This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0434
Commission Implementing Regulation (EU) No 434/2014 of 11 April 2014 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni (PGI))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 434/2014 tal- 11 ta' April 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni (IĠP))
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 434/2014 tal- 11 ta' April 2014 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni (IĠP))
ĠU L 126, 29.4.2014, pp. 51–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
29.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/51 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 434/2014
tal-11 ta' April 2014
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-domanda minn Franza biex id-denominazzjoni “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament b'dan qed tiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.6 — Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
FRANZA
Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni (IĠP)