Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0525

    2014/525/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta' Marzu 2013 dwar il-miżuri SA.23425 (11/C) (ex NN 41/10) implimentati mill-Italja fl-2004 u l-2009 favur is-SACE BT S.p.A. (notifikata bid-dokument C(2013)1501) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 239, 12.8.2014, p. 24–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 239, 12.8.2014, p. 24–24 (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/525/oj

    12.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 239/24


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-20 ta' Marzu 2013

    dwar il-miżuri SA.23425 (11/C) (ex NN 41/10) implimentati mill-Italja fl-2004 u l-2009 favur is-SACE BT S.p.A.

    (notifikata bid-dokument C(2013)1501)

    (It-test Taljan biss huwa awtentiku)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/525/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

    Wara li talbet lill-partijiet interessati li jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati aktar 'l fuq (1),

    Billi:

    I.   IL-PROĊEDURA

    (1)

    Permezz ta' ilment ippreżentat fil-5 ta' Ġunju 2007, irreġistrat fis-7 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni ġiet infurmata li, f'Mejju 2004, is-SACE S.p.A. (“SACE”), kienet implimentat allokazzjoni ta' kapital inizjali ta' EUR 100 miljun għall-benefiċċju tas-sussidjarja stabbilita ġdida tagħha is-SACE BT S.p.A (“SACE BT”) (“l-ewwel miżura”)

    (2)

    Permezz ta' ittra bid-data tas-6 ta' Novembru 2009, l-ilmentatur ippreżenta argumenti addizzjonali biex isostni l-ilment tiegħu u informa lill-Kummisjsoni dwar miżura addizzjonali fil-forma ta' kopertura ta' riassigurazzjoni pprovduta mis-SACE lis-SACE BT fl-2009 (“it-tieni miżura”).

    (3)

    Matul l-investigazzjoni preliminari tagħha, il-Kummissjoni skopriet li s-SACE BT kienet ibbenefikat minn żewġ injezzjonijiet ta' kapital mogħtija mis-SACE fit-18 ta' Ġunju u fl-4 ta' Awwissu 2009 (rispettivament “it-tielet miżura” u “r-raba' miżura”).

    (4)

    B'ittra bid-data tat-23 ta' Frar 2011, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja li kienet iddeċidiet li tinizja l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għar-rigward tal-erba' miżuri (“id-deċiżjoni ta' ftuħ”).

    (5)

    Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinizja l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżuri.

    (6)

    Il-Kummissjoni rċeviet kummenti biss mis-SACE li ġew ippreżentati fil-5 ta' Mejju 2011. Is-SACE inkludiet magħhom diversi dokumenti ta' prova, inkluż preżentazzjoni mill-ġdid tal-pjan ta' negozju għal-2005-2008 għat-tħaddim tal-assigurazzjoni għal perjodu qasir imħejjija mis-SACE bl-għajnuna ta' konsulent estern, KPMG, u approvat mill-Bord fit-18 ta' Mejju 2004 (“il-pjan ta' negozju inizjali”), ittra minn konsulent estern tas-7 ta' Lulju 2004, li tispeċifika s-servizzi addizzjonali pprovduti (“l-ittra tal-konsulent”), analiżi supplimentari mal-pjan ta' negozju rigward is-suq Taljan tal-informazzjoni kummerċjali, is-suq Taljan tal-irkupru tal-krediti u l-atturi prinċipali fih u s-suq tal-assigurazzjoni ta' kreditu fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant ta' Marzu 2004 (“is-supplimenti mal-pjan ta' negozju”), l-aġġustament tal-Pjan ta' Negozju 2005-2009, approvat fid-19 ta' Novembru 2004 (“il-pjan ta' negozju aġġustat”), estratti mill-minuti tal-Bord tat-28 ta' April 2004, tat-18 ta' Mejju 2004, pjan ta' negozju rigward l-akkwist potenzjali ta' Assicuratrice Edile S.p.A. ta' Mejju 2005 (“il-pjan ta' negozju tal-akkwist ta' Assedile”), pjan finanzjarju rivedut għas-SACE BT tal-31 ta' Marzu 2009, pjan ta' negozju għas-SACE BT għall-2010-2011 tal-4 ta' Awwissu 2009 (“il-pjan ta' negozju 2010-2011”).

    (7)

    Fil-5 ta' Mejju 2011, l-Italja ppreżentat it-tweġiba tagħha għad-deċiżjoni ta' ftuħ.

    (8)

    Fit-23 ta' Ġunju 2011, il-Kummisjsoni talbet informazzjoni addizzjonali. Fit-13 ta' Lulju 2011, saret laqgħa mal-awtoritajiet Taljani u mar-rappreżentanti tal-kumpanija. Wara din il-laqgħa, it-talba għall-informazzjoni li ntbagħtet fit-23 ta' Ġunju 2011 ġiet ikkumplimentata minn mistoqsijiet addizzjonali li ħarġu mid-diskussjonijiet. It-talba supplimentari għal informazzjoni ntbagħtet fl-4 ta' Awwissu 2011. Permezz ta' ittra ddatata l-15 ta' Settembru 2011, l-Italja ppreżentat it-tweġiba għat-talba għall-informazzjoni. Hija hemżet magħha diversi dokumenti ta' prova, inkluż ittra ta' stedina tas-17 ta' Diċembru 2003 għall-offerti għal servizzi ta' konsulenza biex jitfassal pjan ta' negozju għall-preparazzjoni tal-pjan ta' negozju għall-operazzjoni tal-assigurazzjoni fuq perjodu qasir ta' kreditu għall-esportazzjoni fis-swieq industrijalizzati (“ittra ta' stedina”), dokumenti addizzjonali mħejjija minn konsulent estern rigward l-akkwist potenzjali ta' Assicuratrice Edile S.p.A. u n-noti ppreżentati lill-Bord ta' SACE BT f'Mejju 2005 — Settembru 2008 rigward diversi opportunitajiet għal akkwisti internazzjonali u forom oħra ta' espansjoni internazzjonali.

    (9)

    Permezz ta' ittra ddatata l-25 ta' Jannar 2012 (3), il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni. L-Italja ppreżentat it-tweġiba fil-5 ta' Marzu 2012. Hi hemżet mat-tweġiba tagħha l-minuti tal-laqgħat tal-Bord tas-SACE u tal-predeċessur tiegħu, l-Istitut għas-servizzi ta' assigurazzjoni tal-kummerċ estern — is-SACE, tal-21 ta' Novembru 2003, it-3 ta' Diċembru 2003, l-10 ta' Novembru 2004, l-1 ta' April 2008, l-1 ta' Ottubru 2008, it-28 ta' Novembru 2008, il-11 ta' Frar 2009, l-1 ta' April 2009, is-26 ta' Mejju 2009, l-1 ta' Lulju 2009 u d-9 ta' Settembru 2009, id-dokumenti addizzjonali rigward l-akkwist ta' Assedile kif ukoll paragun bejn l-indikaturi finanzjarji projettati fil-pjan ta' negozju inizjali maċ-ċifri reali.

    (10)

    Peress li fis-sottomissjonijiet preċedenti tagħha, l-Italja ffukat fuq tentattivi biex tagħti prova li ma kienx hemm għajnuna fil-miżuri, u pprovdiet biss informazzjoni limitata dwar raġunijiet potenzjali ta' kompatibilità f'każ li l-miżuri jkunu jikkostitwixxu għajnuna, permezz ta' ittra ddatata l-21 ta' Frar 2012 (4), is-servizzi tal-Kummissjoni talbu lill-Italja biex tippreżenta elementi addizzjonali li jkunu jistgħu jagħtu prova li l-għajnuna hija potenzjalment kompatibbli.

    (11)

    Fit-30 ta' Marzu 2012, l-Italja ppreżentat ġabra ta' dokumenti interni tas-SACE bil-għan li tagħti prova tal-konformità tal-miżuri konċessi fl-2009 (it-tieni, it-tielet u r-raba' miżura) mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq. Dawn prinċipalment jinkludu:

    (a)

    il-minuti tal-Bord tal-10 ta' Diċembru 2008 u l-Annessi tagħhom dwar bidliet organizzattivi, bil-ħsieb li jissaħħaħ il-kontroll fuq ir-riskju;

    (b)

    ġabra fil-qosor tal-bidliet fl-amministrazzjoni għall-perjodu 2009-2012;

    (c)

    il-minuti tal-Bord tal-24 ta' Novembru 2011 bl-Annessi tagħhom dwar l-aġġornament tal-pjan ta' negozju għall-2011-2013 u

    (d)

    ir-rapport finanzjarju għal tmiem is-sena 2011.

    II.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

    II. 1.   IS-SACE U L-INVOLVIMENT TAGĦHA FIR-RISKJI KUMMERĊJABBLI (5)

    (12)

    Is-SACE, il-kumpanija possedenti tas-SACE BT, hija kumpanija azzjonarja kollha kemm hi proprjetà tal-Istat Taljan. Is-SACE hija l-aġenzija Taljana ta' kreditu għall-esportazzjoni (ECA). Sa mill-bidu tal-2004, din ġiet kkonvertita minn entità pubblika għal kumpanija azzjonarja kollha kemm hi proprjetà tal-Istat Taljan. Is-SACE tassigura riskji mhux kummerċjabbli ta' perjodu qasir u perjodu twil skont it-tifsira tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu qasir (6) (“il-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni”) bil-garanzija tal-Istat.

    (13)

    Skont l-Artikolu 2.3 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 143 tal-31 ta' Marzu 1998 (7) li ddikjara mill-ġdid il-garanzija applikabbli lis-SACE skont il-Liġi Nru 227 tal-24 ta' Mejju 1977, l-operazzjonijiet u r-riskji assigurabbli, inklużi, fost l-oħrajn, il-kopertura ġeografika, għandhom jiġu definiti mill-Kumitat Interministerjali ta' Programmazzjoni Ekonomika (Comitato interministeriale per la Programmazione Economica, “CIPE”). Kull sena mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju, iċ-CIPE irid jiddelibera l-projezzjonijiet finanzjarji kif ukoll il-ħtiġijiet finanzjarji relatati ma' ċerti riskji u jiddefinixxi limiti globali għar-riskji li għandhom jiġu assunti taħt il-garanzija mill-Istat u jiddistingwi bejn garanziji ta' anqas minn 24 xahar u dawk ta' aktar minn 24 xahar.

    (14)

    Fl-1997, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni dwar il-kreditu għall-esportazzjoni li tipprovdi li l-ebda għajnuna mill-Istat ma għandha tingħata biex tappoġġja l-assiguraturi tal-kreditu għall-esportazzjoni fir-rigward ta' riskji kummerċjabbli u li l-assiguraturi pubbliċi tal-kreditu għall-esportazzjoni, tal-anqas, ikollhom iżommu amministrazzjoni separata u kontijiet separati għall-assigurazzjoni li jagħmlu ta' riskji kummerċjabbli u riskji mhux kummerċjabbli għall-kont jew bil-garanzija tal-Istat, u b'hekk juru li ma jgawdux għajnuna mill-Istat għall-assigurazzjoni tagħhom ta' riskji kummerċjabbli. Sabiex ikun hemm konformita mal-Komunikazzjoni dwar il-kreditu għall-esportazzjoni, il-Bord tad-Diretturi tas-SACE (“Consiglio di Amministrazione”) fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta' Lulju 1998 iddeċida li jwaqqaf l-attività ta' riskji kummerċjabbli (definiti bħala tali f'dak iż-żmien, jiġifieri assigurazzjoni fuq perjodi qosra ta' kreditu għall-esportazzjoni fir-rigward tal-15-il Stat Membru tal-Unjoni, “UE-15”) rigward kuntratti ta' assigurazzjoni diretta, mit-18 ta' Settembru 1998.

    (15)

    Fl-2001, l-emendi tal-Komunikazzjoni dwar il-kreditu għall-esportazzjoni (8) kienu jinkludu, fost affarijiet oħrajn, is-sostituzzjoni tal-lista tal-ismijiet tal-Istati Membri kollha li kienu jidhru fl-Anness tal-verżjoni tal-1997 tal-Komunikazzjoni b'referenza ġenerika għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea sabiex it-tkabbir futur tal-Unjoni Ewropea ma jkunx jeħtieġ aktar emendi tal-Komunikazzjoni.

    (16)

    Konsegwentement, fil-mument tal-adeżjoni tal-għaxar Stati Membri fl-1 ta' Mejju 2004 (“UE-10”), ir-riskji mhux kummerċjabbli fuq medda qasira ta' żmien għal dawn il-pajjiżi saru riskji kummerċjabbli. B'riżultat ta' dan, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar il-kreditu għall-esportazzjoni, fir-rigward ta' riskji kummerċjabbli japplikaw minn hemm' il quddiem għal dawk ir-riskji.

    (17)

    L-Artikolu 6 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 269 tat-30 ta' Settembru 2003 (ikkonvertit b'modifiki fil-Liġi Nru 326 tal-24 ta' Novembru 2003) — li stipula r-regoli għat-trasformazzjoni mill-1 ta' Jannar 2004 'l quddiem ta' “l-Istitut għal servizzi ta' assigurazzjoni tal-kummerċ estern — SACE” f'kumpanija b'responsabbiltà limitata proprjetà pubblika (SACE S.p.A) — fisser l-ambitu tal-operazzjonijiet tal-kumpanija, li jqis l-evoluzzjoni tas-suq inkwistjoni. B'mod partikolari l-Artikolu 6.12 jistipula li: “Is-SACE S.p.a. tista' twettaq l-attività tal-assigurazzjoni u l-garanzija ta' riskji kummerċjabbli kif definit mir-regoli tal-UE. Tali attivita jrid ikollha kontabilità separata għar-rigward tal-attività li tibbenefika mill-garanzija tal-Istat jew inkella tkun trid tiġi stabbilita kumpanija b'responsabilità limitata għal dan l-iskop. Fil-każ tal-aħħar il-parteċipazzjoni tas-SACE S.p.a f'kumpanija bħal din ma tistax tkun ta' anqas minn 30 % [u ċerti fondi allokati preċedentement] ma jkunux jistgħu jintużaw għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tagħha. [L-attività tal-assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli] ma tibbenefikax mill-garanzija tal-Istat.”

    (18)

    Mat-tibdiliet fil-qafas leġiżlattiv imsemmija fil-premessi 14 u 16 is-SACE ddeċidiet li tistabbilixxi lis-SACE BT.

    (19)

    Sabiex tkun konformi mar-regoli tal-Unjoni, is-SACE ddeċidiet li tistabbilixxi u li tuża kontabilità separata għar-riskji kummerċjabbli (9) għall-perjodu bejn id-data meta r-riskji rispettivi saru awtomatikament kummerċjabbli (l-1 ta' Mejju 2004) u meta SACE BT ġiet stabbilita (is-27 ta' Mejju 2004) (ara Tabella 1 fil-premessa 19 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Ma ġie allokat l-ebda kapital għal dawn l-attivitajiet fil-kontijiet separati. Il-kontijiet ġew mifruda skont id-dispożizzjonijiet legali Taljani. L-awdituri statutarji jirreferu wkoll għaliha fir-Rapport Annwali tal-2004 tas-SACE u jipprovdu li l-kontabilità separata tar-riskji kummerċjabbli għalqet fl-aħħar tal-2004 (10).

    II. 2.   IL-BENEFIĊJARJA, IS-SACE BT

    (20)

    Fis-27 ta' Mejju 2004 (11), is-SACE BT ġiet stabbilita b'kapital azzjonarju ta' EUR 100 miljun, imħallas kollu mis-SACE, wara l-approvazzjoni tal-pjan ta' negozju inizjali mill-Bord tad-Diretturi tas-SACE (“Consiglio di Amministrazione”) fit-18 ta' Mejju 2004. Barra minn hekk, il-kontribut ta' kapital f'riservi (l-hekk imsejjaħ “Fondo di organizzazione”) tas-SACE BT fl-ammont ta' EUR 5,8 miljun ġie pprovdut mis-SACE (12), li sussegwentement intuża biex jiġi assorbit it-telf, pereż. fl-2004 u l-2005 (13). Fit-3 ta' Lulju 2004, is-SACE BT rċeviet l-awtorizzazzjoni mill-awtorità regolatorja, Istituto per la vigilanza sulle assicurazioni private e di interesse collettivo — ISVAP, bħala fornitur tal-assigurazzjoni u bdiet topera fil-15 ta' Ottubru 2004.

    (21)

    Bħalissa, is-SACE BT topera fis-setturi tal-assigurazzjoni tal-kreditu (54 % tal-primjums fl-2011), tal-avall (30 %) u ta' danni oħra għall-proprjetà (13 %).

    (22)

    Fis-settur tal-assigurazzjoni tal-kreditu, is-SACE BT hija attiva fin-negozju tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu qasir ta' “riskji kummerċjabbli” skont it-tifsira tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni. Hija tipprovdi wkoll assigurazzjoni tal-kreditu għal tranżazzjonijiet fl-Italja (l-assigurazzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' kummerċ domestiku). F'parti żgħira tal-portafoll tagħha, is-SACE BT baqgħet attiva fir-riskji mhux kummerċjabbli fuq perjodu qasir (ara t-Tabella 1). Kif sostnut mill-Italja, din l-attività, bħall-oħrajn, issir taħt il-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr il-garanzija tal-Istat.

    Tabella 1

    Il-firxa ġeografika tar-risji ta' assigurazzjoni tal-kreditu tas-SACE BT

    (%)

     

    2005 (*)

    2006 (*)

    2007 (*)

    2008

    2009

    2010

    2011

    Domestiku, fl-Italja

    42,5

    47,5

    55,4

    67,3

    73

    76,7

    77,4

    Barrani — kummerċjabbli

    39,8

    46,6

    37,4

    25,1

    21

    18,1

    17,3

    Barrani — mhux kummerċjabbli

    17,7

    5,9

    7,2

    7,6

    6

    5,2

    5,3

    (23)

    In-negozju tal-avall tas-SACE BT żviluppa mill-akkwist ta' Assicuratrile Edile S.p.A. (“Assedile”). Fl-2005, is-SACE BT akkwistat sehem inizjali ta' 70 % minnha. Il-proċess tal-akkwist kien inizjat f'Marzu 2005. Assedile kienet speċjalizzata fin-negozju tal-avall u kienet toffri garanziji għar-riskju tal-kostruzzjoni u bidlet isimha għal SACE Surety f'Jannar 2009. Wara l-akkwist tal-ishma minoritarji li kien fadal f'SACE Surety, is-SACE BT saret is-sid ewlieni tagħha u amalgamatha permezz ta' inkorporazzjoni fis-SACE BT (14).

    (24)

    Is-SACE BT hija l-uniku azzjonist tas-SACE Servizi S.r.l., kumpanija stabbilita biex tipprovdi servizzi f'konnessjoni mal-akkwist u l-ġestjoni ta' informazzjoni kummerċjali. Fl-2011, is-SACE Servizi bdiet ukoll l-attività tal-irkupru tal-krediti f'isem is-SACE BT.

    (25)

    Id-dipartimenti responsabbli għall-awditjar intern tas-SACE BT, il-ġestjoni tar-riskju u l-konformità huma esternalizzati lejn il-kumpanija possedenti, is-SACE (15).

    (26)

    Fit-tieni sena wara l-ħolqien tagħha s-SACE BT rreġistrat profitt żgħir, b'Redditu fuq l-Ishma (ROE) ta' 0.11 %. Madankollu, mill-2007 'l quddiem (it-tielet sena tal-operat tagħha) hija rreġistrat telf (ara Table 2).

    Tabella 2

    ROE tas-SACE BT

    (%)

    Sena

    ROE

    2005

    – 1,51

    2006

    0,11

    2007

    – 1,02

    2008

    – 38,0

    2009

    – 30,6

    2010

    – 4,4

    2011

    0,23

    Sors: Ir-Rapporti Finanzjarji tas-SACE BT.

    (27)

    Notevolment, is-SACE BT irreġistrat telf sinifikanti kemm fl-2008 (ta' madwar EUR 29,5 miljun) kif ukoll fl-2009 (ta' madwar EUR 34 miljun). Fl-2009, il-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni mħallsa mis-SACE BT kienu jammontaw għal EUR 66,4 miljun, żieda ta' 42,6 % meta mqabbla mal-2008 (16). Filwaqt li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-kreditu u ta' avall maġġuri naqqsu l-volumi assigurati tagħhom fl-2009, is-SACE BT assigurat tranżazzjonijiet għal total ta' EUR 20,4 biljun, żieda ta' 34,2 % meta mqabbla mal-EUR 15,2 biljun assigurati fl-2008.

    (28)

    Is-sitwazzjoni tal-kumpanija tjiebet fl-2010 meta l-proporzjon ikkombinat (17) naqas għal 108 %, minn 163 % fl-2009 (ara t-Tabella 5) u fl-2011 meta l-kumpanija rreġistrat profitt żgħir (ta' EUR 0,247 miljun).

    II. 3.   L-ILMENT

    (29)

    L-ilmentatur argumenta li l-allokazzjoni ta' kapital inizjali lis-SACE BT mingħand il-kumpanija prinċipali, is-SACE, li saret fl-2004 u li tammonta għal EUR 100 miljun (l-ewwel miżura) hija imputabbli lill-Istat, mhix konformi mal-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq (“MEIP”) u tikkostitwixxi Għajnuna mill-Istat inkompatibbli (ara l-premessi 29 u 30 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). Fis-6 ta' Novembru 2009, l-ilmentatur informa lill-Kummissjoni wkoll dwar ir-riassigurazzjoni mogħtija mis-SACE lis-SACE BT li allegatament kienet imputabbli lill-Istat u li ma tgħaddix mit-test tal-MEIP, u b'hekk tikkostitwixxi miżura ġdida ta' għajnuna inkompatibbli mal-Artikolu 107 tat-Trattat (it-tieni miżura).

    (30)

    Dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, l-ilmentatur ma pprovda l-ebda kummenti.

    II. 4.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI KOPERTI B'DIN ID-DEĊIŻJONI

    (31)

    L-investigazzjoni formali, inizjata mill-Kummissjoni fit-23 ta' Frar 2011, tikkonċerna l-erba' miżuri li ġejjin konċessi mis-SACE lis-SACE BT (għal aktar dettalji ara l-premessi 33–41 tad-deċiżjoni tal-ftuħ):

    (a)    L-ewwel miżura : l-allokazzjoni kapitali inizjali ta' EUR 100 miljun fil-forma ta' kapital azzjonarju u mal-kontribuzzjoni ta' kapital f'riservi (l-hekk imsejħa “Fondo di organizzazione”) ta' EUR 5,8 miljun fl-2004 (18);

    (b)    It-tieni miżura : kopertura ta' riassigurazzjoni, tat-tip riassigurazzjoni ta' eċċess ta' telf (19) għar-riskju tal-kreditu kummerċjabbli tal-2009, ipprovdut fil-5 ta' Ġunju 2009. It-tieni miżura kienet konċessa mis-SACE, meta s-SACE BT ma rnexxilhiex tpoġġi 100 % tagħha mal-parteċipanti tas-suq privat. B'mod partikolari, jidher li qabel l-2009 is-SACE BT kisbet ir-riassigurazzjoni tagħha prevalentament minn operaturi privati. Madankollu, fit-tiġdid tal-kuntratti ta' riassigurazzjoni tagħha għas-sena 2009 fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, is-SACE BT sabet xi diffikultajiet. Għalkemm is-SACE BT ikkuntattjat għadd sinifikanti ta' operaturi tas-suq, irnexxielha takkwista kopertura biss minn ħames riassiguraturi privati għal 25,85 % tar-riassigurazzjoni ta 'eċċess ta' telf għar-riskju tal-kreditu kummerċjabbli tal-2009. Il-kuntratti ġew iffirmati fis-30 ta' Jannar 2009. Sittax-il operatur ieħor ikkuntattjati mis-SACE BT ġew offruti l-istess termini bħal dawk kienu pprovdew il-kopertura, iżda ddeċidew li ma jipparteċipawx fil-kopertura tar-riassigurazzjoni. Ir-riassiguraturi kellhom ikopru parti mit-telf li kien jaqbeż il-EUR 5 miljuni sa EUR 40 miljun. Il-ħames riassiguraturi privati li pparteċipaw fir-riassigurazzjoni ta 'eċċess ta' telf fl-2009 kienu: Hannover Rückversicherung AG (10 %), Sirius International Insurance Corporation (7.5 %), DEVK Rückversicherungs und Beteiligungs AG (3 %), Atradius Reinsurance Ltd. (2.5 %), u Assurisk S.A. (2.85 %). Il-kumpanija possedenti, is-SACE, issottoskriviet il-parti li kien jifdal tal-kopertura, jiġifieri 74,15 % fil-5 ta' Ġunju 2009, bl-istess kundizzjonijiet ta' prijorità, kapaċità u primjum bħall-ħames riassiguraturi privati.

    (c)    It-tielet miżura : rikapitalizzazzjoni ta' EUR 29 miljun li saret fit-18 ta' Ġunju 2009 sabiex jiġi kopert it-telf irreġistrat fl-2008;

    (d)    Ir-raba' miżura : rikapitalizzazzjoni ta' EUR 41 miljun imwettqa fl-4 ta' Awwissu 2009 (20)

    (32)

    Fit-Tabella 3 hemm kronoloġija tal-erba' miżuri u tad-deċiżjonijiet u l-istadji ewlenin għas-SACE u s-SACE BT (skont l-informazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn mogħtija lill-Kummissjoni). Din it-Tabella turi wkoll meta ċerti dokumenti ġew prodotti jew diskussi, dokumenti li ssir referenza għalihom aktar tard f'din id-deċiżjoni.

    Tabella 3

    Ordni kronoloġika tal-erba' miżuri u d-deċiżjonijiet ewlenin u l-istadji ewlenin għas-SACE u s-SACE BT

    21.11.2003

    Studju ta' konsulent estern, McKinsey, fir-rigward tax-xenarji tas-suq potenzjali tas-SACE;

    17.12.2003

    Ittra ta' stedina għall-offerti ta' servizzi ta' konsulenza biex jitfassal pjan tan-negozju għall-attività ta' assigurazzjoni tal-kreditu għal perjodu qasir attività tas-SACE;

    1.1.2004

    It-trasformazzjoni ta' “l-Istitut għas-servizzi ta' assigurazzjoni għall-kummerċ estern — SACE” f'kumpanija b'responsabbiltà limitata miżmuma pubblikament (SACE S.p.A.);

    Marzu 2004

    Il-KPMG wettqet analiżi supplimentari għall-pjan ta' negozju rigward is-suq Taljan tal-informazzjoni kummerċjali, is-suq Taljan tal-irkupru tal-krediti u l-atturi prinċipali tiegħu u s-suq tal-assigurazzjonit tal-kreditu tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant;

    28.4.2004

    Il-kalkolu tal-“kapital liberu” tas-SACE;

    1.5.2004

    L-adeżjoni tal-għaxar Stati Membri ġodda fl-Unjoni;

    Ir-riskji mhux kummerċjabbli fuq medda qasira għall-UE-10 saru riskji kummerċjabbli;

    18.5.2004

    Il-KPMG tippreżenta pjan ta' negozju li jinkludi l-elementi ewlenin ta' appoġġ tal-aspettattivi ta' profitt għall-perjodu 2005-2008 lill-Bord tad-Diretturi tas-SACE (“Consiglio di Amministrazione”).

    Il-Bord tad-Diretturi tas-SACE (“Consiglio di Amministrazione”) japprova l-pjan ta' negozju għal 2005-2008 rigward l-istabbiliment tas-SACE BT;

    27.5.2004

    Ġiet stabbilita s-SACE BT;

    Inħareġ għaliha kapital ta' EUR 105,8 miljun; (l-ewwel miżura)

    3.7.2004

    Is-SACE BT irċeviet l-awtorizzazzjoni mill-awtorità regolatorja, l-ISVAP, bħala fornitur tal-assigurazzjoni;

    15.10.2004

    Bdiet topera s-SACE BT;

    19.11.2004

    Il-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT japprova l-aġġustament fil-pjan tan-negozju bejn l-2005-2009;

    Marzu 2005

    Inbeda l-proċess ta' akkwist ta' Assedile (21);

    15.4.2005

    Preżentazzjoni dwar il-valutazzjoni ta' Assedile mill-konsulent estern, il-KPMG (preċeduti minn eżami tal-kamra tad-dejta);

    Diskussjoni mill-Bord tas-SACE BT dwar l-akkwist potenzjali ta' Assedile;

    18.4.2005

    L-ewwel offerta mhux vinkolanti tas-SACE BT għal 70 % ta' Assedile;

    30.5.2005

    Preżentazzjoni tal-addendum mal-valutazzjoni ta' Assedile mill-konsulent estern, KPMG;

    30.9.2005

    Is-SACE BT tiffirma l-kuntratt finali għall-akkwist ta' 70 % ta' Assedile;

    19.9.2006

    Il-Pjan ta' negozju — offerta konġunta tas-SACE BT u tad-Ducroire għall-akkwist ta' 66 % ta' KUP;

    Diċembru 2006

    Rapport tal-konsulent estern lis-SACE BT u d-Ducroire dwar il-valutazzjoni ta' 66 % ta' KUP;

    Ottubru 2007

    Is-SACE BT u d-Ducroire b'mod konġunt jakkwistaw 66 % ta' KUP;

    6.3.2008

    Is-SACE BT takkwista t-30 % li kien jifdal f'Assedile;

    30.1.2009

    Is-SACE BT jirnexxilha tiġbor minn ħames riassiguraturi privati 25,85 % tar-riassigurazzjoni ta 'eċċess ta' telf għar-riskju tal-kreditu kummerċjabbli;

    25.2.2009

    Is-SACE BT tbigħ b'telf lis-SA Ducroire is-sehem tagħha ta' 33 % f'KUP;

    26.5.2009

    Il-Bord tad-Diretturi tas-SACE japprova t-trasferiment ta' EUR 29 miljun lis-SACE BT;

    5.6.2009

    Is-SACE BT tissottoskrivi l-74,15 % li jifdal tar-riassigurazzjoni ta 'eċċess ta' telf għar-riskju tal-kreditu kummerċjabbli; (it-tieni miżura)

    18.6.2009

    L-Assemblea Ordinarja tal-azzjonisti tas-SACE BT tapprova li tkopri t-telf irreġistrat fi tmiem l-2008 permezz tat-trasferiment ta' EUR 29 miljun mingħand is-SACE (it-tielet miżura) u ta' EUR 0,49 miljun minn riservi “Fondo di organizzazione”;

    1.7.2009

    Il-Bord tad-Diretturi tas-SACE (“Consiglio di Amministrazione”) japprova t-trasferiment ta' kapital (“versamento in conto capitale”) ta' EUR 41 miljun lis-SACE BT;

    4.8.2009

    L-Assemblea Ordinarja tal-azzjonisti tas-SACE BT tapprova t-trasferiment ta' kapital (“versamento in conto capitale”) ta' EUR 41 miljun mingħand is-SACE; (ir-raba' miżura)

    Il-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT (“Consiglio di Amministrazzjoni”) japprova l-pjan tan-negozju għall-2010-2011;

    7.12.2010

    Il-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT japprova l-pjan tan-negozju għall-2011-2013;

    24.11.2011

    Il-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT: L-aġġustament tal-pjan tan-negozju għall-2011-2013;

    23.2.2012

    Il-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT: Ir-reviżjoni tal-mudell organizzattiv tas-SACE BT.

