Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0833

2014/833/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Novembru 2014 dwar ċertu miżuri protettivi marbuta mat-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi l-Baxxi (notifikata bid-dokument C(2014) 9126) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 341, 27.11.2014, pp. 16–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/12/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/833/oj

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Novembru 2014

dwar ċertu miżuri protettivi marbuta mat-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi l-Baxxi

(notifikata bid-dokument C(2014) 9126)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/833/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hi marda virali infettiva fl-għasafar, fosthom it-tjur. L-infezzjonijiet bil-viruses tal-influwenza avjarja fit-tjur jikkawżaw żewġ forom ta' dik il-marda, u dawn jingħarfu mill-virulenza tagħhom. Ġeneralment il-forma b'patoġeniċità baxxa tikkawża biss sintomi ħfief filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja għandha rati tal-imwiet għoljin ferm f'ħafna mill-ispeċijiet tat-tjur. Din il-marda jaf tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà tat-trobbija tat-tjur.

(2)

L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda xi drabi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju hu ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Jekk tfaqqa' l-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jixtered fi stabbilimenti oħra fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz ta' kummerċ tat-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċertu miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u s-sejbien kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi tal-kontroll li jridu jiġu applikati jekk tfaqqa' din il-marda fit-tjur jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jekk tfaqqa' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja għandhom jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza.

(5)

Wara n-notifika tal-Pajjiżi l-Baxxi tat-tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda bit-tiġieġ tal-bajd f'Hekendorp fil-provinċja ta' Utrecht, fis-16 ta' Novembru 2014, ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/808/UE (4). Bħala miżura ta' prevenzjoni u sabiex issir evalwazzjoni tas-sitwazzjoni u jonqos kemm jista' jkun ir-riskju li t-tifqigħa konfermata tkompli tixtered, l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi qed jipprojbixxu temporanjament il-moviment tat-tjur ħaj u ta' ċertu prodotti tat-tjur fi ħdan it-territorju kollu ta' dan l-Istat Membru.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/808/UE tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mwaqqfa mill-Pajjiżi l-Baxxi f'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE għandhom jinkludu tal-inqas dawk iż-żoni mniżżla bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/808/UE għandha tapplika sat-22 ta' Diċembru 2014.

(7)

Il-miżuri protettivi interim li ttieħdu wara din it-tifqigħa f'Hekendorp, il-Pajjiżi l-Baxxi, ġew riveduti fl-20 ta' Novembru 2014 fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(8)

Fil-21 ta' Novembru 2014 ġew konfermati żewġ tifqigħat oħra fil-Pajjiżi l-Baxxi, f'azjenda oħra bit-tiġieġ tal-bajd f'Ter Aar fil-provinċja ta' Zuid-Holland u f'azjenda tat-tgħammir tat-tjur f'Kamperveen fil-provinċja ta' Overijssel. Għalhekk ittieħdu minnufih il-miżuri previsti fid-Direttiva 2005/94/KE, fosthom twaqqfu żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza. Il-Pajjiżi l-Baxxi ddeċidew ukoll li b'mod temporanju jerġgħu jipprojbixxu l-moviment tat-tjur ħaj u ta' ċertu prodotti tat-tjur fit-territorju kollu ta' dan l-Istat Membru.

(9)

Għaldaqstant għandha tiġi aġġornata l-lista taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/808/UE biex jitqiesu ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza li ġew stabbiliti madwar il-villaġġi milquta ta' Ter Aar u Kamperveen, fejn qed jiġu implimentati l-miżuri previsti fid-Direttiva 2005/94/KE.

(10)

Biex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li xi pajjiż terz jimponi ostakli mhux ġustifikati fuq il-kummerċ, jeħtieġ li jiġu definiti ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru u li jiġi ffissat it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(11)

Għaċ-ċarezza għandha titħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/808/UE u tinbidel b'din id-Deċiżjoni.

(12)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jiżguraw li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE ikunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/808/UE hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(4)  Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/808/UE tas-17 ta' Novembru 2014 dwar ċertu miżuri protettivi interim relatati mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi l-Baxxi (ĠU L 332, 19.11.2014, p. 44).


