieħed fl-istess segment, fost l-investituri fuq bażi prorata. Is-segmenti kollha f’titolizzazzjoni għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod minħabba li, fl-agħar sitwazzjoni, segmenti subordinati jistgħu jisparixxu malajr ħafna. B’mod partikolari, it-telf massimu mġarrab mill-investituri kollha f’ċertu segment f’każ ta’ telf totali fuq assi sottostanti għandu jkun rikonoxxut peress li l-ebda mitigazzjoni m’għandha tkun rikonoxxuta mis-segment subordinat. L-iskopertura ta’ istituzzjoni għal assi sottostanti ta’ tranżazzjoni ma għandhiex taqbeż il-valur totali tal-iskopertura ta’ dan is-segment (ladarba it-telf għal investitur f’segment partikolari mill-inadempjenza ta’ assi sottostanti ma jista’ qatt ikun ogħla mill-valur totali tal-iskopertura tas-segment) u l-valur tal-iskopertura ffurmat mill-assi sottostanti (ladarba l-istituzzjonijiet ma jistgħu qatt jitilfu iktar mill-ammont tal-assi sottostanti). Din il-limitazzjoni ta’ telf massimu għandha tiġi riflessa permezz tal-użu tal-inqas miż-żewġ valuri ta’ skopertura u mbagħad għandha tkun applikata l-proċedura għar-rikonoxximent tad-distribuzzjoni prorata tat-telf fost l-iskoperturi kollha li jkunu kklassifikati pari passu f’dan is-segment, f’każ ta’ aktar minn investitur wieħed f’dan is-segment. |
(4) |
Għalkemm l-istituzzjonijiet huma mistennija li jidentifikaw kull obbligant ta’ assi sottostanti ta’ tranżazzjonijiet li jinvestu fihom, jista’ jkun hemm każijiet fejn dan joħloq kostijiet mhux ġustifikabbli għal istituzzjonijiet jew fejn iċ-ċirkostanzi jipprevjenu istituzzjonijiet milli jidentifikaw debituri partikolari bħala tali, fejn skopertura għal assi sottostanti hija żgħira biżżejjed biex tikkontribwixxi b’mod immaterjali biss għall-iskopertura kumplessiva għal ċertu klijent jew grupp ta’ klijenti relatati, għandu jkun biżżejjed li din l-iskopertura tkun assenjata għat-tranżazzjoni bħala klijent separat. It-total ta’ dawn l-iskoperturi għal assi sottostanti tal-istess tranżazzjoni għandu xorta jkun limitat mil-limitu tal-iskoperturi l-kbar għal din it-tranżazzjoni. L-immaterjalità tal-kontribuzzjoni ta’ assi sottostanti għall-iskoperturi kumplessivi għandha tkun preżunta meta tal-anqas 100 skoperturi għal assi sottostanti ta’ tranżazzjoni huma meħtieġa biex jintlaħaq il-limitu ta’ 25 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni. Dan ikun jeħtieġ li l-valur tal-iskopertura ma jaqbiżx iż-0,25 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni. |
(5) |
Sabiex jipprevjenu skopertura kumplessiva bla limitu li tirriżulta minn nuqqasijiet tal-informazzjoni, ikun meħtieġ li l-iskoperturi jkunu assenjati — li għalihom il-valur tal-iskopertura jaqbeż iż-0,25 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni u għal liema l-informazzjoni dwar l-obbligant hija nieqsa — għal klijent ipotetiku (“klijent mhux magħruf”) li għalih għandu japplika l-limitu ta’25 % ta’ skoperturi kbar. |
(6) |
Fejn istituzzjoni ma tkunx kapaċi tiddistingwi bejn assi sottostanti ta’ tranżazzjoni f’termini tal-ammont tagħhom, hemm riskju li l-assi sottostanti tat-tranżazzjoni huma relatati mal-istess obbligant jew grupp ta’ klijenti relatati. F’dan il-każ, sabiex jittaffa r-riskju, l-istituzzjoni għandha tkun meħtieġa tivvaluta l-materjalità tal-valur totali tal-iskoperturi tagħha għat-tranżazzjoni qabel ma tkun tista’ tassenja din it-tranżazzjoni bħala klijent separat minflok “klijent mhux magħruf”. |
(7) |