    II. 5.   IR-RAĠUNIJIET TAL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA

    (33)

    F'dak li jikkonċerna l-ewwel miżura, il-Kummissjoni l-ewwel ikkjarifikat li l-kwalifikazzjoni tal-għajnuna tista' tiġi eskluża mid-dotazzjoni ta' kapital inizjali jekk dan ikun ġie pprovdut għal riskji mhux kummerċjabbli u/jew jekk kien sempliċiment it-trasferiment lis-SACE BT ta' kapital li kien diġà ġie allokat għal attività tal-assigurazzjoni fuq medda qasira ta' żmien li kienet teżisti qabel fis-SACE (inkluż għal riskji preċedentement mhux kummerċjabbli li nbidlu f'riskji kummerċjabbli fl-1 ta' Mejju 2004). Il-Kummissjoni indikat li f'dak l-istadju ma kellhiex informazzjoni biżżejjed biex tagħmel stima jekk dawn il-kundizzjonijiet ġewx issodisfati jew le.

    (34)

    It-tieni, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk l-Italja aġixxietx kif kien jaġixxi investitur privat f'ċirkustanzi simili. Dan hu dak li jissejjaħ it-test MEIP li, jekk isir b'suċċess, jeskludi l-eżistenza ta' vantaġġ għall-benefiċjarju.

    (a)

    F'dak li jikkonċerna l-ewwel miżura, fuq il-bażi tal-informazzjoni li ġiet sottomessa, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk l-istima tal-profitt mistenni tas-SACE BT, li saret fil-mument meta ġiet stabbilita fl-2004, kinitx tkun biżżejjed biex tikkonvinċi investitur li jopera f'ekonomija tas-suq jagħmel il-kontribuzzjoni kapitali. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-uniku pjan ta' negozju sottomess fil-mument sempliċiment ipprovda proġettazzjonijiet għas-snin 2005-2008, b'medja ta' redditu fuq l-ekwità (ROAE) li tilħaq biss 5 % fl-2008 (inkluż tnaqqis ta' EUR 1,1 miljun għal riserva ta' ekwalizzazzjoni) (22). Ma jidher li saret l-ebda valutazzjoni oħra ta' żieda potenzjali ulterjuri fir-redditu biex ikopru t-telf inizjali. Dak iż-żmien il-Kummissjoni ma kinitx saret konxja ta' xi analiżi tal-potenzal tal-profittabilita ta' xi akkwisti possibbli fis-settur. L-Italja ġiet mistiedna tressaq elementi addizzjonali li jistgħu jkunu ta' prova li l-investiment sar bil-kundizzjonijiet tas-suq.

    (b)

    Rigward it-tieni miżura, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani li juru d-diffikultajiet biex tinstab il-kopertura tar-riassigurazzjoni fis-suq, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk it-tieni miżura ma tatx vantaġġ lis-SACE BT.

    (c)

    Fir-rigward tat-tielet u r-raba' miżura, il-Kummissjoni kkunsidrat li fid-dawl ta' dawk it-telfiet reġistrati mis-SACE BT, ma setgħetx timmobilizza dak il-kapital fis-suq.

    (35)

    It-tielet, il-Kummissjoni indikat li l-miżuri konċessi lis-SACE (li hija impriża pubblika) jidher li huma imputabbli lill-Istat (il-kriterju tar-riżorsi tal-Istat), iżda ma ħaditx pożizzjoni finali dwar dik il-kwistjoni.

    (36)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk, kieku kellu jinstab li l-miżuri huma għajnuna, ma setax jinstab li kienu kompatibbli mas-suq intern. Jidher li m'hemm l-ebda bażi ġuridika biex jinstab li dawn l-għajnuniet huma kumpatibbli.

    III.   L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

    (37)

    Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mis-SACE biss.

    IV.   KUMMENTI DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ U S-SOTTOMISSJONI ADDIZZJONALI TAL-ITALJA U S-SACE

    IV. 1.   IMPUTABILITÀ

    (38)

    L-Italja u s-SACE sostnew li l-erba' miżuri kollha konċessi mis-SACE ma jkunux imputabbli għall-Istat Taljan. Fit-tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Italja tikkwota b'mod estensiv is-sentenzi tal-Qorti fil-kawżi Stardust Marine (23), Olympic Airways (24) u SIC-RTP (25). Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Italja ressqet lista pprovduta mis-SACE li kienet tinkludi l-membri tal-Bord tas-SACE fiż-żmien meta kull waħda mill-erba' miżuri inkwistjoni kienet ġiet adottata mill-Bord tad-Diretturi tas-SACE (26). Meta applikabbli, is-SACE indikat il-pożizzjoni miżmuma fl-amministrazzjoni pubblika mill-membru rispettiv tal-Bord.

    (39)

    Barra minn hekk, f'dak li jikkonċerna l-ewwel miżura, l-Italja sostniet li l-investiment fis-SACE BT kien żgħir ħafna meta pparagunat mad-daqs tas-SACE u għalhekk dan għandu jkun ukoll indikazzjoni li l-Istat ma kellu l-ebda raġuni biex jiġi nvolut f'investiment talment żgħir, li għalhekk mhux imputabbli.

    (40)

    Rigward it-tieni miżura, l-Italja ppreċiżat li ċ-CIPE ma tiddeċidix dwar l-attività tar-riassigurazzjoni tas-SACE (27).

    IV. 2.   IL-KRITERJU TAL-VANTAĠĠ: L-EWWEL MIŻURA

    (41)

    Fis-sottomissjonijiet wara d-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Italja u s-SACE argumentaw li l-investiment kien konformi mal-prattiki tas-suq.

    (42)

    Biex jikkumplimentaw id-dokumentazzjoni mressqa qabel li kienet tikkonsisti primarjament mill-pjan ta' negozju inizjali, l-Italja u s-SACE notevolment ippreżentaw dokumenti ta' prova addizzjonali (ara l-premessi 6–9). Bi tweġiba għal mistoqsija addizzjonali tal-Kummissjoni, l-Italja kkomunikat ukoll li ma kienx hemm skambji bejn ISVAP u s-SACE/is-SACE BT mill-2003 rigward il-projezzjonijiet li saru mis-SACE/is-SACE BT dwar ir-rekwiżiti kapitali u l-kapital disponibbli, u lanqas ma saru stimi f'dan ir-rigward mill-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza (28).

    (43)

    L-ewwel nett, is-SACE tenfasizza li hija kumpanija li tagħmel il-profitt. Hija kumpanija ġestita tajjeb u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni biex jitqajjem dubju li għamlet l-investiment fis-SACE-BT bħala investitur normali. Biex tagħti xhieda ta' dan, is-SACE pprovdiet dejta li turi li s-SACE għamlet profitt bejn l-2004 u l-2010 bir-ROE jeċċedi s-6 % għal dawk is-snin kollha u proporzjon tal-ħlas annwali ta' dividend li jvarja minn 40 % sa 95 % tal-profitti li jammontaw għall-ammont totali ta' dividendi ta' EUR 2,1 biljun minbarra r-restituzzjoni ta' parti mill-kapital ta' EUR 3,5 biljun lill-Istat bħala azzjonist. Is-SACE ssostni wkoll li l-investiment tagħha fis-SACE BT kien magħmul minn “kapital ħieles” mhux użat u disponibbli għand is-SACE, ikkwantifikat għal madwar EUR 250 miljun fit-28 ta' April 2004 (29). Barra minn hekk, is-SACE argumentat li l-ammont ta' kapital kien negliġibbli meta mqabbel mal-assi u l-profitti ġġenerati mis-SACE (l-ammont investit fis-SACE BT fl-2004 kien ekwivalenti għal biss 1,2 % tal-ekwità tas-SACE u għal 20 % tal-profitt nett tas-SACE fl-2004) (30).

    (44)

    F'dak il-kuntest, l-Italja ċċarat ukoll li mhix is-SACE li kienet qed tibbenefika mill-kontrogaranzija mill-Istat, iżda garanzija bħal din kienet intenzjonata bħala kontrogaranzija għall-kontropartijiet tas-SACE. F'dan ir-rigward, l-Italja enfasizzat li, matul il-perjodu 2004-2010, il-kontrogaranzija qatt ma ntalbet, u lanqas ma l-Istat qatt għamel pagamenti favur is-SACE f'dak il-perjodu (31).

    (45)

    It-tieni, is-SACE argumentat li l-investiment kien immirat lejn id-diversifikazzjoni tar-riskji assigurati mill-grupp SACE (f'termini ta' kopertura ġeografika u settorjali). Il-kopertura tar-riskji ta' kreditu mill-grupp SACE, li preċedentament kien ġie limitat għal pajjiżi mhux kumerċjabbli, għalhekk kellu jiġi estiżi lejn l-Italja u ż-żona ta' riskji kummerċjabbli ta' esportazzjonijiet bi kreditu (riskju għal żmien qasir fl-OECD). Barra minn hekk, l-ambitu tan-negozju kellu jiġi estiż lejn linji oħra ta' negozju kif sfruttati mit-tliet l-ikbar atturi tas-suq privat.

    (46)

    It-tielet, is-SACE argumentat li kien hemm opportunitajiet tas-suq sinifikanti mhux sfruttati għal parteċipant ġdid fis-suq, bħas-SACE BT. Din il-konsiderazzjoni kienet analizzata qabel ma sar l-investiment. B'mod partikolari, is-suq Taljan domestiku kellu proporzjon ta' penetrazzjoni b'mod sinifikanti aktar baxxa ta' assigurazzjoni tal-kreditu meta mqabbel ma' swieq Ewropej kbar oħra. Barra minn hekk, kien hemm opportunità ta' operat fis-swieq tal-UE-10, fejn l-atturi ewlenin fis-suq tal-assigurazzjoni tal-kreditu maġġuri ma kinux għadhom preżenti f'dak il-mument. Qabel ma sar l-investiment, ġew ukoll analizzat f'ħafna dettal l-opportunitajiet tas-suq mill-konsulent estern.

    (47)

    Ir-raba', is-SACE argumentat li r-ROE tas-SACE BT ma tistax titqabbel mal-medja tas-suq minħabba li f'dak il-mument is-SACE BT kienet kumpanija fil-fażi inizjali tagħha, filwaqt li l-kumpaniji l-oħra tal-assigurazzjoni għal żmien qasir ta' kreditu għall-esportazzjoni kienu diġà stabbiliti fis-suq.

    (48)

    Il-ħames, is-SACE argumentat li, meta ħolqot is-SACE BT fl-2004 sabiex tidħol fis-suq ta' żmien qasir tal-kreditu għall-esportazzjoni, il-maniġment stenna li seta' jinkiseb livell ta' profittabilità suffiċjenti mill-kapital investit permezz ta' strateġija fuq tliet pilastri  (32) li tistrieħ fuq tkabbir organiku fin-negozju tal-assigurazzjoni tal-kreditu (li jkollu l-karattru ta' kumpanija stabbilita ġdida li għaliha l-pjan inizjali ta' negozju jkun fih previżjoni għal erba' snin) għall-ewwel pilastru, fuq attivitajiet anċillari għall-assigurazzjoni tal-kreditu (tipi oħra ta' assigurazzjoni jew servizzi), li potenzjalment jinkludu l-akkwist ta' impriżi oħra, fl-Italja (diversifikazzjoni f'termini ta' linji ta' negozju) għat-tieni pilastru u fuq l-espansjoni ġeografika permezz tal-akkwist ta' kumpaniji li joperaw barra mill-pajjiż (diversifikazzjoni ġeografika) għat-tielet pilastru.

    (49)

    Skont is-SACE, ir-raġuni għal din l-istrateġija kienet mirfuda mill-analiżi tal-konsulent estern (33).

    (50)

    Skont is-SACE, għandu jkun evidenti li l-projezzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji elaborati fl-2004 ma setgħux jinkorporaw jew jantiċipaw l-effetti ta' akkwist futuri li saru fis-snin ta' wara (34). Fi kliem ieħor, il-projezzjonijiet kienu bbażati biss fuq it-tkabbir organiku tas-SACE BT fis-suq tal-assigurazzjoni tal-kreditu Taljan (l-ewwel pilastru msemmi fil-premessa 48) (35).

    (51)

    Minħabba l-karattru tagħha bħala kumpanija fl-istadju inizjali, il-kumpanija possedenti għażlet li tinjetta iżjed kapital f'daqqa waħda fl-istadju inizjali. L-Italja qed tressaq l-argument li dan l-approċċ huwa komparabbli ma' dak użat minn fondi ta' ekwità privata li qed jinvestu l-flus bil-quddiem li għandhom jintużaw għal tranżazzjonijiet potenzjali, li madankollu għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjonijiet indipendenti u konsistenti ma' strateġija iddeterminat minn qabel (36).

    (52)

    Barra minn hekk, l-Italja ressqet l-argument li anki jekk il-pjan inizjali kien jinkludi biss il-profittabilità għall-ewwel pilastru ta' negozju, iż-żewġ pilastri l-oħra ta' negozju ssemmew/ġew ikkontemplati f'dak iż-żmien. Dawn issemmew sa mill-ittra ddatata s-17 ta' Diċembru 2003 li fiha ġie mistieden konsulent biex jipprovdi offerta għat-tfassil ta' pjan ta' negozju għall-attività fuq żmien qasir tas-SACE (37). B'mod partikolari, fl-istedina għall-offerti għal konsulent estern, is-SACE talbet il-preżentazzjoni ta' numru limitat ta' xenarji (massimu ta' 2), li għandhom jipprevedu tkabbir endoġenu tas-SACE bl-użu tar-riżorsi u l-mezzi proporji tagħha u kollaborazzjoni ma' entitajiet oħrajn, kemm Taljani kif ukoll barranin li tista' tinkludi diversi għażliet bħal kollaborazzjoni ma' wieħed mill-ikbar atturi fis-suq, kollaborazzjoni ma' attur sekondarju (pereż. CESCE — Spanja, OND — il-Belġju) u kollaborazzjoni ma' attur Taljan li jkun qed jopera f'parti oħra tas-suq jew f'settur finanzjarju ieħor.

    (53)

    Fir-rigward tal-possibbiltà ta' relazzjonijiet ma' partijiet terzi, il-konsulent intalab jenfasizza l-vantaġġi possibbli li jirriżultaw mill-użu ta' teknoloġija u għarfien espert komuni, ta' ekonomiji ta' skala u ta' speċjalizzazzjoni u integrazzjoni ta' attivitajiet upstream u downstream.

    (54)

    Is-SACE argumentat li l-Bord tad-Diretturi beda jiddiskuti tali opportunitajiet madwar l-istess perjodu meta nħolqot is-SACE BT. Biex tkompli tappoġġja dik l-allegazzjoni, is-SACE pprovdiet qafas preliminari ta' kooperazzjoni ma' OND (il-Belġju) u CESCE (Spanja) ippreparat fil-5 ta' Marzu 2004, jiġifieri qabel ma ġiet konċessal-ewwel miżura (38).

    (55)

    Sabiex jipprovdi bażi għal espansjoni futura fi swieq u f'linji ta' negozju oħra, f'Marzu 2004, il-konsulent ipprovda lis-SACE analiżi dettaljata tal-atturi fis-suq li qed joperaw f'segmenti oħra tan-negozju fl-Italja (servizzi ta' informazzjoni kummerċjali u l-irkupru tal-krediti) u tal-assigurazzjoni tal-kreditu fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (39) u benchmarking għall-prattiki tas-suq (prinċipalment atturi ewlenin tas-suq) f'termini ta' kosti (jiġifieri għall-forniment ta' informazzjoni kummerċjali, għall-irkupru tal-kreditu), iż-żmien tal-operazzjonijiet tan-negozju, l-analiżi multipla tal-ipprezzar ta' akkwisti riċenti fis-settur tal-provvista ta' informazzjoni kummerċjali kif ukoll benchmarking għall-aħjar prassi tas-suq -hekk meqjusa minħabba l-pożizzjoni fuq quddiem tagħhom fis-segment rispettiv tas-suq — f'termini ta' soluzzjonijiet kummerċjali operattivi.

    (56)

    L-Italja tfakkar li l-istrateġija tal-akkwist bdiet tiġi attwata f'inqas minn sena wara l-bidu tal-operazzjonijiet mis-SACE BT (l-ewwel offerta mhux vinkolanti tas-SACE BT għal 70 % ta' Assedile hija tat-18 ta' April 2005, filwaqt li l-proċess kollu kien inbeda f'Marzu 2005, ħames xhur wara l-bidu tal-operazzjonijiet mis-SACE BT). Barra minn hekk, l-Italja ressqet lill-Kummissjoni diversi komunikazzjonijiet ippreżentati lill-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT fil-perjodu 2006-2008 li jikkunsidraw l-opportunitajiet sussegwenti għal akkwisti (40) (kollha kemm huma mirfuda mill-valutazzjonijiet tal-konsulenti esterni, eżerċizzji ta' diliġenza dovuta eċċ., għalkemm għadd minnhom ma rnexxewx għal raġunijiet varji).

    Projezzjonijiet finanzjarji

    (57)

    Fl-ittra ta' stedina għall-offerti għal servizzi ta' konsulenza, is-SACE talbet għal projezzjonijiet finanzjarji għat-tliet snin ta' wara, 2005-2007. Fost oħrajn, is-SACE talbet kwantifikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji (jiġifieri l-kapitalizzazzjoni) meħtieġa għall-iżvilupp ta' attività fuq perjodu qasir u l-profittabilità mistennija (jiġifieri ritorn fuq il-kapital investit) (41).

    (58)

    Is-SACE argumentat li, peress li l-opportunitajiet tal-akkwist ma kinux għadhom ċari, u l-valutazzjoni tagħhom ma kinitx għadha disponibbli, il-pjan ta' negozju inizjali kien b'mod konservattiv ibbażat biss fuq l-ewwel pilastru ta' negozju (tkabbir organiku f'negozju ta' assigurazzjoni ta' kreditu). Il-profittabilità pprojettata, anke jekk limitata peress li ma kinitx tinkludi strateġiji ta' akkwist, kienet għadha waħda pożittiva sa mill-2007 (it-tielet sena sħiħa ta' negozju) (42) u, kieku wieħed kellu jinkludi s-sinerġiji mal-kumpanija prinċipali (jiġifieri s-SACE), sa mill-2006 (it-tieni sena sħiħa ta' negozju).

    (59)

    Barra minn hekk, diġà f'Novembru 2004, xahar biss wara l-bidu tal-operazzjonijiet mis-SACE BT, il-Bord iddiskuta aġġustament għall-pjan ta' negozju għall-perjodu 2005-2009 (43) (“il-pjan ta' negozju aġġustat”) (44), li kien fih analiżi mill-ġdid tal-operazzjonijiet tas-SACE BT fil-bidu tan-negozju tagħha, presuppożizzjonijiet ġodda għall-iżvilupp tagħha, simulazzjonijiet ekonomiko-finanzjarji u xenarji ta' żvilupp. In-nota ta' akkumpanjament lill-Bord tispeċifika b'mod ċar il-firxa tan-negozju lejn is-suq tal-avall u d-delineazzjoni tax-xenarju evoluttiv rigward opportunitajiet oħra tat-tkabbir estern lejn is-setturi li jippreżentaw opportunitajiet għal sinerġiji mal-attività tas-SACE BT, sabiex jiġi riallinjat ir-ritorn fuq l-investiment kapitali kollu fis-SACE BT mal-livelli ta' referenza tas-suq.

    (60)

    B'mod partikolari, fil-pjan ta' negozju aġġustat, il-pilastri differenti ta' żvilupp futur tan-negozju kienu msemmija b'mod espliċitu: tkabbir organiku f'negozju ta' assigurazzjoni tal-kreditu (l-ewwel pilastru, ara l-premessa 48), espansjoni f'segmenti oħra tan-negozju fl-Italja (it-tieni pilastru, ara l-premessa 48) u tkabbir estern, b'aċċenn li għandu “jkun żviluppat aktar” (it-tieni u t-tielet pilastru, ara l-premessa 48), skont l-attivitajiet ta' ditta fil-mira). Il-kapital meħtieġ għall-ewwel pilastru ġie stmat għal EUR 40,3 miljuni. Fir-rigward tat-tieni pilastru, kienet biss l-espansjoni endoġena fin-negozju tal-avall (“cauzioni”) li kienet ġiet speċifikata fid-dettall inklużi projezzjonijiet finanzjarji separati għal dik il-linja ta' negozju u kapitali stmat ta' EUR 3,7 miljun.

    (61)

    Barra minn hekk, żdiedet analiżi aktar dettaljata tal-istennija tal-profittabilità fil-funzjoni ta' kapital allokat għan-negozji tal-assigurazzjoni tal-kreditu u tal-avall: Ir-ROAE għall-ewwel żewġ tipi ta' prodotti (l-assigurazzjoni ta' kreditu u l-avall — cauzioni) fuq il-kapital meħtieġ ta' EUR 44 miljun ġie stmat għal 12,5 % (b'rispettivament EUR 40,3 miljun u 12,1 % biss għan-negozju ta' assigurazzjoni ta' kreditu) (45). Id-dokument stqarr li l-analiżi kienet preliminari u li kellha tiġi żviluppata ulterjorment wara t-tħejjija tal-pjan riformulat ta' negozju għal skopijiet regolatorji (mistenni fi Frar/Marzu 2005).

    (62)

    Skont il-pjan aġġustat, il-profitti pprojettati kienu ta' EUR 4,8 miljun fl-2008 u r-ROAE stmat fuq l-ammont kollu ta' kapital kien ipproġettat li jilħaq l-4,4 % fl-2009.

    (63)

    Barra minn hekk, fis-sottomissjonijiet tagħha ddatati l-15 ta' Settembru 2011 u l-5 ta' Marzu 2012, l-Italja pprovdiet il-kalkolu tas-SACE tal-profitabilità “ex-ante implikata” li tinkludi s-sinerġiji u l-akkwisti ta' KUP u ta' Assedile (ara t-Tabella 4). Biex inbena tali analiżi, l-Italja ħadet in konsiderazzjoni l-valutazzjonijiet ex-ante kif disponibbli fuq perjodi differenti ta' żmien: meta kien tħejja l-pjan ta' negozju inizjali, meta ġie kkontemplat u evalwat l-akkwist ta' 70 % ta' Assedile, meta ġie kkontemplat u evalwat l-akkwist ta' 100 % ta' Assedile u ta' 33 % ta' KUP. Is-sinerġiji mistennija mill-akkwisti huma ppreżentati separatament fil-qiegħ tat-tabella. L-akkwisti inizjati u evalwati, iżda mhux iffinalizzat mhumiex ikkunsidrati f'tali analiżi. Kwalunkwe kapital eċċessiv mhux meħtieġ għal akkwisti imsemmi fil-premessa 56, qabel ma jkunu identifikati u evalwati, jiġi allokat għan-negozju indipendenti tal-assigurazzjoni tal-kreditu (l-ewwel pilastru).

    Tabella 4

    Il-kalkolu tal-profittabilità tas-SACE “ex-ante implikat”

     

    Sena ta' referenza

    Ammont ta' kapital

    (EUR miljun)

    Profitt, wara t-taxxi mistennija fis-sena ta' riferenza

    (EUR miljun)

    ROE

    Is-sitwazzjoni fit-18 ta' Mejju 2004

     

    In-negozji indipendenti tal-assigurazzjoni tal-kreditu skont il-pjan ta' negozju inizjali ta' Mejju 2004

    2008

    105

    3,7

    3,5 %

     

     

     

    105

    3,7

    3,5 %  (**)

     

     

     

     

     

     

    Ex-ante implikat” wara l-akkwist ta' 70 % ta' Assedile

     

    Akkwist ta' Assedile (46)

    2009

    27

    2,7

    10,2 %

     

    Indipendenti wara l-akkwist ta' Assedile

    2008

    78

    3,7

    4,7 %

     

     

     

    105

    6,4

    6,1 %

     

     

     

     

     

     

    Ex-ante implikat” wara l-akkwist ta' 100 % ta' Assedile u ta' 33 % ta' KUP

     

    Akkwist ta' Assedile (70 % + 30 %)

    2009

    41,7

    3,9

    9,4 %

     

    Akkwist ta' KUP (33 %) (47)

    2011

    13,3

    1,2

    8,7 %

     

    Indipendenti wara l-akkwist ta' Assedile + KUP

    2008

    50

    3,7

    7,4 %

     

     

     

    105

    8,8

    8,3

     

     

     

     

     

     

    Ex-ante implikat” wara l-akkwisti u d-dħul minn sinerġiji

     

    Sinerġiji SACE BT/SACE

     

     

    1,9

     

     

    Sinerġiji SACE BT/Assedile

     

     

    0,6

     

     

     

     

    105

    11,3

    10,8 %  (**)

    (64)

    Għal dak li għandu x'jaqsam mar-rata tar-redditu, investitur privat kien jitlob li jagħmel investiment simili (“ir-rata mitluba ta' redditu”), l-Italja kkontestat il-proporzjon ipprovdut mill-ilmentatur (ROE ta' 11,5 %). L-Italja tikkunsidra li l-kampjun ta' kumpaniji li fuqhom ġiet ikkalkulata r-ROE bħala mhux rappreżentattiv u li l-perjodu ta' żmien li matulu ġiet ikkalkulata r-ROE ma kienx adegwat. Is-SACE ressqet l-argument li r-rata ta' redditu xierqa għan-negozju tal-assigurazzjoni tal-kreditu fl-Italja għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' profittabilità medja tal-kumpaniji li joperaw fl-Italja, jiġifieri Coface Italy (Viscontea Coface) u Euler Hermes SIAC, fis-snin 1998 sa 2003 u tkun ekwivalenti għal 10,25 % tal-medja mhux ippiżata. Is-SACE spjegat li Atradius (l-Italja) ġiet eskluża mill-kalkoli peress li matul il-perjodu kkunsidrat din uriet volatilità li influwenzat b'mod sinifikanti r-riżultati sa tali punt li r-riżultati wrew livell ta' referenza negattiv (– 2,4 % fil-każ tal-użu ta' medja mhux ippiżata) (48).

    (65)

    Madankollu, l-Italja argumentat favur li r-rata ta' redditu meħtieġa tkun ibbażata fuq ir-rata medja ppiżata. Fis-sottomissjoni tal-Italja, is-SACE kkalkulat ir-rata tal-medja ppiżata ta' ROE għall-perjodu 1998-2003 ta' Coface Italy u ta' Euler Hermes SIAC billi ppiżat il-medji tagħhom ta' ROE tal-perjodu mal-perċentwali ta' primjums grossi assenjati għall-istess perjodu għan-negozju ta' assigurazzjoni ta' kreditu tagħhom. Ikkalkulat b'dan il-mod, ir-rata tar-redditu tilħaq it-8,7 %.

    (66)

    L-Italja tressaq l-argument li d-differenza bejn ir-rata stmata ta' redditu bl-użu ta' medji mhux ippiżati u ppiżati, jiġifieri bejn 10,25 % u 8,7 %, mhix sinifikanti biżżejjed li jkollha impatt sostanzjali fuq id-deċiżjoni ta' investitur b'medda ta' żmien medja sa twila. Madankollu, l-Italja ikkunsidrat li jkun aktar jixraq li tintuża l-medja ppiżata ta' ROE, kif previst aktar' il fuq, għal dawn iż-żewġ raġunijiet (49):

    (a)

    Kalkolu ta' medja ppiżata huwa metodu aħjar meta mqabbel ma' medja mhux ippiżata, minħabba li jirrifletti aħjar ir-rata rikjesta ta' redditu f'settur b'żewġ parteċipanti b'differenzi sinifikanti f'termini ta' redditu fost il-parteċipanti u fost is-snin u d-differenzi sinifikanti fil-fatturat bejn iż-żewġ parteċipanti (50);

    (b)

    Bħala l-bażi għall-ippiżar, l-Italja użat il-primjums grossi assenjati fin-negozju tal-assigurazzjoni tal-kreditu bil-għan li jkun hemm paragun omoġeneu tal-kampjuni mal-attività tas-SACE BT l-ġdida fl-2004 (bdiet bin-negozju tal-assigurazzjoni tal-kreditu u kien biss aktar tard li dan ġie estiż lejn attivitajiet oħra relatati). In-negozju tal-assigurazzjoni tal-avall (“ramo cauzioni”) kien eskluż mill-bażi tal-kalkolu, bħala li hu kkaratterizzati minn dinamiki differenti min-negozju tal-assigurazzjoni tal-kreditu. Kienet biss Coface li kienet topera fin-negozju tal-avall fl-2004 (51).

    (67)

    L-Italja pprovdiet ukoll li kalkolu tar-rata meħtieġa ta' redditu ibbażata fuq il-primjums totali (jiġifieri mingħajr ma ssir limitazzjoni biss għall-premiums tal-assigurazzjoni tal-kreditu kif spjegat hawn fuq) ikun jammonta għal 9,5 %.

    IV. 3.   IL-KRITERJU TAL-VANTAĠĠ: IT-TIENI MIŻURA

    (68)

    Is-SACE tresaq l-argument li l-miżura kienet xprunata minn kunsiderazzjonijiet ta' profitt u għalhekk kienet tikkorrispondi għal attività tar-riassigurazzjoni skont il-prassi tas-suq. Hija tisħaq li l-kundizzjonijiet prinċipali tal-polza tar-riassigurazzjoni pprovduta mis-SACE lis-SACE BT fl-2009 kienu l-istess bħal dawk mifthiema mir-riassiguraturi privati ftit xhur qabel (ara l-premessa 31). Ex post, jista' jiġi konkluż li gawdiet biss il-kumpanija possedenti, is-SACE, li rċeviet EUR 1,56 miljun (52) ta' dħul minn premiums, peress li s-SACE BT ma użatx ir-riassigurazzjoni biex tkopri l-eċċess prespeċifikat ta' telf.