ANNESS

PARTI A

Iż-żona ta' protezzjoni kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Kodiċi Postali/Kodiċi ADNS

Il-villaġġ ta' Hekendorp fil-muniċipalità ta' Oudewater, fil-provinċja ta' Utrecht

Żona li tinkludi:

10.12.2014

 

 

 

Minn fejn N228 taqta' ma' Goverwellesingel, minn Goverwellesingel fid-direzzjoni tat-tramuntana mill-Mina Goverwelle sa Achterwillenseweg.

Minn Achterwillenseweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Vlietdijk.

Minn Vlietdijk fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Platteweg sa Korssendijk.

Minn Korssendijk fid-direzzjoni tat-tramuntana minn Ree fid-direzzjoni tal-lvant sa Nieuwenbroeksedijk.

Minn Nieuwenbroeksedijk fid-direzzjoni tal-lvant sa Kippenkade.

Minn Kippenkade fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Wierickepad.

Minn Wierickepad fid-direzzjoni tat-tramuntana u mbagħad id-direzzjoni tal-lvant fi Kerkweg lejn Groendijk u sa Westeinde.

Minn Westeinde fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Oosteinde sa Tuurluur.

Minn Tuurluur fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Papekopperdijk.

Minn Papekopperdijk fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn de Johan J Vierbergenweg lejn Zwier Regelinkstraat sa N228.

Minn N228 fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Damweg.

Minn Damweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Zuidzijdseweg.

Minn Zuidzijdseweg fid-direzzjoni tal-punent lejn Slangenweg sa West-Vlisterdijk.

Minn West-Vlisterdijk fid-direzzjoni tat-tramuntana mbagħad fid-direzzjoni tal-punent lejn Bredeweg u fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Grote Haven sa N228.

Minn N228 fid-direzzjoni tal-punent.

 

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Kodiċi Postali/Kodiċi ADNS

Il-villaġġ ta' Aar village fil-muniċipalità ta' Nieuwkoop, fil-provinċja ta' Zuid-Holland

Żona li tinkludi:

13.12.2014

 

 

 

Minn fejn Provincialeweg N207 taqta' ma' Vriezekoop, minn Vriezekoop fid-direzzjoni tal-lvant lejn Bilderdam sa Hoofdweg.

Minn Hoofdweg fid-direzzjoni tat-tramuntana mbagħad fid-direzzjoni tal-grigal sa North-Southroute/N231.

Minn North-Southroute/N231 lejn Achterweg/N231 u lejn Provincialeweg/N231 imbagħad fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Zevenhovenseweg.

Minn Zevenhovenseweg fid-direzzjoni tal-punent sa Kortenaarseweg.

Minn Kortenaarseweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Noordeinde.

Minn Noordeinde fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Nieuwkoopseweg/N231.

Minn Nieuwkoopseweg/N231 fid-direzzjoni tal-lbiċ sa Oostkanaalweg/N207.

Minn Oostkanaalweg/N207 fid-direzzjoni tal-grigal sa Veldhuizenpad/N207.

Minn Veldhuizenpad/N207 lejn Zegerbaan/N207 u fid-direzzjoni tal-punent sa Herenweg/N207.

Minn Herenweg/N207 fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Kruisweg/N446.

Minn Kruisweg/N446 fid-direzzjoni tal-punent sa Boddens Hosangweg.

Minn Boddens Hosangweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Brassermeer.

Tinqasam Brassemermeer lejn Zuideinde.

Minn Zuideinde fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Noordeinde sa Langeweg.

Minn Langeweg fid-direzzjoni tal-lvant sal-moll tal-vapur ta' Brassemermeer.

Mill-vapur ta' Brassemermeer fid-direzzjoni tal-lvant sa Heiligegeestlaan.

Minn Heiligegeestlaan fid-direzzjoni tal-lvant sa Willem van der Veldenweg.

Minn Willem van der Veldenweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Vriezekoop.

Minn Vriezekoop fid-direzzjoni tal-lvant u tinqasam Provincialeweg N207/Vriezekoop.

 

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Kodiċi Postali/Kodiċi ADNS

Il-villaġġ ta' Kamperveen fil-muniċipalità ta' Hardenberg, fil-provinċja ta' Overijssel

Żona li tinkludi:

13.12.2014

 

 

 

Minn fejn N307 taqta' ma' Buitendijksweg, lejn Buitendijksweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Cellesbroeksweg.