L-istruttura ta’ tranżazzjoni ma għandhiex tikkostitwixxi skopertura addizzjonali meta ċ-ċirkostanzi tat-tranżazzjoni jiżguraw li t-telf fuq skopertura għal din it-tranżazzjoni jista’ jirriżulta biss minn avveniment ta’ inadempjenza ta’ assi sottostanti. Skopertura addizzjonali għandha tkun rikonoxxuta fejn it-tranżazzjoni tinvolvi obbligazzjoni tal-ħlas ta’ ċerta persuna flimkien ma’, jew tal-anqas qabel, il-flussi ta’ flus minn assi sottostanti fid-dawl li l-investituri jistgħu jġarrbu telf addizzjonali fil-każ ta’ inadempjenza minn din il-persuna għalkemm l-ebda event ta’ inadempjenza ma jkun seħħ għal assi sottostanti. Skopertura addizzjonali għandha tkun rikonoxxuta wkoll meta ċ-ċirkostanzi tat-tranżazzjoni jippermettu li flussi ta’ flus jiġu diretti mill-ġdid lejn persuna li mhijiex intitolata li tirċevihom minħabba li l-investituri jistgħu jġarrbu telf addizzjonali, għalkemm l-ebda każ ta’ inadempjenza għal assi sottostanti ma jkun seħħ. L-ebda skopertura addizzjonali ma għandha tkun rikonoxxuta għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif imsemmi fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), peress li l-flussi ta’ flus ma jistgħux ikunu diretti mill-ġdid lejn persuna li ma tkunx intitolata li tirċievi dawn il-flussi ta’ flus fit-tranżazzjoni. Dan għandu wkoll jiġi preżunt għal entitajiet li huma soġġetti għal rekwiżiti ekwivalenti skont l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni jew għal leġiżlazzjoni ta’ pajjiż terz. |
(8) |
L-eżistenza u l-valur tal-iskopertura għal klijent jew grupp ta’ klijenti relatati li jirriżultaw minn skoperturi għal tranżazzjoni mhumiex dipendenti fuq jekk l-iskopertura għat-tranżazzjoni hix assenjata fil-portafoll tan-negozjar jew fil-portafoll mhux ta’ negozjar. Għalhekk, il-kundizzjonijiet u l-metodoloġiji li għandhom jintużaw għall-identifikazzjoni tal-iskoperturi għall-tranżazzjonijiet li b’assi sottostanti għandhom ikunu l-istess, irrispettivament minn jekk dawn l-iskoperturi humiex assenjati għall-portafoll tan-negozjar jew għall-portafoll mhux ta’ negozjar tal-istituzzjoni. |
(9) |
Dan ir-Regolament huwa msejjes fuq l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji sottomessi mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ASE) lill-Kummissjoni. |
(10) |
L-ASE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jispeċifika l-kundizzjonijiet u l-metodoloġiji użati sabiex tiġi determinata l-iskopertura kumplessiva ta’ istituzzjoni għal klijent jew grupp ta’ klijenti relatati fir-rigward ta’ skoperturi permezz ta’ tranżazzjonijiet b’assi sottostanti u l-kundizzjonijiet li taħthom l-istruttura tat-tranżazzjonijiet b’assi sottostanti ma tikkostitwixxix skopertura addizzjonali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“tranżazzjonijiet” tfisser, it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti (m) u (o) tal-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tranżazzjonijiet oħrajn fejn ikun hemm skopertura għal assi sottostanti; |
(b) |
‘klijent mhux magħruf’ tfisser klijent ipotetiku uniku li għalih l-istituzzjoni tassenja l-iskoperturi kollha li għalihom ma tkun identifikat l-ebda obbligant, sakemm l-Artikolu 6(2)(a) u (b) u l-Artikolu 6(3)(a) ta’ dan ir-Regolament mhumiex applikabbli. |
Artikolu 3
Identifikazzjoni ta’ skoperturi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet
1. Istituzzjoni għandha tiddetermina l-kontribuzzjoni għall-iskopertura kumplessiva għal ċertu klijent jew grupp ta’ klijenti relatati li jirriżulta minn ċertu tranżazzjoni skont il-metodoloġija stipulata fl-Artikoli 4, 5 u 6.