    (69)

    Barra minn hekk, l-Italja ssostni li fil-livell tar-rekwiżiti kapitali (“requisito patrimoniale”) ikkalkulat skont il-proposta Solvency 2 f'dak iż-żmien fl-2009 (l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi QIS4), it-tieni miżura ma naqqasx ir-rekwiżiti kapitali tas-SACE BT. B'mod partikolari, il-kopertura ta' eċċess ta' telf ma pproduċiet l-ebda benefiċċju peress li mhix rikonoxxuta fil-formula standard użata mis-SACE BT bħala metodu għall-kwantifikazzjoni tar-rekwiżiti kapitali. Fir-rigward tal-impatt fuq l-assorbiment tal-kapital (“assorbimento di capitale”), l-Italja spjegat li per definizzjoni, kull forma ta' riassigurazzjoni tipproduċi effetti fuq il-livell ta' kapital, inkluża r-riassigurazzjoni fil-forma ta' kopertura tal-eċċess ta' telf (53). Il-Kummissjoni talbet speċifikament l-Italja fl-4 ta' Jannar 2012 biex tipprovdi l-ammont ta' salvataġġ ta' kapital fil-livell tas-SACE BT wara r-riassigurazzjoni tal-eċċess ta' telf konkluża fl-2009 mas-SACE. L-Italja ma pprovdietx l-informazzjoni mitluba, iżda tenniet li r-riassigurazzjoni tal-eċċess ta' telf ma jiġġenera l-ebda ħelsien f'termini ta' rekwiżiti kapitali superviżorji (“requisiti patrimoniali di vigilanza”) (54).

    (70)

    Madankollu, is-SACE ressqet (55) l-argument li wieħed mill-iskopiiet ewlenin tar-riassigurazzjoni hija biex tiżdied il-kapaċità tal-assiguratur fornitur li jissottoskrivi kuntratti ulterjuri.

    (71)

    Rigward l-applikazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja stipulata fil-Komunikazzjoni dwar il-kreditu għall-esportazzjoni (56), l-Italja ssottomettiet li hija ma dehrilhiex li jkun xieraq li tagħti sostenn pubbliku lil dan is-settur u ddeċidiet li ma tagħmilx użu mill-klawsola ta' salvagwardja (57). Is-SACE ma sabitx rilevanti t-talba tal-Kummissjoni biex tgħaddilha tagħrif li jista' jagħti prova ta' nuqqas ta' kopertura fis-suq għal esportaturi (58).

    IV. 4.   IL-KRITERJU TAL-VANTAĠĠ: IT-TIELET U R-RABA' MIŻURI

    (72)

    Is-SACE tressaq l-argument li bl-adozzjoni tat-tielet u tar-raba' miżura, is-SACE riedet twassal lis-SACE BT għall-istat ta' “ekwilibriju finanzjarju” bl-objettiv li tiġi ggarantita s-solvenza tal-impriża, skont ir-restrizzjonijiet imposti mill-qafas leġiżlattiv. Ladarba s-solvenza tas-SACE BT kienet ġiet iggarantita, kien ikun possibbli li jintlaħaq livell suffiċjenti ta' profittabilità (59). Barra minn dan, is-SACE tisħaq li ħafna kompetituri privati Taljani tas-SACE BT irreġistraw telf fl-2008 u l-2009. Dan wassal għal intervent mill-azzjonisti tagħhom, li kkontribwew b'injezzjonijiet importanti ta' kapital (internazzjonalment anki Natixis irrikapitalizzat lil Coface fl-2009 u fil-bidu tal-2010, filwaqt li Coface irreġistrat telf ta' EUR 163 miljun fl-2009).

    (73)

    Is-SACE tinnota wkoll li, filwaqt li bażikament l-operaturi kollha tas-suq ġew affettwati mill-kriżi ekonomika, l-effetti tal-kriżi kellhom impatt partikolarment severi fuq is-SACE BT. F'dan ir-rigward, is-SACE targumenta li s-SACE BT għadha fil-fażi inizjali tagħha. Għal din ir-raġuni, is-SACE BT ma setgħetx tuża d-“dispożizzjoni ta' ekwalizzazzjoni” (“riserva di perequazione”) (60) biex tkun tista' tlaħħaq mal-kontinġenzi ekonomiċi u finanzjarji peress li din ir-riżerva għadha ma ġietx stabbilit. Il-kompetituri ewlenin kollha l-oħra tas-SACE BT — li jinkludu wkoll lil Coface — ibbenefikaw minn din ir-riżerva matul il-kriżi ekonomika preżenti.

    (74)

    Bi tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ li tipprovdi il-kosti stmati li jinħolqu għas-SACE, kieku kellha tbiegħ jew tillikwida s-SACE BT, is-SACE sottomettiet li l-likwidazzjoni tas-SACE BT hija opzjoni purament teoretika li ma tistax tiġi implimentata f'dan il-mument. Ir-raġunijiet ewlenin ikkwotati mis-SACE jirreferu għal: (i) il-fatt li s-SACE ma tibbenefikax immedjatament bħala azzjonista, peress li l-likwidazzjoni kienet pjuttost tikkristallizza r-riżultati negattivi fil-kuntest ta' ċirkostanzi partikolarment negattivi tas-suq f'dak il-mument u kienet tikkawża ħsara sinifikanti għar-reputazzjoni għas-SACE; (ii) il-possibbiltà li azzjoni bħal din setgħet tiġi interpretata mis-swieq bħala kriżi ta' likwidità f'SACE; (iii) l-avveniment probabbli li l-prezz tal-bejgħ ma jkunx xieraq (61). Meta rrispondiet għal talba separata tal-Kummissjoni rigward l-espożizzjoni tas-SACE fir-rigward tas-SACE BT f'dak il-mument qabel ma kkonċediet it-tieni, it-tielet u r-raba' miżuri, l-Italja indikat li, teoretikament, fil-każ tat-terminazzjoni tal-attività u l-likwidazzjoni tal-assi tas-SACE BT matul l-2009, l-obbligazzjonijiet li jammontaw għal EUR 2.09 miljun lejn is-SACE kienu potenzjalment fir-riskju. L-Italja indikat li l-bilanċ nett bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet lejn is-SACE għas-sena 2008 kien pożittiv, fil-livell ta' EUR 8,43 miljun (62), li jfisser li f'termini netti s-SACE tkun midjuna lejn is-SACE BT.

    (75)

    Is-SACE ddikjarat li l-applikazzjoni tal-MEIP għandha tieħu inkonsiderazzjoni wkoll ir-restrizzjonijiet leġiżlattivi. […] (***) Barra minn hekk, is-SACE ppreżentat l-argument li investitur ma jkunx biss iffukat fuq il-profittabilità ta' investiment, iżda wkoll fuq kunsiderazzjonijiet oħra, bħal ma huma s-salvagwardja tal-immaġini pubblika tal-grupp jew ir-rijorjentazzjoni tal-operazzjonijiet tan-negozju tiegħu (63).

    (76)

    L-Italja ressqet l-argument li l-ammont ta' EUR 70 million (it-tielet u r-raba' miżura) kien parti mill-kapital identifikat f'Mejju 2009 mid-dipartimenttal-Ġestjoni tar-Riskji (64) bħala neċessarju għall-konformità mar-rekwiżiti futuri ta' Solvency 2 (65), (66). Din is-simulazzjoni kienet ibbażata fuq il-baġit rivedut għall-2009.

    (77)

    Skont is-SACE, id-deċiżjonijiet biex tiġi rikapitalizzata s-SACE BT ttieħdu fid-dawl tar-ritorn mistenni lejn il-profittabilità, bil-bilanċ jintlaħaq fl-2011 (67).

    (78)

    Skont l-Italja, sa mill-2009, is-SACE BT kienet soġġetta għal trasformazzjonijiet profondi fil-proċessi ta' organizzazzjoni, ġestjoni u tan-negozju, li rrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tal-kumpanija, sabiex din tkun tista' tirritorna għall-profitt fl-2011, qabel il-previżjonijiet magħmula fil-pjan ta' negozju għall-2011-2013. Fid-dawl tal-kundizzjonijiet dejjem jinbidlu ekonomiċi u tas-suq, il-pjan ta' negozju tas-SACE BT għall-2011-2013 ġie aġġornat sabiex iqis il-kriżi li għaddejja u biex jistabbilixxi għadd ta' inizjattivi biex tkompli tittejjeb il-profittabilità (ara t-Tabella 5). Il-pjan ta' negozju aġġustat għall-2011-2013 ġie approvat mill-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT fl-24 ta' Novembru 2011. Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tal-24 ta' Novembru 2011 (jiġifieri sentejn wara l-injezzjonijiet tal-kapital) tirreferi għall-objettiv ta' titjib gradwali fil-profittabilità (kif imkejla f'termini ta' ROE) sabiex tintlaħaq il-medja tas-settur.

    Tabella 5

    Il-punti finanzjarji ewlenin tas-SACE BT pprovduti fil-pjan tan-negozju għall-2010-2011 u l-pjan aġġustat għall-2011-2013

     

    Reali

    Ipproġettati fil-pjan ta' negozju għall-2010-2011 approvat mill-Bord fl-4 ta' Awwissu 2009 (68)

    Ipproġettati fil-pjan ta' negozju aħħustat għall-2010-2011 approvat mill-Bord fl-24 ta' Novembru 2011 (69)

    EUR miljun

    2008 (****)

    2009

    2010

    Baġit rivedut

    2009

    Pjan ta' negozju

    2010

    Pjan ta' negozju

    2011

    2011

    Proj.

    2012

    Proj.

    2013

    Proj.

    Primjums grossi miktuba (70)

    99,7

    95,2

    94,6

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    Kosti tekniċi tal-assigurazzjoni a karigu tas-SACE (“sinistri di competenza”)

    – 70,6

    – 104,9

    – 59,8

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    Kosti ġenerali

    – 36,1

    – 38,2

    – 37,3

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    Riżultat tekniku qabel ir-riassigurazzjoni

    – 63,0

    – 60,0

    18,2

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    Riżultat tekniku wara r-riassigurazzjoni

    – 39,3

    – 56,4

    5,0

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    Dħul qabel it-taxxa

    – 39,5

    – 47,3

    – 4,8

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    Dħul nett

    – 29,5

    – 34,1

    – 4,8

    [≤ 0]

    [≤ 0]

    [≤ 0]

    […].

    […].

    […].

    ROE qabel it-taxxa (%) (71)

    na

    – 41,7 %

    – 4,4 %

    na

    NA

    na

    […].

    […].

    […].

    ROE wara t-taxxa (%) (72)

    – 38,0 %

    – 30,6 %

    – 4,4 %

    na

    NA

    na

    […].

    […].

    […].

    Proporzjon ta' telf (%)

    131,0 %

    119 %

    67 %

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    Proporzjon tal-kosti (%)

    44,6 %

    43 %

    41 %

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    Proporzjon ikkombinat (%)

    175,6 %

    163 %

    108 %

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    […].

    (79)

    Fl-aħħar sottomissjoni tat-30 ta' Marzu 2012, l-Italja saħqet fuq in-nuqqas ta' imputabbiltà tal-miżuri lill-Istat u l-konformità tagħhom mal-MEIP. L-ewwel nett, l-Italja spjegat li dawk kienu deċiżjonijiet fil-grupp biex titħares ir-reputazzjoni tal-grupp. It-tieni, l-Italja ressqet l-argument li s-SACE topera bħal operatur tas-suq u tinvesti r-riżorsi tagħha fl-iżvilupp tan-negozju li fih topera mingħajr id-dipendenza b'xi mod fuq l-appoġġ pubbliku. Matul il-kriżi, il-kumpanija possedenti, is-SACE, baqgħet profitabbli u qassmet id-dividendi lill-Istat. Għal din ir-raġuni, l-Italja ressqet l-argument li s-SACE qatt ma qieset bħala neċessarju li tfassal pjan ta' ristrutturar li jrid jiġi sottomess lill-Kummissjoni skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta' miżuri ta' ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (“il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”) (73). U lanqas l-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza, l-ISVAP, ma qajmet xi oġġezzjoni jew talbet xi proċeduri partikolari wara r-rikapitalizzazzjoni tas-SACE BT. Fl-aħħar nett, l-Italja fakkret fil-valutazzjoni tagħha li kien ikun diffiċli ħafna f'dak il-mument biex issib xerrej potenzjali għas-SACE BT.

    (80)

    L-Italja qed issostni li l-kriżi tas-SACE BT ma kinitx ikkawżata minn proċessi interni, bidliet fid-domanda jew minn fatturi oħra li jimponu reviżjoni profonda tal-mudell tan-negozju u ristrutturar sussegwenti, iżda pjuttost miż-żieda sinifikanti ta' klejms ikkawżata bil-kriżi. Fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni, l-Italja tippreżenta l-argument li s-SACE ddeċidiet li tipprovdi l-kapital addizzjonali u tintroduċi l-bidliet organizzattivi u ta' ġestjoni meħtieġa f'awtonomija sħiħa u skont il-perspettiva ta' operatur tas-suq.

    IV. 5.   KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

    (81)

    L-Italja u s-SACE ddedikaw il-parti l-kbira tal-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni ta' ftuħ billi ressqu l-argument li l-miżuri huma konformi mal-MEIP u mhux imputabbli lill-Istat u, għalhekk, ma jinvolvux għajnuna. F'każ li l-Kummissjoni xorta ssib li dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, is-SACE ippreżentat l-argument li l-miżuri għandhom jiġu rikonoxxuti u ddikjarati kompatibbli mas-suq intern (74). Rigward it-tieni miżura, is-SACE tqis id-dubji espressi mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta' dik il-miżura bħala purament spekulattivi (75). Fir-rigward tat-tielet u r-raba' miżura, is-SACE tenniet li fi kwalunkwe każ ikun possibbli li ssibhom kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat fuq il-bażi tal-komunikazzjonijiet kkwotati mill-Kummissjoni (76).

    V.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

    V. 1.   L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TRATTAT

    (82)

    Għandu jiġi eżaminat jekk l-erba' miżuri mfissra f'Taqsima II.4 jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Kif imfisser fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat ta' kull għamla li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti, sa dak il-livell li fih taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, ma tkunx kompatibbli mas-suq intern ħlief meta jkun hemm dispożizzjonijiet oħra.

    (83)

    Għaldaqstant biex miżura tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat irid jiġi preżuntli l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin huma ssodisfati: trid tkun imputabbli għall-Istat u ffinanzjata minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, trid tkun tagħti vantaġġ selettiv suxxettibbli li tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti u trid tkun tali li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    (84)

    Peress li dawn il-kundizzjonijiet huma kumulattivi, iridu jkunu kollha preżenti qabel ma l-miżura tiġi kkaratterizzata bħala għajnuna mill-Istat. Bħala riżultat, jekk waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tkunx issodisfata allura l-miżura rilevanti ma tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat.

    (85)

    Fil-premessa 61 tad-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni indikat li dik il-parti mill-miżuri li tissodisfa waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin ma tikkostitwix għajnuna:

    (a)

    il-kapital/ir-riassigurazzjoni ta' benefiċċju għar-riskji mhux kummerċjabbli (għall-kuntrarju ta' riskji kummerċjabbli) (l-ewwel kriterju ta' esklużjoni); tabilħaqq, m'hemmx suq għal dawn ir-riskji u għalhekk, is-sostenn mill-Istat ma joħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn id-ditti tal-assigurazzjoni, b'tali mod li l-kwalifikazzjoni bħala għajnuna tkun tista' tiġi eskluża; kif ukoll

    (b)

    l-ammont ta' kapital konċess lis-SACE BT li kien diġà allokat b'mod impliċitu għal riskji kummerċjabbli (ikkonvertiti) fis-SACE (peress li tali kapital, jekk jiġi trasferit lejn is-SACE BT bl-attivitajiet li diġà tkun qed tappoġġja fis-SACE, tkun kontinwazzjoni tal-istess attività bl-istess kapital taħt forma ġuridika differenti. It-trasferiment ta' dak il-kapital għaldaqstant ma jkunx jikkostitwixxi vantaġġ mogħti lil dawn l-attivitajiet u l-kwalifikazzjoni bħala għajnuna tkun tista' tiġi eskluża) (it-tieni kriterju ta' esklużjoni)

    (86)

    Fir-rigward tat-tieni kriterju ta' esklużjoni, is-SACE kkonfermat li l-ebda kapital ma ġie allokat għal riskji mhux kummerċjabbli fir-rigward tal-Istati Membri tal-UE-10 li nbidlu f'riskji kummerċjabbli qabel il-ħolqien tas-SACE BT (77). Dan huwa koerenti mal-linja konsistenti tar-raġunament tal-Italja li l-kumpanija kienet waħda fil-fażi inizjali (ara wkoll il-premessi 96–100).

    (87)

    Rigward l-ewwel kriterju ta' esklużjoni, bi tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni biex tipprovdi d-diviżjoni bejn riskji kummerċjabbli u riskji mhux kummerċjabbli, (78) is-SACE wieġbet li l-volumi relattivi ta' attivitajiet mhux kumerċjabbli fis-SACE BT huma żgħar ħafna (79). Barra minn hekk, l-Italja ippreżentat l-argument li s-SACE BT tiġġestixxi r-riskji mhux kummerċjabbli b'kundizzjonijiet tas-suq, mingħajr il-garanzija tal-Istat u dawn mhumiex soġġetti għal-limiti stabbiliti minn CIPE kull sena għar-riskji mhux kummerċjabbli ta' anqas minn 24 xahar (80).

    (88)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-Komunikazzjoni dwar il-kreditu għall-esportazzjoni, tistabbilixxi li jekk l-Istati Membri jixtiequ jissussidjaw ir-riskji mhux kummerċjabbli tagħhom, iridu jintroduċu kontabilità separata, u b'hekk jiżguraw li ma jkunx hemm flussi ta' għajnuna lejn riskji kummerċjabbli. F'dan il-każ, l-ebda waħda mill-miżuri tas-SACE ma kienet immirata speċifikament biex tappoġġa l-attivitajiet żgħar mhux kummerċjabbli. L-Italja mhix qiegħed tisħaq li hija riedet tgħin ir-riskji mhux kummerċjabbli u tikkunsidra li l-miżuri kollha ġew konċessi lis-SACE BT bħala ħaġa sħiħa (u mhux għal attività waħda speċifika) u fuq termini tas-suq. L-Italja ma tikkontestax li ssir analiżi ta' dawn il-miżuri kollha bit-test tal-MEIP li jidentifika l-preżenza ta' vantaġġ.

    (89)

    Il-Kummissjoni għalhekk taqbel mal-Italja u mas-SACE li l-esklużjonijiet stabbiliti fil-kapitoli 4.1.1. u 4.1.2. tad-deċiżjoni tal-ftuħ ma japplikawx fil-każ preżenti. Għalhekk, il-kwalifikazzjoni ta' għajnuna ta' (parti mill-) erba' miżuri ma tistax tiġi eskluża abbażi ta' dawn il-kriterji ta' esklużjoni. Il-kapital kollu injettat fis-SACE BT ta' EUR 105,8 miljun (l-ewwel miżura) u l-miżuri l-oħra fl-intier tagħhom jistgħu jikkostitwixxu għajnuna u huma suġġett għall-valutazzjoni.

    V.1.1.   Il-preżenza ta' vantaġġ

    V.1.1.1.   Il-prinċipji ġenerali għall-valutazzjoni tal-preżenza ta' vantaġġ

    (90)

    Kif stipulat fil-premessi 80 sa 82 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex jiġi stabbilit jekk injezzjoni ta' kapital tkunx qed tagħti vantaġġ kompetittiv huwa meħtieġ li wieħed jivvaluta jekk, f'ċirkustanzi simili, investitur privat f'ekonomija tas-suq kienx jagħmel kontribuzzjonijiet kapitali tal-istess daqs (81), wara li jkun qies b'mod partikolari l-informazzjoni disponibbli u l-iżviluppi prevedibbli fid-data ta' dawk il-kontribuzzjonijiet (82).

    (91)

    Il-MEIP huwa test li għandu jiġi applikat ex-ante , jiġifieri wieħed għandu jiddetermina jekk fil-mument tal-ippjanar tal-investiment investitur privat f'ekonomija tas-suq kienx jagħmel tali kontribuzzjoni kapitali. Investitur fis-suq jikkunsudra kif jixraq ir-riskji assoċjati mal-investiment — sabiex jesiġi profitt ogħla minn investimenti aktar riskjużi. Huwa jqis il-qafas eżistenti regolatorju bħala limitazzjoni, pereż. fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Jekk ir-rekwiżiti regolatorji speċifiċi dwar il-kapital minimu, il-likwidità u affarijiet simili jrendu l-investiment bħala wieħed mhux profitabbli, investitur tal-ekonomija tas-suq ma jkomplix bl-investimenti, u mhux jibqa' għaddej b'investiment li jkun konformi mal-obbligi regolamentari iżda li ma jipprovdix livell adegwat ta' profittabilità.

    (92)

    Investitur privat ma jikkuntentax ruħu biss bil-fatt li investiment ma jikkawżalux telf jew li jipproduċi biss profitti limitati. Investitur f'ekonomija tas-suq jipprova jimmassimizza r-redditu fuq l-assi tiegħu skont iċ-ċirkostanzi fl-interessi tiegħu, anke fil-każ ta' investiment f'impriża li fiha huwa diġà jkollu sehem (83). Anke jekk il-medja tal-qligħ fis-settur tkun biss wieħed mill-elementi li l-Kummissjoni tista' tikkunsidra, investitur prudenti f'ekonomija tas-suq, meta jkun qed jagħmel stimi tar-rimunerazzjoni xierqa, fil-prinċipju jitlob li jkollu redditu minimu għall-investiment li jkun tal-inqas fil-livell tal-medja tal-profittabilità fis-settur rispettiv (84).

    (93)

    Skont il-ġurisprudenza reċenti (85), Stat Membru li jinvoka l-konformità mal-MEIP irid, fejn ikun hemm dubju, jistabbilixxi b'mod inekwivoku u abbażi ta' evidenza oġġettiva u verifikabbli li l-miżura implimentata għandha tiġi attribwita lill-Istat li jaġixxi bħala azzjonist, jiġifieri li huwa jkun qed jaġixxi f'kundizzjonijiet tas-suq. F'dan ir-rigward jista' jkun li jkollu jġib provi li juru li d-deċiżjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi paragunabbli ma' dawk li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, investitur privat razzjonali li jkun jinsab f'sitwazzjoni kemm jista' jkun tixbaħ dik tal-imsemmi Stat Membru kien jagħmel, qabel ma jwettaq l-investiment, sabiex jiddetermina l-profittabilità futura ta' tali investiment. Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tat-test tal-investitur privat, l-unika evidenza rilevanti hija l-informazzjoni li kienet disponibbli, u l-iżviluppi li setgħu jitbassru, fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni biex isir l-investiment. Dan huwa l-każ, b'mod partikolari, meta bħal f'dan il-każ, il-Kummissjoni teżamina l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat meta mqabbla ma' investiment li ma ġiex innotifikat lilha u li diġà twettaq mill-Istat Membru kkonċernat fil-mument meta hija twettaq l-eżami tagħha.

    (94)

    Il-Kummissjoni, meta tagħmel l-evalwazzjoni tagħha dwar il-konformità mal-MEIP, trid tagħmel evalwazzjoni globali, li tieħu kont — minbarra l-provi pprovduti mill-Istat Membru — il-provi l-oħra kollha rilevanti sabiex tkun tista' tiddetermina jekk l-Istat Membru jkunx ħa l-miżura inkwistjoni fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonist, jiġifieri bħala investitur f'ekonomija tas-suq, jew bħala awtorità pubblika. B'mod partikolari, huma relevanti f'dan ir-rigward in-natura u s-suġġett ta' dik il-miżura, kif inhu l-kuntest, l-objettiv imfittex u r-regoli li għalihom il-miżura hija suġġetta (86).

    V.1.1.2.   Il-preżenza ta' vantaġġ fl-ewwel miżura

    (95)

    Fil-premessi 95 u 96 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-ewwel miżura tissodisfax l-MEIP. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni pprovdiet li l-parametru li jeħtieġ li jiġi vverifikat huwa l-profittabilità prevista tal-investiment skont il-pjan ta' negozju. Tabilħaqq, skont il-ġurisprudenza u l-prattika stabbilita (87), il-kumpanija possedenti, is-SACE, bħalma kien jagħmel investitur tas-suq f'ċirkustanzi komparabbli, kellha l-għażla li ma tallokax kapital u li tużah għal attivitajiet oħra jew inkella li tibagħtu lura bħala dividendi lill-Istat.

    (96)

    Ta' min jinnota li s-SACE użat kontijiet separati għar-riskji kummerċjabbli għall-perjodu bejn id-data meta r-riskji rispettivi ġew awtomatikament kummerċjabbli (l-1 ta' Mejju 2004) u meta s-SACE BT ġiet stabbilita (is-27 ta' Mejju 2004) (ara Tabella 1 fil-premessa 19 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Madankollu, ma ġew trasferiti l-ebda assi, obbligi jew kuntratti mill-kont stabbilit separat lejn is-SACE BT (il-kuntratti għar-riskju kummerċjabbli mdaħħla fil-kontijiet separati ġew fi tmiemhom jew bħala riżultat tat-tmiem naturali tal-validità ta' kuntratti tal-assigurazzjoni, jew inkella permezz tat-terminazzjoni tal-kuntratti li kien hemm; ir-riskji kummerċjabbli inkwistjoni ġew gradwalment koperti taħt kuntratti ġodda ta' assigurazzjoni fis-SACE BT (88).) L-attività kummerċjali ta' dan tal-aħħar inbdiet mill-ġdid.

    (97)

    Barra minn hekk, irid ikun enfasizzat li s-SACE BT kienet stabbilita biex tiffoka fuq attivitajiet kummerċjali ġodda, li qabel ma kinux imħaddma mis-SACE. Qabel l-istabbiliment tas-SACE BT u l-għoti tal-kapital inizjali lilha, diġà fi tmiem l-2003 is-SACE fittxet għarfien espert minn barra biex tiikkonferma u tkompli telabora l-opportunitajiet ta' negozju identifikati mis-SACE sabiex jidħlu fis-segment ta' riskji kummerċjabbli. L-opportunitajiet ewlenin ġew identifikati fis-setturi tas-suq, fejn l-atturi ewlenin fis-suq tal-assigurazzjoni tal-kreditu ma kinux għadhom preżenti f'dak il-mument, jiġifieri l-provvista ta' assigurazzjoni ta' kreditu fl-Italja għal krediti domestiċi u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għal kumpaniji esportaturi Taljani, l-aktar l-SMEs, lejn il-pajjiżi b'riskju kummerċjabbli.

    (98)

    Barra minn hekk, il-pjan ta' negozju tas-SACE BT kien ibbażat fuq valutazzjoni komparattiva tas-suq u l-ħolqien tal-istruttura tal-kumpanija mill-ġdid, aktar milli l-kontinwazzjoni ta' xi negozju mill-passat. Fi kliem ieħor, ma kinitx ibbażata fuq ir-rekord eżistenti tan-negozju (jew ir-ristrutturar tan-negozju tal-passat), iżda hija ġiet stabbilita mill-ġdid.

    (99)

    Għalhekk, is-SACE BT mhix il-kontinwazzjoni ta' attività li kienet teżisti fis-SACE, iżda r-riżultat ta' deċiżjoni li tiġi stabbilita kumpanija ġdida u tiġi żviluppata attività ekonomika li ma kinitx issir fis-SACE.

    (100)

    B'riżultat ta' dan, jista' jiġi konkluż li l-elementi fattwali pprovduti mill-Italja u s-SACE fil-qafas tal-proċedura ta' investigazzjoni formali jippermettu lill-Kummissjoni tikkonkludi li s-SACE BT inħolqot bħala kumpanija ġdida u ma kinitx sempliċement it-tkomplija ta' attivitajiet imwettqa diġà fis-SACE.

    (101)

    Il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta' negozju ppreparat għal kumpanija ġdida għandu jikkonsisti minn analiżi bir-reqqa tal-opportunitajiet ta' negozju fis-suq li fih il-kumpanija l-ġdida jkollha l-intenzjoni li topera kif ukoll ir-redditu probabbli li għandu jiġi ġġenerat biex b'hekk ikun jidher li l-profittabilità mistennija hija suffiċjenti biex l-investiment inizjali jkun siewi.

    (102)

    Madankollu, jista' jkun hemm livell ta' inċertezza u għalhekk ċertu lok għal aġġustament u raffinar tal-ambitu tal-operazzjonijiet u tat-tbassir finanzjarju. Dan jista' jkun il-każ b'mod partikolari fis-snin inizjali tal-operazzjoni tal-kumpanija. Min-natura tagħhom stess, kumpaniji stabbiliti ġodda ma jkollhomx storja ta' riżultati finanzjarji li fuqhom tkun tista' tiġi bbażata valutazzjoni. Għalhekk, l-investitur ikollu jiżviluppa proċess biex bih jivvaluta l-kumpanija abbażi ta' pprojezzjonijiet komparabbli ta' negozju u finanzjarji li jistabbilixu valutazzjoni komparattiva. Billi n-negozji li jkunu għadhom fil-bidu jistgħu jieħdu ż-żmien biex isiru profittabbli, iċ-ċavetta għall-valutazzjoni ta' kumpaniji ġodda hija li wieħed jiffoka fuq l-attivitajiet li jippermettu l-ġenerazzjoni ta' profitti adegwati fil-ġejjieni.

    (103)

    Hemm biżżejjed elementi fattwali li jikkonfermaw illi, qabel ma ddeċidiet li toħloq is-SACE BT u tallokalha l-kapital inizjali, is-SACE wettqet analiżi tas-suq li fih tkun topera s-SACE BT. Id-diskussjonijiet inizjali u l-elementi preliminari tal-pjan ta' negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet tas-SACE għas-snin 2004-2006 ġew ippreżentati fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE (89) tal-21 ta' Novembru u t-3 ta' Diċembru 2003 (90). Matul il-laqgħa tal-21 ta' Novembru 2003, il-Bord tad-Diretturi tas-SACE ddiskuta d-direzzjonijiet il-ġodda għall-iżvilupp u l-possibbiltà ta' operazzjoni fl-assigurazzjoni tal-kreditu għal perjodu qasir fil-pajjiżi tal-OECD fuq il-bażi ta' studju ppreparat minn konsulent estern u mis-SACE. Il-Bord tad-Diretturi kkonkluda li r-riskji kummerċjabbli, ir-riżorsi, l-investimenti u l-għanijiet għandhom ikunu definiti fuq il-bażi ta' studju ta' fattibbiltà (studio di fattibilità) (91).

