Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1239

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat- 2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66–213 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2017: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1239/oj

5.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/66


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1239/2013

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kumissjoni Ewropea, wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-8 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) ħabbret permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' proċediment antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ” jew il-“pajjiż ikkonċernat”).

(2)

Il-proċedura antisussidji tnediet wara lment ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2012 minn EU ProSun (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi li f'dan il-każ jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta' sussidju tat-tali prodott u ta' dannu materjali li rriżulta minnu, li tqieset biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta' proċediment.

(3)

Qabel il-bidu tal-proċediment u b'konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (“ir-Regolament bażiku”), il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern tar-RPĊ (“il-GTĊ”) li kienet irċeviet ilment iddokumentat kif suppost li jallega li l-importazzjonijiet sussidjati ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li joriġinaw mir-RPĊ kienu qegħdin jikkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-GTĊ kien mistieden għal konsultazzjonijiet bil-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenuti tal-ilment u sabiex tinstab soluzzjoni maqbula b'mod reċiproku. Il-GTĊ aċċetta l-offerta ta' konsultazzjonijiet li mbagħad saru. Matul il-konsultazzjonijiet, ma setgħet tinstab ebda soluzzjoni miftehma b'mod reċiproku. Madankollu, ittieħdet nota tal-kummenti li saru mill-GTĊ dwar in-nuqqas ta' kumpensabbiltà tal-iskemi elenkati fl-ilment. Wara l-konsultazzjonijiet, daħlu sottomissjonijiet mill-GTĊ.

1.2.   Proċediment antidumping parallel

(4)

Fis-6 ta' Settembru 2012, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), il-bidu ta' proċediment antidumping dwar importazzjonijiet fl-Unjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw mir-RPĊ.

(5)

Fis-6 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 (4), imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-RPĊ (“Regolament antidumping provviżorju”).

(6)

L-analiżijiet tad-dannu li saru f'din l-investigazzjoni antisussidji u antidumping huma bbażati fuq l-istess definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi rappreżentanti tal-Unjoni u l-perjodu tal-investigazzjoni u wasslu għal konklużjonijiet identiċi sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Dan tqies xieraq sabiex tiġi simplifikata l-analiżi tad-dannu u sabiex jinkisbu sejbiet konsistenti fiż-żewġ proċedimenti. Għal din ir-raġuni, kummenti dwar l-aspetti tad-dannu mressqa fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-proċedimenti ttieħdu inkunsiderazzjoni fiż-żewġ proċedimenti.

1.3.   Reġistrazzjoni

(7)

Wara talba mill-ilmentatur appoġġata mill-evidenza meħtieġa, il-Kummissjoni adottat fl-1 ta' Marzu 2013 ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2013 (5) li jagħmel l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni mis-6 ta' Marzu 2013.

(8)

Uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma kellhiex bażi, peress li l-kundizzjonijiet ma kinux issodisfati skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku. Madankollu, dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux sostanzjati jew ibbażati fuq evidenza fattwali. Fiż-żmien li ttieħdet id-deċiżjoni biex jiġu rreġistrati l-importazzjonijiet, il-Kummissjoni kellha biżżejjed evidenza prima facie biex tiġġustifika l-bżonn li jiġu rreġistrati l-importazzjonijiet, b'mod partikolari żieda qawwija kemm f'termini ta' importazzjonijiet assoluti kif ukoll f'temini ta' sehem mis-suq. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati.

1.4.   Partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(9)

Il-Kummissjoni avżat b'mod uffiċjali lill-ilmentaturi, lil produtturi oħrajn magħrufa tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ, l-awtoritajiet tar-RPĊ u importaturi magħrufa bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jiddikjaraw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ matul il-perjodu ta' żmien stipulat fin-Notifika ta' Bidu.

(10)

Fid-dawl tan-numru apparentement għoli ta' produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u importaturi mhux relatati, kull produttur esportatur u importatur mhux relatat magħruf intalab iħabbar lilu nnifsu lill-Kummissjoni u jipprovdi, kif speċifikat fin-Notifika ta' Bidu, informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tiegħu relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu tal-investigazzjoni kif definit fil-premessa (38) hawn isfel. Din l-informazzjoni ntalbet skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi fuq jekk ikunx hemm bżonn kampjunar u, jekk iva, tagħżel il-kampjuni. L-awtoritajiet tal-RPĊ ġew ikkonsultati wkoll.

(a)   Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi

(11)

Għall-ewwel, 121 produttur esportatur/grupp ta' produtturi Ċiniżi pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi f'kampjun. Il-kumpaniji li kkooperaw jirrappreżentaw iktar minn 80 % mill-volum totali ta' esportazzjoni taċ-Ċina. Fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta mill-produtturi esportaturi u skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, fil-bidu l-Kummissjoni pproponiet kampjun ta' seba' produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi esportaturi.

(12)

Il-kampjun magħżul ta' seba' gruppi ta' kumpaniji jikkonsisti fi tliet esportaturi li jikkooperaw bl-akbar volum ta' esportazzjonijiet ta' moduli, iż-żewġ esportaturi li jikkooperaw bl-akbar volum ta' esportazzjonijiet ta' ċelloli u ż-żewġ esportaturi li jikkooperaw bl-akbar volum ta' esportazzjonijiet ta' wejfers. Il-kampjun ta' dawn is-seba' gruppi ta' produtturi esportaturi serva bħala l-bażi biex jiġi ddeterminat il-livell ta' sussidju għal dawk il-gruppi kif ukoll il-livell ta' sussidju għall-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, kif mitlub mill-Artikoli 15(2) u 15(3) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat fil-premessa (46) hawn isfel, il-Kummissjoni eskludiet il-wejfers mill-ambitu tal-prodott fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni. Ċerti kumpaniji ġew magħżula fil-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volumi ta' esportazzjonijiet ta' wejfers tagħhom. Madankollu, wara li ttieħed inkunsiderazzjoni li l-Kummissjoni diġà kienet investigat dawn il-kumpaniji, ivverifikat id-dejta ppreżentata minnhom u anki l-fatt li dawn il-kumpaniji kollha kellhom esportazzjonijiet sinifikanti ta' moduli u/jew ċelloli, ma tqiesx li hemm bżonn li jiġi emendat il-kampjun.

(13)

Eventwalment, in-numru ta' produtturi esportaturi fil-kampjun tqies li sar tmien kumpaniji/gruppi. Dan għaliex, għad li għall-ewwel kien irrapportat li Jinko Solar Co. Ltd u Renesola Jiangsu Ltd kienu relatati, wara ġie stabbilit li ma kinux.

(b)   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(14)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Kull produttur tal-Unjoni u assoċjazzjoni tal-produtturi magħrufa ġew informati dwar l-għażla tal-kampjun provviżorju ta' produtturi tal-Unjoni. Dan il-kampjun provviżorju kkonsista f'disa' produtturi tal-Unjoni minn madwar 215-il produttur tal-Unjoni li kienu magħrufa qabel il-bidu tal-investigazzjoni li jipproduċu l-prodott simili, magħżula fuq il-bażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni, billi ttieħed inkunsiderazzjoni l-volum ta' bejgħ u l-post ġeografiku li seta' raġonevolment ikun investigat matul iż-żmien disponibbli. Kien żgurat li l-kampjun ikopri kemm produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment kif ukoll produtturi mhux integrati. Il-partijiet interessati kienu mistiedna wkoll sabiex jiddikjaraw il-fehmiet tagħhom dwar il-kampjun provviżorju.

(15)

Bosta partijiet interessati qajmu l-oġġezzjonijiet li ġejjin dwar il-kampjun provviżorju ta' produtturi tal-Unjoni:

(i)

Uħud mill-partijiet qalu li l-informazzjoni limitata pprovduta fir-rigward tal-kampjun magħżul b'mod provviżorju ma kinitx biżżejjed u żammithom milli jagħmlu xi kumment sinifikanti dwar il-kampjun propost. B'mod partikolari, ikkritikaw il-fatt li l-identità tal-produtturi tal-Unjoni nżammet kunfidenzjali u talbu li jiġu ddivulgati l-Istati Membri fejn jinsabu l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, kif ukoll is-sehem tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-volum totali ta' produzzjoni ta' moduli u ċelloli fotovoltajċi (PV) u l-perċentwal ta' produzzjoni u bejgħ rappreżentat mill-kumpaniji fil-kampjun b'mod individwali u mill-kampjun inġenerali.

(ii)

Il-metodu użat biex jingħażel il-kampjun ġie kkontestat għar-raġunijiet li “jħallat tliet stadji differenti”, jiġifieri l-appoġġ għall-bidu tal-investigazzjoni, id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-kampjunar. Għalhekk, kien iddikjarat li ma kienx ċar jekk l-industrija tal-Unjoni diġà kinitx definita fi żmien l-għażla tal-kampjun, u għalhekk jekk il-kampjun jistax jitqies rappreżentattiv. Mingħajr id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-istadju ta' kampjunar, il-partijiet interessati ma setgħux jivverifikaw jekk il-kampjun provviżorju kienx rappreżentattiv, u b'hekk jekk fuq il-bażi tal-kampjun setgħetx tiġi vvalutata kif suppost is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni kif definita fil-premessa (38) hawn isfel. Barra minn hekk, kien iddikjarat li ma kienx xieraq li jingħażel il-kampjun provviżorju fuq il-bażi tat-tweġibiet tal-produtturi tal-Unjoni għall-analiżi tal-appoġġ għall-bidu tal-investigazzjoni.

(iii)

Kien iddikjarat ukoll li l-kampjun provviżorju ntgħażel sempliċiment fuq il-bażi tal-kumpaniji li esprimew l-appoġġ tagħhom għal din l-investigazzjoni.

(iv)

Parti minnhom iddikjarat li, peress li l-kumpaniji integrati vertikalment huma inklużi fil-kampjun provviżorju, il-volum ta' produzzjoni ta' ċelloli jista' jkun magħdud darbtejn jew tliet darbiet, u dan jixħet dubji fuq ir-rappreżentattività ġenerali tal-kampjun. Intalab sabiex għall-produtturi integrati vertikalment, jingħadd biss il-volum ta' produzzjoni tal-moduli, iżda mhux il-volum taċ-ċelloli.

(v)

L-istess parti allegat li d-dejta li fuqha kienet ibbażata l-għażla tal-kampjun kienet tal-inqas parzjalment mhux kredibbli u dan jista' jħalli impatt fuq ir-rappreżentattività tal-kampjun provviżorju sħiħ.

(vi)

Parti minnhom ipprovdiet lista li allegatament fiha madwar 150 produttur addizzjonali tal-Unjoni tal-prodott simili, u ddikjarat li tal-inqas kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-għażla ta' kampjun ta' produtturi tal-Unjoni.

(16)

L-argumenti mqajma mill-partijiet kienu indirizzati kif ġej: Il-produtturi tal-Unjoni talbu li l-ismijiet tagħhom jinżammu kunfidenzjali minħabba r-riskju ta' ritaljazzjoni. Tabilħaqq kien hemm theddid reali kontra l-produtturi tal-Unjoni sabiex issirilhom ħsara fin-negozju tagħhom kemm fl-Unjoni kif ukoll barra. Il-Kummissjoni qieset li dawn it-talbiet kienu sostanzjati biżżejjed biex jintlaħqu. Id-divulgazzjoni tal-post jew is-sehem fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' produtturi individwali tal-Unjoni magħżula fil-kampjun faċilment setgħet tikxef l-identità tal-produttur ikkonċernat u t-talbiet f'dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati.

(17)

Il-Kummissjoni ma “ħawditx” id-determinazzjoni tal-appoġġ għall-bidu tal-investigazzjoni, id-determinazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-għażla ta' kampjun provviżorju peress li dawn l-istadji baqgħu indipendenti minn xulxin u ttieħdet deċiżjoni fuqhom b'mod separat. Ma ntweriex kemm l-użu tad-dejta dwar il-produzzjoni u l-bejgħ ipprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-analiżi tal-appoġġ għall-bidu tal-investigazzjoni kien affettwa r-rappreżentattività tal-kampjun. Fil-bidu, l-industrija tal-Unjoni tabilħaqq kienet definita b'mod provviżorju. L-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni, inkluża informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni u partijiet oħrajn qabel il-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tiġi stabbilita b'mod provviżorju l-produzzjoni totali tal-Unjoni għall-perjodu tal-investigazzjoni, kif definita fil-premessa (38) hawn isfel.