Minn Graafkade fid-direzzjoni tal-lvant sa Wellepoort.

Minn Zwartendijk fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa de Slaper.

Minn de Slaper fid-direzzjoni tal-grigal sa Meester J.L.M. Niersallee.

Minn Meester J.L.M. Niersallee fid-direzzjoni tal-grigal sa N763.

Minn N763 fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa N308.

Minn N308 fid-direzzjoni tal-punent sa Polweg.

Minn Polweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Oosterbroekweg.

Minn Oosterbroekweg fid-direzzjoni tal-punent sa Oosterseweg.

Minn Oosterseweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Zwarteweg.

Minn Zwarteweg fid-direzzjoni tal-punent lejn Oostendorperstraatweg sa Weeren.

Minn Weeren fid-direzzjoni tal-punent sa Oostelijke Rondweg.

Minn Oostelijke Rondweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Wijkerwoldweg.

Minn Wijkerwoldweg fid-direzzjoni tat-tramuntana mbagħad fid-direzzjoni tal-punent sa Drontermeer.

Minn Drontermeer fid-direzzjoni tant-tramuntana sa N307.

Minn N307 fid-direzzjoni tal-lvant sa Buitendijkseweg.

 

PARTI B

Iż-żona ta' sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Kodiċi Postali/Kodiċi ADNS

Il-villaġġ ta' Hekendorp fil-muniċipalità ta' Oudewater, fil-provinċja ta' Utrecht

Żona li tinkludi:

19.12.2014

 

 

 

Minn fejn N207 taqta' ma' N11, minn N11 fid-direzzjoni tax-xlokk sa N458.

Minn N458 fid-direzzjoni tal-lvant sa Buitenkerk.

Minn Buitenkerk fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Kerkweg.

Minn Kerkweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Meije.

Minn Meije fid-direzzjoni tal-grigal sa Middenweg.

Minn Middenweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Hoofdweg lejn Zegveldse Uitweg sa N458.

Minn N458 fid-direzzjoni tal-lvant lejn Rembrandtlaan sa Westdam.

Minn Westdam fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Rijnstraat lejn Oostdam sa Oudelandseweg.

Minn Oudelandseweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Geestdorp.

Minn Geestdorp fid-direzzjoni tal-lvant sa N198.

Minn N198 fid-direzzjoni tal-lvant u fid-direzzjoni tan-nofsinhar, imbagħad fid-direzzjoni tal-lvant u fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Strijkviertel.

Minn Strijkviertel fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa A12.

Minn A12 fid-direzzjoni tal-lvant sa A2.

Minn A2 fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa N210.

Minn N210 fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn id-direzzjoni tal-punent imbagħad lejn id-direzzjoni tan-nofsinhar sa S.L. van Alterenstraat.

Minn S.L. van Alterenstraat fid-direzzjoni tan-nofsinhar sax-xmara De Lek.

Mix-xmara De Lek fid-direzzjoni tal-punent sa Bonevlietweg.

Minn Bonevlietweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Melkweg.

Minn Melkweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Peppelweg sa Essenweg.

Minn Essenweg fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Graafland sa Irenestraat.

Minn Irenestraat fid-direzzjoni tal-punent sa Beatrixstraat.

Minn Beatrixstraat fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Voorstraat.

Minn Voorstraat fid-direzzjoni tal-punent lejn Sluis, lejn Opperstok, lejn Bergstoep sal-vapur fi Bergambacht-Groot Ammers.

Mill-vapur fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Veerweg.

Minn Veerweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa N210.

Minn N210 fid-direzzjoni tal-punent sa Zuidbroekse Opweg.

Minn Zuidbroekse Opweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Oosteinde.

Minn Oosteinde fid-direzzjoni tal-punent sa Kerkweg.

Minn Kerkweg fid-direzzjoni tal-punent sa Graafkade.

Minn Graafkade fid-direzzjoni tal-lvant sa Wellepoort.

Minn Wellepoort fid-direzzjoni tal-majistrall lejn Schaapjeshaven sa Kattendijk.

Minn Kattendijk fid-direzzjoni tal-lvant sal-vapur fi Hollandsche IJssel.