    (104)

    Konsegwentement, saret talba għal pjan ta' negozju mħejji minn konsulent estern ta' reputazzjoni tajba. Il-kompiti tal-konsulent kienu, fost affarijiet oħra, li jidentifika l-opportunitajiet marbuta speċjalment mar-riskji fuq żmien qasir fil-pajjiżi tal-OECD (fejn is-SACE evalwat li d-daqs tas-suq huwa ta' EUR 2,5-5 biljun (92)) u jistabbilixxi t-termini operattivi għal impriża ġdida.

    (105)

    Fl-ittra tal-offerta tas-17 ta' Diċembru 2003, ġie ddikjarat b'mod ċar li l-kumpanija l-ġdida mhux se tkun tista' tistrieħ fuq xi appoġġ mill-Istat, la direttament (b'appoġġ finanzjarju) u lanqas indirettament (billi jintużaw ir-riżorsi allokati għal riskji mhux kummerċjabbli) (93).

    (106)

    Il-pjan tan-negozju inizjali mfassal fit-18 ta' Mejju 2004 kien fih valutazzjoni komparattiva (94) tal-prattiki tas-suq (prinċipalment tal-atturi ewlenin fis-suq) f'termini ta' prezzijiet, klejms, spejjeż u proporzjonijiet ta' kosti oħra mistennija u dettalji oħra dwar kif jiġi stabbilit u operat in-negozju skont il-prassi tas-suq. Dan jista' jservi bħala bażi solida għal kumpanija ġdida biex l-operazzjonijiet tagħha jkunu konformi mal-prassi tas-suq.

    (107)

    Fid-dawl ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċess u l-passi segwiti mis-SACE qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li tinvesti l-kapital inizjali fis-SACE BT kienu komparabbli mal-prassi tas-suq f'ċirkustanzi simili. Notevolment, qabel ma ddeċidiet dwar l-investiment, is-SACE fittxet li jkollha studju ta' fattibbiltà minn konsulent estern u qabel ma pproċediet bl-investiment hija vvalutat bir-reqqa u identifikat opportunitajiet tas-suq sinifikanti għat-tkabbir fis-suq tal-assigurazzjoni tal-kreditu fl-Italja kif ukoll li tkompli tespandi fis-swieq tal-KEE jew f'servizzi oħra marbuta mal-assigurazzjoni ta' kreditu.

    (108)

    Fir-rigward tal-perjodu limitat tal-projezzjonijiet finanzjarji fil-pjan ta' negozju inizjali (jiġifieri biss l-erba' snin 2005-2008) u tal-profittabilità limitata li tista' tinkiseb fi tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni tosserva li dan kien minħabba l-fatt li xi elementi ewlenin kienu għadhom iridu jiġu mtejba u għalhekk il-pjan kien jinkludi projezzjonijiet finanzjarji biss għal parti mill-attiviatjiet ippjanati (l-ewwel pilastru, ara l-premessa 48).

    (109)

    F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta' negozju aġġustat — adottat formalment mill-Bord tad-Diretturi tas-SACE xahar biss wara l-bidu tal-operazzjonijiet tas-SACE BT, biddel xi wħud mis-suppożizzjonijiet inizjali, estenda l-projezzjonijiet finanzjarji b'sena, sal-2009, u ppreżenta stimi tal-kapital meħtieġ u tar-redditu separatament għan-negozju tal-assigurazzjoni tal-kreditu żviluppat endoġenikament (l-ewwel pilastru) li għalih il-kapital meħtieġ fir-rigward tal-primjums projettati ġie stmat li huwa ta' EUR 40,3 miljuni. Ir-redditu pprojettat fuq dan il-kapital għall-2009 kien ta' EUR 4,8 miljun u r-ROES mistennija kienet ta' 12,1 %). In-nota ta' akkumpanjament lill-Bord tispeċifika b'mod ċar il-firxa tan-negozju lejn is-suq tal-avall u d-delineazzjoni tax-xenarju evoluttiv rigward opportunitajiet oħra tat-tkabbir estern lejn is-setturi li jippreżentaw opportunitajiet għal sinerġiji mal-attività ta' assigurazzjoni ta' kreditu tas-SACE BT, sabiex jiġi riallinjat ir-ritorn fuq l-investiment kapitali kollu fis-SACE BT mal-livelli ta' referenza tas-suq. Id-dokument stqarr li l-analiżi kellha tkompli tiżviluppa ulterjorment wara t-tħejjija tal-pjan riformulat ta' negozju għal skopijiet regolatorji (mistenni fi Frar/Marzu 2005).

    (110)

    L-Italja u s-SACE pprovdew ukoll dokumenti li juru li l-pjan kien dejjem miżmum aġġornat. Dan juri li l-pjan kien verament segwit u użat mill-maniġment u aġġornat regolarment abbażi ta' informazzjoni ġdida. Din il-prassi jidher li kienet komparabbli ma' dik li kienet mistennija ssir fil-każ ta' kumpanija fil-fażi inizjali, fejn l-evalwazzjoni tal-profitabilità fil-ġejjieni tkun inċerta u jkun jeħtieġ li jsir aġġustament wara l-bidu tal-operazzjonijiet tal-kumpanija ġdida.

    (111)

    Fir-rigward ta' pilastri oħrajn ta' negozju, jiġifieri l-espansjoni tal-operazzjonijiet tas-SACE BT permezz ta' akkwisti (“l-istrateġija tat-tkabbir estern”), il-Kummissjoni tosserva li l-kumpanija identifikat fi stadju bikri, bl-għajnuna ta' konsulent estern ta' reputazzjoni tajba (ara l-premessa 113), l-opportunitajiet tas-suq f'partijiet oħra tas-suq, li jippreżentaw sinerġiji sinifikanti għall-attività ċentrali tagħha tal-assigurazzjoni tal-kreditu (inklużi l-miri potenzjali għal akkwisti). Minħabba l-istruttura tas-suq ikkonċentrat fl-Ewropa tal-Punent, is-SACE esplorat l-opportunitajiet biex il-kumpanija tespandi fi swieq tal-KEE, fejn, f'dak iż-żmien, it-tliet atturi l-kbar fl-assigurazzjoni tal-kreditu kienu b'mod sinifikanti anqas preżenti minn fl-Ewropa tal-Punent.

    (112)

    Il-Kummissjoni tosserva li, filwaqt li s-SACE BT rċeviet kapital akbar minn dak meħtieġ għat-tkabbir organiku tan-negozju tal-assigurazzjoni tal-kreditu tagħha (l-ewwel pilastru), l-Italja u s-SACE pprovdew dokumenti li juru li s-SACE kienet diġà kkunsidrat u analizzat l-espansjoni nazzjonali u internazzjonali tas-SACE BT (rispettivament it-tieni u t-tielet pilastru) qabel ma stabbiliet is-SACE BT fis-27 ta' Mejju 2004.

    (113)

    Notevolment, it-tieni u t-tielet pilastru ġew ikkunsidrati fl-ittra ddatata s-17 ta' Diċembru 2003 (ara l-premessi 52 u 53) fejn il-konsulent estern, apparti milli ntalab li jħares lejn it-tkabbir endoġenu tas-SACE, kien mitlub janalizza kollaborazzjoni ma' entitajiet oħrajn, kemm Taljani jew anki barranin (bħal xi kollaborazzjoni ma' wieħed mill-ikbar atturi fis-suq, kollaborazzjoni ma' attur sekondarju (pereż. CESCE — Spanja, OND — il-Belġju) u kollaborazzjoni ma' attur Taljan li jopera f'parti oħra tas-suq jew f'settur ieħor finanzjarju). Barra minn hekk, f'Marzu tal-2004, il-konsulent estern kien digà pprovda analiżi supplimentari rigward is-suq Taljan tal-informazzjoni kummerċjali, is-suq Taljan tal-irkupru ta' krediti u l-atturi prinċipali tiegħu fuq l-assigurazzjoni tal-kreditu fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (is-supplimenti għall-pjan tan-negozju). Konsegwentement, anke jekk fiż-żmien li fih ġiet konċessal-ewwel miżura ma saru l-ebda projezzjonijiet finanzjarji eżatti rigward il-profittabilità mill-espansjoni f'servizzi oħra fl-Italja u fi swieq ġeografiċi oħra permezz ta' akkwisti, is-SACE diġà kellha l-analiżi imħejjija minn konsulenti estern ta' reputazzjoni tajba biex issostni tali identifikazzjoni prospettiva ta' miri potenzjali.

    (114)

    Il-Kummissjoni tagħraf li, huwa raġonevoli li wieħed jistenna li jkun hemm aktar konsolidament tal-parteċipanti ż-żgħar fis-suq, kif ukoll il-privatizzazzjoni potenzjali tal-assiguraturi tal-kreditu fil-KEE. Hija wkoll tifhem id-diffikultajiet tas-SACE minkejja l-proċess iterattiv li tevalwa b'mod preċiż f'termini monetarji l-ammont ta' kapital li għandu jintefaq għal dawn l-akkwisti fil-futur u r-redditu li għandu jiġi ġġenerat minn dawn il-kumpanniji, qabel ma s-sid tal-mira potenzjali jaqbel li jbiegħ u r-redditu mistenni jiġi evalwat għal miri ta' akkwist potenzjal bħal dawn.

    (115)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet tas-SACE magħmula qabel l-investiment kif ukoll l-analiżi dettaljata mitluba mill-konsulent estern ta' reputazzjoni tajba, li b'mod preliminari identifika l-miri potenzjali, il-Kummissjoni tista' taqbel mal-pretenzjoni tal-Italja u s-SACE li l-pjani tal-akkwisti ġew ikkunsidrati mis-SACE, meta investiet il-kapital fis-SACE BT, mingħajr ma setgħet tistma l-profittabilità jew is-sinerġiji mistennija tagħhom mingħajr ma kellha aċċess għal dejta interna ta' tali miri potenzjali u mingħajr ma kienet taf il-prezz tal-bejgħ.

    (116)

    Fid-dawl tal-istrateġija estensiva tal-akkwisti, komuni għas-settur u mistennija mis-SACE, il-Kummissjoni tista' wkoll taqbel mal-argument tal-Italja u tas-SACE li l-kapital li għandu jintuża fl-akkwisti fil-futur jista' jiġi approssimat għal investiment f'fond ta' ekwità. Tabilħaqq, f'fond ta' ekwità hija biss ir-rata ta' redditu mistennija li tista' tiġi definita f'konformità ma' punti ta' referenza tas-suq (f'dan il-każ li titqarreb ir-rata tar-ritorn rikjesta bl-akbar tliet atturi li għandhom assigurazzjoni ta' kreditu estiża b'mod sinifikanti permezz ta' akkwisti), filwaqt li aktar evalwazzjoni speċifika ssir qabel kull investiment, ladarba tqum din l-opportunità. Jista' jkun hemm ukoll xi dewmien qabel ma jkun investit il-kapital kollu.

    (117)

    F'termini ta' profittabilità minn akkwisti, il-Kummissjoni tosserva li nkiseb b'konsistenza l-parir ta' konsulent estern qabel ma saru l-akkwisti. Fir-rigward tal-Assedile, il-prezz offrut kien anqas (għall-ewwel akkwist ta' 70 % tas-sehem f'Assedile) jew fil-firxa tal-valutazzjoni, (meta jitqies l-akkwist ikkombinat ta' 100 % ta' Assedile) kif proposta mill-konsulent estern (95). Madankollu, rigward l-investiment f'KUP fl-2007 flimkien ma' SA Ducroire, il-prezz imħallas kien 5 % ogħla mill-valutazzjoni li saret mill-konsulent (Rothschild). Min-naħa l-oħra, pjuttost malajr wara li ndunat li l-profittabilità ta' KUP ma setgħetx tiġi restawrata, SACE BT biegħet dan l-investiment (96). Is-SACE BT biegħet il-parteċipazzjoni tagħha f'KUP b'telf lil SA Ducroire fil-25 ta' Frar 2009 biex timminimizza t-telf tagħha fil-futur (97).

    (118)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll li s-SACE, bħala kumpanija li taħdem fuq l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni fit-tul, għandha xi għarfien dwar is-suq tar-riskju tal-assigurazzjoni tal-kreditu. Għalhekk ma kinitx qed tinvesti mingħajr l-ebda għarfien proprju tas-settur.

    (119)

    Fil-qosor, il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta' negozju tħejja ex ante u bl-għajnuna ta' konsulent estern ta' reputazzjoni tajba li ħares lejn opportunitajiet ġodda tas-suq li kellha quddiemha s-SACE qabel il-ħolqien tas-SACE BT. Barra minn hekk, l-investiment kien immirat b'mod ċar lejn kumpanija stabbilita ġdida u kien mirfud minn pjan ibbażat fuq punti ta' riferiment dettaljati għall-prassi tas-suq, notevolment f'termini ta' kosti u prezzijiet, u kien jidentifika b'mod adegwat l-opportunitajiet ta' negozju għat-tkabbir u l-iżvilupp tiegħu. Fl-aħħar nett u, bħala argument sussidjarju, il-prestazzjoni tal-kumpanija stabbilita ġdida kien suġġett għal monitoraġġ mill-qrib mill-kumpanija possedenti u għal aġġustamenti f'waqthom fl-ewwel snin tan-negozju tagħha.

    (120)

    Meta jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha elenkati hawn fuq u partikolarment il-livell ta' profittabilità li setgħet tkun mistennija mit-tieni u t-tielet pilastru tan-negozju tas-SACE BT, li ġiet mistħarrġa fid-dettall f'dak iż-żmien, jista' jiġi konkluż li l-aspettattiva li jinkiseb redditu adegwat mill-investiment inizjali ta' kapital, jiġifieri mill-ewwel miżura, kienet realistika u konformi mal-prassi tas-suq.

    (121)

    Għalhekk, jista' jiġi konkluż li meta s-SACE injettat il-flus fis-SACE BT, hija rrikjediet (kif stipulat fil-minuti u fin-noti lill-Bord) u setgħet raġonevolment tistenna redditu suffiċjenti fuq l-investiment tagħha.

    (122)

    Bħala konklużjoni, l-ewwel miżura titqies bħala li ma tat l-ebda vantaġġ lis-SACE BT. Għalhekk, din ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna u l-kriterji l-oħra meħtieġa għall-kwalifika bħala għajnuna mill-Istat m'għandhomx għalfejn jiġu vvalutati.

    V.1.1.3.   Il-preżenza ta' vantaġġ fit-tieni miżura

    (123)

    Fil-premessa 100 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha li r-riassigurazzjoni mill-operaturi tas-suq u l-kumpanija possedenti s-SACE ngħatat taħt termini paragunabbli. Ir-riassigurazzjoni pprovduta indirettament mill-Istat (jiġifieri permezz ta' assigurant pubbliku tal-kreditu għall-esportazzjoni, is-SACE) jidher li twassal għall-ħolqien artifiċjali ta' kapaċità li ma tkunx disponibbli fis-suq privat. Barra minn hekk, fil-premessa 103 tad-deċiżjoni tal-ftuħ il-Kummissjoni m'eskludietx li t-tieni miżura tat vantaġġ lis-SACE BT.

    (124)

    L-Italja u s-SACE ma pprovdewx elementi ġodda ta' fatt li jibdlu l-valutazzjoni preliminari mfissra fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

    (125)

    Skont il-punt 4.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni, l-Istati Membri kienu mitluba biex ittemmu l-għoti ta' ċerti tipi ta' għajnuna mill-Istat fi żmien sena mill-pubblikazzjoni ta' din il-Komunikazzjoni, inkluża riassigurazzjoni mill-Istat, kemm direttament, kif ukoll indirettament permezz ta' assigurant appoġġjat mis-settur pubbliku tal-kreditu għall-esportazzjoni, b'kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk li qegħdin għad-disposizzjoni tas-suq privat tar-riassigurazzjoni, li jwassal jew għal ipprezzar baxx wisq tal-kopertura tar-riassigurazzjoni jew għall-ħolqien artifiċjali ta' kapaċità li ma tkunx disponibbli fis-suq privat (il-punt 4.2(f)). Il-punt 4.2 ikompli jfisser li l-arranġamenti komplimentari eżistenti tar-riassigurazzjoni kienu għadhom permissibbli għal perjodu interim, sakemm, fost affarijiet oħra, ir-riassigurazzjoni tal-Istat tkun element ta' minoranza fil-pakkett totali tar-riassigurazzjoni tal-assigurant u r-riassigurazzjoni tal-Istat għal riskji kummerċjabbli tkun miftuħa għall-assiguranti ta' kreditu kollha li jistgħu jissodisfaw il-kriterji komuni tal-eleġibilità. Huwa ċar ħafna li dawn id-disposizzjonijiet tal-aħħar mhux qed jiġu mħarsa fir-rigward ta' dan il-każ peress li l-Istat ħa fuqu l-maġġoranza tar-riassigurazzjoni. Barra minn hekk, ma fetaħx skema miftuħa għall-assiguraturi tal-kreditu kollha.

    (126)

    Fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta' vantaġġ, il-Kummissjoni l-ewwel sejra turi li l-miżura ma setgħetx tinkiseb mill-bqija tas-suq. It-tieni, se turi li s-SACE ma aġixxietx bħala riassiguratur privat. It-tielet, se turi li anki meta wieħed iqis il-fatt li s-SACE kienet il-kumpanija possedenti tas-SACE BT, dan ma jippermettix li wieħed jikkonkludi li s-SACE aġixxiet kif kienet taġixxi kumpanija privata f'sitwazzjoni bħal din. Ir-raba', il-Kummissjoni se turi li riassigurazzjoni pprovduta mis-SACE tipprovdi vantaġġ lis-SACE BT.

    (127)

    Il-Kummissjoni tosserva li, sabiex iġġedded il-kuntratti tagħha tar-riassigurazzjoni għall-2009, fit-30 ta' Jannar 2009, is-SACE BT irnexxielha tiġbor 25,85 % tar-riassigurazzjoni ta' eċċess ta' telf mis-suq għar-riskju tal-kreditu kummerċjabbli tal-2009 (98). Għadd ta' operaturi tas-suq ġew avviċinati u naqsu milli jipprovdu riassigurazzjoni għall-parti li jibqa' minkejja l-allegata profittabilità tagħha (16-il operatur iddeċidew li ma jipparteċipawx). Konsegwentement, “wara diversi tentattivi sabiex jintlaħaq ftehim mal-parteċipanti fis-suq”  (99), is-SACE BT iddeċidiet li tfittex il-parti li jifdal tar-riassigurazzjoni ta' eċċess ta' telf mingħand is-SACE. Is-SACE ssottoskriviet 74,15 % tar-iassigurazzjoni ta' eċċess ta' telf fil-5 ta' Ġunju 2009 bl-istess kundizzjonijiet ta' prijorità, kapaċità u primjum bħar-riassiguraturi privati. Huwa għalhekk ċar li l-għoti mis-SACE ta' 74,15 % tar-riassigurazzjoni ta' eċċess ta' telf ma setax jinkiseb mill-bqija tas-suq (100).

    (128)

    Sabiex jiġi aċċertat jekk miżura bħal din tikkostitwixxix vantaġġ, wieħed irid ukoll jivverifika li, bl-għoti ta' din il-miżura, is-SACE ma aġixxietx kif kien jaġixxi assiguratur privat f'ċirkustanzi simili. Il-Kummissjoni tosserva li l-Italja u s-SACE huma stess irrikonoxxew li l-kriżi finanzjarja globali influwenzat b'mod sinifikanti s-suq tar-riassigurazzjoni dinji u wassal għal kundizzjonijiet ta' riassigurazzjoni restrittivi fl-2009. B'konsegwenza ta' dan, għadd ta' riassiguraturi privati naqqsu b'mod sinifikanti l-kapaċità tagħhom għall-assigurazzjoni tal-kreditu billi naqqsu l-attività tagħhom f'dan is-settur u kienu qegħdin idawwru l-attenzjoni tagħhom lejn oqsma aktar profittabbli, u dan kellu impatt fuq id-disponibbiltà ta' dan it-tip ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni tal-kreditu fis-suq. It-tieni, in-nuqqas tas-SACE BT li ssib riassigurazzjoni fis-suq kien ukoll kaġun tas-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tagħha u diversi riassiguraturi privati differenti involuti fid-diskussjonijiet dwar it-tiġdid tar-riassigurazzjoni tas-SACE BT qajmu tħassib dwar is-sitwazzjoni tal-kumpanija. Is-SACE BT kienet irreġistrat telf sinifikanti fl-2008 (madwar EUR 29,5 miljun). Din is-sitwazzjoni ta' dgħjufija timplika li r-riskju fuq ir-riassigurazzjoni kien ogħla (101). L-imġiba tar-riassiguraturi li pparteċipaw fir-riassigurazzjoni turi li riassiguratur privat kien jieħu biss parti limitata ta' riassigurazzjoni riskjuża bħal din fin-nuqqas ta' tariffa b'mod sinifikanti ogħla. Qatt ma kien se jaċċetta li jkopri perċentwal daqstant għolja ta' 74 % u taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dawk li ġew rikjesti mir-riassiguraturi għal perċentwali ta' riassigurazzjoni ħafna iżgħar. Investitur razzjonali kien jitlob tariffa li tieħu kont tal-livell ogħla ta' riskju li tkun qed tittieħed (102). Għalhekk, it-tariffa mitluba mis-SACE kellha fil-fatt tkun ogħla mit-tariffa mitluba mill-ħames riassiguraturi privati għall-perċentwali ħafna iżgħar ta' riassigurazzjoni (103). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkalkula l-ammont tal-għajnuna fit-tieni miżura bħala d-differenza bejn it-tariffa tar-riassigurazzjoni li assiguratur privat kien jitlob għal porzjon daqstant għoli ta' riassigurazzjoni u dik li ġiet mitluba mingħand is-SACE BT. F'konformità mal-prassi tal-Kummissjoni fil-każijiet (104), il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tariffa għal porzjon daqshekk għoli ta' riassigurazzjoni u ta' riskju kellu jkun ta' mill-inqas 10 % ogħla mill-miżata mitluba minn riassiguraturi privati għall-iżgħar parti tar-riassigurazzjoni u tar-riskju. Għal ammont ta' EUR 1,56 miljun imħallsa mis-SACE BT lis-SACE, l-għajnuna tammonta għal EUR 156 000. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li jista' jkun li l-allokazzjoni ta' porzjon daqshekk għoli ta' riassigurazzjoni għal kumpanija waħda setgħet ma kinitx f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-kumpanija dwar ir-riassigurazzjoni, jiġifieri “l-għadd ta' riassiguraturi li jipparteċipaw għat-trattati għandu jkun tali li jiżgura allokazzjoni xierqa ta' riskju”  (105). Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq il-Kummissjoni tikkonkludi li s-SACE ma aġixxietx bħala riassiguratur privat.

    (129)

    Rigward il-mistoqsija jekk kumpanija possedenti kinitx tipprovdi sehem daqstant kbir ta' riassigurazzjoni f'sitwazzjoni fejn il-kumpanija sussidjarja tagħha ma tkunx tista' ssib fis-suq biżżejjed riassigurazzjoni bil-prezz propost, wieħed irid jinnota li tali kuntratt ta' riassigurazzjoni jwassal biex il-kumpanija possedenti tkun aktar esposta lejn l-operat tal-kumpanija sussidjarja. Fil-każ preżenti, is-SACE fl-2009 kienet f'sitwazzjoni fejn kienet teħtieġ rikapitalizzazzjoni kbira u riassigurazzjoni. Id-deċiżjoni li tingħata din il-miżura għandha għalhekk tiġi analizzata b'mod parallel mal-għoti tat-tielet u r-raba' miżura. Tabilħaqq, it-tieni, it-tielet u r-raba' miżuri kienu kollha kkontemplati mill-Bord tad-Diretturi tas-SACE diġà fis-26 ta' Mejju 2009 (106) sabiex jingħata sostenn lis-SACE BT (107). Kif ser jiġi konkluż mill-evalwazzjoni ta' dawk il-miżuri, investitur privat ma kienx jipproċedi b'dawn ir-rikapitalizzazzjonijiet iżda kien iħalli lill-kumpanija tfalli. Irid għalhekk jiġi konkluż illi kumpanija possedenti privata ma kinitx tipproċedi bil-provvediment tat-tieni miżura, li tkompli żżid aktar l-espożizzjoni tal-kumpanija possedenti għas-sussidjarja tagħha.

    (130)

    Fl-aħħar nett, rigward il-kwistjoni dwar jekk ir-riassigurazzjoni tatx xi vantaġġ lis-SACE BT, kif rikonoxxut mis-SACE (ara l-premessa 70), il-miżura ppermettiet lis-SACE BT biex iżżid il-kapaċità tagħha li tipprovdi l-assigurazzjoni għall-kreditu u b'hekk ippermettitilha li tissottoskrivi aktar kuntratti milli altrimenti kienet tkun tista'. Alternattivament, mingħajr din il-miżura s-SACE BT kien ikollha ssostni dawn ir-riskji fil-karta bilanċjali tagħha/tpoġġi l-kapital tagħha stess f'riskju jew toffri primjum ogħla biex tikseb dik ir-riassigurazzjoni, mill-inqas 10 % ogħla (ara l-premessa 128). Għalhekk, il-miżura ppermettiet is-SACE BT biex tikseb riassigurazzjoni bi prezz aktar baxx, riassigurazzjoni li ppermettitilha tissottoskrivi aktar assigurazzjoni minn dak li setgħet tagħmel mingħajr ir-riassigurazzjoni tas-SACE jew li ġġorr inqas riskji waħedha.

    (131)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tieni miżura pprovdiet vantaġġ lis-SACE BT li jikkorrispondi għad-differenza bejn it-tariffa attwalment imħallsa mis-SACE BT u dik, mill-inqas 10 % ogħla, li riassigurant privat kien jitlob filwaqt li jitqies il-livell ogħla ta' riskju assunt.

    V.1.1.4.   Il-preżenza ta' vantaġġ fit-tielet u r-raba' miżura

    (132)

    Fil-premessa 107 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-possibbiltà li operatur ekonomiku privat jinvesti l-ammont stmat fil-preżent fis-SACE BT. Kif rikonoxxut mill-awtoritajiet Taljani, it-tielet u r-raba' miżura jkopru l-ħtiġijiet tal-kapital tas-SACE BT sabiex tkun tista' tlaħħaq mal-effetti tal-kriżi finanzjarja (108). Fid-dokument għad-diskussjoni (materiale per discussione) fil-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT fil-31 ta' Marzu 2009 hemm previst li s-SACE BT “teħtieġ rikapitalizzazzjoni sa EUR 70 miljun sabiex tikkostitwixxi assi adegwati biex tkopri r-riżervi fl-aħħar tal-2009”  (109). L-istess dokument jipprovdi li diġà fi tmiem l-ewwel semestru tal-2009 l-assi kienu insuffiċjenti biex ikopru r-riżervi, jiġifieri kien meħtieġ ammont ta' EUR 23 miljun fi tmiem Ġunju 2009 u ta' EUR 68 miljun fi tmiem l-2009. Id-deċiżjoni tal-ftuħ tindika li jidher li s-SACE BT ma kinitx f'pożizzjoni li tkopri t-telf irreġistrat fi tmiem l-2008, u l-assi tagħha f'dak il-mument ma kinux biżżejjed biex ikopru riżervi. Jidher li s-SACE BT ma setgħetx tiġbor mis-suq il-kapital injettat fil-kumpanija peress li l-profittabilità mistennija tagħha kienet insuffiċjenti. Ma hemm l-ebda evidenza li s-SACE BT kellha valur pożittiv f'dak iż-żmien.

    (133)

    Fil-premessa 108 tad-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni stiednet lill-Italja biex tikkummenta, jekk it-tielet miżura kinitx neċessarja sabiex tippermetti lis-SACE BT tkompli topera u, jekk iva, x'ikunu l-kosti stmati li s-SACE jista' jkollha ġġorr kieku kellha tbigħ jew tillikkwida lis-SACE BT. Il-Kummissjoni nnutat li kumpanija possedenti kienet tirrikapitalizza s-sussidjarja tagħha, iżda biss jekk ikun hemm probabilità raġonevoli li l-impriża megħjuna terġa' ssir profitabbli (110). Investitur f'ekonomija tas-suq ma kienx jinjetta kapital addizzjonali fis-SACE BT, kieku f'termini ekonomiċi dan kien jiġi jiswa aktar milli biex jiġu likwidati l-assi rispettivi (pereż. billi jinbiegħ l-investiment rispettiv).

    (134)

    Fil-premessi 111 u 117 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-konformità tat-tielet u r-raba' miżura mal-MEIP. Il-Kummissjoni kompliet li ż-żewġ miżuri jidher li taw vantaġġ lis-SACE BT.

    (135)

    Id-deċiżjoni tal-ftuħ (il-premessa 109) tindika li l-pjan disponibbli fil-mument tal-investiment għandu rwol ċentrali. Il-pjan kien ta' sinifikat kruċjali minħabba li investitur privat jipprovdi kapital ġdid lil kumpanija li ma jkollhiex dħul biżżejjed biss, jekk huwa jistenna ritorn lejn livell suffiċjenti ta' profittabilità. Inkella, il-kapital investit imur biss lejn ħlas lura tad-dejn eżistenti tal-kumpanija, mingħajr ma jiġi żgurat li din tibda' tagħmel profitt mill-ġdid fil-futur (111). Mingħajr pjan ta' “ristrutturar” sod, investitur privat razzjonali ma kienx jinvesti (112).

    (136)

    Il-Kummissjoni nnutat li fil-pjan ta' negozju għall-perjodu 2010-2011 l-aktar li pprevediet is-SACE BT kienu miżuri li jkabbru s-sehem fis-suq u l-espansjoni tal-attività aktar milli miżuri biex terġa' tinkiseb il-profitabbilità, pereż. biex jitnaqqsu l-kosti u biex jiġi ristrutturat il-mudell tan-negozju. Is-SACE BT stenniet li żżid is-sehem fis-suq tagħha tan-negozju tal-assigurazzjoni tal-kreditu u tal-avall sa livell ta' mira ta' 15 % fl-2011 u li ssir it-tieni l-akbar attur fis-suq tal-assigurazzjoni tal-kreditu sal-2011. Għall-2009, is-SACE BT stmat li tkun fit-tielet jew ir-raba' post fis-suq tal-assigurazzjoni tal-kreditu u tal-avall. F'dak li għandu x'jaqsam man-netwerk ta' distribuzzjoni tas-SACE BT, il-pjan jipprovdi, fost affarijiet oħra, għal evalwazzjoni tal-possibbiltà ta' opportunitajiet għal aktar akkwisti. Barra minn hekk, il-pjan ta' negozju jiddependifost affarijiet oħra fuq fatturi esterni bħal titjib tax-xenarju ekonomiku u tas-suq u fuq ftuħ progressiv tas-suq tar-riassigurazzjoni sa mill-2011, aktar milli fuq kambjamenti interni.