(18)

Il-produtturi kollha tal-Unjoni li wieġbu l-mistoqsijiet relatati mal-appoġġ għall-bidu tal-investigazzjoni ġew ikkunsidrati għall-kampjun, irrispettivament x'kienu jappoġġaw, jopponu jew jekk ma esprimew ebda opinjoni dwar l-investigazzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(19)

Il-kwistjoni ta' għadd doppju/triplu ġiet ikkunsidrata meta ntgħażel il-kampjun provviżorju. Deher li l-esklużjoni tal-produzzjoni u l-bejgħ ta' ċelloli tal-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment ma kinitx tieħu inkunsiderazzjoni l-parti tal-produzzjoni taċ-ċelloli mibjugħa fis-suq ħieles. Għalhekk tqies li l-esklużjoni tal-bejgħ taċ-ċelloli mill-volum totali ta' produzzjoni mhux bilfors kien iwassal għal kampjun iktar rappreżentattiv. Barra minn hekk, ir-rappreżentattività tal-kampjun ma kinitx stabbilita biss fuq il-bażi tal-volum ta' produzzjoni iżda anki fuq il-bażi tal-firxa ġeografika u rappreżentazzjoni bbilanċjata ta' produtturi integrati vertikalment u mhux integrati. Ir-rappreżentattività relattiva tal-volum ta' produzzjoni kienet ikkalkolata fil-livell ta' kull tip tal-prodott simili. Fuq din il-bażi, tqies li l-metodoloġija sabiex jingħażel kampjun provviżorju kienet raġonevoli u għalhekk il-kampjun jitqies rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni tal-prodott investigat b'mod ġenerali. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kredibbiltà tad-dejta, il-kampjun intgħażel fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fi żmien l-għażla tal-kampjun kif stipulat fl-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. Dwar il-kredibbiltà tad-dejta użata fl-appoġġ tal-bidu tal-investigazzjoni, l-investigazzjoni ma sabet ebda evidenza li d-dejta miġbura qabel il-bidu kellha nuqqasijiet importanti. Għaldaqstant, jista' jiġi supponut b'mod raġonevoli li l-bażi li fuqha ntgħażel il-kampjun provviżorju kienet kredibbli biżżejjed. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(20)

Rigward il-lista ta' madwar 150 produttur addizzjonali tal-Unjoni, ta' min jinnota li din l-informazzjoni ġiet sottomessa ferm wara d-data ta' skadenza stabbilita għall-partijiet interessati sabiex jikkummentaw dwar l-għażla tal-kampjun provviżorju u għall-produtturi tal-Unjoni sabiex jgħarrfu bil-preżenza tagħhom u sabiex jitolbu li jintgħażlu fil-kampjun. Barra minn hekk, madwar 30 mill-produtturi tal-Unjoni f'din il-lista kienu magħrufa mal-Kummissjoni fi żmien l-għażla tal-kampjun. Ukoll, il-produtturi kollha tal-Unjoni li għarrfu bil-preżenza tagħhom wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu ġew ikkunsidrati meta ntgħażel il-kampjun. Fuq din il-bażi, ir-rappreżentattività tal-kampjun ma kinitx affettwata. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(21)

Wara li daħlu l-kummenti, ġiet riveduta l-kompożizzjoni tal-kampjun fuq il-bażi li kien hemm indikazzjonijiet li waħda mill-kumpaniji magħżula ma kinitx tkun fil-pożizzjoni li tikkoopera bis-sħiħ. Sabiex jinżamm il-livell ta' rappreżentattività tal-kampjun, intgħażel produttur ieħor tal-Unjoni. B'hekk, dan il-kampjun rivedut ikkonsista f'għaxar kumpaniji, magħżula fuq il-bażi tal-ikbar volum rappreżentattiv għal kull livell ta' produzzjoni, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-volum ta' bejgħ fis-suq tal-Unjoni u l-post ġeografiku li raġonevolment jista' jiġi investigat matul iż-żmien disponibbli. Wara l-esklużjoni tal-wejfers mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u b'hekk anki mill-ambitu ta' din l-investigazzjoni (ara l-premessi (42) — (46) u (349) hawn isfel), il-kampjun kien jikkonsisti minn tmien kumpaniji. Għalhekk, il-kampjun rivedut ta' produtturi tal-Unjoni, mogħti bħala perċentwal mill-produzzjoni sħiħa tal-Unjoni, ammonta għal bejn 18 % u 21 % għall-moduli u bejn 17 % u 24 % għaċ-ċelloli u kopra produtturi integrati vertikalment u mhux integrati. Peress li perċentwal preċiż jippermetti li jiġi kkalkolat il-volum ta' produzzjoni tal-produttur l-ieħor tal-Unjoni msemmi hawn fuq u b'hekk setgħet tiġi determinata l-identità tiegħu, ma seta' jkun iddivulgat ebda perċentwal preċiż bħal dan.

(22)

Il-produtturi tal-Unjoni li pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-għażla ta' kampjun f'dan il-proċediment antisussidji jikkoinċidu mal-produtturi tal-Unjoni li pprovdew l-informazzjoni rilevanti fl-investigazzjoni parallela antisussidji attwali. Barra minn hekk, il-produtturi kollha tal-Unjoni magħżula fil-kampjun finali fl-investigazzjoni antidumping ipprovdew l-informazzjoni rilevanti fl-investigazzjoni antisussidji preżenti li ppermettiet lill-Kummissjoni tagħżel kampjun. Għalhekk, tqies xieraq li l-kampjuni finali tal-produtturi tal-Unjoni fiż-żewġ proċedimenti jkunu identiċi.

(23)

Il-GTĊ tenna d-dikjarazzjoni tiegħu li l-użu tal-kunfidenzjalità tal-ismijiet tal-Ilmentaturi u l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mhuwiex iġġustifikat. Kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (9) għar-Regolament provviżorju, il-produtturi tal-Unjoni talbu li l-ismijiet tagħhom jinżammu kunfidenzjali minħabba r-riskju ta' ritaljazzjoni. Il-Kummissjoni qieset li dawn it-talbiet kienu sostanzjati biżżejjed biex jintlaħqu. L-informazzjoni li ġiet ipprovduta lill-Kummissjoni sabiex tissostanzja r-riskju ta' ritaljazzjoni ma tistax tiġi ddivulgata lil partijiet terzi, peress li divulgazzjoni bħal din tkun tmur kontra l-iskop tat-talba għal kunfidenzjalità. Barra minn hekk, f'każ fejn, kif irrapportat mill-GTĊ, produttur tal-Unjoni jerġa' jevalwa l-pożizzjoni tiegħu u juri l-identità tiegħu billi jimla applikazzjoni għal kawża l-Qorti kontra r-regolament provviżorju, ma jkunx għad hemm raġuni għaliex tiġi ddivulgata l-informazzjoni li fuq il-bażi tagħha ngħatat l-anonimità, peress li l-identità tkun inkixfet.

(24)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (is-CCCME) tenniet l-argumenti dwar il-metodu użat għall-għażla tal-kampjun provviżorju tal-produtturi tal-Unjoni. Iddikjarat b'mod partikolari li l-Istituzzjonijiet ma ħadux f'kunsiderazzjoni 120 produttur. Il-Kummissjoni diġà indirizzat din il-kwistjoni fil-premessa (9) għar-Regolament provviżorju. Barra minn hekk, l-Istituzzjonijiet ivverifikaw l-attivitajiet tal-kumpaniji pprovduti f'dik il-lista. Instab li l-lista kienet tinkludi fil-parti l-kbira installaturi, distributuri, importaturi relatati u produttur esportatur fiċ-Ċina, it-Tajwan u l-Indja. Għaldaqstant, ma kinitx adattata biex turi li l-Istituzzjonijiet kienu injoraw numru importanti ta' produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-CCCME ma kkontestatx il-produzzjoni totali tal-Unjoni billi pprovdiet figuri alternattivi, u lanqas ma pprovdiet xi evidenza li r-rappreżentattività tal-kampjun setgħet tkun affettwata, peress li l-ebda wieħed mill-produtturi addizzjonali allegati tal-Unjoni ma kienu jintgħażlu fil-kampjun li kieku l-Kummissjoni kienet taf bihom.

(c )   Kampjunar tal-importaturi mhux relatati

(25)

Minn madwar 250 importatur mhux relatat li tressqu mill-ilmentatur, li l-Kummissjoni kkuntattjat, 20 parti wieġbu għall-formola ta' kampjunar mehmuża man-Notifika ta' Bidu, tnax għall-moduli, waħda għaċ-ċelloli. Barra minn hekk, seba' partijiet oħrajn għarrfu bil-preżenza tagħhom iżda ma rrapportaw ebda importazzjoni jew bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat. Il-kampjun intgħażel b'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku biex ikopri l-ikbar volum rappreżentattiv ta' importazzjonijiet li raġonevolment seta' jiġi investigat matul iż-żmien disponibbli. Fuq din il-bażi ntgħażel kampjun ta' importaturi mhux relatati li jikkonsisti f'żewġ importaturi għall-moduli u importatur wieħed għaċ-ċelloli, li kienu jirrappreżentaw madwar 2 % — 5 % tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat. Madankollu, wara li waslet it-tweġiba għall-kwestjonarju, deher li l-attività ċentrali ta' wieħed mit-tliet importaturi kienet installazzjonijiet solari u mhux in-negozjar tal-prodott ikkonċernat. Rigward l-attività ta' importatur ieħor, din kienet waħda ta' importatur ta' moduli u mhux ta' importatur ta' ċelloli. Minkejja dan, il-kwalità tal-informazzjoni pprovduta fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju ma kinitx biżżejjed sabiex tiddaħħal fl-analiżi tal-importaturi mhux relatati. Barra minn hekk, l-investigazzjoni kixfet li l-parti l-kbira tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat daħlet fis-suq tal-Unjoni permezz ta' kumpaniji relatati mal-produtturi esportaturi fir-RPĊ jew permezz ta' installaturi jew żviluppaturi ta' proġetti.

(26)

Wara l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping provviżorji fl-investigazzjoni parallela antidumping, il-Kummissjoni kkuntattjat importaturi addizzjonali li diġà kienu kkooperaw fl-investigazzjoni fl-istadju bikri billi pprovdew informazzjoni bażika fuq l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott investigat matul il-perjodu tal-investigazzjoni, kif speċifikat fin-Notifika ta' Bidu. L-iskop kien li jiġi ddeterminat jekk id-daqs tal-kampjun ta' importaturi mhux relatati setax jiżdied. Sitt kumpaniji kkwalifikaw bħala importaturi mhux relatati li nnegozjaw il-prodott ikkonċernat (jiġifieri x-xiri u l-bejgħ mill-ġdid tiegħu) ressqu u kienu lesti jikkooperaw iktar fl-investigazzjoni. Minn dawn is-sitta, ħamsa wieġbu sad-data ta' skadenza. Mill-ħames tweġibiet riċevuti, tlieta biss kienu kompluti b'mod sodisfaċenti u ppermettew li ssir valutazzjoni sinifikanti. Fuq din il-bażi, il-kampjun tal-importaturi mhux relatati tkabbar u kkonsista f'erba' importaturi għall-moduli, li kienu jirrappreżentaw madwar 2 % — 5 % tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat. Minħabba l-istruttura tal-importaturi mhux relatati, li fil-parti l-kbira kienu kumpaniji żgħar u medji, ma kienx possibbli li jkun hemm kampjun li jirrappreżenta sehem ikbar, minħabba r-riżorsi limitati għad-dispożizzjoni tal-Istituzzjonijiet.

(d )   Tweġibiet għall-kwestjonarji u verifiki

(27)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lir-rappreżentanti tar-RPĊ (inklużi kwestjonarji speċifiċi għaċ-China Development Bank, l-Export Import Bank of China, il-Bank of China, il-Bank of Shanghai, Sinosure, istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti oħrajn u produtturi tal-Istat ta' polisiliċju, ħġieġ u aluminju li fornew din il-materja prima lill-industrija kkonċernata matul il-perjodu tal-investigazzjoni), it-tmien produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ, produtturi esportaturi oħrajn fir-RPĊ li talbu hekk, kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-importaturi mhux relatati fil-kampjun u operaturi upstream u downstream u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li għarrfu bil-preżenza tagħhom fil-limitu ta' żmien stipulat fin-Notifika ta' Bidu. Il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll assoċjazzjoni tal-konsumaturi rappreżentattiva.

(28)

Daħlu tweġibiet mill-GTĊ, il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun, il-kumpaniji relatati magħhom fir-RPĊ, ħames produtturi esportaturi li talbu analiżi individwali, mill-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun, l-importaturi kollha tal-Unjoni mhux relatati fil-kampjun u 21 operatur upstream u downstream u tlieta mill-assoċjazzjonijiet tagħhom.

