This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0168
Commission Implementing Regulation (EU) No 168/2014 of 21 February 2014 amending Regulation (EC) No 555/2008 as regards reporting and evaluation of Member States’ support programmes
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 168/2014 tal- 21 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 rigward ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ appoġġ tal-Istati Membri
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 168/2014 tal- 21 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 rigward ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ appoġġ tal-Istati Membri
ĠU L 54, 22.2.2014, pp. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
22.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 54/14 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 168/2014
tal-21 ta’ Frar 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 rigward ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ appoġġ tal-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 35 tar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (2) jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 188a(5) u (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) dwar ir-rapportar u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ appoġġ tal-Istati Membri fis-settur tal-inbid. Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ġie revokat u ħadlu postu r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma jinkludix dispożizzjoni dwar ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ appoġġ tal-Istati Membri, kif previst fl-Artikolu 188a(5) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iżda jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta miżuri f’dan ir-rigward permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Għalhekk, jinħtieġ li jiġi adattat l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008. |
|
(3) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-programmi ta’ appoġġ tagħhom imsemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) matul is-sena finanzjarja ta’ qabel. Dawk ir-rapporti għandhom jelenkaw u jiddeskrivu l-miżuri li għalihom ingħatat l-għajnuna tal-Unjoni fil-programmi ta’ appoġġ. Dawk ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fil-formola stipulata fl-Annessi V u VI ta’ dan ir-Regolament. L-informazzjoni li hemm fit-tabelli rilevanti għandha tirreferi għal kull sena fir-rigward tal-miżuri tal-programm ta’ appoġġ:
(*1) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).” " |
|
(2) |
Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Sal-1 ta’ Marzu 2014 u, għal darba oħra, sal-1 ta’ Marzu 2017, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni evalwazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-programmi ta’ appoġġ kif ukoll indikazzjoni ta’ kif tista’ titjieb l-effiċjenza tagħhom. Dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fil-formola stipulata fl-Annessi V u VI. Barra minn hekk, għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin fil-konklużjonijiet:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).