    (137)

    L-elementi mressqa mill-Italja u mis-SACE matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali ma bidlux l-evalwazzjoni inizjali tal-Kummissjoni stabbilita fid-deċiżjoni ta' ftuħ.

    (138)

    Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kwalifikazzjoni tat-tielet u r-raba' miżura bħala żieda fil-kapital (“aumenti di capitale”) ma nbidlitx. Anki jekk, skont l-Italja, l-operazzjoni ma żiditx l-ammont tal-kapital azzjonarju (“capitale sociale”), il-Kummissjoni tinnota li hija influwenzat b'mod pożittiv l-ekwità tal-azzjonisti (“patrimonio netto”), li hija kategorija usa' mill-kapital azzjonarju (“capitale sociale”), permezz ta' trasferiment mill-kumpanija possedenti s-SACE lejn il-kapital tas-SACE BT (113).

    (139)

    Skont is-SACE, id-deċiżjonijiet biex tiġi rikapitalizzata s-SACE BT ttieħdu fid-dawl tar-ritorn mistenni lejn il-profittabilità fl-2011.

    (140)

    Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar li, meta hija kkonċediet it-tielet miżura, is-SACE ma għamlitx użu minn projettazzjonijiet finanzjarji aġġornati jew pjan ta' negozju li jieħu kont tal-injezzjoni tal-kapital u tal-aħħar dejta finanzjarja. Għalhekk, is-SACE ma kellhiex bażi biex tistenna li s-SACE BT terġa' tirritorna lejn il-profittabilità.

    (141)

    Id-dokument prinċipali kkunsidrat mis-SACE meta kkonċediet ir-raba' miżura jikkonsisti mill-pjan ta' negozju għall-2010-2011. Il-Kummissjoni tinnota li dan il-pjan tan-negozju kien dokument qasir ħafna, li sempliċement kien jistabbilixxi l-prospetti negattivi fis-suq u, b'kunsiderazzjoni speċifika lis-SACE BT, ipprovda biss ftit proporzjonijiet u ċifri finanzjarji ewlenin għall-2010 u l-2011. B'mod partikolari, il-pjan ta' negozju pprovda dejta li turi li s-sitwazzjoni tas-swieq kienet sejra għall-agħar (il-proporzjoni tat-telf kien qiegħed kull ma jmur jiddeterjora, żdied b'71,4 % fl-2008 meta mqabbel mal-2007) u t-telf kien jammonta għal bejn wieħed u ieħor nofs il-fatturat tas-settur. F'dak il-kuntest, il-pjan ipproġetta titjib sinifikanti fil-proporzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-kreditu tas-SACE BT sabiex tintlaħaq profittabilità ta' żero fl-2011 (ara t-Tabella 5). Madankollu, dan ma tax dettalji dwar il-bidliet fl-ipprezzar jew kif jista' jinkiseb it-tnaqqis tal-kosti biex jinkiseb dak il-għan.

    (142)

    Għandu jiġi enfasizzat li l-pjan ta' negozju għall-2010-2011 kien jinkludi biss projettazzjoni ta' profittabilità ta' żero fl-2011, filwaqt li ma pprovda l-ebda element li jindika li s-sitwazzjoni kellha titjieb wara l-2011, u lanqas xi stima ta' profittabilità ġejjiena tas-SACE BT wara dik id-data (fil-fatt lanqas biss tissemma l-possibbiltà li l-kumpanija kienet se tipproduċi profitti wara l-2011). Barra minn hekk, l-objettiv iddikjarat fil-pjan kien limitat għal twaqqif fil-ġenerazzjoni ta' telf mill-kumpanija u biex tkompli tikber il-preżenza tagħha fis-suq, mingħajr ma kien qed jiġi previst xi profitt fil-futur. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra li investitur prudenti tas-suq kien jitlob li jkollu stima affidabbli ta' meta tkun tista' tiġi rrestawrata l-profittabilità ġejjiena għal livelli adekwati.

    (143)

    Jidher ukoll mill-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE fejn ġew approvati t-tielet u r-raba' miżura li l-Bord ta l-approvazzjoni għall-miżuri ta' kapitalizzazzjoni sabiex jiġi kopert it-telf u sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti regolatorji, biex il-kumpanija tkun tista' tkompli twettaq in-negozju. F'dawk il-minuti ma ngħatat l-ebda kunsiderazzjoni għall-profittabilità futura tal-kumpanija. Il-Bord ma kkunsidrax xi likwidazzjoni potenzjali tas-SACE BT, u qabbel xenarju ta' likwidazzjoni mat-triq magħżula li jiġi injettat aktar kapital fil-kumpanija f'diffikultà. Għalhekk, ma rrikjeda u lanqas ikkunsidra xi stima ta' kosti ta' likwidazzjoni u, għalhekk, ma kienx f'pożizzjoni li jikkonkludi li l-injezzjoni tal-kapital kienet twassal għal riżultati ekonomiċi aħjar minn dawk li kienu jinkisbu bil-likwidazzjoni tal-kumpanija.

    (144)

    B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li, meta ġew adottati dawn il-miżuri, is-SACE ma evalwatx jekk l-għoti tal-kapital addizzjonali kienx xi xenarju ekonomiku ta' benefiċċju akbar għaliha bħala azzjonist, milli kienet tkun il-likwidazzjoni tas-sussidjarja. Minħabba ċ-ċirkustanzi fis-suq u n-nuqqas ta' kwalunkwe previżjonijiet ta' profittabilità għas-SACE BT f'dak iż-żmien, operatur tas-suq privat prudenti ma kienx jagħmel l-investiment mingħajr it-tali konsiderazzjoni. Għal din ir-raġuni biss, wieħed jista' għalhekk jikkonkludi li s-SACE m'aġixxietx bħala operatur tas-suq privat prudenti u, għalhekk, l-injezzjonijiet ta' kapital magħmula bit-tielet u r-raba' miżura għandhom jiġu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat.

    (145)

    Il-Kummissjoni żżid ukoll, għall-finijiet ta' kompletezza, li hija mhix f'qagħda li taqbel mal-argument tas-SACE li l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji ta' kapital kienet tkun biżżejjed biex investitur tas-suq privat prudenti jinjetta aktar kapital f'kumpanija. Kif previst fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KEE (“il-Komunikazzjoni tal-MEIP”) (114), l-investituri spiss ikunu obbligati bil-liġi li jikkontribwixxu b'ekwità addizzjonali f'kumpaniji li l-bażi kapitali tagħhom tkun tnaqqret minn telf kontinwu għal taħt livell predeterminat. Biex twieġeb għall-pretensjonijiet tal-Istati Membri li dawn l-injezzjonijiet ta' kapital ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna minħabba li huma qegħdin sempliċement biex jiġi ssodisfat obbligu legali, il-Komunikazzjoni tal-MEIP tipprovdi li l-investituri privati, affaċċjati b'sitwazzjoni bħal din jikkunsidraw l-opzjonijiet l-oħra kollha — inkluża l-likwidazzjoni jew l-għeluq (115) — u jagħżlu dik li hi finanzjarjament l-iktar vantaġġuża.

    (146)

    Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-SACE setgħet ħalliet lis-SACE BT tfalli, peress li kienet kumpanija b'responsabbiltà limitata. Is-SACE ma kienx ikollha għalfejn tkopri r-responsabbiltajiet tas-SACE BT. Is-SACE għandha raġun tgħid li l-investituri privati jista' jkun jieħdu f'kunsiderazzjoni affarijiet oħra, bħal ma hija l-immaġini pubblika (116). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f'ENI/Lanerossi li l-assorbiment temporanju minn kumpanija possedenti ta' telf iġġenerat minn sussidjarja “li tkun għaddejja minn diffikultajiet temporanji, iżda li tkun kapaċi li terġa' ssir profittabbli, possibbilment wara riorganizzazzjoni”, tista' tiġi ġġustifikata mhux biss mill-prospett ta' benefiċċju materjali indirett, iżda wkoll minn konsiderazzjonijiet oħra, jiġifieri l-protezzjoni tal-immaġni pubblika tal-grupp u r-riorjentazzjoni tal-operazzjonijiet tagħha (117). Madankollu, il-Qorti ddeċidiet li jekk ma jkunx hemm il-prospettiva ta' profittabilità, anke għat-tul, allura kull injezzjoni ta' kapital għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat (118). Konsegwentement, kif ikkonfermat mill-każistika, l-argumenti għandhom sinifikat limitat f'rabta mal-applikazzjoni tat-test tal-investitur privat fin-nuqqas ta' xi previżjoni, fil-mument tal-injezzjonijiet ta' kapital, li s-SACE BT tkun tista' tipproduċi profitti wara l-2011, lanqas għat-tul.

    (147)

    Barra minn hekk, l-Italja u s-SACE ma pprovdew l-ebda element biex juru u jikkwantifikaw l-effetti ekonomiċi negattivi li l-allegat deterjorament tal-immaġini pubblika tas-SACE jipproduċi għal din il-kumpanija.

    (148)

    Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-attivitajiet tal-assigurazzjoni tas-SACE huma mħaddma taħt garanzija mill-Istat. Konsegwentement, il-partijiet assigurati jafu li l-Istat se jiżgura illi huma jitħallsu kwalunkwe kumpens li huma intitolati għalih skont dawk l-assigurazzjonijiet. Għalhekk il-Kummissjoni ma tarax għaliex il-klijenti assigurati tas-SACE ghandhom ikunu inkwetati li sussidjarja tas-SACE li m'għandhiex garanzija mill-Istat u li għandha l-forma ta' kumpanija b'responsabbilità tkun likwidata. L-Italja u s-SACE ma pprovdew l-ebda ġustifikazzjoni għaliex għandhom ikunu affettwati dawn l-attivitajiet tas-SACE operati taħt il-garanzija tal-Istat.

    (149)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li, minħabba li s-SACE topera l-attivitajiet tal-assigurazzjoni tagħha b'garanzija statali, dawn ma jikkostitwixxux attivitajiet tas-suq li operatur privat jista' jwettaq (preċiżament, il-garanzija fuq l-attivitajiet tal-assigurazzjoni tas-SACE ma tikkostitwixxix għajnuna peress li dawn jitqiesu bħala attivitajiet li mhumiex offruti mis-suq u għalhekk ma hemmx distorsjoni tal-kompetizzjoni). Il-Kummissjoni tqis li, meta tkun qed tqis jekk investitur privat fil-pożizzjoni tas-SACE kienx iħalli lil sussidjarja bħal ma hi s-SACE BT tfalli jew li jirrikapitalizzaha, wieħed ma jistax jikkunsidra l-effett negattiv possibbli tal-likwidazzjoni tas-SACE BT fuq dawn l-attivitajiet mhux tas-suq imwettqa mis-SACE, peress li investitur privat qatt ma jista' jkun f'pożizzjoni li jwettaq dawn l-attivitajiet.

    (150)

    Kif indikat, fil-mument meta ħadet it-tielet u r-raba' miżura s-SACE ma pparagunatx xenarju ta' likwidazzjoni mat-triq magħżula li jiġi njettat aktar kapital fis-SACE BT minkejja d-diffikultajiet tagħha. Għal finijiet ta' kompletezza, fil-paragrafi hawn taħt il-Kummissjoni, fi kwalunkwe każ se turi li, jekk is-SACE kienet għamlet tali paragun, kienet tirrealizza li l-likwidazzjoni tas-SACE BT kienet tkun ħafna aktar konvenjenti mill-injettar ta' 70 miljun ta' kapital ulterjuri fis-SACE BT minkejja d-diffikultajiet tagħha.

    (151)

    Biex jiġi ddeterminat jekk is-SACE, bħala l-uniku azzjonist fis-SACE BT, kinitx tmur aħjar billi tinvesti l-kapital addizzjonali ta' EUR 70 miljun minflok li s-SACE BT tiġi llikwidata (billi jiġu żmantellati l-attivitajiet tagħha), wieħed irid iqabbel il-flussi ta' flus mistennija, jekk ikun hemm, lejn is-SACE bħala azzjonista fix-xenarju ta' likwidazzjoni (l-iżmantellar) ma' dawk mistennija fix-xenarju tal-injezzjoni tal-kapital. Abbażi tal-informazzjoni li ġiet sottomessa, l-Italja u s-SACE, fil-mument, ma kinux għamlu l-valutazzjoni tas-sehem azzjonarju tagħhom fis-SACE BT fix-xenarju ta' qabel l-injezzjoni u f'dawk ta' wara l-injezzjoni.

    (152)

    Il-Kummissjoni tosserva li fi tmiem Mejju 2009 u l-bidu ta' Lulju 2009, meta l-Bord tas-SACE BT ddeċieda li jikkonċedi t-tielet u r-raba' miżura, diġà kien mistenni li, apparti t-telf kbir irreġistrat fl-2008 (EUR 29,5 miljun), is-SACE BT kienet stmata li tiġġenera aktar telf sinifikanti fl-2009 (ta' EUR 53,4 miljun (119)), tali li l-kapital li jifdal fi tmiem l-2009 kien mistenni li jammonta għal EUR 24,2 miljun. B'mod partikolari, fi tmiem l-ewwel kwart tal-2009 (1Q2009) il-valur kontabbli ta' ekwità tas-SACE BT (b'kunsiderazzjoni tat-telf irreġistrat f'dak il-perjodu ta' EUR 22,6 miljun) kien ta' EUR 55 miljun u t-telf mistenni għas-sena sħiħa 2009 kienu ta' EUR 53,4 miljun. Għalhekk, f'xenarju ta' qabel l-injezzjoni, il-valur kontabbli ta' ekwità mistenni fi tmiem l-2009 kien jammonta għad-differenza bejn il-valur kontabbli f'1Q2009, EUR 55 miljun, u l-bqija tat-telf mistenni għas-sena, jiġifieri EUR 30,8 miljun (EUR 53,4 miljun barra EUR 22,6 miljun), li tkun ugwali għal EUR 24,2 miljun.

    (153)

    Fix-xenarju ta' wara l-injezzjoni, ikun mistenni li l-valur kontabbli tal-ekwità jiżdied bl-ammont tar-rikapitalizzazzjonijiet (EUR 70 miljun), u li jkun jammonta għal EUR 94,2 miljun.

    (154)

    F'dak il-kuntest, għandu jiġi nnotat li f'xenarju ta' likwidazzjoni, l-azzjonisti huma biss intitolati għar-rikavat residwali biss, jekk ikun għad hemm, wara li jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kollha tal-kumpanija u l-kosti dovuti kollha tal-likwidazzjoni. Ir-riżultat tal-likwidazzjoni jiddependi fuq il-valur u l-possibbiltà ta' bejgħ tal-assi tal-kumpanija.

    (155)

    Bħala valutazzjoni konservattiva ħafna, il-Kummissjoni tieħu f'kunsiderazzjoni li fix-xenarju ta' likwidazzjoni s-SACE ma tkun irkuprat l-ebda parti mill-investiment kapitali fis-SACE BT.

    (156)

    Bħala l-pass li jmiss, sabiex tiġi vvalutata l-attrazzjoni relattiva tal-injezzjoni ta' EUR 70 miljun ta' kapital fis-SACE BT meta mqabbel max-xenarju tal-likwidazzjoni, għandu jiġi vvalutat x'kien il-valur tal-kumpanija (jiġifieri l-valur tas-suq ta' sehem ta' 100 % ta' ekwità fil-kumpanija) wara l-injezzjoni tas-EUR 70 miljun.

    (157)

    Jekk il-valur tal-kumpanija wara l-injezzjonijiet ta' kapital tal-2009 kien daqs jew ogħla minn EUR 70 miljun, allura seta' kien hemm tendenza li investitur privat jipproċedi b'dan l-investiment.

    (158)

    Dan il-valur tal-kumpanija jiddependi fuq l-istima tal-valur preżenti ta' flussi ta' flus futuri (il-kurrent tal-fluss tal-flus) lill-azzjonist.

    (159)

    F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li fil-pjanijiet ta' negozju u/jew il-projezzjonijiet disponibbli fil-mument ma kien hemm l-ebda fluss mistenni ta' profitti futuri li jkunu jistgħu juru li l-valur tas-suq ikun qrib is-EUR 70 miljun. Barra minn hekk, peress li l-kumpanija ma kinitx profittabbli qabel il-kriżi, wieħed ma setax jippretendi li, ladarba s-sitwazzjoni makroekonomika u s-swieq finanzjarji jiġu għan-normal, il-kumpanija awtomatikament tmur lura għal profittabilità xierqa. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li, abbażi tan-nuqqas ta' kurrent tal-fluss ta' flus mistennija ipprojettata għas-SACE BT, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-valur tas-suq tagħha wara l-implimentazzjoni tat-tielet u r-raba' miżura seta' kien EUR 70 miljun jew aktar. Bħala riżultat, investitur privat prudenti kien jippreferi li jħalli s-SACE BT tfalli (jew ibiegħha, jekk ikun jista' jinstab xerrej) minflok ma jipproċedi bir-rikapitalizzazzjoni tagħha. Għaldaqstant, din l-analiżi addizzjonali turi li s-SACE, meta kkonċediet it-tielet u r-raba' miżura, ma aġixxietx bħala investitur f'ekonomija tas-suq.

    (160)

    Bħala argument sekondarju, investitur kellu mnejn uża indikatur ieħor biex jasal għall-valur tal-kumpanija, bħall-metodu ta' valutazzjoni li wieħed jimmultiplika multiplu “price-to-book” (P/B), miksub minn kumpaniji komparabbli li l-ishma tagħhom ikunu nnegozjati fil-borża, bil-valur kontabbli tal-kumpanija.

    (161)

    Sa fejn taf il-Kummissjoni, Euler-Hermes hija l-unika kumpanija Ewropea tal-assigurazzjoni ta' kreditu li hija kkwotata fil-borża, u għalhekk wieħed jista' jħares lejn il-P/B tagħha. Hija kumpanija ta' riskju relattivament baxx (120), peress li bil-provi rnexxiela tegħleb ir-reċessjonijiet tal-passat b'mod relattivament tajjeb, għamlet profitt fl-2008 u f'1Q2009 u anke qassmet dividendi fl-2008. Għalhekk, il-valur ta' kumpanija ta' riskju ogħla bħal ma hi s-SACE BT ikun taħt il-valutazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-multiplu P/B ta' Euler-Hermes. Il-P/B ta' Euler-Hermes f'1Q2009 kien ta' madwar 0,60 (121). Għalhekk, bl-applikazzjoni ta' dan il-multipu għall-valur kontabbli mistenni tas-SACE BT fl-aħħar tal-2009 ta' EUR 94,2 miljun, il-valur tal-kumpanija jiġi jammonta għal EUR 56,52 miljun, jekk il-profili tar-riskju tal-kumpaniji jkunu paragunabbli.

    (162)

    Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li s-SACE BT ma kinitx profitabbli qabel il-kriżi (kuntrarju għall-pjan ta' negozju tagħha stess) u ma kien hemm l-ebda pjan ta' negozju li juri possibbiltà li din setgħet tirritorna lejn il-profittablità. Bħala riżultat ta' dan, tista' tiġi kkunsidrata bħala kumpanija b'mod sinifikanti iktar riskjuża milli hi Euler-Hermes, u għalhekk il-valur tal-kumpanija fil-mument li fih ġew konċessi l-miżuri kien ikun konsiderevolment anqas minn EUR 56,52 miljun.

    (163)

    Barra minn hekk, l-Italja rrikonoxxiet ukoll li ċ-ċirkostanzi tas-suq kienu tali li l-valutazzjoni tas-suq tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni f'dawk iż-żminijiet kienet ferm baxxa (122).

    (164)

    Bħala konklużjoni, bħal fil-każ tal-applikazzjoni ta' valutazzjoni abbażi ta' flussi futuri ta' flus, l-applikazzjoni tal-valutazzjoni “price to book” ukoll twassal lil investitur privat biex jikkonkludi li jkun aħjar li jħalli s-sussidjarja tfalli milli jinvesti 70 miljun oħra fiha.

    (165)

    Ukoll bħala riżultat tal-analiżi ta' hawn fuq, jista' għalhekk jiġi konkluż li s-SACE marret agħar wara li kkonċediet it-tielet u r-raba' miżura milli kienet tmur f'xenarju ta' likwidazzjoni.

    (166)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, kif enfasizzat mis-SACE, diversi investituri tas-suq injettaw aktar kapital fis-sussidjarja tagħhom tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni matul il-kriżi. Minħabba l-livell għoli ta' inċertezza u urġenza, seta' ġara li dawn l-investituri ma kellhomx disponibbli b'mod immedjat projettazzjonijiet sħaħ fil-mument tal-investimenti tagħhom. Madankollu, il-kumpaniji tal-kreditu għall-esportazzjoni li rċevew rikapitalizzazzjonijiet mill-azzjonisti tagħhom kellhom rekord ta' profittabilità qabel il-kriżi, b'tali mod li kien aktar probabbli li jinkiseb ritorn għall-profittabilità. Madankollu, is-SACE BT kella rekord ta' telf. Quddiem sussidjarja li diġà kienet qed tagħmel it-telf jew fejn id-dħul kien qiegħed kemm kemm jibbilanċja l-infiq fis-snin ta' qabel il-kriżi (filwaqt li l-pjan ta' negozju tagħha kien jantiċipa żieda stabbli fil-profittabilità), investitur privat kien isibha aktar bi tqila li jinjetta ammont kbir ta' kapital. Kien jivverifika jekk hemmx xi tama li xi darba l-kumpanija ssir biżżejjed profittabbli. Il-Kummissjoni tosserva li fl-2009 ma sar l-ebda tbassir finanzjarju li jindika t-triq lejn il-profittablità. Investitur prudenti ma kienx jinvesti ammont kbir ta' kapital addizzjonali fil-kumpanija f'ċirkostanzi bħal dawn.

    (167)

    Is-SACE targumenta li s-SACE BT kienet għadha fil-fażi inizjali u għaldaqstant kien aktar diffiċli għall-kumpanija biex tkun tista' tlaħħaq mal-effetti tal-kriżi finanzjarja. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li s-sena 2008, meta faqqgħet il-kriżi, diġa kienet ir-raba' sena ta' attività għas-SACE BT. Skont il-prassi tal-Kummissjoni, kumpanija fil-prinċipju titqies bħala ġdida għall-ewwel tliet snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet fil-qasam ta' attività relevanti tagħha (123). It-tieni, anki jekk kien minnu li s-SACE BT kienet għadha fil-fażi inizjali tagħha, mhux ċar x'effett dan kien ikollu fuq l-applikazzjoni tal-MEIP. Tabilħaqq, investitur privat xorta waħda kien iqabbel il-valur mistenni tas-suq tal-kumpanija wara r-rikapitalizzazzjoni (abbażi tal-profitabbilittà mistennija tagħha) u jqabbilha mal-opzjoni li jħalli lill-kumpanija tfalli, jew inkella jbiegħha. L-Italja u s-SACE ma tawx prova li, minħabba li s-SACE BT xorta waħda tkun għadha fil-fażi inizjali tagħha, is-SACE setgħet tistenna minnha profittabilità ogħla fil-futur. Kif indikat fil-premessa 77, l-uniku pjan ta' negozju disponibbli fil-mument kien wera biss ritorn lejn kontijiet bilanċjati fl-2011. Ma wera l-ebda ritorn lejn il-profitti.

    (168)

    Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li t-tielet u r-raba' miżura jikkostitwixxu vantaġġ lis-SACE BT, billi dawn ipprovdewlha kapital li ma setgħetx issib fis-suq. Dan il-kapital ippermetta lill-kumpanija tkompli topera minkejja n-nuqqas ta' projettazzjonijiet li jindikaw li kellha tipproduċi profitti, lanqas fit-tul.

    V.1.2.   L-imputabilità u r-riżorsi tal-Istat

    (169)

    Fil-premessi 73–78 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni applikat l-indikaturi “Stardust Marine” (124) biex tagħti prova tal-imputabilità tal-miżura, filwaqt li qieset li s-SACE hija kompletament proprjetà tal-Istat. Skont il-ġurisprudenza stabbli (ara, b'mod partikolari s-sentenza Stardust Marine), anki jekk l-Istat ikun f'pożizzjoni li jikkontrolla impriża pubblika u li jeżerċita influwenza dominanti fuq l-operazzjonijiet tagħha, wieħed ma jistax jippresupponi b'mod awtomatiku min hu responsabbli tal-eżerċizzju attwali ta' dak il-kontroll f'xi każ partikolari. Konsegwentement, huwa meħtieġ li jkun determinat jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx jiġu kkunsidrati bħala li kienu involuti b'xi mod fl-adozzjoni tal-miżuri involuti.

    (170)

    Madankollu, skont is-sentenza Stardust Marine:

    “53.

    Ma jistax jiġi mitlub li jiġi pprovat, abbażi ta' talba preċiża, li fil-każ partikolari l-awtoritajiet pubbliċi konkretament ħeġġu lill-impriża pubblika sabiex taddotta l-miżuri ta' għajnuna inkwistjoni. Fl-ewwel post, wara li jiġi kkunsidrat il-fatt li r-relazzjonijiet bejn l-Istat u l-impriżi pubbliċi huma qrib, hemm riskju reali li l-għajnuna mill-Istat tingħata permezz tal-intermedjarju ta' dawk l-impriżi b'mod mhux trasparenti u bi ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti mit-Trattat.

    54.

    Barra minn hekk, bħala regola ġenerali, ikun diffiċli ferm għal parti terza, preċiżament minħabba r-relazzjonijiet privileġġjati li jeżistu bejn l-Istat u intrapriża pubblika, li jintwera f'xi każ konkret li l-miżuri ta' għajnuna li jittieħdu minn tali intrapriża fil-fatt ikunu ġew adottati skont l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi.

    55.

    Għal dawk ir-raġunijiet, irid jiġi aċċettat li l-imputabilità lill-Istat ta' miżura ta' għajnuna meħuda minn impriża pubblika tista' tiġi dedotta minn sett ta' indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li tkun fih ittieħdet dik il-miżura.”

    (171)

    Sussegwentement, il-Qorti indikat l-indikaturi li ġejjin li jippermettu li jiddeduċu l-imputabilità lill-Istat ta' miżura meħuda minn impriża pubblika: (i) il-fatt li l-impriża inkwistjoni ma setgħetx tieħu d-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma jittieħdu f'kunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi; il-fatt (ii) il-fatt li, apparti minn fatturi ta' natura organiku li rabtu l-impriżi pubbliċi mal-Istat, impriża pubblika, permezz tal-intermedjarju li lilu tkun ingħatat l-għajnuna, kellha tqis id-direttivi maħruġa minn korp ta' gvern ċentrali, jiġifieri il-Comitato Interministeriale per la Programmazione Economica (CIPE); (iii) l-integrazzjoni tal-impriża pubblika fl-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika tal-Istat; (iv) in-natura tal-attivitajiet tal-impriża u jekk tali attivitajiet jiġux eżerċitati fis-suq f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni ma' operaturi privati; (v) l-istatus legali tal-impriża (fis-sens li hija soġġetta għal-liġi pubblika jew għal-liġi ordinarja tal-kumpaniji); (vi) l-intensità tas-superviżjoni eżerċitata mill-awtoritajiet pubbliċi fuq il-ġestjoni tal-impriża, jew (vii) kwalunkwe indikatur ieħor li juri li, fil-każ partikolari, involviment mill-awtoritajiet pubbliċi fl-adozzjoni ta' miżura jew l-improbabbiltà li ma jkunux involuti, f'kunsiderazzjoni wkoll għall-firxa tal-miżura, il-kontenut tagħha jew il-kundizzjonijiet li fiha.

    (172)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa 79 tad-deċiżjoni tal-ftuħ li kien ferm improbabbli li l-miżuri taħt l-investigazzjoni kienu ġew adottati mingħajr xi involviment mill-Istat.

    (173)

    Bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Italja u s-SACE jsostnu li l-ebda waħda mill-erba' miżuri ma hija imputabbli lill-Istat, minħabba li d-deċiżjonijiet ittieħdu mis-SACE f'indipendenza sħiħa mill-Istat. L-Italja pprovdiet elementi fattwali u ġustifikazzjoni addizzjonali bl-argument li l-miżuri mhumiex imputabbli lill-Istat.

    (174)

    Sabiex tiġi evalwata l-ġurisprudenza invokata mill-Italja, ta' min wieħed jinnota li fil-kawża Olympic Airways, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni semmiet il-kriterji “Stardust Marine” iżda fil-fatt m'applikathomx. Il-Qorti osservat li fil-fatt il-Kummissjoni sempliċement assumiet li l-miżura kienet attribwibbli lill-Istat Grieg, mingħajr ma semmiet xi raġunijiet għal xiex assumiet hekk (125). Għalhekk il-Qorti sabet li r-raġunament tal-Kummissjoni ma kienx suffiċjenti biex tiġi stabbilita imputabilità fil-każ, mhux li l-miżura kienet fiha nnifisha mhux imputabbli.

    (175)

    Fir-rigward tas-sentenza SIC-RTP (126), invokata mill-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni tinnota li f'dik is-sentenza l-QPI ikkonfermat l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li ċerti deċiżjonijiet ikkontestati tal-kumpanija li kienet qabel tal-Istat, Portugal Telecom (li kienu jikkonsistu mill-aċċettar ta' pagamenti tard tal-ħlas għall-użu tan-netwerk mix-xandar pubbliku RTP) ma kinux imputabbli lill-Istat. Madankollu, is-sentenza tal-QPI kienet ibbażata fuq iċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' dan il-każ. B'mod partikolari, fil-kawża SIC-RTP il-QPI nnutat, fost affarijiet oħra, li l-applikant ma kkontestax l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-faċilitajiet ta' pagament kienu prinċipalment ikkawżati minn tilwima bejn l-RTP u l-Portugal Telecom dwar il-livell ta' kemm għandu jkun il-ħlas għall-użu tan-netwerk (127). Barra minn hekk, il-QPI nnutat li l-Kummissjoni kienet sabet, mingħajr ma dan ġie kkontestat mill-applikant, li l-imġieba ta' Portugal Telecom ma nbidlitx wara l-privatizzazzjoni tagħha (128). Għalhekk huwa ċar li l-evalwazzjoni tal-QPI kienet tikkonċerna sitwazzjoni partikolari li kienet differenti ħafna minn dik tad-deċiżjoni preżenti.