(29)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjoni tas-sussidju, id-dannu li rriżulta u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-awtoritajiet tal-Istat u fl-istituzzjonijiet finanzjarji li ġejjin, il-kumpaniji fil-kampjun, importatur mhux relatat minnhom, żewġ operaturi upstream u erba' downstream, assoċjazzjonijiet u konsulent indipendenti:

(a)

Il-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

Il-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż, Beijing, iċ-Ċina

Il-Huaxia Bank, Beijing, iċ-Ċina

Iċ-China Development Bank, Beijing, iċ-Ċina

l-Export Import Bank of China, Beijing, iċ-Ċina

China Export & Credit Insurance Corporation (SINOSURE), Beijing, iċ-Ċina

(b)

Produtturi tal-Unjoni

tmien produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(c)

Gruppi ta' Produtturi Esportaturi (u kumpaniji relatati) fir-RPĊ

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd, iċ-Ċina

Delsolar (Wujiang) Ltd (Wujiang) Co. Ltd, iċ-Ċina

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd, iċ-Ċina

JingAo Group, iċ-Ċina

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, PRC Power Co. Ltd, iċ-Ċina

Yingli Green Energy Holding Company, iċ-Ċina

Zhejiang Yuhui Solar Energy Source Co. Ltd and Renesola Jiangsu Ltd, iċ-Ċina

Jinko Solar Co Ltd, iċ-Ċina

(d)

Importatur mhux relatat fl-Unjoni

IBC SOLAR AG, Bad Staffelstein, il-Ġermanja

(e)

Operaturi upstream

Roth & Rau AG, Hohenstein-Ernsthal, il-Ġermanja

WACKER Chemie AG, Burghausen, il-Ġermanja

(f)

Operaturi downstream

Juwi Solar GmbH, Worrstadt, il-Ġermanja

ValSolar SL, Badajoz, Spanja

Jayme de la Costa, Pedroso, il-Portugall

Sunedison, Spain Construction, Madrid, Spanja

(g)

Assoċjazzjonijiet

European Photovoltaic Industry Association (“EPIA”), Brussell, Il-Belġju

(h)

Konsulent indipendenti

Europressedienst, Bonn, il-Ġermanja

(30)

Il-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu, fejn kienu xierqa.

(31)

L-Assoċjazzjoni għall-Enerġija Solari Affordabbli (“AFASE”), li tirrappreżenta importaturi, operaturi downstream u upstream xeħtet dubju fuq il-bażi ġuridika għaż-żjara li saret fil-bini ta' Europressedienst, billi ddikjarat li konsulent indipendenti mhuwiex parti interessata skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku. Madankollu, is-sejbiet għandhom ikunu bbażati fuq dejta kredibbli u verifikabbli kull meta dan ikun possibbli. Europressedienst tat informazzjoni dwar indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi ta' kuntratt. Il-Kummissjoni wettqet verifika fuq il-post fil-bini tagħha għall-fini tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba biex tivverifika l-kredibbiltà u l-korrettezza tad-dejta li fuqha l-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha.

(32)

Il-GTĊ iddikjara li d-drittijiet ta' difiża tiegħu fir-rigward tal-aċċess għall-fajls miftuħin għal spezzjoni mill-partijiet interessati nkisru għaliex (i) l-informazzjoni kienet nieqsa mill-fajls mhux kunfidenzjali mingħajr ma ntweriet “kawża ġusta” jew mingħajr ma ġew ipprovduti sommarji dettaljati, jew b'mod eċċezzjonali, ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' forniment tas-sommarju mhux kunfidenzjali, (ii) il-verżjoni mhux kunfidenzjali ta' tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju ta' produttur tal-Unjoni kienet nieqsa u (iii) id-dewmien biex il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati kien eċċessiv.

(33)

(i) Rigward id-dikjarazzjoni li kien hemm informazzjoni nieqsa mill-fajl miftuħ, il-parti interessata ma speċifikatx liema informazzjoni kienet qed tirreferi għaliha. (ii) Id-dikjarazzjoni tagħha li l-verżjoni mhux kunfidenzjali ta' tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju ma kinitx disponibbli kienet żbaljata. (iii) Rigward id-dewmien fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tat-tweġibiet mhux kunfidenzjali għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, kien spjegat lill-parti kkonċernata li l-kwestjonarji żdiedu biss mal-fajl mhux kunfidenzjali wara li ġew ivverifikati dwar il-kompletezza u r-raġonevolezza tas-sommarji. Sabiex jiġi żgurat id-dritt ta' anonimità tal-produtturi tal-Unjoni, kien iggarantit ukoll li l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-kwestjonarji tabilħaqq ma kinux jikxfu l-identità tal-produttur tal-Unjoni kkonċernat. Għalhekk, f'ċerti każijiet, il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali riedu jiġu korretti kif xieraq mill-parti li tissottomettihom qabel ma setgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' partijiet interessati oħra.

(34)

Fi kwalunkwe każ, huwa meqjus li dan bl-ebda mod ma affettwa d-drittijiet ta' difiża tal-partijiet interessati. Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jwieġbu għall-informazzjoni inkluża fil-fajl miftuħ għal spezzjoni fil-ħin sabiex il-kummenti tagħhom ikunu jistgħu jittieħdu f'kunsiderazzjoni, meta sostanzjati u ġġustifikati, qabel ma nħarġet xi konklużjoni fl-investigazzjoni. Il-parti interessata kellha kull opportunità sabiex tikkummenta fuq il-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun anki wara d-divulgazzjoni provviżorja u finali. Għaldaqstant, anki jekk id-divulgazzjonijiet u l-aċċess għall-fajl miftuħ għal spezzjoni mill-partijiet interessati huma bbażati fuq dispożizzjonijiet ġuridiċi differenti, ta' min jinnota li kien hemm żmien adegwat biex il-partijiet interessati jikkummentaw fuq l-informazzjoni kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni minn kwalunkwe parti fl-investigazzjoni. Għaldaqstant, din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata.

(35)

Il-partijiet interssati kollha kienu mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta' dazji kompensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' moduli tas-siliċju kristallin u modulu fotovoltajiċi u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelluli), li joriġinaw fi jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“id-divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw fuq id-divulgazzjoni finali.

(36)

Il-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu, fejn kienu xierqa.

1.5.   Aċċettazzjoni ta' impenn fid-dawl ta' dazji definittivi

(37)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni rċeviet offerta emendata għal impenn minn produtturi esportaturi flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi, li tkopri wkoll l-investigazzjoni antidumping parallela. Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE tal-4 ta' Diċembru 2013 li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi (6), il-Kummissjoni kkonfermat li taċċetta dak l-impenn.

1.6.   Perjodu ta' investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(38)

L-investigazzjoni tas-sussidju u d-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2012 (il-“perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sa tmiem il-PI ('il-perjodu kkunsidrat').

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(39)

Il-prodott ikkonċernat kien definit fl-istadju tal-bidu bħal moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin u ċ-ċelloli u l-wejfers tat-tip użat f'moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin, li joriġinaw jew jintbagħtu mir-RPĊ. Iċ-ċelloli u l-wejfers għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru. Bħalissa, dan il-prodott jaqa' fil-kodiċijiet NM ex3818 00 10, ex8501 31 00, ex8501 32 00, ex8501 33 00, ex8501 34 00, ex8501 61 20, ex8501 61 80, ex8501 62 00, ex8501 63 00, ex8501 64 00 u ex8541 40 90.

(40)

It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli, huma portabbli u jfornu elettriku f'apparati jew jiċċarġjaw batteriji,

prodotti fotovoltajċi b'rita rqiqa,

prodotti fotovoltajċi tas-siliċju kristallin li huma integrati b'mod permanenti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi hija differenti mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/i fotovoltajka/ċi integrata/i tas-siliċju kristallin.

2.2.   Prodott simili

(41)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat kif ukoll il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi finali bażiċi. Għalhekk, jitqiesu li huma l-istess skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Talbiet dwar l-ambitu tal-prodott

2.3.1.   Esklużjoni ta' wejfers

(42)

Il-partijiet interessati talbu li l-wejfers jitneħħew mill-ambitu tal-prodott peress li l-wejfers ma għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bħaċ-ċelloli u l-moduli. Minbarra l-argumenti mressqa qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament antidumping provviżorju, wara tressqu żewġ argumenti addizzjonali f'dan ir-rigward.

(43)

L-ewwel nett, il-partijiet interessati ddikjaraw li l-wejfers jistgħu jintużaw għal skopijiet oħrajn minbarra l-produzzjoni ta' ċelloli, b'mod partikolari l-produzzjoni ta' ċirkwiti integrati u mikroapparati oħrajn. F'dan ir-rigward, huwa osservat li mhux il-wejfers kollha huma inklużi fl-ambitu tal-prodott ta' din l-investigazzjoni, li huwa limitat għal “wejfers tat-tip użat f'moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin”, u li dawk il-wejfers “għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru”. Filwaqt li l-wejfers żgur li jeżistu f'applikazzjonijiet oħrajn, l-investigazzjoni qatt ma kopriet wejfers li jintużaw fil-produzzjoni ta' prodotti oħrajn bħal ċirkwiti integrati. Barra minn hekk, ebda produttur, importatur jew utent involut fis-suq għal dawn it-tipi differenti ta' wejfers ma allega li l-wejfers tiegħu jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni jew dazji antidumping provviżorji. Għaldaqstant huwa konkluż li dawn it-tipi l-oħrajn ta' wejfers mhumiex soġġetti għall-ambitu tal-prodott ta' din l-investigazzjoni. Fl-istess ħin, dan juri li l-wejfers mhux bilfors għandhom l-istess użu finali bħaċ-ċelloli u l-moduli.

(44)

It-tieni, huwa ddikjarat li wejfer mhux ipproċessat ma fih ebda waħda mill-proprjetajiet elettriċi essenzjali li jiddistingwu ċelloli u moduli solari minn prodotti oħrajn. B'mod partikolari, il-wejfers ma għandhomx il-kapaċità li jiġġeneraw l-elettriku mid-dawl tax-xemx, li hija funzjoni fundamentali taċ-ċelloli u l-moduli fotovoltajċi kristallini.

(45)

Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li huwa biss ladarba l-wejfer tkun ittrasformata f'ċellola, li tikseb il-funzjonalità sabiex tiġġenera l-elettriku mid-dawl tax-xemx. Il-konverżjoni hija operata b'ċelloli li jassorbu dawl u jibdluh f'elettriku permezz ta' siliċju kristallin. Iċ-ċelloli għandhom konnessjoni pożittiva-negattiva biex jiġbru u jgħaddu l-elettriku li huwa ġġenerat miċ-ċellola. Biex jiġu assemblati l-moduli, iċ-ċelloli jitwaħħdu flimkien b'wajers ċatti jew faxxa tal-metall biex jipproduċu strixxa ta' ċelloli. Dawn huma laminati bejn il-folji. Spiss jintuża ħġieġ fin-naħa ta' fuq u folja ta' appoġġ polimerika ma' isfel. Normalment l-oqfsa jinħolqu biex ikun jista' jsir l-immuntar fuq il-post (pereżmpju. fuq il-bjut). Il-modulu jista' jkollu inverter jew le.

(46)

Minħabba l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi differenti, definiti matul l-investigazzjoni, fost l-oħrajn bħala l-funzjonalità li tiġġenera l-elettriku mid-dawl tax-xemx, ġie konkluż fuq bilanċ li l-wejfers għandhom ikunu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u b'hekk mill-ambitu ta' din l-investigazzjoni.

2.3.2.   Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u użi finali

(47)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-investigazzjoni ma tistax tkopri żewġ prodotti b'karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi differenti, u għalhekk moduli u ċelloli għandhom ikunu soġġetti għal żewġ investigazzjonijiet separati. Barra minn hekk, iddikjaraw li mhuwiex ċar jekk l-investigazzjoni tkoprix prodott waħdu jew żewġ prodotti separati u b'hekk ma għandhomx l-opportunità sħiħa li jiddefendu l-interessi tagħhom.

(48)

Il-produzzjoni taċ-ċelloli-moduli hija proċess uniku wieħed ta' produzzjoni bi stadji differenti tal-produzzjoni. Iċ-ċelloli jiddeterminaw il-karatteristiċi tal-prodott lest (jiġifieri moduli). L-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni taċ-ċelloli hija ddedikata direttament u esklussivament għall-produzzjoni tal-moduli; il-moduli u ċ-ċelloli jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi (determinati mill-materja prima użata) u għandhom l-istess użi bażiċi finali, jiġifieri jinbiegħu għal integrazzjoni f'sistemi solari PV. Il-prestazzjoni tal-moduli hija marbuta direttament mal-prestazzjoni taċ-ċelloli.

(49)

In-Notifika ta' Bidu stipulat biċ-ċar li l-moduli u ċ-ċelloli jikkostitwixxu l-prodott investigat. Għaldaqstant, il-partijiet interessati kellhom kull opportunità li jiddefendu l-interessi tagħhom fuq il-bażi tal-prodott ikkonċernat kif definit. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argumenti ġew rifjutati.

2.3.3.   Nomenklatura differenti

(50)

Ġie ddikjarat ukoll li l-moduli u ċ-ċelloli ma setgħux jitqiesu bħala prodott uniku peress li għandhom diversi kodiċi NM bi tmien ċifri, subintestatura b'sitt ċifri u intestatura HS b'erba' ċifri differenti. F'dan ir-rigward, huwa osservat li kemm iċ-ċelloli kif ukoll il-moduli jistgħu jkunu ddikjarati taħt l-intestatura doganali 8541 40 90, filwaqt li l-intestaturi doganali taħt l-intestatura 8501 huma għal ġeneraturi elettriċi inġenerali u mhux b'mod partikolari għal prodotti solari. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argument ġie rifjutat.

