Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0075

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 75/2014 tas- 27 ta' Jannar 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni li jxekklu l-proċess ta' paċi u li jiksru l-liġi internazzjonali fil-konflitt tar-reġjun tad-Darfur fis-Sudan

ĠU L 26, 29.1.2014, pp. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2014; Imħassar b' 32014R0747

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/75/oj

29.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 26/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 75/2014

tas-27 ta' Jannar 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni li jxekklu l-proċess ta' paċi u li jiksru l-liġi internazzjonali fil-konflitt tar-reġjun tad-Darfur fis-Sudan

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni li jxekklu l-proċess ta' paċi u li jiksru l-liġi internazzjonali fil-konflitt tar-reġjun tad-Darfur fis-Sudan (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-13 ta’ Marzu 2013 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jemenda erba' annotazzjonijiet fil-lista. Barra minn hekk, fl-4 ta' Settembru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jemenda ulterjorament annotazzjoni waħda mil-lista.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 għandu jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament huwa vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 193, 23.7.2005, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005, huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni "Gaffar Mohammed Elhassan (alias Gaffar Mohmed Elhassan). Titolu: Maġġur Ġenerali. Kariga: Kmandant tar-Reġun Militari tal-Punent għall-Forza tal-Ajru tas-Sudan. Data tat-twelid: 24.6.1953." tiġi sostitwita b’dan li ġej:

"Gaffar Mohammed Elhassan (alias Gaffar Mohmed Elhassan). Data tat-twelid: 24.6.1952. Tagħrif ieħor: (a) irtirat mill-Armata Sudaniża, (b) jirreżjedi f'El Waha, Omdurman, is-Sudan, (c) Nru tal-Karta ta' Identifikazzjoni bħala li kien persuna fil-militar: 4302."

(2)

L-annotazzjoni "Gabril Abdul Kareem Badri (alias Gabril Abdul Kareem Barey). Titolu: Ġeneral. Kariga: Kmandant fl-armata tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp." tiġi sostitwita b’dan li ġej:

"Gabril Abdul Kareem Barey (alias (a) Gibril Abdul Kareem Barey, (b) Tek). Titolu: Ġeneral. Kariga: Kmandant fl-armata tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp (NMRD). Tagħrif ieħor: Residenti f’Tine, fuq in-naħa Sudaniża tal-fruntiera maċ-Ċad."

(3)

L-annotazzjoni "Sheikh Musa HILAL. Tagħrif ieħor: Kap Suprem tat-Tribù ta’ Jalul fid-Darfur tat-Tramuntana." gtiġi ssostitwita b’dan li ġej:

"Sheikh Musa Hilal. Kariga: (a) Membru tal-Assemblea Nazzjonali tas-Sudan, (b) Konsulent speċjali lill-Ministeru għall-Affarijiet Federali (maħtur mill-President tas-Sudan fl-2008)."

(4)

L-annotazzjoni "Adam Yacub SHANT. Tagħrif ieħor: Kmandant tal-Armata għal-Liberazzjoni tas-Sudan" għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

"Adam Yacub Sharif (alias (a) Adam Yacub Shant, (b) Adam Yacoub). Data tat-twelid: madwar l-1976. Tagħrif ieħor: Irrappurtat mejjet fis-7 ta’ Ġunju 2012."


Top