    (176)

    Il-Kummissjoni sabet evidenza ulterjuri dwar l-imputabilità tal-miżuri fid-dokumenti addizzjonali ppreżentati mill-Italja u mis-SACE. Simili għad-deċiżjoni tal-ftuħ, l-indikaturi “Stardust Marine” huma applikati fid-deċiżjoni preżenti sabiex tingħata prova tal-imputabilità tat-tieni, it-tielet u r-raba' miżura.

    (177)

    Minkejja li s-SACE mhix integrata fl-amministrazzjoni pubblika u ma teżerċitax awtorità uffiċjali, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-indikaturi ġenerali li ġejjin juru l-imputabilità lill-Istat tal-miżuri konċessi mis-SACE: (129)

    (a)

    Il-membri kollha tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE (“Consiglio di Amministrazione”) huma nominati fuq proposta mill-Istat Taljan, skont l-Art. 6(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru. 269/2003 (130).

    (b)

    Is-SACE ma teżerċitax l-attivitajiet tagħha “fis-suq f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni ma' operaturi privati”:

    (i)

    Il-missjoni tas-SACE fl-2004 kienet (u, sal-lum, għadha hekk) biex tinżamm u tiġi promossal-kompetittività tal-ekonomija Taljana u essenzjalment din tkopri riskji mhux kummerċjabbli skont it-tifsira tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni (jiġifieri kienet topera fil-qasam, li ma jitqiesx bħala soġġett għall-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni tas-suq).

    (ii)

    L-attività tas-SACE minn dejjem kienet tgawdi minn garanzija mill-Istat, b'differenza minn dak li hu permess mir-regoli tal-għajnuna mill-Istat għal impriżi pubbliċi oħrajn li joperaw f'kompetizzjoni ma' operaturi privati tas-suq.

    (iii)

    Ir-rapporti finanzjarji tas-SACE huma soġġetti għall-kontroll tal-Qorti tal-Awdituri, u l-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi irid jippreżenta rapporti annwali lill-Parlament Taljan rigward l-attività tagħha.

    (iv)

    Rigward l-influwenza tal-Istat fuq l-allokazzjoni ta' riżorsi lis-SACE, is-CIPE irid jiddelibera kull sena mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju fuq il-projettazzjonijiet finanzjarji kif ukoll fuq il-ħtiġijiet finanzjarji relatati ma' ċerti riskji u biex jiddefinixxi limiti globali għal riskji mhux kummerċjabbli li jkunu se jitqiegħdu fuq spallejn is-SACE, b'distinzjoni bejn garanziji ta' anqas minn 24 xahar, u oħrajn li jdumu aktar (131).

    (c)

    L-istatuti tas-SACE BT jipprevedu li minbarra d-dispożizzjonijiet legali regolarment applikati fil-każ ta' kumpaniji privati tal-assigurazzjoni, is-SACE BT hija wkoll soġġetta għal dispożizzjoni ta' liġi (132) li tiddikjara li fil-każ li tinħoloq entità legali ġdida biex tipprovdi kopertura għal riskji kummerċjabbli, is-SACE m'għandhiex ikollha anqas minn 30 % tal-kapital tagħha. Jidher għalhekk li anke wara l-kostituzzjoni tas-SACE BT l-appoġġ kontinwu lilha (it-tieni, it-tielet u r-raba' miżura) kien influwenzat mill-Istat Taljan sal-punt li d-dispożizzjoni leġiżlattiva msemmija hawn fuq kienet teskludi li tali riskji jiġu żarmati u/jew mibjugħa fl-intier tagħhom lil operatur tas-suq (133).

    (178)

    Minbarra l-indikaturi ġenerali mogħtija fil-premessa 177, jistgħu jiġu identifikati indikaturi oħra speċifiċi għall-kundizzjonijiet tal-konċessjoni tat-tieni, it-tielet u r-raba' miżura:

    (a)

    Tnejn mill-erba' membri (“Consiglieri”) tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE (“Consiglio di Amministrazione”) kellhom pożizzjonijiet maniġerjali fl-amministrazzjoni Taljana (134), jiġifieri f'dak li kien il-Ministeru tal-Kummerċ Barrani (li llum huma l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku) u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, fil-mument meta ġew konċessi t-tieni, it-tielet u r-raba' miżuri. Minn din il-pożizzjoni, il-membru tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE, li wkoll kellu pożizzjoni maniġerjali fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin (Ministru Plenipotenzarju, Direttur Ġenerali għal Kooperazzjoni Ekonomika u Finanzjarja Multilaterali, fil-Ministeru Taljan tal-Affarijiet Barranin), iddikjara fil-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE fl-1 ta' April 2009 li m'għandux ikun hemm tnaqqis fil-kapaċità tal-assigurazzjoni “la fis-settur mhux kummerċjabbli, u lanqas għar-riskji kummerċjabbli” (135). Barra minn hekk, il-membru tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE, li wkoll kellu pożizzjoni maniġerjali fil-Ministeru tal-Kummerċ Barrani (dak li llum huwa l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku — id-Direttur tad-Diviżjoni Ġenerali għall-politika tal-internazzjonalizzazzjoni tal-Ministeru għall-Kummerċ Barrani), iddikjara fl-istess laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE tal-1 ta' April 2009 li l-appoġġ ipprovdut lis-sistema [ta' impriżi Taljani] min-negozji li tagħmel mis-SACE mhix dejjem tkun perċepita b'mod ċar esternament, li tikkoinċidi, ukoll, mal-importanza li s-SACE BT tingħata appoġġ, anki permezz tar-rikapitalizzazzjoni tagħha (136).

    (b)

    Ir-rwol tal-kumpanija possedenti, is-SACE, u tal-kumpaniji l-oħra tal-grupp, li b'hekk jinkludu s-SACE BT, ġie rikonoxxut bħala wieħed importanti għall-irkupru tal-ekonomija Taljana. Fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' April 2009, il-Bord tad-Diretturi tas-SACE rrikonoxxa l-importanza li jingħata appoġġ lis-SACE BT, b'mod li l-grupp SACE jwettaq il-funzjoni istituzzjonali tiegħu li jsostni lill-impriżi Taljani (137). Din il-pożizzjoni ġiet ripetuta fl-istqarrija għall-istampa tal-1 ta' April 2009 dwar il-pubblikazzjoni tar-riżultati kkonsolidati tal-Grupp SACE (138) fejn ġie ddikjarat li: “Il-Bord tad-Diretturi enfasizza r-rwol tal-Grupp SACE fis-sistenn tal-ekonomija Taljana. Dan ir-rwol għandu importanza strateġika partikolari fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja attwali, li mhix sempliċement riċessjoni fiċ-ċiklu tipiku tan-negozju. Il-Bord huwa fiduċjuż li l-miżuri u l-kompetenza finanzjarja tas-SACE jistgħu jkunu ta' kontribut maġġuri għall-irkupru tal-ekonomija Taljana”. Dikjarazzjonijiet bħal dawn jikkonfermaw il-konklużjoni msemmija aktar 'l fuq li n-natura tal-attivitajiet tas-SACE mhix purament waħda orjentata lejn il-profitti u fuq kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni tas-suq (139). B'dan il-mod, is-SACE tiddistingwi ruħha minn kumpaniji oħrajn proprjetà tal-Istat li għandhom objettivi purament kummerċjali, jiġifieri biss li jiġġeneraw il-qligħ fuq l-ekwità u jqassmu l-profitti ġġenerati permezz ta' dividendi. Dan isaħħaħ il-konklużjoni li s-SACE ġiet użata mill-Istat bħala strument biex jaqdi l-missjoni prinċipali tiegħu tal-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż. Bl-istess mod, mill-minuti tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE tas-26 ta' Mejju 2009, meta l-Bord iddikjara l-intenzjonijiet tiegħu li jsostni lis-SACE BT permezz tat-tieni, it-tielet u r-raba' miżura, jidher li sostenn bħal dan kien ukoll immotivat mir-rwol tas-SACE BT li tikkontrobwixxi għall-iżvilupp tal-impriżi Taljani (140). Barra minn hekk, jidher li l-miżuri meħuda matul il-kriżi finanzjarja favur is-SACE BT jistgħu jkunu marbuta wkoll mar-rwol tal-grupp li jsostni l-irkupru tal-ekonomija Taljana.

    (c)

    Jeżistu biżżejjed elementi li juru li huwa ġġustifikat li wieħed jgħid li l-missjoni tas-SACE BT tmur lil hinn mill-għanijiet ta' operatur ekonomiku privat. Tali missjoni kienet rikonoxxuta wkoll fil-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT (“Consiglio di Amministrazione”) tas-27 ta' Mejju 2009 fir-rigward tad-diskussjonijiet dwar il-baġit rivedut tas-SACE BT għall-2009, fejn kien hemm bżonn ta' rikapitalizzazzjoni ta' EUR 70 miljun sabiex ikunu jistgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tas-solvibilità: “[…]”  (141), (142).

    (179)

    Rigward it-tieni miżura, it-taqsima tal-Ġestjoni tar-Riskju tas-SACE, f'nota ddatata d-19 ta' Marzu 2009 (143) (li kellha bħala għan li jiġi vverifikat jekk l-istima ta' profittabilità tas-SACE li jirriżultaw mill-kuntratt tar-riassigurazzjoni kinitx konformi mar-riskji meħuda), tat opinjoni favorevoli għal ġestjoni tas-SACE rigward il-parteċipazzjoni tal-kumpanija fil-kuntratt ta' riassigurazzjoni. Fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' April 2009, il-Bord tad-Diretturi tas-SACE approva l-parteċipazzjoni tas-SACE fil-kuntratt tat-Telf tal-Eċċess tas-SACE BT għall-ammont mhux kopert mir-riassiguraturi tas-suq u sa telf potenzjali ta' EUR 48 miljun, bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk aċċettati minn riassiguraturi privati. Din il-miżura favur is-SACE BT kellha tgħin lill-kumpanija żżomm il-kapaċità tagħha tal-assigurazzjoni, b'mod partikolari għal impriżi żgħar u ta' daqs medju (144).

    (180)

    Bħala konklużjoni, l-evalwazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fil-premessi 177, 178 u 179 turi li s-SACE hija marbuta strettament mal-awtoritajiet pubbliċi Taljani u li hija tintuża biex timplimenta kompiti f'materji ekonomiċi li tradizzjonalment jaqgħu fir-responsabbiltà ta' dawk tal-ewwel. Meta jiġi kkunsidrat ukoll is-sinifkat ekonomiku u ta' politika tal-miżuri involuti u r-rabtiet stretti persistenti bejn l-Istat u s-SACE, il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm biżżejjed elementi biex tikkunsidra t-tieni miżura, it-tielet miżura u r-raba' miżura bħala imputabbli lill-Istat.

    V.1.3.   Selettività

    (181)

    Rigward it-tieni miżura, il-Kummissjoni tinnota li l-Italja ressqet l-argument li s-SACE kellha l-possibbiltà li tikkonkludi kuntratti ta' riassigurazzjoni u ta' koassigurazzjoni ma' assiguraturi privati oħra apparti s-SACE BT, skont il-liġijiet sussidjarji (by-laws) tas-SACE (145). Madankollu, minkejja din id-dispożizzjoni, l-Italja ma wrietx li s-SACE setgħet toffri riassigurazzjoni lill-assiguraturi privati kollha taħt l-istess kundizzjonijiet. Fi kwalunkwe każ, intwera li hija kienet tikkonkludi kuntratt ta' riassigurazzjoni biss mas-SACE BT u b'kundizzjonijiet li ma kinux jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet tas-suq. Għalhekk m'hemm l-ebda dubju li din il-miżura speċifika dwar is-SACE BT hija selettiva

    (182)

    Fir-rigward tat-tielet miżura, l-operazzjoni pprevediet kumpanija waħda biss, is-SACE BT. Konsegwentement, il-miżura hija selettiva.

    (183)

    Fir-rigward tar-raba' miżura, l-operazzjoni pprevediet kumpanija waħda biss, is-SACE BT. Konsegwentement, il-miżura hija selettiva.

    V.1.4.   Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni

    (184)

    Rigward it-tieni miżura, hija ppermettiet lis-SACE BT li tissottoskrivi aktar assigurazzjoni milli altrimenti kienet tagħmel mingħajr ir-riassigurazzjoni tas-SACE jew li ġġorr anqas riskji għall-kont proprju tagħha. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li t-tieni miżura kkawżat distorsjoni fil-kompetizzjoni (146).

    (185)

    Rigward it-tielet u r-raba' miżura, il-punt 3.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni tiddikjara li l-għoti ta' kapital mill-Istat konċess lil ċerti impriżi li jinvolvi għajnuna mill-Istat jekk din tal-aħħar ma taġixxix bħala investitur privat f'ekonomija tas-suq, jikkawża distorsjoni fil-kompetizzjoni (147). Il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk l-attivita tas-SACE BT setgħetx titkompla taħt kundizzjonijiet normali mingħajr il-miżuri meħuda mis-SACE. Huwa probabbli li mingħajr dak il-kapital is-SACE BT ma setgħetx twettaq ir-rekwiżiti tagħha ta' kapital u kienet tkun insolventi. Tal-anqas, mingħajr l-injezzjoni ta' kapitali mill-Istat, is-SACE BT kien ikollha tissottoskrivi ħafna inqas assigurazzjonijiet ġodda. Kien ikollha tnaqqas bil-kbir il-preżenza tagħha fis-suq. Madankollu, kif jidher fit-Tabella 6, hija kabbret b'mod sinifikanti l-preżenza tagħha fis-suq. B'hekk anke t-tielet u r-raba' miżura kkawżaw distorsjoni fil-kompetizzjoni.

    V.1.5.   L-impatt fuq il-kummerċ

    (186)

    Is-suq tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni u servizzi oħra ta' assigurazzjoni li fihom hi attiva s-SACE huwa miftuħ għall-kummerċ bejn l-Istati Membri u ħafna operaturi minn Stati Membri differenti huma attivi fl-Unjoni. Fl-Italja, is-SACE BT hija f'kompetizzjoni ma' sussidjarji ta' impriżi barranin (ara t-Tabella 6).

    Tabella 6

    Il-pożizzjoni tas-SACE BT fis-suq kummerċjali tal-assigurazzjoni tal-kreditu u tal-avall (%)

     

     

    2006

    2007

    2008

    2009

    2010

    1.

    Gruppo Allianz

    27,3

    27,1

    25,5

    23,3

    20,8

    2.

    Coface Assicurazioni

    14,2

    13,7

    13,5

    13,7

    15,9

    3.

    Atradius

    13,4

    12,6

    11,0

    8,8

    7,7

    4.

    Gruppo Fondiaria-SAI

    8,5

    8,8

    9,1

    9,3

    9,7

    5.

    Gruppo Generali*

    10,3

    8,6

    8,4

    9,0

    8,8

    6.

    Gruppo SACE BT

    4,7

    6,4

    8,2

    9,0

    8,6

    7.

    Gruppo Unipol (UGF)

    4,4

    4,4

    4,4

    4,3

    4,3

    8.

    Gruppo Reale Mutua

    4,4

    4,3

    4,3

    3,9

    4,3

    9.

    Gruppo Zurich Italia (*****)

    3,1

    2,7

    3,1

    2,9

    2,7

    10.

    Oħrajn

    9,6

    11,3

    12,5

    15,7

    17,2

    (187)

    B'konsegwenza ta' dan, u f'konformità mal-punt 3.2 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni, kwalunkwe vantaġġ ipprovdut lill-kumpannija għandu effett fuq il-kummerċ.

    V.1.6.   L-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal- 15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna de minimis  (148) (“ir-Regolament de minimis”)

    (188)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 jiddefinixxi, livell taħt liema l-miżuri ta' għajnuna jitqiesu li ma jkunux jissodisfaw il-kriterji kollha tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għalhekk ma jaqgħux taħt il-proċedura ta' notifika stipulata fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Fid-dawl tal-ammonti ta' għajnuna mogħtija lis-SACE BT, il-limitu ta' EUR 200 000 pprovdut fir-Regolament de minimis ma jinqabiżx biss fil-każ tat-tieni miżura. Fil-premessa 128 il-Kummissjoni kkalkulat li l-għajnuna fit-tieni miżura tammonta għal EUR 156 000.

    (189)

    Madankollu, l-Italja ma invokatx ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 u ma ppruvatx li, fiż-żmien tal-konċessjoni tat-tieni miżura, is-SACE BT issodisfat il-kundizzjonijiet speċifikati f'dan ir-Regolament.

    (190)

    Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 ma japplikax għal impriżi f'diffikultà. F'dan ir-rigward, l-Italja ma qisitx lis-SACE BT bħala impriża f'diffikultà skont il-linji gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar (149). Madankollu, l-Italja ma pprovdietx biżżejjed evidenza li ssostni din il-pożizzjoni. Skont il-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar, iż-żiedu fit-telf, kapaċità eċċessiva, kif ukoll valur nett tal-assi li jkun nieżel jew ikun żero huma fost is-sinjali tas-soltu ta' meta impriża tkun f'diffikultà. Is-SACE BT irreġistrat telf sinifikanti kemm fl-2008 (madwar EUR 29.5 miljun) kif ukoll fl-2009 (madwar EUR 34 miljun) li wassal għall-intervent tal-azzjonista tagħha b'ammont sinifikanti ta' rikapitalizzazzjoni. Barra minn hekk, kif ġie sottomess mill-Italja, diġà fi tmiem l-ewwel semestru tal-2009 l-assi ma kinux suffiċjenti biex ikopru r-riżervi, jiġifieri kien meħtieġ ammont ta' EUR 23 miljun fi tmiem Ġunju 2009 u ta' EUR 68 miljun fi tmiem l-2009 (150).

    (191)

    It-tieni, anki kieku s-SACE BT kellha tkun eliġibbli għall-għajnuna de minimis, qabel il-konċessjoni ta' tali għajnuna, l-Italja kien imissha kisbet dikjarazzjoni mis-SACE BT dwar xi għajnuna oħra de minimis li din tkun irċeviet matul is-sentejn fiskali preċedenti u s-sena fiskali kurrenti (151). Barra minn dan, kieku l-Italja kellha l-intenzjoni li tikkonċedi għajnuna de minimis lis-SACE BT, hija kien imissha tinforma lis-SACE BT bil-miktub dwar l-ammont prospettiv tal-għajnuna (espress bħala ekwivalenti gross tal-għajnuna) kif ukoll dwar il-karattru de minimis tagħha. L-Italja ma pprovdiex lill-Kummissjoni b'tali dokumenti.

    (192)

    Meta wieħed iqis dan kollu, il-Kummissjoni ma tistax tqis it-tieni miżura bħala għajnuna de minimis.

    V.1.7.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat

    (193)

    Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tieni, it-tielet u r-raba' miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

    V. 2.   IL-KWALIFIKAZZJONI BĦALA GĦAJNUNA ĠDIDA JEW GĦAJNUNA EŻISTENTI

    (194)

    Il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tieni, it-tielet u r-raba' miżura ma jistgħux jitqiesu li ġew konċessi qabel l-aċċettazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni mill-Italja u, għaldaqstant, għandhom jiġu kkwalifikati bħala għajnuna ġdida.

    (195)

    B'mod aktar speċifiku, l-Italja aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni tal-1997 mhux aktar tard mill-14 ta' Settembru 2001 meta aċċettat il-verżjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni tal-2001 (ara premessa 5 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Peress li t-tieni, it-tielet u r-raba' miżura ġew konċessi wara dik id-data, dawk il-miżuri huma kkwalifikati bħala għajnuna ġdida.

    (196)

    Għalhekk, huma jitqiesu bħala għajnuna mhux skont il-liġi, peress li l-Italja ma tatx notifika tagħhom lill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tagħhom fl-2009.

    V. 3.   IL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA POTENZJALI MAS-SUQ INTERN

    (197)

    Peress li fit-taqsima preċedenti nstab li t-tieni, it-tielet u r-raba' miżura jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, trid tiġi evalwata l-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern.

    V.3.1.   Il-bażi ġuridika għall-evalwazzjoni tal-kompatibilità.

    (198)

    Peress li l-Italja u s-SACE ma jqisux il-miżuri bħala għajnuna, ma pprovdewx raġunament u provi dwar kif il-miżuri jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-kompatibilità. Kif intqal fil-premessa 81, is-SACE invokat il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (152) bħala raġunijiet possibbli ta' kompatibilità għat-tielet u r-raba' miżura. Madankollu, la l-Italja, u lanqas is-SACE ma ssostanzjaw l-argumenti tagħhom li l-kundizzjonijiet ta' dawk il-Komunikazzjonijiet jiġu ssodisfati.

    (199)

    Il-Kummissjoni tfakkar li, skont il-punti 3.2 u 4.1 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni, l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 107(2) u (3) tat-Trattat għall-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 107(1) ma japplikawx għal riskji kummerċjabbli (“Għajnuna statali […] li hi mgawdija minn assiguranti ta' esportazzjonijiet bi kreditu appoġġati pubblikament għar-riskji kummerċjabbli […] tista' tfixkel il-kompetizzjoni u kienet għalhekk ma tkunx eliġibbli għal eżenzjoni taħt ir-regoli tal-għajnuna Statali tat-Trattat”). Għalhekk normalment ma jkunu jistgħu jinstabu l-ebda raġunijiet ta' kompatibilità fil-każ ta' għajnuna b'appoġġ għall-assiguraturi tal-kreditu li joperaw fil-qasam ta' riskji kummerċjabbli.

    (200)

    Madankollu, il-Kummissjoni se turi li t-tliet miżuri ta' għajnuna fi kwalunkwe każ ma kienu jissodisfaw l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet biex jinstabu kompatibbli skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat.

    V.3.2.   Il-kompatibilità skont il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu salvati u ristrutturati impriżi f'diffikultà (“il-Linji gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturazzjoni”)  (153)

    (201)

    Il-Linji Gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar jiddefinixxu għajnuna ta' salvataġġ bħala għajnuna għal żmien qasir, li tingħata bħala prinċipju għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur biex il-benefiċjarju jingħata n-nifs li jkun jinħtieġ biex jiżviluppa pjan dettaljat ta' ristrutturar jew ta' likwidazzjoni. Min-natura tagħha, l-għajnuna ta' salvataġġ hija temporanja u riversibbli. L-għajnuna għas-salvataġġ tikkonsisti normalment minn garanziji fuq is-self jew self mogħti lil xi ditta f'diffikultà filwaqt li jkun qed jiġi evalwat il-futur tagħha.

    (202)

    Fir-rigward tal-possibbiltà li t-tieni miżura tinstab kompatibbli bħala għajnuna ta' salvataġġ, il-Kummissjoni tinnota li t-tieni miżura ma tippreżentax il-karatteristiċi ta' sostenn għal-likwidazzjoni u lanqas ma kellha bħala objettiv ewlieni li s-SACE BT tibqa' topera. Għalhekk, it-tieni miżura ma tistax tiġi kkwalifikata bħala għajnuna ta' salvataġġ. Fir-rigward tat-tielet u r-raba' miżura, dawn ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala għajnuna ta' salvataġġ billi huma injezzjoni ta' kapital permanenti u rriversibbli.

    (203)

    Taħt il-Linji gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar, il-benefiċjarji ta' għajnuna għar-ristrutturar:

    (a)

    iridu juru li jkunu jistgħu jiksbu l-vijabilità fitt-tul mingħajr l-għajnuna tal-Istat f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

    (b)

    iridu juru li jikkontribwixxu mill-inqas 50 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar għal ditti kbar (jew anqas fil-każ ta' impriżi żgħar jew ta' daqs medju) mir-riżorsi tagħhom stess;

    (c)

    iridu jipprovdu miżuri biex jindirizzaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna, b'mod partikolari permezz ta' tnaqqis fil-kapaċità u permezz ta' ċessjonijiet li jmorru lil hinn minn dawk meħtieġa biex tinġab lura l-vijabbiltà.

    (204)

    Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li t-tieni, it-tielet u r-raba' miżura ta' għajnuna ma jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet biex jinstab li huma kompatibbli bħala għajnuna għar-ristrutturar skont il-Linji gwida dwar is-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Pereżempju hija tosserva l-problemi li ġejjin:

    (a)

    L-ewwel nett, il-pjan ta' negozju tal-2009 għall-2010-2011 ma jurix li dan iwassal għal profittabilità fit-tul, konformi mas-suq, tas-SACE BT (ara t-taqsimiet V.1.1.3, V.1.1.4 u V.3.4u l-evalwazzjoni);

    (b)

    It-tieni, ma kien hemm l-ebda miżura li tillimita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Għall-kuntrarju, skont l-Italja, is-SACE BT kellha l-pjan li żżid b'mod drammatiku l-preżenza tagħha fl-2011 fis-suq tal-assigurazzjoni tal-kreditu u tal-avall sa […] % tas-sehem mis-suq u li ssir l-[…] attur fis-suq fl-assigurazzjoni tal-kreditu sal-2011.

    V.3.3.   Il-kompatibilità skont il-Komunikazzjoni dwar il-kreditu għall-esportazzjoni u l-qafas temporanju

    (205)

    Peress li t-tieni, it-tielet u r-raba' miżuri ma ġewx konċessi skont il-liġi fl-2009, skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-evalwazzjoni ta' għajnuna mhux skont il-liġi mill-Istat (154), il-Kummissjoni qed tevalwa l-kompatibilità tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni applikabbli f'dak iż-żmien (jiġifieri l-Komunikazzjoni tal-1997 dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni, li ġiet sussegwentement emendata u estiża fl-2001 (155), fl-2004 (156), u fl-2005 (157)) (158).

    (206)

    Skont il-punt 4(2) tal-Komunikazzjoni tal-Esportazzjonijiet bi Kreditu l-Istati Membri huma obbligati jemendaw is-sistemi tagħhom tal-assigurazzjoni ta' esportazzjonijiet bi kreditu għal riskji kummerċjabbli b'tali mod li l-konċessjoni ta' ċerti tipi ta' għajnuna mill-Istat lil assiguranti ta' esportazzjonijiet bi kreditu pubbliċi jew appoġġati pubblikament fir-rigward ta' tali riskji tintemm fi żmien sena mill-pubblikazzjoni ta' din il-Komunikazzjoni: Fost il-miżuri pprojbiti msemmija fil-punt 4(2)(d) tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni hemm l-għoti ta' għajnuna jew il-proviżjonijiet ta' kapital jew forom oħra ta' finanzi f'ċirkostanzi li fihom investitur privat li jaġixxi taħt kundizzjonijiet tas-suq normali ma kienx jinvesti fil-kumpannija jew b'kundizzjonijiet li investitur privat ma kienx jaċċetta. Għalhekk, it-tielet u r-raba' miżura, li jikkonsistu f'rikapitalizzazzjoni, mhumiex kompatibbli skont il-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni. Peress li l-Qafas Temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (159), applikabbli fil-mument meta kienu ġew konċessi l-miżuri, ma jkoprix il-provvista pubblika ta' kapital, it-tielet u r-raba' miżura ma jistgħux jiġu ddikjarati bħala kumpatibbli skont dak il-qafas leġiżlattiv.

    (207)

    Rigward it-tieni miżura, fil-premessa 142 tad-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji tagħha dwar il-kompatibilità ta' dik il-miżura mal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni u mal-Qafas Temporanju.

    (208)

    Il-klawsola ta' salvagwardja prevista fil-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni (imtennija fil-Qafas Temporanju) għandha l-għan li tindirizza n-nuqqas temporanju ta' kopertura tal-assigurazzjoni disponibbli għall-esportaturi. B'hekk din tippermetti li l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni b'sostenn mill-Istat tiġi pprovduta f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat matul il-kriżi, bil-kundizzjonijiet li ġejjin: Stat Membru jrid juri n-nuqqas ta' kopertura fis-suq għall-provvista tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir għall-esportaturi billi jipprovdi evidenza suffiċjenti dwar in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' kopertura għar-riskju fis-suq tal-assigurazzjoni privat, li l-iskema tkun miftuħa għall-operaturi kollha u li l-Istat jimponi prezz konformi ma' dak li kien jinżamm minn operaturi privati għar-riskji koperti (fil-prattika tal-kawżi din id-dispożizzjoni ġiet interpretata bħala li l-Istat, billi jkun qed ikopri r-riskju residwu, għandu japplika tariffa ogħla).

    (209)

    L-ewwel nett, sabiex l-Italja tkun konformi mal-klawsola ta' salvagwardja, il-Kummissjoni pprovdiet li l-Italja kellha tippreżenta l-evidenza rispettiva. Madankollu, l-Italja ddeċidiet li ma tagħmilx użu mill-klawsola ta' salvagwardja. Is-SACE wieġbet li ma sabitx rilevanti t-talba tal-Kummissjoni biex tgħaddilha tagħrif li jista' jagħti prova ta' nuqqas ta' kopertura fis-suq għal esportaturi.

    (210)

    It-tieni, l-Italja u s-SACE tennew il-pożizzjoni tagħhom li l-provvista ta' riassigurazzjoni mis-SACE kienet miftuħa għall-operaturi kollha tas-suq, kif stipulat fil-liġijiet lokali tas-SACE. F'dan il-każ, is-SACE intervjeniet billi pprovdiet kopertura ta' riassigurazzjoni favur is-SACE BT, assiguratur, u allegatament disponibbli għal assiguraturi privati oħra. Madankollu, ma għandna l-ebda evidenza li kien hemm nuqqas ta' kopertura fis-suq għall-provvista tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir għall-esportaturi. Peress li d-disponibbiltà limitata tal-kopertura jidher li affettwat ukoll operaturi oħra fis-suq, il-Kummissjoni ma għandhiex evidenza dwar jekk operaturi oħra barra s-SACE BT ukoll sabux diffikultajiet biex jiksbu kopertura ta' riassigurazzjoni fis-suq u, jekk dan hu minnu, jekk setgħux jiksbu kopertura ta' riassigurazzjoni mingħand is-SACE taħt l-istess kundizzjonijiet ukoll. Fil-prattika, l-ebda operatur ma talab dan. Mingħajr din l-informazzjoni, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-miżura hija proporzjonali mal-objettiv, jiġifieri li tirrimedja għat-taqlib serju fl-ekonomija tal-Italja. Għandu jiġi għalhekk konkluż li, minflok ma tiġi applikata miżura miftuħa għall-operaturi kollha, l-Italja implementat miżura selettiva għall-vantaġġ ta' operatur wieħed, is-SACE BT.

    (211)

    It-tielet, rigward il-primjum mitlub, kif ġie indikat qabel, is-SACE ma żammitx prezz ogħla iżda prezz ugwali għal dak tar-riassiguraturi privati, filwaqt li assumiet riskju ogħla (reżidwali u ħafna akbar) li l-parteċipanti fis-suq ma kinux lesti li jassiguraw, minħabba s-sitwazzjoni fis-suq u s-sitwazzjoni finanzjarja tas-SACE.

