Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0466(01)

    2014/466/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUFOR RCA/4/2014 tal- 10 ta' Lulju 2014 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)

    ĠU L 212, 18.7.2014, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/466(2)/oj

    18.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 212/11


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUFOR RCA/4/2014

    tal-10 ta' Lulju 2014

    dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA)

    (2014/466/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/73/PESK tal-10 ta' Frar 2014 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2014/73/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribuzzjonijiet proposti minn Stati terzi.

    (2)

    Wara r-rakkomandazzjoni dwar kontribuzzjoni mit-Turkija mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE tal-EUFOR RCA u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribuzzjoni mit-Turkija għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) għandha tiġi aċċettata.

    (3)

    F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-kontribuzzjoni mit-Turkija għall-EUFOR RCA hija aċċettata u kkunsidrata bħala sinifikanti.

    2.   It-Turkija hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUFOR RCA.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2014.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 40, 11.2.2014, p. 59.


    Top