This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0159
2014/159/EU: Commission Implementing Decision of 20 March 2014 amending Decision 2006/593/EC as regards additional allocations from the European Social Fund to certain Member States in the framework of the Regional competitiveness and employment objective (notified under document C(2014) 1708)
2014/159/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2006/593/KE fir-rigward tal-allokazzjonijiet addizzjonali mill-Fond Soċjali Ewropew għal ċerti Stati Membri fil-qafas tal-għan tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi (notifikata bid-dokument C(2014) 1708)
2014/159/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2006/593/KE fir-rigward tal-allokazzjonijiet addizzjonali mill-Fond Soċjali Ewropew għal ċerti Stati Membri fil-qafas tal-għan tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi (notifikata bid-dokument C(2014) 1708)
ĠU L 87, 22.3.2014, pp. 101–103
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013
|
22.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/101 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Marzu 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2006/593/KE fir-rigward tal-allokazzjonijiet addizzjonali mill-Fond Soċjali Ewropew għal ċerti Stati Membri fil-qafas tal-għan tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi
(notifikata bid-dokument C(2014) 1708)
(2014/159/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/593/KE (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/476/UE (3), iffissat allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-obbjettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi għall-perjodu 2007 sal-2013. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 1298/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) bil-għan li jindirizza l-problemi speċifiċi tal-qgħad, b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u l-faqar u l-esklużjoni soċjali f’dawk il-pajjiżi billi jżid pakkett totali ta’ EUR 125 513 290, fi prezzijiet tal-2004, skont il-Fond Soċjali Ewropew. |
|
(3) |
L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1083/2006 kif emendat jimmodifika r-riżorsi disponibbli għall-objettiv tal-Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi sabiex iżid l-allokazzjonijiet tal-Fond Soċjali Ewropew għal Franza, l-Italja u Spanja b’EUR 111 553 522 fl-2013. |
|
(4) |
L-ammonti indikattivi tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għar-reġjuni eliġibbli biex jibbenefikaw mill-Fondi Strutturali taħt l-objettiv tal-Kompetittività Reġjonali u Impjiegi għandhom jiġu riveduti għal dawk l-Istati Membri. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/593/KE għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2006/593/KE huwa sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Johannes HAHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/593/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tiffissa allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru tal-approprjazzjonijiet tal-impenn għall-għan ta’ kompetittività u impjiegi Reġjonali għall-perjodu 2007-2013 (ĠU L 243, 6.9.2006, p. 32).
(3) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/476/UE tat-30 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/593/KE li tistabbilixxi allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi għall-perjodu 2007-2013 fir-rigward tar-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja (ĠU L 232, 2.9.2010, p. 11).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1298/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fir-rigward tal-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 256).
ANNESS
“ANNESS I
Allokazzjoni indikattiva skont l-Istat Membru tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għar-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fondi strutturali li jaqgħu taħt l-Għan tal-Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013