    (212)

    Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-ammont tal-għajnuna kkalkolat għat-tieni miżura, jiġifieri EUR 156 000, ma jistax jiġi ddikjarat bħala kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 4.2.2. tal-Qafas temporanju minħabba li t-tieni miżura ma ġietx konċessa fil-forma ta' skema u peress li ma kien hemm l-ebda dikjarazzjoni dwar l-għajnuna de minimis.

    (213)

    Bħala konklużjoni, l-għajnuna peress li ingħatat taħt it-tieni miżura mhix konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni u tal-Qafas Temporanju.

    V.3.4.   Il-kompatibilità skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

    (214)

    Fil-premessa 144 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kompatibilità tat-tielet u r-raba' miżura mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar għas-settur finanzjarju matul il-kriżi. Peress li t-tieni miżura kienet ukoll konċessa matul il-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll il-kompatibilità tagħha taħt dan il-qafas legali.

    (215)

    Peress li, konsegwentement għall-kummenti mill-Italja u mis-SACE dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni sabet li l-informazzjoni sottomessa għadha mhix suffiċjenti sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni sħiħa tal-miżuri bħala għajnuna potenzjali għar-ristrutturar, fi Frar 2012 il-Kummissjoni offriet lill-Italja l-possibbiltà li tipprovdi elementi addizzjonali dwar il-kompatibilità potenzjali, billi tissottometti pjan sħiħ ta' ristrutturar, skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. L-ittra tal-Kummissjoni stabbiliet l-elementi ewlenin li l-pjan ta' ristrutturar għandu jinkludi b'referenzi għall-punti relevanti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

    (216)

    Il-Kummissjoni sabet li d-dokumenti ppreżentati mill-Italja kienu jinkludu biss ġabra ta' dokumenti interni tas-SACE li kellhom l-għan li jtennu l-pożizzjoni tal-Italja li t-tliet miżuri implimentati fl-2009 ma kinux imputabbli lill-Istat u li jikkonformaw mal-MEIP.

    (217)

    Il-Kummissjoni tinnota li, fil-mument li ġew konċessi t-tliet miżuri, l-Italja ma kinitx qed tipprevedi l-possibbiltà li tippreżenta pjan ta' ristrutturar lill-Kummissjoni skont ir-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. L-Italja qed issostni li tali miżuri ta' ristrutturar lanqas ma kienu rikjesti mill-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza, ISVAP.

    (218)

    Skont il-punt 10 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-pjan ta' ristrutturar għandu jidentifika d-diffikultajiet u n-nuqqasijiet ta' dak li jirċievi l-għajnuna u għandu jiddeskrivi kif il-miżuri ta' ristrutturar proposti ser isolvu l-problemi tal-benefiċjarju. F'dan is-sens, l-Italja qed issostni li l-kriżi tas-SACE BT ma kinitx ikkawżata minn proċessi interni, bidliet fid-domanda jew fatturi oħra li jimponu reviżjoni profonda tal-mudell tan-negozju u ristrutturar sussegwenti, iżda pjuttost minn żieda sinifikanti ta' klejms ikkawżata mill-kriżi. Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li din informazzjoni hija suffiċjenti, b'mod partikolari minħabba li s-SACE BT sofriet telf qawwi fl-2008 u l-2009. Ukoll, xi riassiguraturi privati qajjmu preokkupazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni tal-kumpanija meta rrifjutaw li jipparteċipaw fil-kopertura ta' riassigurazzjoni tas-SACE BT għall-2009. Barra minn hekk, is-SACE BT ma kienx irnexxielha ssir profittabbli fl-ewwel snin tal-operat tagħha (2005-2007), kontrarju għall-previżjonijiet tal-pjan tan-negozju. Dan juri li d-diffikultajiet li kellha s-SACE BT ma kinux biss ikkawżati mill-kriżi finanzjarja, iżda wkoll minn dgħufijiet tagħha stess.

    (219)

    Fir-rigward tar-restorazzjoni tal-vijabbiltà fit-tul, il-Kummissjoni tinnota li sa mill-2009 li s-SACE BT kienet suġġetta għal xi trasformazzjonijiet fil-proċessi tal-organizzazzjoni, il-ġestjoni, u n-negozju. Fost il-miżuri meħuda biex ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha, is-SACE BT żiedet premiums, naqqset l-ispejjeż u biddlet l-uffiċjali amministrattivi tagħha. Barra minn hekk, is-SACE BT biegħet il-parteċipazzjoni tagħha f'KUP fil-25 ta' Frar 2009.

    (220)

    Madankollu, il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri ma kinux biżżejjed biex wieħed ikun jista' jistenna restawr għall-vijabbiltà tas-SACE BT fit-tul.

    (221)

    Il-projezzjonijiet magħmula fil-mument tal-pjan ta' negozju għal 2010-2011, approvati fl-4 ta' Awwissu 2009 (meta ġiet implimentata r-raba' miżura), għal biss sentejn minn qabel urew li kellu jinkiseb bilanċ fit-tieni sena pprojettata 2011, iżda mhux ritorn għall-profittabilità. Għalhekk ma kien hemm l-ebda evidenza tal-possibbiltà li tinkiseb profittabilità xierqa fi żmien raġonevolment qasir, li fil-prinċipju, ma jaqbiżx il-ħames snin, jiġifieri mhux aktar tard minn tmiem l-2014. Barra minn hekk, is-suppożizzjonijiet sottostanti kellhom ikunu spjegati u sottoposti għal stress-test. L-Italja ma ppreżentat l-ebda informazzjoni f'dan ir-rigward.

    (222)

    L-Italja ppreżentat aġġornament tal-pjan ta' negozju għall-2011-2013, approvat fl-24 ta' Novembru 2011, jiġifieri sentejn wara li kienu ġew konċessi l-miżuri. L-objettiv tas-SACE BT li gradwalment iżżid il-profittabilità (ROE) biex tilħaq […], kif iddikjarat mill-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija tal-24 ta' Novembru 2011, ma kienx appoġġat minn projezzjonijiet finanzjarji dettaljati u robusti biżżejjed kif rikjest mill-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Skont il-projezzjonijiet finanzjarji ta' tmiem l-2011, is-SACE BT tistenna li jinkiseb ROE ta' qabel it-taxxa ta' biss […] % fl-2013, li jikkorrispondi għal ROE (ta' wara t-taxxa) ta' […] %. Dan il-valur tal-aħħar huwa manifestament taħt il-prezz tal-kapital li kien stmat preċedentement mill-Italja fil-livell ta' madwar [5–10] %.

    (223)

    F'konformità mal-punti 22-23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-pjan ta' ristrutturar kellu juri li l-għajnuna mogħtija hija limitata għall-minimu meħtieġ, jiġifieri l-għajnuna treġġa' lura l-vijabbiltà tas-SACE BT, iżda ma tippermettilhiex li tespandi fi swieq jew f'segmenti tas-suq ġodda. Għall-kuntrarju, skont id-dejta ppreżentata, matul il-kriżi, is-SACE BT żiedet bi ftit il-preżenza tagħha fis-suq fejn jidħol is-suq tal-kreditu u tal-avall (“cauzioni”) fl-Italja, fejn mis-sitt post fl-2008 telgħet għall-ħames post fl-2010 (fl-istess żmien, pereżempju, li fih Atradius naqqset il-preżenza tagħha fis-suq mit-tielet post għas-sitt wieħed) (ara t-Tabella 6).

    (224)

    Fi ftit kliem, l-elementi bażiċi ta' pjan ta' ristrutturar, bħall-identifikazzjoni tad-diffikultajiet, il-vijabbiltà taħt każ bażi u f'xenarju ta' diffikultà, il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu neċessarju u l-miżuri kumpensatorji huma kompletament nieqsa.

    (225)

    Bħala konklużjoni, anki kieku l-miżuri mressqa mill-Italja u l-pjan ta' negozju aġġustat għall-2011-2013 kellhom jiġu aċċettati bħala pjan ta' ristrutturar, ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-pjan ta' ristrutturar skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

    (226)

    Rigward il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, din tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li magħhom irid ikun konformi strument ta' rikapitalizzazzjoni. Jekk dawn it-termini jitħarsu, l-għajnuna tista' tingħata approvazzjoni temporanja. Sabiex tkun approvata definittivament, tali għajnuna fil-forma ta' rikapitalizzazzjoni trid tiġi akkumpanjata minn pjan ta' ristrutturar konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Madankollu ma jeżisti l-ebda pjan konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Konsegwentement, mhuwiex meħtieġ li jiġi evalwat jekk il-kundizzjonijiet tat-tielet u r-raba' miżura humiex konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni peress li fi kwalunkwe każ ma setgħux jiġu ddikjarati bħala kompatibbli b'mod definittiv.

    V.3.5.   Il-konklużjoni dwar il-kompatibiltà

    (227)

    Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġunijiet għall-kompatibilità tat-tieni, it-tielet u r-raba' miżura. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja ma użatx l-opportunità li tipprovdi l-elementi meħtieġa biex issostni li l-għajnuna konċessa taħt it-tieni, it-tielet u r-raba' miżura hija għajnuna għar-ristrutturar kompatibbli. Id-dokumenti ppreżentati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar peress li r-rekwiżiti kumulattivi għall-kompatibilità tal-għajnuna għar-ristrutturar, jiġifieri l-istabbiliment ta' vijabbiltà fit-tul, il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu neċessarju u l-miżuri biex tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, m'humiex issodisfati.

    VI.   KONKLUŻJONI

    (228)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-allokazzjoni kapitali inizjali ta' EUR 100 miljun fil-forma ta' kapital azzjonarju u l-kontribuzzjoni kapitali f'riservi (l-hekk imsejħa “Fondo di organizzazione”) fl-ammont ta' EUR 5.8 miljun mis-SACE għall-istabbiliment tas-SACE BT fl-2004 (l-ewwel miżura) ma tawx vantaġġ lis-SACE BT u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

    (229)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja implimentat b'mod mhux skont il-liġi l-għajnuna mogħtija taħt it-tieni, it-tielet u r-raba' miżura bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u tikkonkludi li l-għajnuna trid tiġi rkuprata.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-allokazzjoni kapitali inizjali ta' EUR 105.8 miljun mingħand is-SACE għall-istabbiliment tas-SACE BT fl-2004 li kien jinkludi kapital azzjonarju mħallas b'mod sħiħ mis-SACE li tammonta għal EUR 100 miljun u l-kontribuzzjoni tas-SACE ta' EUR 5.8 miljun lir-riservi tas-SACE BT (“Fondo di organizzazione”) ma tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

    Artikolu 2

    L-74.15 % riassigurazzjoni ta 'eċċess ta' telf ipprovdut mis-SACE fil-5 ta' Ġunju 2009 favur is-SACE BT tinkludi għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u li mhix kompatibbli mas-suq intern.

    L-element ta' għajnuna fil-miżura tikkorrispondi għad-differenza bejn it-tariffa tar-riassigurazzjoni li assiguratur privat kien jitlob għal porzjon daqstant għoli ta' riassigurazzjoni u dik li ġiet mitluba mingħand is-SACE BT. F'konformità mal-prassi tal-Kummissjoni fil-każijiet (160), il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tariffa għal porzjon daqshekk għoli ta' riassigurazzjoni u ta' riskju kellu jkun ta' mill-inqas 10 % ogħla mill-miżata mitluba minn riassiguraturi privati għall-iżgħar parti tar-riassigurazzjoni u tar-riskju. Għal ammont ta' EUR 1.56 miljun imħallas mis-SACE BT lis-SACE, l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tammonta għal EUR 156 000.

    Artikolu 3

    Ir-rikapitalizzazzjoni tas-SACE BT li saret fit-18 ta' Ġunju 2009 f'forma tat-trasferiment ta' EUR 29 miljun biex ikopru t-telf tas-SACE BT irreġistrat fl-2008 tikkostitwixxi għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u li hija inkompatibbli mas-suq intern.

    Artikolu 4

    Ir-rikapitalizzazzjoni tas-SACE BT li twettqet fl-4 ta' Awwissu 2009 meta l-Assemblea Ordinarja tal-Azzjonisti tas-SACE BT approvat it-trasferiment tal-ammont ta' EUR 41 miljun mingħand is-SACE lejn il-kont kapitali tas-SACE BT (“versamento in conto capitale”) tikkostitwixxi għajnuna li ġiet implimentata bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u li hija inkompatibbli mas-suq intern.

    Artikolu 5

    1.   L-Italjahija obbligata tirkupra mingħand is-SACE BT l-għajnuna inkompatibbli hekk kif definita fl-Artikoli 2, 3 u 4.

    2.   Is-somom li għandhom ikunu rkuprati jkollhom imgħax mid-data li fihom kienu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-SACE BT sal-mument tal-irkupru attwali tagħhom. EUR 156 000 fil-5 ta' Ġunju 2009 (l-Artikolu 2), EUR 29 miljun fit-18 ta' Ġunju 2009 (l-Artikolu 3) u EUR 41 miljun fl-4 ta' Awwissu 2009 (l-Artikolu 4).

    3.   L-imgħax jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' imgħax kompost skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 (161).

    4.   L-irkupru tal-għajnuna jkun immedjat u effettiv.

    5.   L-Italja tiżgura li din id-Deċiżjoni tkun implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika.

    Artikolu 6

    1.   Fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta' din id-Deċiżjoni, l-Italja tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-ammont totali (l-imgħax prinċipali u ta' rkupru) li għandu jiġi rkuprat mis-SACE BT;

    (b)

    deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex ikun hemm konformità ma' din id-Deċiżjoni;

    (c)

    dokumenti li juru li s-SACE BT ġiet ordnata tħallas lura l-għajnuna;

    2.   L-Italja żżomm lill-Kummissjoni informata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm jitlesta l-irkupru tal-għajnuniet imsemmija fl-Artikoli 2, 3 u 4. Hija tibgħat minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex tinkiseb konformità ma' din id-Deċiżjoni. Hija tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta' għajnuna u l-imgħax ta' rkupru diġà rkuprati mingħand is-SACE BT.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquín ALMUNIA

    Viċi President


    (1)  ĠU C 177, 17.6.2011, p. 6.

    (2)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.

    (3)  Fl-4 ta' Jannar 2012 ntbagħtet kopja minn qabel bl-Ingliż.

    (4)  Fit-2 ta' Frar 2012 ntbagħtet kopja minn qabel bl-Ingliż.

    (5)  Riskji kummerċjabbli huma definiti skont żewġ kriterji: i) il-ġeografija (il-lok tad-debitur fl-UE u/jew fiż-żona tal-OECD), u ii) il-perjodu (perjodu ta' riskju ta' inqas minn sentejn).

    (6)  ĠU C 281, 17.9.1997, p. 4-10. Mill-1 ta' Jannar 2013 'il quddiem, il-Kummissjoni bdiet tapplika l-Komunikazzjoni l-ġdida dwar l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni bi kreditu għal żmien qasir ippubblikata fid-19 ta' Diċembru 2012 (ĠU C 392, 19.12.2012, p. 1).

    (7)  Dan ippermetta l-istabbiliment tal-Istitut għas-servizzi ta' assigurazzjoni għall-kummerċ estern — SACE.

    (8)  ĠU C 217, 2.8.2001, p. 2.

    (9)  L-użu ta' kontabilità separata sakemm tkun ġiet stabbilita l-assigurazzjoni tar-riskji kummerċjabbli tas-SACE kienet diġà prevista mis-SACE fit-3 ta' Diċembru 2003, matul id-diskussjonijiet fil-kuntest tal-preparazzjoni tal-pjan ta' negozju inizjali. Ara p. 13 tal-Anness Nru. 11 għas-sottomissjoni tal-Italja tal-5 ta' Marzu 2012.

    (10)  Ara p. 68-69 tar-Rapport Annwali tal-2004 disponibbli onlajn fuq: http://www.sace.it/GruppoSACE/export/sites/default/download/ar_bilanci/AR_e_bilanci/annual_report2004.pdf.

    (11)  Ir-Rapport Annwali 2004 ta' SACE.

    (12)  Ara l-Annessi 5 u 6 tan-Noti (“Nota Integrativa”) tal-Kontijiet Finanzjarji tas-SACE tal-2004 li jillustraw ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn is-SACE u l-entitajiet ikkontrollati tagħha. Dawn il-kontijiet finanzjarji jillustraw iż-żieda inkrimentali tal-kapital tas-SACE BT permezz tal-fondi pprovduti mis-SACE fis-sena 2004 (żieda fil-kapital soċjali ta' EUR 100 miljun u EUR 5,8 miljun bħala żidiet oħra).

    (13)  It-telf tas-SACE BT li jammontaw għal EUR 152 087 (fi tmiem l-2004) u għal EUR 1 573 090 (fi tmiem l-2005) kienu koperti mill-Fond Organizzattiv (Fondo di organizzazione).

    (*)  Għall-2005, il-2006 u l-2007 kien ikkunsidrat li r-riskji fil-pajjiżi tal-OECD huma kompletament kummerċjabbli, filwaqt li dawk f'pajjiżi li mhumiex fl-OECD — mhux kummerċjabbli.

    Sors: Sottomissjonijiet tal-Italja, ir-rapporti finanzjarji tas-SACE u tas-SACE BT.

    (14)  Fl-14 ta' Jannar 2009, is-SACE ħabbret l-inkorporazzjoni tas-SACE Surety fis-SACE BT. L-amalgamazzjoni kienet awtorizzata mill--ISVAP f'Diċembru 2008. Ara r-Rapport Annwali 2008 tas-SACE.

    (15)  Ara l-Anness Nru. 14 — ISVAP: Il-minuti tar-riżultati tal-ispezzjoni f'SACE BT, il-11 ta' Ottubru 2010 (Verbali degli accertamenti ispettivi effettuati presso SACE BT, 11.10.2010), p. 11, is-sottomissjoni tal-Italja tal-5 ta' Marzu 2012.

    (16)  Informazzjoni disponibbli fuq il-websajt tas-SACE.

    (17)  Il-prestazzjoni fis-sottoskrizzjoni ta' assiguratur titkejjel fil-proporzjon ikkombinat tiegħu li huwa l-proporzjon bejn tat-telf u l-ispejjeż mal-primjums tal-assigurazzjoni. Proporzjon ikkombinat ta' inqas minn 100 fil-mija tindika profitabilità tas-sottoskrizzjoni, filwaqt li dak kollox ogħla minn 100 jindika telf mis-sottoskrizzjoni. Kumpanija li jkollha proporzjon ikkombinat ta' aktar minn 100 % tista' madankollu tibqa' profitabbli minħabba qligħ mill-investiment. Fis-settur tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u notevolment fil-każ ta' assigurazzjoni tal-kreditu, ikun mistennji li l-proporzjon ikkombinat ikun anqas minn 100 %.

    (18)  L-investiment kapitali fis-SACE BT ta' EUR 105,8 miljun kien irreġistrat fil-kontijiet annwali tas-SACE għall-2004 (bħala investimenti fl-entitajiet ikkontrollati).

    (19)  L-istruttura ta' riassigurazzjoni għar-riskji kummerċjabbli tas-SACE BT, kif approvata mill-Bord tad-Diretturi tagħha fit-22 ta' April 2008 tinkludi riassigurazzjoni tal-kwota tal-ishma kif ukoll riassigurazzjoni ta 'eċċess ta' telf (Ara l-Anness Nru 14 — ISVAP: Il-minuti tar-riżultati tal-ispezzjoni fis-SACE BT, il-11 ta' Ottubru 2010 (Verbali degli accertamenti ispettivi effettuati presso SACE BT, 11.10.2010), p. 11, is-sottomissjoni tal-Italja tal-5 ta' Marzu 2012. Ir-riassugrazzjoni tal-kwota tal-ishma hija forma ta' riassigurazzjoni fejn l-assiguratur konċedenti jikkonċedi perċentwali miftiehma minn qabel ta' kull riskju li jassigura li jkun jaqa' fi klassi jew klassijiet ta' negozju soġġett għal trattat ta' riassigurazzjoni. Kuntratt ta' riassigurazzjoni ta 'eċċess ta' telf huwa wieħed fejn ir-riassigurazzjoni tirrispondi biss meta xi telf (jew grupp ta' telfiet) jeċċedi livell miftiehem minn qabel, imsejjaħ ir-ritenzjoni, u normalment jirrispondi biss sa livell li dwaru jkun intlaħaq qbil minn qabel.

    (20)  Din iż-żieda kapitali kienet sussegwentement parzjalment (EUR 31,5 miljun) użata biex tkopri t-telfiet irreġistrati mis-SACE BT fl-2009. Ara l-Anness Nru. 14 — ISVAP: Il-minuti tar-riżultati tal-ispezzjoni fis-SACE BT, il-11 ta' Ottubru 2010 (Verbali degli accertamenti ispettivi effettuati presso SACE BT, 11.10.2010), p. 5, is-sottomissjoni tal-Italja tal-5 ta' Marzu 2012. Meta approvat ir-rapporti finanzjarji għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2009, l-Assemblea Ġenerali tal-Azzjonisti tas-SACE BT ddeċidiet fl-20 ta' April 2010 biex tkopri t-telfiet irreġistrati fi tmiem l-2009, jiġifieri EUR 34 081 254, bl-użu tal-“Fondo di organizzazione” għal ammont ta' EUR 2 534,05 u tat-trasferiment ta' kapital (“versamento in conto capitale”) għal ammont ta' EUR 31 546 449.

    (21)  Ara SACE — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-15 ta' Settembru 2011, p. 11.

    (22)  Għall-finijiet tal-kalkolu tar-ROAE, ġie kkunsidrat effett fiskali figurattiv (“effetto fiscale figurativo”), waqt id-determinazzjoni tal-profitt nett (ara p. 163 tal-pjan inizjali ta' negozju).

    (23)  Is-sentenza Stardust Marine tas-16 ta' Mejju 2002 fil-kawża C-482/99 [Ġabra I] p. 4397.

    (24)  CFI, T-68/03, Ġabra 2007, II-2911 — Olympic Airways/il-Kummissjoni.

    (25)  CFI, T-422/03, Ġabra 2008, II-1161 — SIC/il-Kummissjoni.

    (26)  Ara l-Anness 1 tar-Risposta tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi, il-15 ta' Settembru 2011.

    (27)  Sors: Il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi, tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, sottomessa fil-5 ta' Marzu 2012, p. 2.

    (28)  Sors: SACE — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-punt 9, imressaq fil-5 ta' Marzu 2012, p. 2.

    (29)  Il-materjal ippreparat għal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE tat-28 ta' April 2004 kellha l-għan speċifiku li jipprovdi l-istimi għall-“kapital ħieles” tas-SACE fid-dawl tad-dota kapitali tas-SACE 2 — is-SACE BT futura. Ara l-Anness 1 — Comunicazione dell'AD al CdA di SACE S.p.A. in vista della riunione del CdA del 28 aprile 2004, għall-Kummenti tas-SACE sottomessa fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ.

    (30)  Għad-dejta, ara p. 4 tal-Kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ.

    (31)  Sors: Il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi, tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, sottomessa fil-5 ta' Marzu 2012, p. 2.

    (32)  Sors: Il-kummenti tas-SACE ppreżentati fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 8, u l-minuti tal-laqgħa bejn ir-rappreżentanti tas-SACE BT, is-SACE, l-awtoritajiet Taljani u s-servizzi tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2011.

    (33)  Ara, pereżempju, il-Kapitolu II, p. 7 tal-pjan inizjali ta' negozju.

    (34)  Ara l-kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 9. Is-SACE tennew il-pożizzjoni diġà espressa mill-Italja qabel id-deċiżjoni tal-ftuħ. Ara l-paragrafu 1 fil-p. 15 tas-sottomissjonijiet tal-Italja tat-12 ta' Frar 2008.

    (35)  Il-pjan ta' negozju inizjali kien jipprevedi li s-SACE BT żżomm sehem ta' 12,6 % fis-suq Taljan fl-2008 b'volum ta' primjums ta' EUR 67,2 miljun.

    (36)  Ara SACE — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-15 ta' Settembru 2011, p. 17.

    (37)  Ara l-Anness 1 tat-tweġiba tas-SACE, il-15 ta' Settembru 2011, p. 8.

    (38)  L-Anness 8 tal-Kummenti tas-SACE ppreżentati fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ.

    (39)  Ara l-Annessi 5-7 tal-Kummenti tas-SACE ppreżentati fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ.

    (40)  Ara l-Anness 2 tat-Tweġiba tas-SACE mogħtija fil-15 ta' Settembru 2011, fejn jissemmew diversi inizjattivi għal akkwisti, kemm f'kooperazzjoni ma' operaturi oħrajn, jiġifieri KUP (ma' SA Ducroire) fil-komunikazzjoni ddatata d-19 ta' Lulju 2006, TINUBU SQUARE (ma' ONDD u CESCE) fil-komunikazzjonijiet iddatati d-19 ta' Lulju u t-8 ta' Settembru 2006 u MEHIB (ma' SA Ducroire) fil-komunikazzjoni ddatata t-8 ta' Frar u t-18 ta' Ġunju 2007, jew fuq bażi awtonoma, jiġifieri CGIC (bl-għażla li l-kumpanija possedenti, is-SACE, tkun tista' tiddeċiedi li tipparteċipahi stess bħala offerent minflok is-SACE BT) fil-komunikazzjoni ddatata l-15 ta' Settembru 2008.

    (41)  Ara l-Anness 1 tat-Tweġiba tas-SACE mogħtija fil-15 ta' Settembru 2011, p. 8.

    (42)  Is-SACE ressqet ukoll l-argument li s-SACE BT iġġenerat il-qligħ diġà fl-2006, aktar kmieni milli kien ippjanat, u pprovdiet il-paragun li ġej bejn il-profitti/t-telf attwalment irreġistrati, u dawk projettati. Fl-2005: EUR – 1,5 miljun (skont il-pjan: EUR – 2,4 miljun fl-2006: EUR + 0,1 miljun (skont il-pjan: EUR – 0,4 miljun fl-2007: EUR -1 miljun (skont il-pjan: EUR + 3,1 miljun fl-2008: EUR – 29,4 miljun (skont il-pjan: EUR + 3,7 miljun Ara l-kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 6, nota ta' qiegħ il-paġna 2.

    (43)  Għalhekk tinkludi wkoll l-estensjoni ta' previżjonijiet sal-2009.

    (44)  Ara l-Anness 9 tal-Kummenti tas-SACE ppreżentati fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ.

    (45)  Ara p. 8 u 10 tal-pjan aġġustat ta' negozju.

    (**)  Fil-każ li s-sena ta' referenza tkun l-2009 (kif stipulat fil-pjan aġġustat) u mhux l-2008, u għalhekk jittieħed f'kunsiderazzjoni l-profitt ta' EUR 4,8 miljuni, ir-ROE tal-“ex-ante implikat” wara l-akkwisti u s-sinerġiji jilħaq il-11,8 %.

    (46)  Skont dak li l-Italja ssottomettiet fil-5 ta' Marzu 2012 — Tweġiba tas-SACE (punt 16, p. 5), il-konsulent estern għamel stima għall-2009 (fil-ħames sena wara l-akkwist) ta' ROE ta' 9,8 % għall-akkwist ta' 100 % f'Assedile b'valur ta' madwar EUR 40 miljun (ara Progetto Zorro, it-30 ta' Mejju 2005, p. 30). Għalhekk, is-SACE kkalkulat profitt ta' EUR 3,9 miljuni wara l-akkwist ta' 100 % f'Assedile: EUR 40 miljun * 9,8 % ROE (u EUR 2,7 miljuni għal 70 % ta' Assedile).

    (47)  Skont il-Kummenti tas-SACE pprerżentati fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ (p. 21), il-projezzjonijiet finanzjarji ppreparati mill-konsulent estern għall-akkwist ta' KUP ipprovdew għal profitti netti mistennija ta' EUR 3,5 miljun fl-2011 (fil-ħames sena wara l-akkwist). Għalhekk, 33 % * 3,5 miljuni = EUR 1,2 miljun. Meta jiġi diviż ir-redditu mistenni bl-investiment inizjali, is-SACE BT tikseb ROE ta' 8,7 %.

    (48)  Ara SACE — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-15 ta' Settembru 2011, p. 4.

    (49)  Ara SACE — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-punt 12, ippreżentata fil-5 ta' Marzu 2012, p. 2.

    (50)  Skont il-pjan tan-negozju aġġustat, fl-2003 fl-Italja, Euler Hermes SIAC kellhom sehem mis-suq tal-47,5 %, Atradius-SIC (l-Italja) ta' 20,1 % u Coface Italy (Viscontea Coface) ta' 17,9 %.

    (51)  Din l-allegazzjoni tal-Italja mhijiex appoġġata mill-pjan ta' negozju inizjali mħejji mill-konsulent estern. Skont l-Anness 1 għall-pjan —“La best practice del mercato. Benchmarking sui principali players”, bid-data ta' Frar 2004 (ara l-preżentazzjoni tal-Italja tat-12 ta' Frar 2008, Anness 1), kemm Viscontea Coface kif ukoll Euler Hermes SIAC kienu attivi fin-negozju tal-avall (ara p. 17 u 34 tiegħu).

    (52)  Għar-rimunerazzjoni mħallsa mis-SACE BT lis-SACE ara l-kummenti tas-SACE ppreżentati fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 30.

    (53)  Ara SACE — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-15 ta' Settembru 2011, p. 7.

    (54)  Ara SACE — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-punt 13, imressaq fil-5 ta' Marzu 2012, p. 3.

    (55)  Ara l-kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 25.

    (56)  Skont il-Komunikazzjoni dwar il-kreditu għall-esportazzjoni, il-klawsola ta' salvagwardja tintuża fil-każ ta' riskji temporanjament mhux kummerċjabbli, jiġifieri riskji kummerċjabbli ta' esportazzjonijiet bi kreditu li għalihom il-koperatura tista' tkun temporanjament indisponibbli minn assiguranti ta' esportazzjonijiet bi kreditu privati jew minn assiguranti ta' esportazzjonijiet bi kreditu pubbliċi jew appoġġati pubblikament li joperaw għall-kont proprju, minħabba nuqqas ta' kapaċità tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. F'ċirkustanzi bħal dawn, dawk ir-riskji li jkunu temporanjament mhux kummerċjabbli jistgħu jittieħdu fuq il-kont ta' assigurant ta' esportazzjonijiet bi kreditu pubbliku jew appoġġat pubblikament għal riskji mhux kummerċjabbli assigurati akkont tal-Istat, jew bil-garanzija tiegħu. Kull Stat Membru li jkollu l-ħsieb li juża dik il-klawsola ta' ħruġ għandu jinnotifikaha immedjatament lill-Kummissjoni.