L-istituzzjoni tiddetermina separatament għal kull wieħed mill-assi sottostanti l-iskopertura tagħha għal dawn l-assi sottostanti skont l-Artikolu 5.
2. Istituzzjoni tivvaluta jekk ċerta tranżazzjoni tikkostitwixxix skopertura addizzjonali skont l-Artikolu 7.
Artikolu 4
Skoperturi sottostanti għal tranżazzjonijiet li huma stess għandhom assi sottostanti
1. Meta tivvaluta l-iskoperturi sottostanti ta’ tranżazzjoni (tranżazzjoni A) li fiha nnifisha għandha skopertura sottostanti għal tranżazzjoni oħra (tranżazzjoni B) għall-iskop tal-Artikoli 5 u 6, l-istituzzjoni tittratta l-iskopertura għal tranżazzjoni B kif sostitwita bl-iskoperturi sottostanti għat-tranżazzjoni B.
2. Il-paragrafu 1 japplika sakemm l-iskoperturi sottostanti huma skoperturi għal tranżazzjonijiet b’assi sottostanti.
Artikolu 5
Kalkolu tal-valur tal-iskopertura
1. L-iskopertura ta’ istituzzjoni għal assi sottostanti ta’ tranżazzjoni hi l-inqas minn dawn li ġejjin:
(a) |
il-valur tal-iskopertura tal-iskopertura li toħroġ mill-assi sottostanti; |
(b) |
il-valur tal-iskopertura totali tal-iskoperturi tal-istituzzjoni għall-assi sottostanti li jirriżulta mill-iskoperturi kollha tal-istituzzjoni għat-tranżazzjoni. |
2. Għal kull skopertura ta’ istituzzjoni għal tranżazzjoni, il-valur tal-iskopertura tal-iskopertura li tirriżulta għal assi sottostanti ikun iddeterminat kif ġej:
(a) |
jekk l-iskoperturi tal-investituri kollha f’din it-tranżazzjoni jitqies pari passu, il-valur tal-iskopertura ta’ skopertura għal assi sottostanti huwa proporzjon prorata għall-iskopertura tal-istituzzjoni għat-tranżazzjoni immultiplikata bil-valur tal-iskopertura tal-iskopertura ffurmata mill-assi sottostanti; |
(b) |
f’każijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-punt (a), il-valur tal-iskoperturi tal-iskopertura li tirriżulta għal assi sottostanti jkun proporzjon prorata għall-iskopertura tal-istituzzjoni għat-tranżazzjoni immultiplikata bil-valur l-aktar baxx bejn:
|
3. Il-proporzjon prorata għal skopertura ta’ istituzzjoni għal tranżazzjoni huwa l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura tal-istituzzjoni diviż bil-valur totali tal-iskopertura tal-iskopertura tal-istituzzjoni flimkien mal-iskoperturi l-oħra kollha għal din it-tranżazzjoni li jitqiesu pari passu mal-iskopertura tal-istituzzjoni.
Artikolu 6
Proċedura li tiddetermina l-kontribuzzjoni ta’ skoperturi sottostanti għall-iskoperturi kumplessivi
1. Għal kull skopertura tar-riskju ta’ kreditu li għaliha huwa identifikat obbligant, istituzzjoni tinkludi l-valur tal-iskopertura tal-iskopertura tagħha għal assi sottostanti rilevanti meta tikkalkula l-iskopertura kumplessiva għal dan l-obbligant bħala klijent individwali jew għal grupp ta’ klijenti relatati li għalih jappartjeni dan l-obbligant.