2.3.4.   Valur miżjud taċ-ċelloli

(51)

Bosta partijiet iddikjaraw li l-valur miżjud fil-proċess ta' konverżjoni taċ-ċelloli jammonta għall-ikbar sehem mill-valur ta' modulu u b'hekk iċ-ċelloli jridu jitqiesu bħala prodott separat.

(52)

L-investigazzjoni żvelat li l-produzzjoni taċ-ċelloli hija l-iktar parti teknoloġikament sofistikata fil-proċess ta' produzzjoni. Madankollu, uriet ukoll li ż-żewġ stadji tal-ipproċessar huma marbuta ma' xulxin u l-valur miżjud mhuwiex ikkonċentrat fi stadju partikolari tal-proċess ta' produzzjoni iżda huwa mifrux fuq il-proċess sħiħ ta' produzzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-pretensjoni ġiet rifjutata.

2.3.5.   Swieq merkantili separati

(53)

Uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom swieq merkantili separati u għalhekk għandhom jitqiesu bħala prodotti differenti, sitwazzjoni murija wkoll mill-fatt li numru kbir ta' produtturi mhumiex integrati vertikalment.

(54)

Il-moduli u ċ-ċelloli ma jistgħux jitqiesu li huma prodotti separati li l-prezzijiet tagħhom ivarjaw biss skont il-fatturi tas-suq. Il-prezzijiet tagħhom huma strettament marbuta ma' xulxin u affettwati mill-prezz tal-polisiliċju. Bl-istess mod, kif ġie spjegat hawn fuq fil-premessa (49) ta' hawn fuq, il-prodott ikkonċernat huwa prodott fi proċess uniku wieħed ta' produzzjoni bi stadji differenti. Il-fatt li wħud mill-produtturi mhumiex integrati vertikalment huwa dovut biss għal deċiżjoni tan-negozju u l-ekonomiji tal-kobor u ma jmurx kontra din il-konklużjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

2.3.6.   Użu finali u interkambjabbiltà

(55)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-moduli u ċ-ċelloli jridu jitqiesu bħala prodotti differenti għaliex għandhom użi finali differenti u mhumiex interkambjabbli.

(56)

Kif intqal hawn fuq l-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni taċ-ċelloli-moduli huwa proċess ta' produzzjoni uniku wieħed u għalhekk, il-kwistjoni ta' interkambjabbiltà bejn stadji differenti ta' proċess wieħed ta' produzzjoni mhijiex applikabbli. Barra minn hekk, il-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess użu finali, jibdlu d-dawl tax-xemx f'elettriku, u għalhekk ma jistgħux jintużaw f'applikazzjonijiet oħrajn.

2.3.7.   Kanali ta' distribuzzjoni

(57)

Parti interessata minnhom iddikjarat li l-moduli u ċ-ċelloli ma jaqsmux l-istess mezzi ta' distribuzzjoni u għalhekk ma għandhomx jitqiesu bħala prodott uniku wieħed. L-investigazzjoni wriet li l-moduli u ċ-ċelloli jistgħu jkunu distribwiti b'mezzi ta' distribuzzjoni differenti jew simili. Madankollu, il-kriterji ewlenin għad-definizzjoni ta' prodott waħdu huma l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u użi finali. Wara li jiġu kkunsidrati l-premessi minn (47) sa (49) hawn fuq, huwa konkluż li, għalhekk, mezzi ta' distribuzzjoni differenti ma jitqiesux li huma element determinanti. Għaldaqstant, l-argument għandu jiġi rifjutat.

2.3.8.   Perċezzjoni tal-konsumatur

(58)

Kien iddikjarat li l-moduli u ċ-ċelloli jvarjaw b'mod sostanzjali f'termini ta' perċezzjoni tal-konsumatur u għalhekk, ma għandhomx jitqiesu bħala prodott wieħed waħdu.

(59)

Hekk ukoll bħal ma ntqal hawn fuq, il-kriterji ewlenin biex jiġi definit prodott uniku huma l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u użi finali. Wara li jiġu kkunsidrati l-premessi minn (47) sa (49) hawn fuq, huwa konkluż li, għaldaqstant, il-perċezzjoni tal-konsumatur ma titqiesx li hija element determinanti. Għaldaqstant, l-argument għandu jiġi rifjutat.

2.3.9.   Investigazzjonijiet separati għaċ-ċelluli u l-moduli

(60)

Il-partijiet interessati jtennu li ċ-ċelloli u l-moduli mhumiex prodott uniku, u għalhekk għandhom jiġu vvalutati b'mod separat. Madankollu, b'differenza mill-wejfers, iċ-ċelloli u l-moduli jaqsmu l-istess proprjetà bażika, jiġifieri l-abbiltà li jiġġeneraw elettriku mid-dawl tax-xemx. Għaldaqstant, dawn l-argumenti ġew rifjutati.

(61)

Wara d-divulgazzjoni finali, esportatur minnhom argumenta li ċ-ċelloli waħedhom ma jistgħux jipproduċu elettriku. Allegatament, iridu jkunu integrati fil-moduli għal dan. Madankollu, is-soltu, kull ċellola waħedha għandha l-kapaċità li tiġġenera madwar 4W elettriku mid-dawl tax-xemx. Filwaqt li din l-enerġija jaf mhijiex biżżejjed għal ħafna mill-applikazzjonijiet li jeħtieġu assemblaġġ ta' bosta ċelloli f'moduli, dan ma jfissirx li ċellola waħedha ma għandiex diġà l-kapaċità li tiġġenera elettriku.

(62)

Wara d-divulgazzjoni finali, esportatur minnhom kompla jargumenta li ċ-ċelloli mhumiex sempliċiment tip ta' modulu ieħor, iżda prodott kompletament differenti. Ċellola hija l-komponent ewlieni ta' modulu. Bħala komponent ewlieni, ċellola żgur mhijiex “prodott kompletament differenti”, peress li l-moduli u ċ-ċelloli jaqsmu l-istess karatteristiċi bażiċi ta' ġenerazzjoni ta' elettriku mid-dawl tax-xemx, kif indikat fil-premessa (60) hawn fuq.

(63)

Barra minn hekk, l-istess parti argumentat li meta ntgħażlu l-kampjuni għall-produtturi tal-Unjoni u l-esportaturi Ċiniżi, id-differenza bejn iċ-ċelloli u l-moduli ttieħdet f'kunsiderazzjoni. Għalhekk, kellhom jiġu stabbiliti rati ta' dazju differenti għall-moduli u ċ-ċelloli. F'dan ir-rigward, huwa kkonfermat li d-differenza bejn il-moduli u ċ-ċelloli tabilħaqq ittieħdet f'kunsiderazzjoni meta ttieħed kampjun tal-produtturi tal-Unjoni u l-esportaturi Ċiniżi, kif indikat fil-premessi (10) u (14) għar-Regolament antidumping provviżorju. Madankollu, dan sar biss biex jiġi żgurat li l-kampjun huwa rappreżentattiv u ma jfissirx li ċ-ċelloli u l-moduli ma għandhomx jitqiesu bħala prodott uniku ikkonċernat, jew li għandhom jiġu stabbiliti rati ta' dazju separati għaċ-ċelloli u l-moduli. Tabilħaqq, sabiex jiġi żgurat li l-kampjun kien rappreżentattiv għat-tipi ta' prodotti kollha, kien importanti li ssir distinzjoni bejn ċelloli u moduli meta ntgħażel il-kampjun. Barra minn hekk, peress li kien hemm ċertu grad ta' inċertezza dwar il-kwistjoni ta' jekk iċ-ċelloli u l-moduli kellhomx jitqiesu li huma prodott wieħed jew żewġ prodotti separati, kien hemm bżonn li tiġi żgurata rappreżentattività għaż-żewġ eżiti possibbli.

(64)

Il-produtturi esportaturi ddikjaraw li l-fatt li l-impenn jimponi prezzijiet u volumi ta' importazzjoni minimi differenti għaċ-ċelloli u l-moduli allegatament jikkonferma li l-moduli u ċ-ċelloli huma prodotti għalihom li jeħtieġu żewġ investigazzjonijiet għalihom. Madankollu, il-prezzijiet ta' importazzjoni minimi differenti huma sempliċiment indikazzjoni li ċ-ċelloli u l-moduli huma gruppi differenti ta' tipi ta' prodotti li jinbiegħu bi prezzijiet differenti. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu definiti l-prezzijiet differenti sabiex il-prezzijiet minimi ta' importazzjoni jsiru sinifikanti.

(65)

Barra minn hekk, il-fatt li ċ-ċelloli u l-moduli huma gruppi għalihom ta' tipi ta' prodotti mhuwiex relevanti minnu nnifsu għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, biżżejjed li l-prodotti jaqsmu l-istess karatteristiċi bażiċi u użi finali, li huwa l-każ għall-moduli u ċ-ċelloli kif deskritti fil-premessi (46) u (71) rispettivament.

(66)

Il-GTĊ argumenta li l-valutazzjoni ta' jekk iċ-ċelloli u l-moduli humiex prodott wieħed ikkonċernat ma tindirizzax għadd ta' kriterji definiti mill-Korp tal-Appell f'KEAsbestos  (7). Dawn il-kriterji jintużaw għad-definizzjoni tal-“prodott simili”, mhux il-prodott ikkonċernat. Fi kliem ieħor, dawn il-kriterji jridu jintużaw biex jiddefinixxu l-prodott simili, pereżempju l-prodott simili prodott mill-Industrija tal-Unjoni, li mbagħad jitqabbel mal-prodott ikkonċernat esportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Għaldaqstant, dawn il-kriterji mhumiex pertinenti meta jiġi definit il-prodott ikkonċernat. Fi kwalunkwe każ, l-Istituzzjonijiet josservaw li l-applikazzjoni tal-kriterji użati f'KEAsbestos għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat f'dan il-każ ma jwassalx għal eżitu differenti. L-ewwel u t-tieni kriterju (proprjetajiet, għamla u kwalità rispettivament u utenti finali) huma l-istess bħall-kriterji proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u tekniċi u utenti finali użati fil-premessi ta' qabel. It-tielet kriterju (gosti u drawwiet tal-konsumatur) mhuwiex utli wisq f'dan il-każ, peress li ċ-ċelloli huma l-komponent ewlieni tal-moduli; rigward ir-raba' kriterju, klassifikazzjoni tat-tariffa, huwa osservat li kemm iċ-ċelloli kif ukoll il-moduli jistgħu jiġu ddikjarati taħt l-intestatura doganali 8541 40 90, filwaqt li l-intestaturi doganali taħt l-intestatura 8501 huma għal ġeneraturi elettriċi inġenerali u mhux għal prodotti solari b'mod partikolari.

(67)

Partijiet interessati oħrajn jargumentaw li applikazzjoni oġġettiva tal-kriterji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi ta' qabel (8) allegatament twassal għall-konklużjoni li l-moduli u ċ-ċelloli huma prodotti differenti. F'dan ir-rigward, huwa osservat li l-qorti indikat biss numru ta' kriterji li jistgħu jittieħdu f'kunsiderazzjoni ma hemm ebda obbligu li jintużaw il-kriterji kollha fil-każijiet kollha, peress li jista' jkun li mhux kollha kemm huma jkunu relevanti. Dawn il-kriterji ġew ivvalutati fil-premessi minn (27) sa (39) għar-Regolament antidumping provviżorju, fejn instab li numru ta' kriterji mhumiex relevanti f'dan il-każ. Fil-kawża Brosmann il-valutazzjoni dwar jekk tipi differenti ta' żraben kinux jappartjenu għall-“prodott ikkonċernat” saret ukoll fuq il-bażi ta' tliet kriterji biss li nstabu li kienu relevanti. Peress li l-partijiet interessati ma pprovdew ebda raġuni għaliex applikazzjoni oġġettiva tal-kriterji twassal għall-konklużjoni li ċ-ċelloli u l-moduli huma prodotti differenti, l-argument ma jistax jintlaqa'.

(68)

Barra minn hekk, huwa mfakkar li ċ-ċelloli u l-moduli għandhom l-istess użi finali bażiċi, jiġifieri jinbiegħu għall-integrazzjoni fis-sistemi solari PV. Il-prestazzjoni tal-moduli hija marbuta direttament mal-prestazzjoni taċ-ċelloli, kif indikat fil-premessa (28) tar-Regolament antidumping provviżorju.

(69)

Parti interessata minnhom argumentat li bl-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott, u minħabba l-ipproċessar sinifikanti involut biex isiru moduli miċ-ċelloli, l-argument li ċ-ċelloli u l-moduli għandhom l-istess użi finali għandu jiġi rifjutat ukoll. Huwa argumentat ukoll li l-valutazzjoni li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess użi finali hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-wejfers, il-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess proċess ta' produzzjoni.