    (57)  Ara l-Kummenti tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 5.

    (58)  Ara l-Kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 29.

    (59)  Kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 33, 36 u 37.

    (60)  Skont id-Direttivi tal-Assigurazzjoni l-iskop tad-dispożizzjonijiet tal-ekwalizzazzjoni huwa li jekwilizzaw il-flutwazzjonijiet fil-proporzjonijiet ta' telf fi snin futuri jew biex jipprovdu għal riskji speċjali. Id-dispożizzjonijiet ta' ekwalizzazzjoni huma parti mid-dispożizzjonijiet tekniċi fuq il-karta tal-bilanċ u l-bidla fid-dispożizzjonijiet tal-ekwalizzazzjoni hija inkluża fil-kont tekniku tal-kont tal-qligħ u t-telf. Ara CEIOPS — Ġabra fil-qosor ta' stħarriġ dwar id-dispożizzjonijiet ta' ekwilizzazzjoni, Jannar 2009, p. 2, disponibbli onlajn fuq: https://eiopa.europa.eu/fileadmin/tx_dam/files/publications/reports/CEIOPS-DOC-32-08-Summary-of-a-survey-on-equalisation-provisions.pdf.

    (61)  Ara l-kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 45. Is-SACE tikkwota d-dejta tal-kumpanija Dealogic li sabet li amalgamazzjonijiet u l-akkwisti fis-settur finanzjarju Ewropew fl-2009 (EUR 176 biljun) bażikament naqsu bin-nofs meta mqabbel mal-2008. Madwar 50 % tat-tranżazzjonijiet fl-2009 kienu ffukati fuq assi f'diffikultà.

    (62)  Ara SACE — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-punt 14, imressqa fil-5 ta' Marzu 2012, p. 4.

    (***)  Informazzjoni kunfidenzjali.

    (63)  Bħala eżempju ta' dak l-argument, l-Italja rreferiet għall-kawża li ġejja tal-Qorti: C-303/88, Ġabra 1991, I-1433, — l-Italja/il-Kummissjoni (“ENI/Lanerossi”), il-paragrafu 21 (ara l-kummenti tas-SACE mressqa fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 36).

    (64)  Il-ġestjoni tar-riskju hija esternalizzata lill-kumpanija possedenti, is-SACE. Ara l-premessa 25.

    (65)  Ara SACE — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-punt 19, imressqa fil-5 ta' Marzu 2012, p. 6.

    (66)  […].

    (67)  Ara l-kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 33.

    (****)  jinkludi wkoll l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (“include il ramo vita”), li ġiet svestit fl-2009.

    (68)  Il-projezzjonijiet inklużi fil-Pjan ta' Negozju 2010-2011, p. 8, approvati mill-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT fl-4 ta' Awwissu 2009 (ara l-Anness 4 — Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT, l-4 ta' Awwissu 2009, imressaq fid-9 ta' Ġunju 2010).

    (69)  Il-Projezzjonijiet inklużi fil-Pjan Aġġustat ta' negozju 2011-2013 (“Aggiornamento Piano Industriale”), p. 8 u 19, approvat mill-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT fl-24 ta' Novembru 2011. (Ara l-Anness 8 — Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT, l-24 ta' Novembru 2011, imressqa fit-30 ta' Marzu 2012).

    (70)  Primjums grossi kuntrarju għal primjums netti mill-kosti tar-riassigurazzjoni ikopru wkoll parti ta' riskju ċedut lir-riassiguraturi.

    (71)  Ir-ROE ikkalkulat bħala introjtu qabel it-taxxi/valur nett (“patrimonio netto”), jekk wieħed jassumi profitti mhux distribwiti u kapital inizjali ta' EUR 108,7 miljun fil-31 ta' Diċembru 2011.

    (72)  Il-kalkoli tal-Kummissjoni fuq il-bażi tar-rapporti finanzjarji u t-tbassir għall-perjodu bejn l-2011 u l-2013.

    (73)  C 195, 19.8.2009, p. 9.

    (74)  Ara l-kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 52.

    (75)  Ara l-kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 30-31.

    (76)  Ara l-kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 47.

    (77)  Il-kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 6-7.

    (78)  Ara l-premessa 64 tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

    (79)  Ara l-kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 7.

    (80)  Ara l-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi — tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-15 ta' Settembru 2011, p. 6.

    (81)  Il-Kawża C-261/89 l-Italja vs Il-Kummissjoni [1991] Ġabra I-4437, paragrafu 8; Il-Kawżi Konġunti C-278/92 sa C-280/92 Spanja vs il-Kummissjoni, iċċitata aktar' il fuq, paragrafu 21; Il-Kawża C-42/93 Spanja v Il-Kummissjoni [1994] Ġabra CR I-4175, paragrafu 13.

    (82)  Ara l-punti 3.1. u 3.2. tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KEE [illum l-Artikoli 107 u 108 TFUE] għal pussessi ta' awtoritajiet pubbliċi, il-Bulletin EC 9-1984, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE għall-impriżi pubbliċi fis-settur tal-manifattura (ĠU C 307, 13.11.1993, p. 3),

    (83)  Ara s-sentenza tas-6.3.2003, T-228/99, T-233/99 WestLB u Lando f' Nordrhein-Westfalen vs il-Kummissjoni, para. 314.

    (84)  Ara s-sentenza tas-6.3.2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale/il-Kummissjoni (T-228/99 u T-233/99, ECR II-435, il-paragrafi 254-255, 270).

    (85)  Ara il-Kummissjoni vs Électricité de France (EDF) is-sentenza tal-5 ta' Ġunju 2012 fil-kawża C-124/10 P [ECR I] p. 0000, paragrafi 82-84 u 105.

    (86)  Ara l-Kummissjoni vs Électricité de France (EDF) is-sentenza tal-5 ta' Ġunju 2012 fil-kawża C-124/10 P [Ġabra I] p. 0000, paragrafu 86.

    (87)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-paragun tal-intervent mill-Istat max-xenarju alternattiv ta' stralċ tan-negozju rispettiv u l-ispejjeż li jkunu jridu jitqiesu f'dan l-aħħar xenarju, ara s-sentenzi tat-28.2.2003, Gröditzer (Ġabra I-1139, C-334/99, paragrafi 133-141) u tal-14.9.1994ir-Renju ta' Spanja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (Ġabra I-04103, kawżi magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92, il-paragrafi 21-22).

    (88)  Ara p. 41 tal-Anness 22 — Dikjarazzjonijiet finanzjarji tas-SACE fil-31.12.2004, is-sottomissjoni tal-Italja tat-12 ta' Frar 2008: “Detta ‘gestione’ si è conclusa nel corso dell'anno, sia in seguito alla naturale scadenza dei contratti assicurativi che prevedevano la copertura dei rischi di mercato, sia mediante disdetta dei contratti in essere. I rischi in argomento sono stati progressivamente assunti con nuovi contratti dalla società partecipata SACE BT S.pA., costituita in data 27 maggio 2004.”

    (89)  F'dak iż-żmien l-Istitut għas-servizzi tal-assigurazzjoni tal-kummerċ estern — is-SACE (Instituto per i Servizi Assicurativi del Commercio Estero — is-SACE).

    (90)  Ara l-Annessi Nru. 10 u 11, SACE — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, sottomessa fil-5 ta' Marzu 2012.

    (91)  Ara l-Anness Nru. 10 — Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-Istitut għas-servizzi ta' assigurazzjoni tal-kummerċ estern — s-SACE tal-21 ta' Novembru 2003 (Verbale della riunione del Consiglio di Amministrazione dell'Instituto per i Servizi Assicurativi del Commercio Estero, 21 novembre 2003), p. 5-7, is-sottomissjoni tal-Italja, il-5 ta' Marzu 2012.

    (92)  Ara l-Anness Nru. 10 — Preżentazzjoni lill-Bord tad-Diretturi: Evalwazzjoni tas-suq potenzjali li jista' jiġi żviluppat mis-SACE, il-21 ta' Novembru 2003 (Presentazione al Consiglio di Amministrazzjoni: Valutare il mercato potenziale di SACE per definirne gli spazi di crescita possibili, 21 novembre 2003), p. 43, is-sottomissjoni tal-Italja, il-5 ta' Marzu 2012.

    (93)  Ara l-Anness 1 għal SACE — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-15 ta' Settembru 2011, p. 7.

    (94)  L-evalwazzjoni jew il-verifika b'paragun ma' parametru referenzjarju (standard jew punt ta' referenza li miegħu wieħed jista' jqabbel jew jivvaluta).

    (95)  Il-prezz totali mħallas għal 100 % ta' Assedile kien ta' EUR 41,8 miljun, bil-konsulent jipprovdi firxa ta' bejn EUR 41,2 – 44,7 miljun (ara l-kummenti ta' SACE S.p.A. ippreżentati fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 20, u l-Anness 11 tagħha). Rigward l-akkwiżizzjoni inizjali ta' 70 % ta' Assedile, il-prezz kien saħansitra 'l isfel mill-firxa ta' valutazzjoni, EUR 27 miljun għal 70 %, li jikkorrispondi għal EUR 38,5 miljun għall-impriża kollha. Il-prezz għall-akkwist ta' 30 % ta' Assedile fis-6 ta' Marzu 2008 ġie ddeterminat fuq il-bażi ta' rievalwazzjoni ta' Assedile, kif previst fil-ftehim tal-azzjonisti fid-data tax-xiri ta' 70 % (it-30 ta' Settembru 2005). Il-prezz kien jikkorrispondi għal valur ta' madwar EUR 41,8 miljun għal 100 %, b'hekk is-SACE BT ħallset fl-2008 il-parti li jifdal mill-EUR 14,8 miljun (ara SACE — tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-15 ta' Settembru 2011, p. 10-11).

    (96)  Skont ir-Rapport Annwali tas-SACE BT (ara p. 22-23), minħabba l-kriżi globali, l-istrateġija tal-espansjoni internazzjonali ġiet riveduta u tqawwiet l-enfasi fuq is-suq domestiku. Peress li KUP kienet qed tikseb riżultati finanzjarji agħar milli mistenni u fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika fl-Ewropa tal-Lvant, il-Bord ikkunsidra li l-ammonti investiti ma jiġux irkuprati.

    (97)  Is-SACE BT irreġistrat telf ta' EUR 2,2 miljun meta mqabbel mal-valur tal-akkwist ta' EUR 13,3 miljun. Fi tmiem l-2009, Ducroire irreġistrat aġġustament 'l isfel ta' EUR 12,3 miljun għall-valutazzjoni tas-sehem tagħha ta' 66 % f'KUP (li għalih ħallset EUR 13,3 miljun għal 33 % u EUR 11,1 miljun oħrajn lis-SACE BT = EUR 24,4 miljun), ara l-osservazzjonijiet tas-SACE tal-5 ta' Mejju 2011 f'p. 22 u r-Rapport Annwali 2009 ta' Ducroire, p. 28.

    (98)  Skont is-sottomissjoni tal-Italja tat-8 ta' April 2010 (p. 5, paragrafu 2), il-kopertura għandha x'taqsam biss mar-riskji kummerċjabbli.

    (99)  Ara l-Anness Nru. 14 — ISVAP: Il-minuti tar-riżultati tal-ispezzjoni għand is-SACE BT, il-11 ta' Ottubru 2010 (Verbali degli accertamenti ispettivi effettuati presso SACE BT, 11.10.2010), p. 56, is-sottomissjoni tal-Italja tal-5 ta' Marzu 2012.

    (100)  […].

    (101)  […].

    (102)  Ara l-premessa 93 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7756 finali tat-23 ta' Novembru 2011 fil-kawża SA.27386 (C 28/2010) — Skema ta' assigurazzjoni fuq żmien qasir ta' kreditu għall-esportazzjoni — il-Portugall, għadha mhix ippubblikata.

    (103)  Ara l-premessa 68 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7756 finali tat-23 ta' Novembru 2011 fil-kawża SA.27386 (C 28/2010) — Skema ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu qasir — il-Portugall, għadha mhix ippubblikata.

    (104)  Fil-każ tal-iskema ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni fuq perjodu qasir — il-Portugall (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7756 finali tat-23 ta' Novembru 2011 fil-kawża SA.27386 (C 28/2010), premessa 93, għadha mhix ippubblikata), il-Kummissjoni żviluppat metodu għall-kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rkuprat (spjegat fl-Anness ta' dik id-deċiżjoni) ibbażati fuq suppożizzjonijiet raġonevoli u fuq prattika tas-suq komuni. Skont dak il-metodu, il-prezz teoretiku tas-suq tal-kopertura mogħtija mill-Istat huwa ekwivalenti għal 110 % tal-prezz (f'termini ta' rata ta' primjum) mitlub mill-assiguratur privat fil-każ ta' kull klijent individwali.

    (105)  […].

    (106)  F'dak iż-żmien, il-kumpanija possedenti, is-SACE, diġà kienet konxja tat-telf sinifikanti li s-SACE BT kienet irreġistrat fl-ewwel kwart tal-2009.

    (107)  Ara l-Anness Nru. 1 — Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE tas-26 ta' Mejju 2009 (Verbale della riunione del CdA di SACE S.p.A., 26 maggio 2009), p. 4, is-sottomissjoni tal-Italja, il-5 ta' Marzu 2012.

    (108)  Ara s-sottomissjoni tal-Italja f'ittra ddatata t-8 ta' Ġunju 2010, p. 2.

    (109)  Ara s-sottomissjoni tal-Italja f'ittra ddatata t-8 ta' Ġunju 2010, l-Anness 7, p. 29.

    (110)  Ara CFI, T-129/95, T-2/96 and T-97/96, [1999] Ġabra II-00017Neue Maxhütte Stahlwerke GmbH u Lech-Stahlwerke GmbH v il-Kummissjoni, para.116.

    (111)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/278/KE (ĠU L 104, 27.4.1996, p. 25) — Iberia, para 15 tal-Parti VII.

    (112)  Ara QĠE, C-305/89, Ġabra 1991, I-1601, il-para. 22 — l-Italja/il-Kummissjoni (“Alfa Romeo”); Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/662/KE (ĠU L 258, 6.10.1994, p. 26), para 21 tal-Parti VII — Air France; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/789/KE (ĠU L 322, 25.1.1997, p. 44) — Alitalia, para 6 tal-Parti VII.

    (113)  Skont il-kontijiet finanzjarji tal-2009 tas-SACE u l-Annessi 5-7 tan-noti għall-Kontijiet, iż-żidiet fl-entità ikkontrollata SACE BT kienu jammontaw għal EUR 70 miljun.

    (114)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat KEE u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 80/723/KEE lil impriżi pubbliċi fis-settur tal-manifattura (ĠU C 307, 13.11.2003, p. 3).

    (115)  Ara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KEE, para. 36.

    (116)  Is-SACE tikkwota wkoll ir-riorjentazzjoni tal-operazzjonijiet tan-negozju bħala wieħed mill-argumenti (ara l-Kummenti tas-SACE ppreżentati fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 36.). Madankollu, fil-prattika, wara talba speċifika mill-Kummissjoni, l-Italja ppreżentat l-argument li s-SACE ma tipprevedix xi bidla sinifikanti tan-negozju tas-SACE (ara SACE BT — Tweġiba għat-talba għall-informazzjoni, il-15 ta' Settembru 2011, p. 13.)

    (117)  Ara s-sentenza ENI/Lanerossi para.21.

    (118)  Ara s-sentenza ENI/Lanerossi para.22.

    (119)  Sors: is-sottomissjoni tal-Italja f'ittra ddatata t-8 ta' Ġunju 2010, l-Anness 7, p. 28.

    (120)  Il-Beta tagħha, li hija kejl ta' liema riskju tkun fih il-kumpanija meta mqabbla mas-suq finanzjarju globali, kienet ta' 0.8 bejn l-2000 u l-2004, fejn 1 jikkorrispondi għar-riskju globali tas-suq finanzjaru.

    (121)  Sors għad-dejta użata fil-kalkolu: għall-valur kontabbli ta' ekwità — http://www.eulerhermes.com/finance/financial-resources/Documents/Financial-results/2009/Q1/Q1-2009-Presentation-analysts.pdf, għall-prezz tal-ishma: http://www.eulerhermes.com/finance/share/share-price.aspx.

    (122)  Fil-preżentazzjoni tar-riżultati tagħha għal 1Q2009 li jġibu d-data tas-6 ta' Mejju 2009, Euler-Hermes iddikjarat li d-dinja kienet għaddejja mill-agħar riċessjoni fl-aħħar 50 sena u l-insolvenzi kummerċjali kienu qed jiżdiedu (ara p. 5 u 7 tal-preżentazzjoni disponibbli fuq http://www.eulerhermes.com/finance/financial-resources/Documents/Financial-results/2009/Q1/Q1-2009-Presentation-analysts.pdf).

    (123)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u għar-Ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà, ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2, para. 12.

    (124)  Is-sentenza Stardust Marine tas-16 ta' Mejju 2002 fil-kawża C-482/99 [Ġabra I] p. 4397.

    (125)  QPI, T-68/03, Ġabra II-2911 — Olympic Airways/il-Kummissjoni, para.312-319.

    (126)  Il-kawża T-442/03 SIC v il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-1161.

    (127)  Punt 110.

    (128)  Punt 105.

    (129)  Ara l-paragrafi 52, 54, 55 u 56 tas-sentenza Stardust Marine.

    (130)  Ara wkoll Art. 13(2) tal-istatuti tas-SACE disponibbli hawn: http://www.sace.it/GruppoSACE/export/sites/default/download/normativa/nuovo_statuto.pdf

    (131)  Ara s-sentenza Stardust Marine tas-16 ta' Mejju 2002 fil-kawża C-482/99 [Ġabra I] p. 4397, para. 55 li tikkwota l-Kawża C-303/88, ir-Repubblika tal-Italja vs il-Kummissjoni, [1991] Ġabra I-01433, para. 11 u 12 u l-Kawża C-305/89, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni, [1991] Ġabra I-01603, il-paragrafi 13 u 14.

    (132)  L-Artikolu 6.12 tad-Digriet ta' Liġi Nru 269 tat-30 ta' Settembru 2003 kif ikkonvertit bil-modifiki għal-Liġi Nru 326 tal-24 ta' Novembru 2003..

    (133)  F'dak il-kuntest, għandu jiġi nnutat li, meta titqies l-ewwel miżura, il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi kien ġie kkonsultat dwar l-ammont ta' kapital soċjali tas-SACE BT. Ara l-Anness 2 — Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE (“Consiglio di Amministrazione”) tat-28 ta' April 2004 (Verbali della Riunione del Consiglio di Amministrazione di SACE S.p.A., 28 aprile 2004), għall-kummenti tas-SACE sottomessi fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ, p. 74-75: “… f'dak li jirigwardja l-ammont ta' kapital soċjali tas-SACE 2 [l-isem temporanju tal-kumpanija l-ġdida li għandha tinħoloq, dik li wara saret is-SACE BT], wara li nstemgħet il-fehma tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi, dan kien kwantifikat b'mod preliminari għal EUR 100 miljun” (“… ‘… riguardo all'ammontare del capitale sociale di Sace 2, sentito il Ministero dell'Economia e delle Finanze, esso e stato preliminarmente quantificato in 100 milioni di euro’”)

    (134)  Fl-2004, meta s-SACE saret kumpanija azzjonarja u ġiet konċessal-ewwel miżura, il-biċċa l-kbira tal-membri tal-Bord tad-Diretturi (“Consiglio di Amministrazione”) tas-SACE żammew il-pożizzjoni tagħhom fl-amministrazzjoni Taljana, jiġifieri fil-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi, fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jew f'istituzzjonijiet pubbliċi oħra (l-Istitut tal-Promozzjoni Industrijali — Istituto per la Promozione Industriale, l-Awtorità Regolatorja tal-Komunikazzjoni — Awtorità per le garanzie nelle comunicazioni u l-Istitut Taljan għall-Kummerċ Barranin — Istituto Nazionale per il Commercio Estero). B'mod partikolari, dak li kien fil-mument il-President tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE ukoll żamm il-pożizzjoni maniġerjali tiegħu fil-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi. Il-qasam ta' responsabbiltà kien jikkonċerna r-relazzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

    (135)  Ara l-Anness Nru. 8 — Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE tas-1 ta' April 2009 (Verbale della riunione del CdA di SACE S.p.A., 1 aprile 2009), p. 8, is-sottomissjoni tal-Italja, il-5 ta' Marzu 2012.

    “… (iii) sull'opportunità che, in tale ottica, non vi sia una diminuzione di volume tanto sul versante assicurativo ‘non a mercato’ quanto sel versante dell'assicurazione dei rischi a mercato”.

    (136)  Ara l-Anness Nru. 8 — Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE tas-1 ta' April 2009 (Verbale della riunione del CdA di SACE S.p.A., 1 aprile 2009), p. 9, is-sottomissjoni tal-Italja, il-5 ta' Marzu 2012.

    “… l'attività di support al sistema delle imprese svolta dalla SACE non sempre viene chiaramente percepita all'esterno, concordando, altresì, sull'importanza del percorso di sostegno a SACE BT, anche mediante la ricapitalizzazione della stessa”.

    (137)  Ara l-Anness Nru. 8 — Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE tas-1 ta' April 2009 (Verbale della riunione del CdA di SACE S.p.A., 1 aprile 2009), p. 8, is-sottomissjoni tal-Italja, il-5 ta' Marzu 2012.

    “… (ii) l'importanza del percorso di sostegno a SACE BT, mediante il quale il Gruppo SACE adempie alla propria funzione istituzionale di supporto al sistema delle imprese italiane”.

    (138)  Ara p. 1 tal-istqarrja għall-istampa li tinstab hawn: http://www.sace.it/GruppoSACE/export/sites/default/download/comunicati/2009/20090401_-_Comunicato_Bilancio_2008_Gruppo_SACE_e_controllate_-_final__11_.pdf

    (139)  Is-SACE kienet korp pubbliku soġġett għal-liġi pubblika u saret kumpanija b'responsabbiltà limitata fl-1 ta' Jannar 2004, jiġifieri biss ftit qabel ma nħolqot is-SACE BT u ġiet konċessal-ewwel miżura. Barra minn hekk, il-fatt li s-SACE BT inħolqot b'kapital ta' EUR 105,8 miljun ftit wara l-bidla fl-istatus legali tas-SACE jidher li jindika li d-deċiżjoni tal-Istat li jirriorganizzaw is-SACE fl-2004 kienet tinkludi l-ħolqien tas-SACE BT.

    (140)  Ara l-Anness Nru. 1 — Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE tas-26 ta' Mejju 2009 (Verbale della riunione del CdA di SACE S.p.A., 26 maggio 2009), p. 3-4, is-sottomissjoni tal-Italja, il-5 ta' Marzu 2012.

    “[…]”.

    (141)  Minuti tal-laqgħa tas-SACE BT tal-Bord tad-Diretturi (“Consiglio di Amministrazione”) tas-27 ta' Mejju 2009 (Verbale della Riunione del Consiglio di Amministrazione di SACE BT S.p.A., 27 maggio 2009), sottomessi fid-9 ta' Ġunju 2010, p. 5: “nella valutazione dei risultati della Società e del revised budget deve considerarsi la mission di sostegno al mercato che SACE BT deve continuare a perseguire”.

    (142)  Barra minn hekk, huwa nnotat li fl-2009, fil-mument tal-approvazzjoni tat-trasferiment tal-assigurazzjoni tal-ħajja mis-SACE BT lil Vittoria Assicurazioni S.p.A., l-Awtorità Taljana għall-Kompetizzjoni (Autorità Garante della Concorrenza e Mel mercato) ippreżentat lis-SACE BT bħala “[…] kumpanija indirettament ikkontrollata mill-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi […]”. Ara Bollettino n. 15 del 4 maggio 2009, p. 7, C10007 — Vittoria Assicurazioni/Ramo di Azienda di SACE BT, Provvedimento n. 19768, disponibbli onlajn hawn: http://www.agcm.it/trasp-statistiche/doc_download/868-15-09.html.

    (143)  Ara l-Anness nru 16 — “Memo Risk Management SACE S.p.a. id-19 ta' Marzu 2009” għall-kummenti tas-SACE ppreżentati fil-5 ta' Mejju 2011 bi tweġiba għad-deċiżjoni tal-ftuħ. In-nota kienet ibbażata fuq ir-rapport abbozzat mis-sensar tal-assigurazzjoni […], iddatat l-14 ta' Novembru 2008: “Analisi pro Rinnovo 2009 — Portafoglio Marketable”. Ir-rapport jinkludi analiżi dettaljata tax-xejra teknika tal-kumpanija, u speċjalment l-impatt li l-kuntratti attwali ta' riassigurazzjoni (dawk fi tmiem l-2008) kellhom fuq ir-riżultati u r-rekwiżiti kapitali attwali u futuri (“requisiti patrimoniali”).

    (144)  Ara l-Anness Nru. 5 — Il-minuti tal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tas-SACE tas-1 ta' April 2009 (Verbale della riunione del CdA di SACE S.p.A., 1 aprile 2009), p. 3, is-sottomissjoni tal-Italja, il-5 ta' Marzu 2012.

    “… una dotazione riassicurativa da parte di SACE S.p.A. in favore della controllata SACE BT, al fine di consentirle un mantenimento della propria capacità di affidamento, in particolare nel segmento delle piccole medie imprese.

    Il Consiglio di Amministrazione approva la partecipazione della società al Tratatto Excess Loss a copertura delle quote non accettate da riassicuratori di mercato e fino ad una massima perdita potenziale di EUR 48 mln. Le condizioni economiche praticate dovranno essere a mercato e pari a quelle accettate dai riassicuratori privati”

    .

    (145)  L-Art. 4(6) tal-Istatuti tas-SACE jipprevedi li: “Il-kumpanija tista' tikkonkludi kuntratti ta' riassikurazzjoni u ta' koassigurazzjoni ma' entitajiet jew impriżi Taljani awtorizzati, ma' entitajiet jew kumpaniji barranin jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll tidħol f'kuntratti biex tkopri riskji assigurabbli, bil-kundizzjonijiet tas-suq, ma' operaturi ewlenin fis-suq” (“La Società può concludere accordi di riassicurazione e coassicurazione con enti o imprese italiani autorizzati, con enti o imprese esteri o con organismi internazionali, nonché stipulare contratti di copertura del rischio assicurativo, a condizioni di mercato, con primari operatori del settore”)

    (146)  Ara wkoll il-punti 3 u 2.1 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kreditu għall-Esportazzjoni.

    (147)

      

    “3.2. It-tipi ta' trattament imniżżlin fil-paragrafu 3.1 [fost oħrajn id-dispożizzjonijiet ta' kapital] jagħtu, jew jistgħu jagħtu, lill-assiguranti ta' kreditu għall-esportazzjonijiet li jirċivuhom vantaġġ finanzjarju fuq assiguranti tal-kreditu għall-esportazzjonijiet oħra. Tali vantaġġi finanzjarji konċessi lil ċerti impriżi jikkawżaw distorsjoni fil-kompetizzjoni u jikkostitwixxu għajnuna Statali fis-sens tal-Artikolu 92(1) tat-Trattat.

    […]

    Il-vantaġġi finanzjarji mniżżlin fil-paragrafu 3.1 fir-rigward ta' riskji kummerċjabbli […] iwasslu għal varjazzjonijiet fil-kopertura tal-assigurazzjoni disponibbli għal riskji kummerċjabbli fi Stati Membri differenti, u għaldaqstant tiġi kkawżata distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn kumpaniji fl-Istati Membri”

    (enfażi tal-Kummissjoni).

    (*****)  L-informazzjoni disponibbli tirreferi biss għan-negozju tal-avall (i dati riportati sono relativi solo a ramo cauzioni)

    Sors: Il-Pjan ta' Negozju 2010-2011, approvat mill-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT fl-4 ta' Awwissu 2009 u l-Pjan ta' Negozju aġġustat 2011-2013, approvat mill-Bord tad-Diretturi tas-SACE BT fl-24 ta' Novembru 2011.

    (148)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.

    (149)  Ara d-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessa 137.

    (150)  Ara s-sottomissjoni tal-Italja f'ittra ddatata t-8 ta' Ġunju 2010, l-Anness 7, p. 29.

    (151)  Ara l-Linji gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar, l-Artikolu 3(1).

    (152)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta' kompetizzjoni mhux mistħoqqa (GU C 10, 15.1.2009, p. 2-10).

    (153)  Community guidelines on State aid for rescuing and restructuring firms in difficulty, (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).

    (154)  ĠU C 119, 22,5.2002, p. 22.

    (155)  ĠU C 217, 2,8.2001, p. 2.

    (156)  ĠU C 307, 11.12.2004, p. 12.

    (157)  ĠU C 325, 22.12.2005, p. 22.

    (158)  Wara li reġgħet ġiet emendata fl-2010 (ĠU C 329, 7.12.2010, p. 6), wara l-adozzjoni tal-miżuri inkwistjoni, din il-Komunikazzjoni tal-Esportazzjonijiet bi Kreditu reċentement ġiet sostitwita minn Komunikazzjoni ġdida dwar l-assigurazzjoni fuq perjodi qosra ta' kreditu għall-esportazzjoni (ĠU C 392, 19.12.2012, p. 1), li ma tibdiex tapplika qabel l-1 ta' Jannar 2013 (“il-Komunikazzjoni l-ġdida dwar l-esportazzjonijiet bi kreditu”). Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota, għal raġunijiet ta' kompletezza, li l-evalwazzjoni tagħha kif spjegat fil-paragrafi hawn taħt ma tinbidilx minħabba d-dispożizzjonijiet tal-Komunikazzjoni l-ġdida dwar l-esportazzjonijiet bi kreditu.

    (159)  ĠU C 16, 22.1.2009, p. 1.

    (160)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7756 finali tat-23 ta' Novembru 2011 fil-kawża SA.27386 (C 28/10) — Skema ta' assigurazzjoni fuq żmien qasir ta' kreditu għall-esportazzjoni — il-Portugall, għadha mhix ippubblikata.

    (161)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


    ANNESS

    INFORMAZZJONI DWAR L-AMMONTI TA' GĦAJNUNA RIĊEVUTI, LI GĦANDHOM JIĠU RKUPRATI U LI DIĠÀ ĠEW IRKUPRATI

    Identità tal-benefiċjarju

    L-ammont totali tal-għajnuna riċevuta taħt din l-iskema (*)

    L-ammont totali tal-għajnuna rkuprata (*)

    (Prinċipal)

    L-ammont totali diġà mħallas lura (*)

    Kapital

    Imgħax tal-irkupru

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    (*)  Miljuni fil-munita nazzjonali


    Top