|
(EUR) |
||||||||||
|
Stat Membru |
Tabella 1 – Ammont tal-approprjazzjonijiet (prezzijiet tal-2004) |
|||||||||
|
Reġjuni eliġibbli taħt l-objettiv tal-Kompetittività reġjonali u l-impjiegi |
Finanzjament addizzjonali msemmi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 fil-punt: |
|||||||||
|
10 |
16 |
20 |
23 |
25 |
26 |
28 |
29 |
32 |
||
|
Belgïe/Belgique |
1 264 522 294 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Česká republika |
172 351 284 |
4 633 651 |
199 500 000 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Danmark |
452 135 320 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Deutschland |
8 273 934 718 |
|
|
|
|
74 812 500 |
|
|
|
|
|
Éire/Ireland |
260 155 399 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
España |
2 925 887 307 |
|
|
|
|
|
199 500 000 |
|
|
16 735 105 |
|
France |
9 000 763 163 |
|
|
|
|
|
|
|
99 750 000 |
69 715 759 |
|
Italia |
4 539 667 937 |
|
|
|
|
|
|
209 475 000 |
|
25 102 658 |
|
Lussemburgu |
44 796 164 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nederland |
1 472 879 499 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Österreich |
761 883 269 |
|
|
|
|
149 625 000 |
|
|
|
|
|
Portugal |
435 196 895 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Slovensko |
398 057 758 |
7 006 030 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Suomi/Finland |
778 631 938 |
|
|
153 552 511 |
|
|
|
|
|
|
|
Sverige |
1 077 567 589 |
|
|
215 598 656 |
149 624 993 |
|
|
|
|
|
|
United Kingdom |
5 335 717 800 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Totali |
37 194 148 334 |
11 639 681 |
199 500 000 |
369 151 167 |
149 624 993 |
224 437 500 |
199 500 000 |
209 475 000 |
99 750 000 |
111 553 522 |
|
(EUR) |
|||||||
|
Stati Membri |
Tabella 2 – Tqassim annwali tal-approprjazzjonijiet (prezzijiet tal-2004) |
||||||
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
|
|
Belgïe/Belgique |
180 646 042 |
180 646 042 |
180 646 042 |
180 646 042 |
180 646 042 |
180 646 042 |
180 646 042 |
|
Česká republika |
53 121 612 |
53 121 612 |
53 121 612 |
53 121 612 |
54 696 847 |
54 665 961 |
54 635 679 |
|
Danmark |
64 590 760 |
64 590 760 |
64 590 760 |
64 590 760 |
64 590 760 |
64 590 760 |
64 590 760 |
|
Deutschland |
1 192 678 174 |
1 192 678 174 |
1 192 678 174 |
1 192 678 174 |
1 192 678 174 |
1 192 678 174 |
1 192 678 174 |
|
Éire/Ireland |
37 165 057 |
37 165 057 |
37 165 057 |
37 165 057 |
37 165 057 |
37 165 057 |
37 165 057 |
|
España |
446 483 901 |
446 483 901 |
446 483 901 |
446 483 901 |
446 483 901 |
446 483 901 |
463 219 006 |
|
France |
1 300 073 309 |
1 300 073 309 |
1 300 073 309 |
1 300 073 309 |
1 300 073 309 |
1 300 073 309 |
1 369 789 068 |
|
Italia |
678 448 991 |
678 448 991 |
678 448 991 |
678 448 991 |
678 448 991 |
678 448 991 |
703 551 649 |
|
Lussemburgu |
6 399 452 |
6 399 452 |
6 399 452 |
6 399 452 |
6 399 452 |
6 399 452 |
6 399 452 |
|
Nederland |
210 411 357 |
210 411 357 |
210 411 357 |
210 411 357 |
210 411 357 |
210 411 357 |
210 411 357 |
|
Österreich |
130 215 467 |
130 215 467 |
130 215 467 |
130 215 467 |
130 215 467 |
130 215 467 |
130 215 467 |
|
Portugal |
62 170 985 |
62 170 985 |
62 170 985 |
62 170 985 |
62 170 985 |
62 170 985 |
62 170 985 |
|
Slovensko |
59 287 258 |
57 274 995 |
54 915 823 |
51 153 834 |
55 518 251 |
58 543 272 |
68 370 355 |
|
Suomi/Finland |
133 169 207 |
133 169 207 |
133 169 207 |
133 169 207 |
133 169 207 |
133 169 207 |
133 169 207 |
|
Sverige |
206 113 034 |
206 113 034 |
206 113 034 |
206 113 034 |
206 113 034 |
206 113 034 |
206 113 034 |
|
United Kingdom |
762 245 400 |
762 245 400 |
762 245 400 |
762 245 400 |
762 245 400 |
762 245 400 |
762 245 400 |
|
Totali |
5 523 220 006 |
5 521 207 743 |
5 518 848 571 |
5 515 086 582 |
5 521 026 234 |
5 524 020 369 |
5 645 370 692 ” |