This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0461
2014/461/EU: Commission Implementing Decision of 14 July 2014 on a temporary derogation from Council Decision 2013/755/EU, as regards the rules of origin for prepared and preserved shrimps and prawns from Greenland
2014/461/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta' Lulju 2014 dwar deroga temporanja mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE, rigward ir-regoli ta' oriġini tal-gambli u gambli kbar, li huma ippreparati u ippreżervati, ġejjin mill-Groenlandja
2014/461/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta' Lulju 2014 dwar deroga temporanja mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE, rigward ir-regoli ta' oriġini tal-gambli u gambli kbar, li huma ippreparati u ippreżervati, ġejjin mill-Groenlandja
ĠU L 207, 15.7.2014, p. 20–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2014
15.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/20 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta' Lulju 2014
dwar deroga temporanja mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE, rigward ir-regoli ta' oriġini tal-gambli u gambli kbar, li huma ippreparati u ippreżervati, ġejjin mill-Groenlandja
(2014/461/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tal-Anness VI tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta' Ottubru 2009 il-Kummissjoni addottat id-Deċiżjoni 2009/776/KE (2) li tidderoga mid-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti li joriġinaw” biex tieħu f'konsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali tal-Groenlandja fir-rigward tal-gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis. Din id-deroga skadiet fil-31 ta' Diċembru 2013. |
(2) |
Permezz ta' ittra bid-data tal-1 ta' April 2014, il-Groenlandja talbet għal deroga ġdida mir-regoli ta' oriġini stipulati fl-Artikolu 16 tal-Anness VI tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/755/UE rigward kwantità annwali ta' 2 500 tunnellata ta' gambli u gambli kbar, li huma preparati u priservati tal-ispeċi Pandalus borealis, u Pandalus Montagui li jiġu esportati mill-Groenlandja għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020. |
(3) |
Il-Groenlandja bbażat it-talba tagħha fuq il-fatt li l-qabdiet totali permissibbli (TAC) tal-Groenlandja tnaqqsu matul l-aħħar snin u ser ikomplu jitnaqqsu fl-2015, u joħolqu nuqqas fil-provvisti tal-gambli u gambli kbar li joriġinaw minn hemm. Il-Groenlandja teħtieġ b'mod urġenti gambli u gambli kbar minn pajjiżi ġirien biex iżżomm livell minimu ta' produzzjoni u biex tiżgura l-impjiegi. |
(4) |
L-Artikolu 16(1)(c) tal-Anness VI tad-Deċiżjoni 2013/755/UE jipprevedi li d-derogi mir-regoli ta' oriġini jistgħu jiġu adottati fejn ikun ġustifikat bl-iżvilupp ta' industriji eżistenti jew il-ħolqien ta' industriji ġodda f'pajjiż jew territorju. |
(5) |
L-industrija tas-sajd hija dik ewlenija fil-Groenlandja li minnha s-settur tas-sajd tal-gambli u gambli kbar huwa l-iktar importanti. Huwa ta' importanza kbira għall-iżvilupp kontinwu tal-industrija tal-Groenlandja li l-possibbiltà li jintużaw gambli u gambli kbar minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari mill-Kanada, tibqa' possibbli fil-futur biex tiġi żviluppata l-industrija fuq l-art u biex tinżamm il-kompetittività tal-industrija tal-Groenlandja fis-suq dinji. |
(6) |
Il-Groenlandja hija pajjiż iżolat ġeografikament b'infrastruttura limitata u b'qgħad li qed jiżdied. Meta jkun hemm nuqqas ta' provvisti, il-fabbriki jkollhom jagħlqu u jinħoloq qgħad għal perjodi itwal. L-impatt soċjoekonomiku ta' għeluq bħal dan għalhekk huwa sinifikanti fuq komunità żgħira li tiddependi fuq l-attività ekonomika ta' fabbriki ta' dan it-tip. L-ipproċessar ta' 2 500 tunnellata ta' gambli u gambli kbar jipprovdi xogħol għal madwar għaxar ħaddiema. Il-Groenlandja fit-talba tagħha indikat li d-deroga hija essenzjali għall-għixien ta' waħda mill-fabbriki tagħha. |