2. Jekk istituzzjoni ma identifikatx l-obbligant ta’ skopertura sottostanti tar-riskju tal-kreditu, jew fejn istituzzjoni ma tkunx tista’ tikkonferma li skopertura sottostanti mhix skopertura tar-riskju tal-kreditu, l-istituzzjoni tassenja din l-iskopertura kif ġej:
(a) |
fejn il-valur tal-iskopertura ma jaqbiżx iż-0,25 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni, hija tassenja din l-iskopertura għat-tranżazzjoni bħala klijent separat; |
(b) |
Fejn il-valur tal-iskopertura jkun daqs jew jaqbeż iż-0,25 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni tista’ tiżgura, permezz tal-mandat tat-tranżazzjoni, li l-iskoperturi sottostanti tat-tranżazzjoni mhumiex relatati ma’ kwalunkwe skoperturi oħra fil-portafoll tagħha, inklużi l-iskoperturi sottostanti minn tranżazzjonijiet oħra, hija tassenja din l-iskopertura għat-tranżazzjoni bħala klijent separat; |
(c) |
F’każijiet oħra barra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), hija tassenja din l-iskopertura lill-klijent mhux magħruf. |
3. Jekk istituzzjoni ma tkunx tista’ tiddistingwi l-iskoperturi sottostanti ta’ tranżazzjoni, l-istituzzjoni tassenja l-valur tal-iskopertura totali tal-iskoperturi tagħha għat-tranżazzjoni kif ġej:
(a) |
fejn dan il-valur tal-iskopertura totali ma jaqbiżx iż-0,25 % tal-kapital eliġibbli tal-istituzzjoni, hija tassenja dan il-valur tal-iskopertura totali għat-tranżazzjoni bħala klijent separat; |
(b) |
f’każijiet oħra barra dawk imsemmija fil-punt (a), hija tassenja dan il-valur totali tal-iskopertura lill-klijent mhux magħruf. |
4. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom b’mod regolari, u mill-inqas fuq bażi ta’ kull xahar, jimmonitorjaw tali tranżazzjonijiet għal bidliet possibbli fil-kompożizzjoni u s-sehem relattiv tal-iskoperturi sottostanti.
Artikolu 7
Skoperturi addizzjonali magħmula mill-istruttura ta’ tranżazzjoni
1. L-istruttura ta’ tranżazzjoni ma tikkostitwixxix skopertura addizzjonali jekk it-tranżazzjoni tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-istruttura legali u operazzjonali tat-tranżazzjoni hija mfassla biex tipprevjeni lill-maniġer tat-tranżazzjoni jew parti terza milli jindirizzaw mill-ġdid kwalunkwe flussi ta’ flus li jirriżultaw mit-tranżazzjoni lil persuni li altrimenti ma jkollhomx dritt skont il-patti tat-tranżazzjoni li jirċievu dawn il-flussi ta’ flus; |
(b) |
la l-emittent u lanqas kwalunkwe persuna oħra ma jistgħu jkunu meħtieġa, skont it-tranżazzjoni, li jagħmlu ħlas lill-istituzzjoni flimkien ma’, jew bħala ħlas bil-quddiem ta’, flussi ta’ flus mill-assi sottostanti. |
2. Il-kundizzjoni fil-punt (a) tal-paragrafu 1 titqies li hija ssodisfatta fejn it-tranżazzjoni tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(a) |
UCITS kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE, |
(b) |
impriża stabbilita f’pajjiż terz, li twettaq attivitajiet simili għal dawk imwettqa minn UCITS u li hija suġġetta għal superviżjoni skont att leġiżlattiv tal-Unjoni jew skont leġiżlazzjoni ta’ pajjiż terz li tapplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji li huma talanqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għal UCITS. |
Artikolu 8
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewroepw u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).