(70)

L-ewwel nett, il-konklużjoni li l-valutazzjoni li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess użi finali hija bbażata fuq il-proċess ta' produzzjoni hija żbaljata. Filwaqt li tabilħaqq iż-żewġ dikjarazzjonijiet huma fl-istess premessa (36) għar-Regolament provviżorju, dan ma jfissirx li konklużjoni waħda hija bbażata fuq is-suppożizzjoni l-oħra. Il-frażi “barra minn hekk” li tissepara ż-żewġ dikjarazzjonijiet tagħmilha ċara li t-tieni dikjarazzjoni mhijiex ibbażata fuq l-ewwel waħda. Barra minn hekk, iż-żewġ dikjarazzjonijiet saru biex jindirizzaw kwistjonijiet separati taħt l-intestatura “L-użu finali u l-interskambjalità”. L-ewwel dikjarazzjoni dwar il-proċess ta' produzzjoni tindirizza l-interkambjabbiltà, filwaqt li t-tieni dikjarazzjoni tindirizza l-użu finali. Għalhekk, is-suppożizzjoni sottostanti li l-valutazzjoni li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess użi finali hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-wejfers, il-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess proċess ta' produzzjoni hija żbaljata.

(71)

Rigward l-użu finali propju taċ-ċelloli u l-moduli, mhuwiex argumentat mill-partijiet interessati li l-moduli u ċ-ċelloli jinbiegħu għall-integrazzjoni f'sistemi solari PV. Għaldaqstant, il-konklużjoni li l-moduli u ċ-ċelloli għandhom l-istess użu finali hija kkonfermata.

2.3.10.   Prodotti b'rita rqiqa

(72)

Parti interessata minnhom iddikjarat li l-prodotti PV b'rita rqiqa għandhom ikunu inklużi fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, billi argumentat li jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi finali bażiċi.

(73)

Il-prodotti PV b'rita rqiqa huma esklużi b'mod ċar mid-definizzjoni tal-prodott (ara l-premessa (40) hawn fuq). Tabilħaqq, prodotti PV b'rita rqiqa għandhom karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi differenti meta mqabbla mal-prodott ikkonċernat. Huma prodotti permezz ta' proċess ta' produzzjoni differenti u mhux minn siliċju kristallin li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni ta' moduli u ċelloli. Għandhom effiċjenza ta' konverżjoni inqas u output ta' wattage inqas u għalhekk mhumiex xierqa għall-istess tipi ta' applikazzjonijiet bħal dawk tal-prodott ikkonċernat. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argumenti kellhom jiġu rifjutati.

2.3.11.   Prodotti nofshom lesti

(74)

Barra minn hekk, kien iddikjarat li ċ-ċelloli għandhom jitqiesu bħala prodotti alimentaturi nofshom lesti filwaqt li l-moduli huma prodotti finali, u għaldaqstant, ma għandhomx jitqiesu bħala prodott uniku wieħed.

(75)

Kif intqal hawn fuq, il-kriterji ewlenin għad-definizzjoni ta' prodott uniku huma l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi u użi finali. Wara li ġew ikkunsidrati l-premessi minn (47) sa (49) hawn fuq, huwa konkluż li għaldaqstant, id-differenza bejn prodotti nofshom lesti jew lesti ma titqiesx bħala element determinanti. Għaldaqstant, l-argument għandu jiġi rifjutat.

2.3.12.   Ċarġers solari

(76)

Parti interessata minnhom talbet l-esklużjoni ta' pannelli solari ddedikati biss għal iċċarġjar tal-batterija ta' 12V fuq il-bażi li għandhom użu finali differenti mill-moduli għall-kollegament mal-grilja minħabba li jiġġeneraw vultaġġ ħafna iktar baxx u għalhekk mhumiex xierqa għal kollegament mal-grilja.

(77)

Skont in-Notifika ta' Bidu, ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli, huma portabbli u jfornu elettriku lil apparati jew li jiċċarġjaw batteriji huma esklużi mill-prodott investigat. Moduli ta' iktar minn sitt ċelloli ddedikati biss għall-iċċarġjar tal-batteriji għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi u prestazzjoni bħall-moduli għall-kollegament mal-grilja. Jużaw ċirkwit miftuħ tal-vultaġġ li għandu vultaġġ inqas miċ-ċirkwit użat f'moduli għal kollegament mal-grilja. Minkejja din id-differenza, l-investigazzjoni kixfet li dan it-tip ta' modulu jista' jkun kollegat mal-grilja. Il-vultaġġ iktar baxx faċilment jista' jkun ikkumpensat minn żieda fid-daqs u/jew numru taċ-ċelloli. Għaldaqstant, moduli ddedikati għall-iċċarġjar ta' batteriji, u li jikkonsistu f'iktar minn sitt ċelloli, jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(78)

Il-partijiet interessati ddikjaraw ukoll li d-definizzjoni ta' “ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli” hija limitata wisq, u għandha tkun estiża għal prodotti b'funzjoni simili li mhumiex koperti minn din id-definizzjoni bħal prodotti b'daqs simili li jużaw numru ikbar ta' ċelloli iżgħar.

(79)

Barra minn hekk, il-partijiet interessati ddikjaraw li d-definizzjoni ta' “prodotti PV tas-siliċju li huma integrati b'mod permanenti fi prodotti elettriċi” hija limitata wisq, peress li l-prodott elettriku komplut biss huwa eskluż, filwaqt li l-komponenti solari għall-integrazzjoni fil-prodotti elettriċi mhux bilfors li huma esklużi.

(80)

Tabilħaqq, analiżi tal-argumenti mressqa mid-diversi partijiet interessati wriet li jkun iktar xieraq li tiġi definita l-esklużjoni tat-tali prodotti fuq il-bażi ta' standards tekniċi minflok in-numru ta' ċelloli. B'mod partikolari, kien stabbilit li d-definizzjonijiet tal-istandard “IEC 61730-1 Klassi ta' Applikazzjoni Ċ” tiddefinixxi aħjar il-prodotti li għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-miżuri.

(81)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, daħlu kummenti dwar l-esklużjoni bbażata fuq l-istandard internazzjonali msemmi hawn fuq. Kien argumentat li minflok ma ssir referenza għall-istandard, ikun iktar xieraq li tiġi definita l-esklużjoni fuq il-bażi tal-vultaġġ tal-output u l-output tal-enerġija bħala “moduli jew pannelli b'vultaġġ tal-output li ma jaqbiżx il-50 V DC u output tal-enerġija li ma jaqbiżx il-50 W biss għall-użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess karatteristiċi tal-vultaġġ u l-enerġija”. Din id-dikjarazzjoni tista' tkun aċċettata, u l-esklużjoni hija finalment iddeterminata skont din id-definizzjoni.

2.3.13.   Moduli solari integrati fuq il-bjut

(82)

Parti interessata oħra ddikjarat li l-moduli solari integrati fuq il-bjut għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni, peress li jħalltu l-funzjonalità ta' modulu solari ma' dik ta' maduma tas-saqaf jew lavanja. B'hekk, mhumiex direttament interkambjabbli ma' modulu solari standard.

(83)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li kemm il-moduli standard kif ukoll il-modulu solari integrat fuq il-bejt iridu jikkonformaw mal-istess standards elettriċi. U filwaqt li l-modulu solari integrat fuq il-bejt mhux sempliċiment jinbidel ma' modulu standard, jista' jinbidel ma' modulu standard flimkien ma' madum tas-saqaf jew lavanja. Għaldaqstant, dawn il-prodotti għandhom l-istess proprjetà teknika bażika ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mid-dawl tax-xemx. Il-funzjonalità miżjuda (li f'każ ieħor tkun ipprovduta minn materjal tas-soqfa) ma titqiesx sostanzjali u ma tiġġustifikax esklużjoni tal-moduli solari integrati fuq il-bjut mill-ambitu tal-prodott.

(84)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-istess parti interessata argumentat li n-nuqqas ta' interkambjabbiltà doppja bejn moduli solari integrati fuq il-bjut u moduli solari standard hija indikazzjoni li l-moduli solari integrati fuq il-bjut għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-miżuri, b'referenza għall-kawża footware  (9) inġenerali u l-ilbies atletiku għar-riġlejn b'teknoloġija speċjali “STAF” b'mod partikolari. Madankollu, ir-raġunijiet għall-esklużjoni ta' STAF kienu bosta, u n-nuqqas ta' interkambjabbiltà doppja waħdu ma tqiesx bħala raġuni valida biżżejjed mill-Qorti Ġenerali fil-kawża Brosmann  (10), xi ħaġa li kkonfermat li prodotti ferm differenti bħal żraben formali u żraben tal-ħajkijiet tabilħaqq jistgħu jitqiesu bħala prodott ikkonċernat f'investigazzjoni antidumping waħda minkejja d-differenzi bejniethom.

(85)

Barra minn hekk, il-parti interessata argumentat li n-nuqqas ta' produzzjoni fl-UE u l-fatt li l-parti interessata għandha drittijiet ta' proprjetà intellettwali allegatament jikkonfermaw li moduli solari integrati fuq il-bjut huma innovattivi u differenti minn kull prodott ieħor. Madankollu, b'referenza mill-ġdid għall-kawża footwear imsemmija mill-parti interessata, fi Brosmann il-Qorti Ġenerali ddikjarat li “n-nuqqas ta' produzzjoni Komunitarja ta' dan it-tip ta' lbies għar-riġlejn u fuq l-eżistenza ta' privattiva, għandu jiġi kkonstatat li dawn ma humiex determinanti.” (11). B'hekk, ilbies għar-riġlejn b'teknoloġija bil-privattiva tqies bħala prodott ikkonċernat f'dak il-każ.

(86)

Il-parti interessata argumentat ukoll li moduli solari integrati fuq il-bjut għandhom ikunu esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, peress li jinbiegħu bi prezzijiet sostanzjalment ogħla mill-moduli standard. Barra minn hekk, fil-każ tal-footwear STAF ta' aktar minn ċertu prezz ġie eskluż mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. F'dan ir-rigward, huwa osservat li modulu solari integrati fuq il-bejt ma jgħaqqadx il-funzjonalità ta' modulu solari u madum tas-soqfa jew lavanja, kif indikat fil-premessa (83). Għalhekk, paragun dirett tal-prezzijiet mhuwiex sinifikanti, peress li l-funzjonalità miżjuda twassal b'mod naturali għal prezzijiet ogħla.

(87)

Bħala tweġiba għal dan l-argument, il-parti interessata argumentat li fuq il-bażi ta' dan l-argument, kien ikun impossibbli li jissemmew d-differenzi fil-prezzijiet bħala indikatur addizzjonali li jiġġustifika l-esklużjoni mill-ambitu tal-prodott. Madankollu, din l-interpretazzjoni timraħ wisq. Dak li ntqal fil-premessa ta' qabel jistipula sempliċiment li f'dan il-każ partikolari fejn il-moduli integrati fuq il-bjut jgħaqqdu l-funzjonalità tal-prodott ikkonċernat flimkien ma' prodott ieħor (f'dan il-każ madum tas-soqfa jew lavanja), il-prezz ovvjament mhuwiex sinifikanti. Dan bl-ebda mod ma jfisser li f'każijiet oħrajn id-differenza fil-prezz ma tistax tkun indikatur utli biex jiġi stabbilit jekk prodott għandux ikun eskluż mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(88)

Finalment, il-parti interessata argumentat li l-fornitur tagħha ta' moduli solari integrati fuq il-bjut għandu jingħata aċċess għall-impenn tal-prezz minimu. Madankollu, jidher li l-esportatur Ċiniż ikkonċernat ma kkooperax fl-investigazzjoni, u bħala parti li ma kkooperatx, mhijiex eliġibbli li tieħu sehem fl-impenn. Għaldaqstant, din it-talba ma tistax tintlaqa'.

2.3.14.   Ċelloli monokristallini u multikristallini

(89)

Parti interessata minnhom iddikjarat li ma kien hemm ebda produzzjoni ta' ċelloli monokristallini fl-Unjoni, u li l-esportazzjonijiet tagħha ta' ċelloli monokristallini ma kinux qegħdin jikkompetu mal-industrija tal-UE. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li tabilħaqq kien hemm produzzjoni ta' ċelloli monokristallini fl-Unjoni. Għalhekk dan l-argument huwa rifjutat. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat. Xorta waħda, fi Brosmann il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li n-nuqqas ta' produzzjoni fil-Komunità ta' tip ta' prodott partikolari mhuwiex deċiżiv.

2.3.15.   Il-klawżola “kkunsinjati minn”

(90)

Uħud mill-partijiet interessati argumentaw li l-estensjoni tal-ambitu tal-investigazzjoni għal prodotti “kkunsinjati mir-”RPĊ ma kinitx iġġustifikata, filwaqt li l-każ inbeda biss kontra prodotti li joriġinaw mir-RPĊ.

(91)

Madankollu, prodotti kkunsinjati mir-RPĊ diġà kienu koperti fl-istadju tal-bidu. Fil-punt 5 tan-Notifika ta' Bidu, huwa ddikjarat li l-“kumpaniji li jesportaw il-prodott investigat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina iżda li jikkunsidraw li parti minn dawk l-esportazzjonijiet jew saħansitra kollha ma għandhomx oriġini doganali tagħhom fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huma mistiedna biex jippreżentaw ruħhom fl-investigazzjoni u biex ifornu l-informazzjoni kollha rilevanti”. Għaldaqstant, huwa ċar li l-kumpaniji kollha li jikkunsinjaw prodotti mir-RPĊ kellhom l-opportunità li jikkooperaw f'din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, peress li l-prodott investigat spiss jinkorpora komponenti u partijiet minn pajjiżi differenti, fil-punt 5 tan-Notifika ta' Bidu tħabbar ukoll li “jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali” biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni.