Mill-vapur fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Veerpad.

Minn Veerpad fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Kerklaan lejn Middelweg sa N456.

Minn N456 fid-direzzjoni tat-tramuntana sa N207.

Minn N207 fid-direzzjoni tat-tramuntana sa N11.

 

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Kodiċi Postali/Kodiċi ADNS

Il-villaġġ ta' Ter Aar fil-muniċipalità ta' Nieuwkoop, fil-provinċja ta' Zuid-Holland

Żona li tinkludi:

22.12.2014

 

 

 

Minn fejn N207 taqta' ma' N11 f'Alphen aan de Rijn de N11 imbagħad fid-direzzjoni tal-lvant sa A4/E19.

Minn A4/E19 fid-direzzjoni tat-tramuntana sa N446.

Minn N446 fid-direzzjoni tal-majistrall sa Nieuweweg lejn Langebrug imbagħad lejn Leidseweg sa Vennemeer.

Minn Vennemeer fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Boekhorsterweg.

Minn Boekhorsterweg fid-direzzjoni tat-tramuntana u lejn Waterloospolder.

Minn Waterloospolder sa Kagerplassen u mbagħad lejn Nassaulaan.

Minn Nassaulaan fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Irenalaan sa Beatrixlaan.

Minn Beatrixlaan fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Julianalaan għall-vapur f'Huigsloterdijk.

Minn Huigsloterdijk fid-direzzjoni tal-punent lejn Lisserdijk sa Lisserweg.

Minn Lisserweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Ijweg.

Minn Ijweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Noordelijke Randweg.

Minn Noordelijke Randweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Hoofdweg/N520.

Minn Hoofdweg/N520 fid-direzzjoni tal-grigal sa Nieuwe Bennebroekerweg.

Minn Nieuwe Bennebroekerweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Spoorlaan.

Minn Spoorlaan fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Van Heuven Goedhartlaan sa N201/Kruisweg.

Minn N201/Kruisweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Fokkerweg.

Minn Fokkerweg fid-direzzjoni tat-tramuntana/grigal sa Aalsmeerder dam.

Minn Aalsmeerder dam fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Pontweg.

Minn Pontweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Machineweg sa N231.

Minn N231 fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Randweg.

Minn Randweg fid-direzzjoni tal-lvant sa N521 Zijdelweg.

Minn N521 Zijdelweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa N201/Provincialeweg.

Minn N201/Provincialewegfid-direzzjoni tal-lvant sa N212/Ingenieur Enschedeweg.

Minn N212/Ingenieur Enschedeweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa N198/Geestdorp.

Minn N198/Geestdorp fid-direzzjoni tal-lvant sar-rawndebawt ta' Breeveld.

Minn Breeveldina fid-direzzjoni tal-punent sa Geestdorp.

Minn Geestdorp fid-direzzjoni tal-majistrall sa N405/De Kruipin.

Minn De Kruipin fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Oudelandseweg sa Oostdam.

Minn Oostdam fid-direzzjoni tal-lbiċ sa Rijnstraat.

Minn Rijnstraat fid-direzzjoni tal-punent sa Westdam.

Minn Westdam fid-direzzjoni tal-punent sa Zandwijksingel.

Minn Zandwijksingel fid-direzzjoni tat-tramuntana u wara lejn Rembrandtlaan.

Minn Rembrandtlaan fid-direzzjoni tal-majistrall u mbagħad lejn Rietveld sa Zegveldse Uitweg.

Minn Zegveldse Uitweg fid-direzzjoni tat-tramuntana u mbagħad lejn Hoofdweg sa Meije.

Minn Meije fid-direzzjoni tal-punent sa Buitenkerk.

Minn Buitenkerk fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa N458/Burgermeester Crolesbrug.

Minn N458/Burgermeester Crolesbrug fid-direzzjoni tal-punent sa N11.

Minn N11 fid-direzzjoni tat-tramuntana majistru sa fejn N207 taqta' ma' N11 f'Alphen aan de Rijn.

 

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Kodiċi Postali/Kodiċi ADNS

Il-villaġġ ta' Kamperveen fil-muniċipalità ta' Hardenberg, fil-provinċja ta' Overijssel

Żona li tinkludi:

22.12.2014

 

 

 

Minn fejn N50 taqta' ma' Noorddiepweg, minn Noorddiepweg fid-direzzjoni tax-xlokk sa Kattewaardweg.

