Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0300

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 300/2014 tal- 24 ta' Marzu 2014 li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

    ĠU L 89, 25.3.2014, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/300/oj

    25.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 89/43


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 300/2014

    tal-24 ta' Marzu 2014

    li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    It-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numru tal-ordni 09.4321 ġie sospiż mis-27 ta’ Settembru 2013 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2013 tas-26 ta’ Settembru 2013 li jiffissa l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li saret applikazzjoni għalihom mit-8 sal-14 ta’ Settembru 2013 għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji bħal dawn (3), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009.

    (2)

    Wara n-notifiki dwar liċenzji mhux użati u/jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għal dak in-numru tal-ordni. Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Is-sospensjoni stipulata permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 931/2013 tat-tressiq ta’ appplikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numru tal-ordni 09.4321 mis-27 ta’ Settembru 2013 qed tiġi irtirata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2014.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

    (3)  ĠU L 255, 27.9.2013, p. 11.


    Top