(92)

Għaldaqstant, huwa meqjus li l-operaturi ekonomiċi kollha affettwati kienu informati kif suppost bil-possibbiltà li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-prodotti kkonsinjati mir-RPĊ, jekk ikunu xierqa, u kienu mistiedna jikkooperaw fl-investigazzjoni. B'hekk, l-ambitu tal-investigazzjoni ma kienx estiż għal prodotti “kkunsinjati mir-RPĊ”, peress li dawn kienu koperti mill-bidu nett.

(93)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati argumentaw li indipendentement mid-dispożizzjonijiet fin-Notifika ta' Bidu msemmija fil-premessa (91) hawn fuq, l-investigazzjoni kienet limitata għal prodotti li joriġinaw mir-RPĊ u ma vvalutatx l-impatt tal-prodotti kkunsinjati mir-RPĊ.

(94)

F'dan ir-rigward, huwa osservat li l-passi ta' wara ttieħdu sabiex jiġi żgurat li l-prodotti kollha kkunsinjati mir-RPĊ ġew ivvalutati matul l-investigazzjoni, u mhux biss prodotti li oriġinaw fir-RPĊ:

Il-kumpaniji kollha li jibagħtu l-prodott ikkonċernati mir-RPĊ kienu mistiedna biex jgħarrfu bil-preżenza tagħhom fl-investigazzjoni indipendentement mill-oriġini tal-prodotti.

Fl-Anness A tan-Notifika ta' bidu, l-esportaturi ntalbu jirrapportaw informazzjoni għall-prodotti kollha manifatturati mill-kumpanija. Din l-informazzjoni ma kinitx limitata għal prodotti li oriġinaw fir-RPĊ.

Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, li kien fiha l-esportazzjonijiet kollha lejn l-UE indipendentement mill-oriġini tal-prodotti, intgħażel kampjun rappreżentattiv.

Il-produtturi fil-kampjun irċivew kwestjonarju għal “produtturi li jesportaw lejn l-Unjoni Ewropea”, u r-RPĊ issemmiet bħala l-“pajjiż ikkonċernat”, mhux il-pajjiż ta' oriġini. Għalhekk, kien ċar li kienu investigati l-prodotti kollha indipendetement mill-oriġini tal-prodott.

(95)

Fuq din il-bażi, huwa konkluż li l-investigazzjoni kopriet il-prodotti kollha li oriġinaw fir-RPĊ jew ikkunsinjati minnha, u li s-sejbiet tal-investigazzjoni, inklużi s-sussidju u d-dannu, ikopru l-prodotti kollha li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-RPĊ.

(96)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet interessati argumentaw li l-ilment kien fih bis evidenza prima facie dwar importazzjonijiet ta' pannelli solari li joriġinaw fir-RPĊ, mhux prodotti kkunsinjati mir-RPĊ. F'dan ir-rigward, ta' min jiċċara li l-ilment tabilħaqq kopra prodotti “mir-RPĊ”, li jista' jidher mill-paġna tal-qoxra sottomessa mill-applikant li fiha t-timbru. Qabel din il-paġna, hemm paġna oħra fuq il-fajl li tabilħaqq tuża l-kliem “li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina”. Iżda dan il-każ ma kienx parti mid-dokument sottomess mill-ilmentatur, iżda żdied bħala paġna tal-qoxra mis-Servizzi tal-Kummissjoni, billi użat isem l-investigazzjoni minflok ma tenniet it-titlu tal-ilment. Għaldaqstant, jitqies li l-ilment kopra l-prodotti kollha mir-RPĊ, kemm jekk joriġinaw mir-RPĊ jew le.

(97)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi qablu wkoll li l-produtturi esportaturi f'pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu raġonevolment mistennija jkunu jafu li l-prodotti tagħhom jistgħu jkunu fil-mira tal-investigazzjoni wkoll. F'dan ir-rigward, huwa osservat li l-miżuri ma japplikawx għal prodotti li huma fi transitu skont it-tifsira tal-Artikolu V GATT. Għalhekk, il-produtturi esportaturi li ma għandhomx operazzjonijiet fir-RPĊ mhumiex affettwati mill-miżuri. Barra minn hekk, ebda produttur esportatur fil-pajjiżi terzi ma qajjem il-kwistjoni li l-prodotti li jesporta huma soġġetti għall-miżuri.

(98)

L-istess produtturi esportaturi argumentaw li l-produtturi esportaturi f'pajjiżi terzi ma ntalbux jgħarrfu bil-preżenza tagħhom, u ma ngħatawx l-opportunità li juru li l-prodotti tagħhom mhumiex sussidjati. L-Istituzzjonijiet iqisu li dawk il-produtturi esportaturi mingħajr ebda operazzjoni fir-RPĊ mhumiex affettwati mill-miżuri, peress li l-prodotti tagħhom, jekk ikkunsinjati mir-RPĊ, kienu jkunu fi transitu. Il-produtturi esportaturi kollha l-oħrajn kienu mgħarrfin permezz tan-Notifika ta' Bidu li l-operazzjonijiet tagħhom huma parti mill-investigazzjoni.

2.3.16.   Konklużjoni

(99)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-ambitu tal-prodott huwa definit b'mod definittiv bħala moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin u ċ-ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin, li joriġinaw minn jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sakemm ma jkunux fi tranitu fis-sens tal-Artikolu V GATT. Iċ-ċelloli għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru. Bħalissa dan il-prodott jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex8501 31 00, ex8501 32 00, ex8501 33 00, ex8501 34 00, ex8501 61 20, ex8501 61 80, ex8501 62 00, ex8501 63 00, ex8501 64 00 u ex8541 40 90.

(100)

It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli, huma portabbli u jfornu elettriku f'apparati jew jiċċarġjaw batteriji,

prodotti fotovoltajċi b'rita rqiqa,

prodotti fotovoltajċi tas-siliċju kristallin li huma integrati b'mod permanenti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi hija differenti mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/i fotovoltajka/ċi integrata/i tas-siliċju kristallin.

moduli jew pannelli b'vultaġġ ta' output li ma jaqbiżx 50 V DC u output ta' enerġija li ma jaqbiżx 50 W unikament għal użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess vultaġġ u karatteristiċi ta' enerġija.

3.   SUSSIDJU

(101)

L-ilmentatur allega li r-RPĊ qiegħda tissussidja bil-qawwa l-industrija fotovoltajka tagħha (“industrija PV”) u rrefera għal numru ta' dokumenti ta' politika u ppjanar kif ukoll leġiżlazzjoni li huma l-bażi għall-appoġġ mill-istat fis-settur. Il-Kummissjoni rrevediet u analizzat id-dokumenti msemmija fl-ilment kif ukoll dokumenti addizzjonali sottomessi mill-GTĊ u l-produtturi esportaturi fil-kampjun matul l-investigazzjoni u sabet li, tabilħaqq, ħafna minnhom juru li l-industrija PV fir-RPĊ tirċievi trattament preferenzjali f'bosta oqsma.

(102)

Il-GTĊ inkluda l-industrija PV fost l-industriji “strateġiċi” fit-12-il Pjan ta' Ħames Snin (12). Il-GTĊ ħareġ ukoll pjan speċifiku għall-industrija fotovoltajka solari (subordinat għat-12-il Pjan ta' Ħames Snin ewlieni), jiġifieri t-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari. Fil-pjan tiegħu, il-GTĊ esprima l-appoġġ tiegħu għal “impriżi superjuri (13) u “impriżi ewlenin (14), u impenja ruħu li “jippromwovi l-implimentazzjoni ta' bosta politiki li jappoġġaw l-industrija fotovoltajka (15), u li “jsawwar tħejjija ġenerali ta' politiki ta' appoġġ fuq l-industrija, il-finanzi, it-taxxa … (16).

Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat tissuġġerixxi li l-GTĊ se jappoġġa b'mod attiv l-iżvilupp tal-industrija tal-enerġija l-ġdida u jħaffef l-iżvilupp tal-enerġija solari (17), tordna lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha sabiex jipprovdu appoġġ ta' kreditu biss lil proġetti mħeġġa (il-kategorija li fiha jappartjenu l-proġetti PV) u twiegħed l-implimentazzjoni ta' “politiki preferenzjali oħrajn fuq il-proġetti mħeġġa (18). Deċiżjoni oħra tal-Kunsill tal-Istat tal-10 ta' Ottubru 2010 titħaddet dwar l-espansjoni tal-“intensità tal-appoġġ tal-politika fiskali u finanzjarja”, billi tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji ħalli “jespandu l-appoġġ ta' kreditu” u twiegħed li “tagħmel użu mill-politiki fiskali preferenzjali bħal kumpens għar-riskju (19) għal industriji strateġiċi ġodda, kategorija li fiha tappartjeni l-industrija PV solari. Il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u Twil (2006 — 2020) iwiegħed li “jagħti l-ewwel prijorità lill-finanzjament tal-politiki”, “iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jagħtu appoġġ ta' kreditu preferenzjali lil proġetti ta' industrijalizzazzjoni nazzjonali kbar fix-xjenza u t-teknoloġija”, li “Jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex itejbu u jsaħħu s-servizzi finanzjarji lil impriżi ta' teknoloġija avvanzata” u li “jimplimenta l-politiki ta' taxxa preferenzjali biex jippromwovi l-iżvilupp ta' impriżi ta' teknoloġija avvanzata (20).

Anki l-Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku telenka numru ta' miżuri għall-appoġġ tal-industriji strateġiċi inkluża l-industrija PV solari. Fost l-oħrajn, turi li l-Istat iħeġġeġ u jiggwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jappoġġaw l-iżvilupp ta' industriji ta' teknoloġija għolja u ġdida billi jagħtu self (21), tordna lill-istituzzjonijiet finanzjarji orjentati lejn il-politki sabiex jagħtu prijorità għall-iżvilupp ta' industriji tat-teknoloġija għolja u ġdida billi joffru servizzi finanzjarji (22), tipprovdi għal “imgħax skontat u garanzija għas-self” riċevuti minn ċerti impriżi u “għajnuna speċjali” mill-istituzzjonijiet finanzjarji orjentati lejn il-politiki għal proġetti mħeġġa mill-Istat (23). L-applikazzjonijiet prattiċi ta' dawn il-miżuri huma spjegati hawn isfel.

3.1.   Kummenti preliminari

(103)

Kemm il-GTĊ kif ukoll il-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun ippreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarji u aċċettaw żjarat fuq il-post (24) sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet.

(104)

Fir-rigward tal-GTĊ, wara l-analiżi tat-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta' defiċenza u verifika minn qabel, segwita minn korrispondenza sussegwenti dwar l-aġenda taż-żjara ta' verifika. Il-Kummissjoni tat lill-GTĊ ħafna żmien għat-tħejjija u s-sottomissjoni tar-rappreżentazzjonijiet tiegħu kull meta dan intalab u kien iġġustifikat. Tabilħaqq, ingħatat estensjoni sostanzjali tad-data ta' skadenza lill-GTĊ, jiġifieri estensjoni ta' 30 jum għat-tweġiba għall-kwestjonarju li rriżultat f'data ta' skadenza eventwali ta' 69 jum għas-sottomissjoni tat-tweġiba għall-kwestjonarju u l-Kummissjoni tat lill-GTĊ 25 jum biex iwieġeb għall-ittra ta' defiċenza. Għalhekk, b'mod ġenerali, il-GTĊ kellu iktar minn tliet xhur biex jipprovdi l-informazzjoni neċessarja mitluba mill-Kummissjoni.

(105)

Matul il-verifika fuq il-post fil-Ministeru tal-Kummerċ Ċiniż f'Beijing u erba' istituzzjonijiet finanzjarji (Iċ-China Development Bank, l-Export Import Bank of China, il-Huaxia Bank u SINOSURE) il-Kummissjoni impenjat ruħha sabiex tivverifika l-informazzjoni pprovduta fuq il-bażi tad-dokumenti ta' sostenn li ntużawx biex titħejja t-tweġiba tal-GTĊ, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11 u 26 tar-Regolament bażiku. Wara dan, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li n-nuqqas ta' informazzjoni u dokumenti ta' sostenn disponibbli mill-GTĊ ma ppermettiex sabiex issir verifika xierqa tat-tweġiba għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, ċerta informazzjoni ma kinitx sottomessa affattu għad li ntalbet b'mod speċifiku u ċerti mistoqsijiet sempliċiment ma tweġbux. Konsegwentement, il-GTĊ kien mgħarraf bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni b'konformità mal-Artikolu 28(1) u (6) tar-Regolament bażiku.