Minn Kattewaardweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Frieseweg.

Minn Frieseweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Middendijk.

Minn Middendijk fid-direzzjoni tal-lvant sa Heultjesweg.

Minn Heultjesweg fid-direzzjoni ta' xlokk il-lvant sa Nijlandsweg.

Minn Nijlandsweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Stikkenpolderweg.

Minn Stikkenpolderweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Nesweg.

Minn Nesweg fid-direzzjoni ta' grigal il-lvant sa Brinkweg.

Minn Brinkweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Waterloop.

Minn Waterloop fid-direzzjoni tal-lvant sa Mandjeswaardweg.

Minn Mandjeswaardweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Provincialeweg N760.

Minn Provincialeweg N760 fid-direzzjoni tal-lvant lejn Kamperzeedijk West sa Schaapsteeg.

Minn Schaapsteeg fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Oude Wetering sa Stadshagenallee.

Minn Stadshagenallee fid-direzzjoni tal-lvant sa Milligerlaan.

Minn Milligerlaan fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Mastenbroekerallee.

Minn Mastenbroekerallee fid-direzzjoni tal-lvant sa Hasselterdijk.

Minn Hasselterdijk fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Frankhuisweg.

Minn Frankhuisweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Hasselterweg.

Minn Hasselterweg fid-direzzjoni tal-lbiċ sa Blaloweg.

Minn Blaloweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Westenholterallee.

Minn Westerholterallee fid-direzzjoni tax-xlokk lejn IJselallee sa Spoorlijn Zwolle-Amersfoort.

Minn Spoorlijn Zwolle–Amersfoort fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa IJssel.

Minn IJssel fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Jaagpad.

Minn Jaagpad fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Nieuweg.

Minn Nieuweweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Apeldoornseweg u lejn Groteweg sa Molenweg.

Minn Molenweg fid-direzzjoni tal-majistrall sa Leemculenweg.

Minn Leemculenweg fid-direzzjoni tal-punent sa A50.

Minn A50 fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa salib it-toroq Nunspeet/Kamperweg.

Minn Kamperweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Nieuwe Zuidweg.

Minn Nieuwe Zuidweg fid-direzzjoni tal-punent lejn Zuidweg sa Elburgerweg.

Minn Elburgerweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa A28.

Minn A28 fid-direzzjoni tal-lbiċ sa Beukenlaan għal Verlengde Haerderweg.

Minn Beukenlaan estiż sa Verlengde Haerderweg għal Haerderweg fid-direzzjoni tal-majistrall sa Bovenweg.

Minn Bovenweg fid-direzzjoni tal-lbiċ sa Burgermeester Frieswijkweg.

Minn Burgermeester Rieswijkweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Grevensweg

Minn Grevensweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Zuiderzeestraatweg West.

Minn Zuiderzeestraatweg West fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Mazenbergerweg.

Minn Mazenbergerweg fid-direzzjoni tal-punent sa Molenweg.

Minn Molenweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Kolmansweg.

Minn Kolmansweg fid-direzzjoni tal-punent sa Hoge Bijssselse-Pad.

Minn Hoge Bijssselse-Pad fid-direzzjoni tal-punent sa Veluwemeer.

Minn fejn Veluwemeer taqta' ma' Bremerbergweg.

Minn Bremerbergweg fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Oldebroekerweg sa Baan/N710.

Minn Baan/N710 fid-direzzjoni tal-punent lejn Swifterweg sa Biddingringweg/N305.

Minn Biddingringweg/N305 fid-direzzjoni tal-grigal sa Hanzeweg/N307.

Minn Hanzeweg/N307 fid-direzzjoni tal-lvant sa Ketelweg.

Minn Ketelweg ifid-direzzjoni tat-tramuntana ta' Vossemeerdijk,

Minn Vossemeerdijk lejn Vossemeer sa tmiem IJssel.

Minn tmiem IJssel sa N50.

Minn N50 fid-direzzjoni tat-tramuntana sa fejn N50 taqta' ma' Noorddiepweg.

 


Top