(7) |
Id-deroga mitluba hija ġustifikata skont l-Artikolu 16(1)(c) tal-Anness VI għad-Deċiżjoni 2013/755/UE, fir-rigward tal-iżvilupp kontinwu ta' industrija eżistenti fil-Groenlandja. Barra minn hekk, id-deroga tiżgura l-impjiegi f'komunitajiet vulnerabbli u hija essenzjali għall-għixien ta' waħda mill-fabbriki tal-Groenlandja. |
(8) |
Minħabba li l-użu tad-deroga mogħtija fl-2001 kien baxx ħafna, din id-deroga għandha tingħata biss għal 500 tunnellata, ammont li jikkorrispondi għall-ogħla livell ta' utilizzazzjoni fl-2002 miżjud b'tolleranza ta' 25 %. |
(9) |
Suġġett għal konformità ma' ċerti kondizzjonijiet li għandhom x' jaqsmu ma' kwantità, sorveljanza u tul ta' żmien, id-deroga ma għandhiex tikkawża ħsara serja lil settur ekonomiku jew lil industrija stabbilita tal-Unjoni jew ta' wieħed jew iktar mill-Istati Membri. |
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) jistipula r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Dawk ir-regoli għandhom ikunu applikati għall-ġestjoni tal-kwantità li għaliha qed tingħata d-deroga permezz ta' din id-Deċiżjoni. |
(11) |
Id-deroga hija mitluba għal perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2014 u li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020. Billi huwa meħtieġ li tkun żgurata l-kontinwità tal-esportazzjonijiet mill-Groenlandja lejn l-Unjoni u l-prevedibbiltà għall-operaturi ekonomiċi, id-deroga għandha tingħata b'mod retroattiv. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'deroga mill-Anness VI tad-Deċiżjoni 2013/755/UE, gambli u gambli kbar, li huma preparati u priservati tal-ispeċi Pandalus borealis, u Pandalus Montagui bil-kodiċi tan-NM ex 1605 21 u ex 1605 29, proċessati fil-Groenlandja minn gambli u gambli kbar li ma joriġinawx mir-reġjun, bil-kodiċi tan-NM 0306 16 99 jitqiesu li fil-fatt joriġinaw fil-Groenlandja skont it-termini stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 tapplika għall-kwantitajiet stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni li huma importati fl-Unjoni mill-Groenlandja matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.
Artikolu 3
Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
L-awtoritajiet tad-dwana tal-Groenlandja jieħdu l-passi neċessarji biex jagħmlu kontrolli kwantitattivi fuq esportazzjonijiet tal-prodotti msemmijja fl-Artikolu 1.
Iċ-ċertifikati kollha ta' moviment EUR.1 li joħorġu fir-rigward ta' dawk il-prodotti jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni.
Qabel it-tmiem tal-aħħar tax-xahar ta' kull perjodu ta' tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni trimestrali tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati ta' moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.
Artikolu 5
Kaxxa 7 taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġa skont din id-Deċiżjoni tikkontjeni waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:
— |
“Derogation — Commission Implementing Decision 2014/461/EU”. |
— |
“Dérogation — Décision d'exécution 2014/461/UE de la Commission” |
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/776/KE tas-16 ta' Ottubru 2009 dwar deroga mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/822/KE, rigward ir-regoli ta' oriġini tal-gambli u gambli kbar, li huma preparati u priservati, ġejjin mill-Groenlandja (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 51).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
ANNESS
Numru tal-Ordni |
Il-Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodi |
Kwantitajiet |
09.xxxx |
ex 1605 21 ex 1605 29 |
Gambli u gambli kbar preparati jew priservati tal-ispeċi Pandalus borealis u Pandalus Montagui |
1.1.2014 sa 31.12.2014 1.1.2015 sa 31.12.2015 1.1.2016 sa 31.12.2016 1.1.2017 sa 31.12.2017 1.1.2018 sa 31.12.2018 1.1.2019 sa 31.12.2019 1.1.2020 sa 31.12.2020 |
500 tunnellata 500 tunnellata 500 tunnellata 500 tunnellata 500 tunnellata 500 tunnellata 500 tunnellata |