Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0266

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 266/2014 tal- 14 ta’ Marzu 2014 dwar it-tqassim tal-kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2013/2014 fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett

ĠU L 76, 15.3.2014, pp. 31–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/266/oj

15.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 266/2014

tal-14 ta’ Marzu 2014

dwar it-tqassim tal-kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2013/2014 fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 69(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta’ Jannar 2014. Madankollu, l-Artikolu 230(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li, fir-rigward tas-sistema tal-limitazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib, it-Taqsima III tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 kif ukoll l-Artikolu 55, l-Artikolu 85 tiegħu u l-Annessi IX u X tiegħu jkomplu japplikaw sal-31 ta’ Marzu 2015.

(2)

L-Artikolu 67(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprevedi li l-produtturi jista’ jkollhom kwota individwali waħda jew żewġ kwoti individwali, waħda għall-kunsinni u l-oħra għall-bejgħ dirett, u li l-kwantitajiet jistgħu jinbidlu minn kwota waħda għall-oħra mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biss, fuq talba ġġustifikata kif xieraq min-naħa tal-produttur.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 341/2013 (3) jistipula t-tqassim bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett għall-perjodu mill-1 ta' April 2012 sal-31 ta' Marzu 2013 għall-Istati Membri kollha.

(4)

Skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 (4), l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li kienu mibdula b’mod definittiv fuq talba tal-produtturi bejn il-kwoti individwali għall-kunsinni u dawk għall-bejgħ dirett.

(5)

Il-kwoti nazzjonali totali għall-Istati Membri kollha stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 żdiedu b’1 %, b’effett mill-1 ta’ April 2013, minbarra dawk għall-Italja, li l-kwota tagħha diġà kienet żdiedet b’5 %, b’effett mill-1 ta’ April 2009. L-Istati Membri, minbarra l-Italja, innotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-tqassim tal-kwota addizzjonali bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett.

(6)

Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi stabbilit it-tqassim bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett tal-kwoti nazzjonali applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Marzu 2014 stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(7)

Skont l-Artikolu 69(1) flimkien mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni kellha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) ta’ dak ir-Regolament, il-proċedura korrispondenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 hija l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2) ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Billi t-tqassim bejn il-bejgħ dirett u l-kunsinni jintuża bħala l-bażi ta’ referenza għall-kontrolli mwettqa skont l-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 u għall-ħolqien tal-kwestjonarju annwali mogħti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għal dan ir-Regolament wara l-aħħar data possibbli għal dawn il-kontrolli.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tqassim tal-kwoti nazzjonali stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett, applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ April 2013 sal-31 ta’ Marzu 2014, huwa stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 341/2013 tas-16 ta’ April 2013 dwar it-tqassim tal-kwoti nazzjonali tal-ħalib stabbiliti għall-2012/l-2013 fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 bejn il-“kunsinni” u l-“bejgħ dirett” (ĠU L 107, 17.4.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22).


ANNESS

Stati Membri

Kunsinni (tunnellati)

Bejgħ dirett (tunnellati)

Il-Belġju

3 563 518,754

38 596,156

Il-Bulgarija

980 634,534

68 883,082

Ir-Repubblika Ċeka

2 906 440,166

28 704,691

Id-Danimarka

4 847 745,007

164,466

Il-Ġermanja

30 228 356,043

90 572,707

L-Estonja

686 868,079

6 057,970

L-Irlanda

5 782 432,252

1 989,984

Il-Greċja

878 297,757

1 317,000

Spanja

6 492 010,746

65 544,699

Franza

26 027 402,340

343 828,937

Il-Kroazja

698 513,437

66 486,563

L-Italja

10 923 133,189

365 409,677

Ċipru

154 996,181

662,611

Il-Latvja

767 328,466

13 804,232

Il-Litwanja

1 753 484,887

74 154,094

Il-Lussemburgu

292 146,310

608,000

L-Ungerija

1 967 812,833

165 591,689

Malta

52 205,729

0,000

L-Olanda

11 971 575,644

78 917,011

L-Awstrija

2 908 728,694

83 999,794

Il-Polonja

9 909 800,752

145 996,304

Il-Portugall (1)

2 080 100,794

8 803,752

Ir-Rumanija

1 567 149,958

1 710 046,520

Is-Slovenja

597 475,443

20 697,937

Is-Slovakkja

1 075 921,492

39 834,729

Il-Finlandja (2)

2 615 010,522

4 818,381

L-Isvezja

3 589 229,658

4 800,000

Ir-Renju Unit

15 749 697,318

147 007,248


(1)  Minbarra Madeira;

(2)  Il-kwota nazzjonali Finlandiża kif imsemmija fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-ammont totali tal-kwota nazzjonali Finlandiża kif indikata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ivarjaw minħabba żieda fil-kwota ta' 784,683 tunnellata biex jiġu kkumpensati l-produtturi SLOM Finlandiżi skont l-Artikolu 67(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.


Top