(106)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni kienet qiegħda timponi piż mhux raġonevoli fuq il-GTĊ u li talbet informazzjoni irrilevanti u mhux neċessarja fil-kwestjonarju u l-ittra ta' defiċenza sussegwenti.

(107)

Fir-rigward tal-informazzjoni mitluba, huwa osservat li l-Kummissjoni talbet biss informazzjoni dwar allegazzjonijiet fl-ilment li hija qieset neċessarja sabiex tasal għal sejba rappreżentattiva u baqgħet konsistenti fit-talbiet tagħha billi talbet l-istess dejta u informazzjoni matul il-proċess ta' investigazzjoni u talbet lill-GTĊ jispjega l-informazzjoni sottomessa u l-impimentazzjoni tiegħu għall-iskemi investigati. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni talbet biss informazzjoni li kienet neċessarja sabiex jiġu vvalutati l-eżistenza u l-livell tas-sussidju disponibbli għall-prodott ikkonċernat skont l-iskemi ta' sussidji allegati fl-ilment.

3.2.   Nuqqas ta' kooperazzjoni

(108)

Kif diġà ntqal fil-premessa (105) hawn fuq, wara ż-żjarat ta' verifika fuq il-post, fit-23 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni nnotifikat lill-GTĊ li kienet qiegħda tikkunsidra l-applikazzjoni tal-fatti disponibbli b'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni bagħtet din l-ittra, peress li kienet waslet għall-konklużjoni preliminari li n-nuqqas ta' informazzjoni u evidenza ta' sostenn mill-GTĊ ma kienx jippermetti li ssir verifika xierqa tat-tweġiba għall-kwestjonarju antisussidji, ittra ta' defiċenza u sottomissjonijiet oħrajn li saru mill-GTĊ matul il-proċediment inkwistjoni. Barra minn hekk, fuq il-post instab li ċerta informazzjoni tneħħiet fit-tweġiba għall-kwestjonarju u sottomissjonijiet sussegwenti mill-GTĊ, għad li din intalbet b'mod speċifiku mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, ċerti mistoqsijiet sempliċiment ma tweġbux. L-applikazzjoni potenzjali tal-fatti disponibbli kienet tikkonċerna l-pjanijiet tal-gvern, proġetti, diversi dokumenti ta' leġiżlazzjoni u oħrajn; Self ta' politiki preferenzjali, finanzjament, garanziji u assigurazzjoni oħrajn; ċirkulari tal-PBOC; verifiki fil-banek; Assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni u verifikazzjoni ta' Sinosure; il-programm ta' Dimostrazzjoni Golden Sun; programmi ta' tnaqqis u eżenzjoni mit-taxxa diretta; programmi ta' taxxa indiretta u tariffi ta' importazzjoni; forniment ta' inputs b'remunerazzjoni inqas minn dik adegwata: polisiliċju, estrużjonijiet tal-aluminju u ħġieġ; u l-forniment tad-Drittijiet ta' Użu tal-Art

(109)

Fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013 il-GTĊ oġġezzjona l-intenzjoni preliminari tal-Kummissjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, billi rraġuna li l-kundizzjonijiet meħtieġa biex titwarrab l-informazzjoni sottomessa jew anki sabiex “jimtela l-vojt fl-informazzjoni” ma ntlaħqux f'dan il-każ.

(110)

Il-GTĊ ddikjara li “dubji” dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni, li tfeġġ biss mill-fatt li l-informazzjoni sottomessa ma tistax tkun verifikata bis-sodisfazzjoni “sħiħa” tal-Kummissjoni, ma għandhomx iwasslu sabiex tkun injorata dik l-informazzjoni. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din id-dikjarazzjoni peress li ma tirrappreżentax ir-realtà. Tabilħaqq, il-Kummissjoni ma “injoratx” xi informazzjoni fuq l-unika bażi li ma setgħetx tivverifikaha matul iż-żjara ta' verifikazzjoni fuq il-post. Madankollu, jekk l-informazzjoni u l-ispjegazzjoni mogħtija mill-GTĊ instabu li huma kontradittorji u/jew inkompluti meta mqabbla ma' informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u, fl-istess ħin, ma kienx possibbli li din tiġi vverifikata matul iż-żjara ta' verifika fuq il-post, il-Kummissjoni ma setgħetx tieħu t-tali informazzjoni bil-valur nominali tagħha. Ma' kull biċċa informazzjoni huwa mehmuż piż xieraq skont il-grad ta' nuqqas ta' kooperazzjoni mill-GTĊ. Huwa osservat ukoll li l-Kummissjoni ma kellhiex problema bil-format li bih kienet ipprovduta din l-informazzjoni, hekk kif allega l-GTĊ, iżda bl-impreċiżjoni u/jew inkompletezza tagħha.

(111)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li partijiet mill-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni kienu jinvolvu piż tali li l-GTĊ ma kellux il-ħila prattika li jipprovdiha. F'dan ir-rigward huwa osservat li l-Kummissjoni talbet biss informazzjoni li kienet neċessarja biex jiġu verifikati l-allegazzjonijiet li saru mill-ilmentatur (u appoġġati minn evidenza prima facie) u tat lill-GTĊ ħafna żmien u ċans sabiex jissottometti t-tali informazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija ferm konxja mill-fatt li n-numru sinifikanti ta' allegazzjonijiet dettaljati tal-ilmentatur f'dak il-każ kien jobbligaha titlob ammont sostanzjali ta' informazzjoni mill-GTĊ. Madankollu, kif spjegat hawn fuq (il-premessi minn (104) sa (107)), l-informazzjoni mfittxija ma kinitx eċċessiva u ngħata żmien xieraq sabiex tiġi pprovduta.

(112)

Barra minn hekk, il-GTĊ indika d-distinzjoni bejn li tinjora l-informazzjoni sottomessa u li tissupplimenta l-informazzjoni riċevuta b'informazzjoni li fil-fatt huma fir-rekords. Filwaqt li l-Kummissjoni hija ferm konxja b'din id-distinzjoni u taġixxi b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, tixtieq tindika li meta l-informazzjoni sottomessa tkun tikkontradixxi informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istess suġġett, ma jkunx possibbli li din l-informazzjoni tkun supplimentata. F'dawn l-okkażjonijiet (pereżempju informazzjoni sottomessa dwar is-sjieda ta' banek), il-Kummissjoni kellha tiddeċiedi liema informazzjoni hija l-iktar waħda kredibbli. Meta għamlet dan, il-Kummissjoni żgurat li l-użu tal-fatti disponibbli mhuwiex punittiv u huwa bbażat fuq fatti li effettivament huma disponibbli.

(113)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni ma kellha ebda bażi fuq xiex tikkunsidra lill-GTĊ bħala mhux kooperattiv f'dan il-każ peress li la injora u lanqas ma fehem b'mod żbaljat l-obbligu tiegħu li jqis il-“ħila prattika” tal-GTĊ biex iwieġeb għad-domanda tagħha. Skont il-GTĊ, l-investigazzjoni inġenerali kienet diffiċli żżejjed tant li l-kooperazzjoni inġenerali saret impossibbli, u l-Kummissjoni bħala awtorità investigattiva baqgħet tirrifjuta milli taħdem mal-GTĊ sabiex tnaqqas dawn id-diffikultajiet. Din id-dikjarazzjoni hija miżinterpretazzjoni ċara tal-fatti. Il-Kummissjoni, sabiex tissodisfa l-obbligi ġuridiċi tagħha wara r-riċevuta ta' lment dokumentat kif xieraq u fl-istess ħin tirrispetta l-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO, talbet mingħand il-GTĊ biss dik l-informazzjoni neċessarja biex tivverifika u tivvaluta l-allegazzjonijiet fl-ilment appoġġat minn evidenza suffiċjenti. Il-Kummissjoni offriet assistenza lill-GTĊ fl-ittra ta' spjegazzjoni tagħha mal-kwestjonarju kif ukoll fil-kwestjonarju stess. Anki fl-ittra ta' defiċenza, il-GTĊ kien mistieden jikkuntattja lill-Kummissjoni jekk ikollu xi mistoqsija dwar l-informazzjoni mitluba. Il-Kummissjoni tat ukoll estensjonijiet eċċezzjonalment twal fid-data ta' skadenza sabiex tiġi sottomessa l-informazzjoni (ara l-premessa (104) hawn fuq). Barra minn hekk, f'din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni speċifika għat-tranżazzjonijiet mill-GTĊ biss fir-rigward tal-esportaturi fil-kampjun, mhux il-produtturi tal-pannelli solari kollha fiċ-Ċina, u b'hekk naqqset il-volum potenzjali ta' informazzjoni meħtieġa bil-bosta. Il-Kummissjoni tosserva li l-GTĊ jidher li qiegħed iħallat l-argumenti dwar il-ħila prattika tiegħu biex jipprovdi d-dejta ma' kwistjonijiet oħrajn.

Pereżempju, meta ddiskuta t-talba allegatament eċċessiva tal-Kummissjoni għal informazzjoni dwar banek u istituzzjonijiet finanzjarji, jibbaża l-argument tiegħu l-iktar fuq l-insuffiċjenza allegata tal-ilment, billi ddikjara li huwa bbażat fuq “determinazzjonijiet illegali” fil-kawża Karta Fina Miksija. Għaldaqstant, l-ilment tal-GTĊ donnu huwa relatat mal-kwalità tal-evidenza għall-bidu, u mhux mal-ħila prattika tiegħu li jipprovdi din l-informazzjoni. Tabilħaqq, fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013 il-GTĊ tenna d-dikjarazzjoni tiegħu mis-sottomissjonijiet ta' qabel li t-tnedija ta' ħafna mill-programmi ma kinitx tissodisfa l-limitu evidenzjarju tal-Artikolu 11.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-SCM u li bit-tnedija ta' dawn il-programmi, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 11.3 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-SCM. Il-Kummissjoni diġà wieġbet għal dawn id-dikjarazzjonijiet f'ittra u Memorandum lill-GTĊ u peress li ma saret l-ebda dikjarazzjoni oħra fl-ittra tat-3 ta' Ġunju 2013 ma hemmx bżonn li jerġgħu jiġu indirizzati l-istess dikjarazzjonijiet għat-tieni darba f'dan ir-Regolament.

(114)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni ma tatx lill-GTĊ biżżejjed żmien biex ilesti l-kwestjonarju. Dan huwa sempliċiment żbaljat. Kif spjegat fil-premessa (104) hawn fuq, il-Kummissjoni tat lill-GTĊ estensjonijiet sostanzjali fid-dati ta' skadenza, billi pprovdiet lill-GTĊ bi żmien massimu possibbli bla ma jitħalla impatt negattiv sostanzjali fuq it-tlestija fil-ħin tal-każ. Iż-żmien mogħti għat-tlestija tal-kwestjonarju u t-tweġiba għall-ittra ta' defiċenza kien sostanzjalment iktar miż-żmien meħtieġ mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(115)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni injorat it-talba tiegħu għal għajnuna fid-determinazzjoni tal-ħtieġa relattiva tat-tweġibiet tal-kwestjonarju sabiex jiġu evitati determinazzjonijiet tal-fatti disponibbli. Fis-sottomissjoni tiegħu rrefera għat-talba tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tispjega l-iskop ta' informazzjoni partikolari mitluba u għal liema determinazzjonijiet fattwali twassal, sabiex “jiżgura li jkun jista' jikkoopera fl-aħjar ħila prattika tiegħu filwaqt li fl-istess ħin jipprovdi l-iktar informazzjoni essenzjali”. Ovvjament, il-Kummissjoni ma setgħetx tkun taf minn qabel ma kienet ipprovduta għal liema konklużjonijiet ser twassal l-informazzjoni propja. Il-GTĊ jiddikjara wkoll li l-Kummissjoni strutturat il-kwestjonarju sabiex tagħmlu “funzjonalment impossibbli” li jitlesta u l-Kummissjoni għamlet “mistoqsijiet bla skop ċar.” Il-Kummissjoni tiċħad kategorikament dawn l-allegazzjonijiet. Kif spjegat hawn fuq, il-kwestjonarju talab biss l-informazzjoni li kienet neċessarja biex issir id-determinazzjoni tagħha.

(116)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni saħqet fuq il-forniment ta' dokumenti li l-GTĊ ma setax jipproduċi jew jara li jiġu pprovduti skont il-liġi u f'dan il-kuntest irrefera għal-liġi rilevanti tal-UE u d-WTO li tagħmilha ċara li hija biss informazzjoni falza jew qarrieqa li għandha tkun injorata u li ma kellu ebda “ħila prattika” li jforni ċerta informazzjoni li, bħala sigriet tal-Istat jew xi ħaġa simili, il-liġijiet interni tiegħu jipprojbixxu b'mod strett it-tixrid tagħha. Huwa ddikjarat ukoll li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ADA u l-ASCM tad-WTO li jipprevedu modi li bih tista' tiġi pprovduta informazzjoni kunfidenzjali lil awtoritajiet investigattivi u tingħata “trattament kunfidenzjali” mhux dejjem japplikaw fil-każ fejn l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta mill-awtorità ta' pajjiż terz, f'dan il-każ il-GTĊ. Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni ser tmur kontra l-ASCM jekk tirrifjuta milli tirrikonoxxi d-distinzjoni ġuridika bejn il-ħila prattika ta' gvern li jipprovdi informazzjoni li huwa legalment ipprojbit milli joħroġ, min-naħa, u l-forom l-oħrajn ta' informazzjoni kunfidenzjali li għalihom tista' titlob trattament kunfidenzjali fil-perkors normali ta' investigazzjoni.

(117)

Il-Kummissjoni ma injorat l-ebda informazzjoni li l-GTĊ ma pproduċiex, kienet x'kienet ir-raġuni, għaliex huwa sempliċiment impossibbli li tinjora xi ħaġa li mhijiex ipprovduta. Min-naħa l-oħra, f'sitwazzjoni fejn il-GTĊ ma pprovdiex, jew ma tax għad-dispożizzjoni għal spezzjoni, ċerta informazzjoni, u informazzjoni ta' għamla simili kienet għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni minn sorsi oħrajn (fil-parti l-kbira pubblikament disponibbli, iżda anki minn produtturi esportaturi li kkooperaw jew sottomessi minn ċerti banek matul investigazzjonijiet fuq il-post); il-Kummissjoni inkludiet din l-informazzjoni fil-fajl tal-każ u użatha fid-determinazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni ma taqbilx mad-dikjarazzjoni li d-dispożizzjonijiet tal-ADA u l-ASCM tad-WTO li jipprevedu modi li bihom tista' tkun ipprovduta informazzjoni kunfidenzjali lil awtoritajiet investigattivi u tingħata “trattament kunfidenzjali” ma japplikawx għall-GTĊ. F'dan ir-rigward, il-GTĊ qiegħed jiddikjara li l-gvernijiet għandhom jagħtu kont ta' standards differenti ta' kooperazzjoni minn dawk tal-esportaturi u s-sitwazzjoni tal-gvernijiet tiġġustifika “ammont minimu ta' korteżija” li l-esportaturi mhumiex intitolati għalih. Fir-rigward tal-kondotta tal-investigazzjonijiet tad-dazju kompensatorju, il-Kummissjoni ma taqbilx. Il-GTĊ huwa wieħed mill-partijiet interessati fil-proċediment għall-fini tar-Regolament bażiku u fl-istess ħin, bħala “Membru interessat”, ir-RPĊ hija marbuta mid-dispożizzjonijiet u l-ġurisprudenza.

L-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku jiddikjara: “Fil-każijiet fejn parti interessata tiċħad l-aċċess għal, jew b'mod ieħor ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta' żmien stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jew tostakola b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, fil-pożittiv jew fin-negattiv, jistgħu jittieħdu fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.” L-Artikolu 12.7 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-SCM, jirreferi b'mod espliċitu għall-konsegwenzi tan-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-gvernijiet (“Membru Interessat”): “Fil-każijiet fejn parti interessata tiċħad l-aċċess għal, jew b'mod ieħor ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fi żmien perjodu raġonevoli jew tostakola b'mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet provviżorji jew finali, fil-pożittiv jew fin-negattiv, jistgħu jittieħdu fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.” Għaldaqstant, meta l-pajjiż li qed jinvestiga, f'dan il-każ l-UE, jeżerċita d-drittijiet tad-WTO tiegħu f'investigazzjoni tad-dazju kompensatorju u jitlob informazzjoni meqjusa neċessarja għall-fini tal-investigazzjoni, il-gvernijiet u l-esportaturi jaqgħu taħt l-istess obbligu li jikkooperaw. Matul l-investigazzjoni, il-GTĊ spiss irrefera għal regoli dwar il-kunfidenzjalità bħala raġuni għan-nuqqas ta' forniment tal-informazzjoni mitluba, pereżempju, iċ-ċirkulari tal-PBOC, għal skopijiet ta' verifika. Ġie osservat li anki li kieku l-GTĊ, kif jiddikjara, kien “legalment projbit milli joħroġ it-tali informazzjoni”, xorta huwa marbut mill-obbligi tiegħu tad-WTO li jipprovdi informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni. F'dan ir-rigward, dispożizzjonijiet tal-liġi muniċipali jew regoli interni ta' Membru tad-WTO ma jistgħux jassolvuh mill-obbligi tiegħu tad-WTO sabiex jikkoopera fl-investigazzjonijiet; f'dawn il-każijiet ta' kunflitt, huwa f'idejn il-GTĊ li jissuġġerixxi modi li bihom jista' jingħata aċċess għall-informazzjoni sabiex tkun tista' tiġi verifikata b'mod adegwat. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, il-GTĊ qatt ma spjega din id-dikjarazzjoni u qatt ma ta xi evidenza (pereżempju. dispożizzjoni ġuridika li skont din huwa “legalment projbit” milli joħroġ it-tali informazzjoni) f'dan ir-rigward.

(118)

Barra minn hekk, il-GTĊ iddikjara li l-ittra ta' qabel il-verifika tal-25 ta' Marzu 2013 ma kinitx iddettaljata biżżejjed u ma kienx fiha mistoqsijiet speċifiċi li se jkunu indirizzati matul iż-żjara ta' verifika fuq il-post. F'dan ir-rigward ta' min josserva li filwaqt li ma hemm ebda rekwiżit li l-Kummissjoni tibgħat lista tal-mistoqsijiet kollha li ser isiru matul il-verifika fuq il-post (u l-Kummissjoni ma tqisx li dan huwa xieraq), l-ittra ta' qabel il-verifika tal-25 ta' Marzu 2013 kien fiha lista ferm speċifika u ddettaljata tal-kwistjonijiet u d-dokumenti li se jkunu indirizzati skont l-Artikolu 26(3) tar-Regolament bażiku u r-rekwiżiti tad-WTO. Madankollu, l-ittra għamlitha ċara li l-lista ma kinitx eżawrjenti u li kwistjonijiet u evidenza oħrajn jistgħu jkunu indirizzati, jekk dan ikun xieraq. F'dan ir-rigward ta' min jinnota wkoll li l-GTĊ ma oġġezzjonax għall-kontenuti ta' din l-ittra qabel il-verifika, għad li min-naħa l-oħra irrifjuta milli jiddiskuti wħud mill-punti mhux imsemmija b'mod espliċitu f'din l-ittra, bħal informazzjoni fuq l-ikbar banek fir-RPĊ, l-involviment tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) fil-ġestjoni ta' ċerti banek jew l-aċċess ta' ċerti banek għar-riżervi tal-muniti barranin tal-Amministrazzjoni tal-Istat tar-Riżervi Barranin, billi ddikjara li mhuwiex lest li jwieġeb għall-mistoqsijiet fuq dawn il-kwistjonijiet.

(119)

Il-GTĊ argumenta wkoll li l-Kummissjoni ma kinitx flessibbli matul iż-żjara ta' verifika fuq il-post u fil-fatt “stabbilixxiet limitu ta' żmien obbligatorju fir-rigward ta' kwalunkwe tweġiba għal bidliet mill-GTĊ”. Fuq l-istess nota ddikjara li l-Kummissjoni ma aċċettat ebda waħda mis-soluzzjonijiet “fattibbli” proposti mill-GTĊ dwar il-verifikazzjoni fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NBS) u rrifjutat milli testendi l-verifika sa nhar it-Tnejn it-22 ta' April 2013 biex tivverifika l-NBS. Barra minn hekk, l-uffiċjali tal-Kummissjoni bdew tard bil-verifiki kważi kull jum tax-xogħol minħabba, skont il-GTĊ, li jaslu tard.

(120)

Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tisħaq fuq il-fatt li l-grad ta' flessibbiltà muri mill-uffiċjali tagħha fuq il-post kien sħiħ u inkondizzjonali. L-uffiċjali tal-Kummissjoni offrew b'mod eċċezzjonali li jivverifikaw id-dokumenti u l-evidenza li l-GTĊ introduċa ferm wara l-għeluq ta' ċertu suġġett, ferm lil hinn mill-ħinijiet tax-xogħol regolari f'għadd ta' okkażjonijiet. Dan sar bosta drabi, anki jekk kien ifisser ċaqliq f'ħinijiet tard lejn siti ta' verifika oħrajn u/jew ritorn lejn siti fejn l-uffiċjali tal-Kummissjoni diġà kienu jew diġà kienu taw opportunità ta' verifika tad-dokumenti. Madankollu, b'xorti ħażina l-GTĊ ma laqax dawn l-offerti fil-każijiet inkwistjoni, u dan jissuġġerixxi ferm li n-nuqqas ta' sottomissjoni tad-dokumenti mitluba mill-Kummissjoni matul il-ħin regolari ma kienx dovut għar-restrizzjonijiet fiż-żmien tagħhom jew għan-nuqqas ta' rieda mill-Kummissjoni li tivverifikahom. Fir-rigward tad-dewmien fil-bidu taż-żjara ta' verifika, il-Kummissjoni tosserva li l-uffiċjali kienu preżenti fil-ħin kuljum iżda li, b'xorti ħażina, ċertu dewmien kien ikkaġunat mill-proċeduri ta' reġistrazzjoni ta' kuljum biex jingħata aċċess għas-siti ta' verifika differenti meħtieġa mill-GTĊ jew sempliċiment min-nuqqas ta' rappreżentanti tal-GTĊ sabiex jakkumpanjaw lill-uffiċjali meta waslu fis-siti ta' verifika li ġiegħlhom jistennew ħafna qabel jibdew. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li ż-żjarat ta' verifika kuljum damu ferm iktar mill-ħinijiet normali tax-xogħol, u li kien il-GTĊ li kkanċella s-sessjoni ta' wara nofsinhar taż-żjara ta' verifika fl-ewwel jum hekk kif ir-rappreżentanti tal-Ministeru tat-Teknoloġija ddeċidew li ma jiħdux sehem fiż-żjara (ara l-premessa (122)). Li kieku l-GTĊ aċċetta l-offerti kollha ripetuti mill-uffiċjali tal-Kummissjoni sabiex jivverifikaw id-dokumenti wara l-ħin tax-xogħol, iż-żjarat kienu jdumu iktar u dan ma kienx il-każ biss għaliex il-GTĊ naqas milli jikkoopera bis-sħiħ.

(121)

Il-GTĊ ilmenta wkoll li l-prattika tal-Kummissjoni li ma taċċettax dokumenti u evidenza ġodda li jeħtieġu li jiġu verifikati wara tmiem is-sessjoni ta' verifika li jappartjenu għaliha. F'dan ir-rigward irid ikun iċċarat li mhijiex u qatt ma kienet l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinjora minnufih informazzjoni pprovduta b'dan il-mod. Il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-informazzjoni sottomessa kollha, analizzat il-kwalità tagħha (pereż. l-estratt tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati huwa ttrattat b'mod differenti minn sempliċi tabella tal-excel jew dokument tal-word b'figuri mhux appoġġati minn sors uffiċjali) u attribwitilha l-piż xieraq minħabba li ma setgħetx tivverifika din l-informazzjoni matul iż-żjara ta' verifika fuq il-post.

(122)

Fir-rigward tas-sitt dokumenti (25) sottomessi mill-GTĊ matul l-investigazzjoni u l-kontenut li l-GTĊ irrifjuta milli jiddiskuti matul iż-żjara ta' verifika fuq il-post, il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni ma kellha ebda bażi biex tapplika l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Dan iddikjara wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tassisti lill-GTĊ biex jifhem ir-rekwiżit sabiex jipprovdi dawn id-dokumenti u milli turi li d-dokumenti kollha kkonċernati kienu rilevanti minkejja li l-GTĊ “stieden b'mod speċifiku lill-Kummissjoni qabel ma bdiet il-verifika sabiex tassisti lill-GTĊ biex jifhem ir-rekwiżit sabiex jipprovdi dawn id-dokumenti u sabiex turi li d-dokumenti kkonċernati kollha kienu rilevanti”. F'dan ir-rigward, l-ewwel nett, huwa osservat li d-dokumenti kollha jappartjenu direttament għall-industrija kkonċernata (26) u għalhekk, l-inklużjoni tagħhom fi ħdan l-ambitu ta' verifika kienet ferm rilevanti.

It-tieni, it-test tal-GTĊ użat fl-ittra tiegħu lill-Kummissjoni tal-11 ta' April 2013 kien differenti minn dak imsemmi fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013. Fl-ittra tiegħu tal-11 ta' April 2013, il-GTĊ iddikjara li l-verifika tat-tali dokumenti “hija sospiża sakemm il-Kummissjoni ma jirnexxiliex turi b'mod konvinċenti kemm dawn id-dokumenti jitqiesu li huma rilevanti għall-investigazzjoni attwali, b'mod partikolari s-sussidji allegati”. Peress li dawn id-dokumenti kollha jirrigwardaw direttament l-industrija kkonċernata u anki skemi partikolari ta' sussidji bħal self preferenzjali jew skemi ta' taxxa preferenzjali, kif inhu ovvju mit-test tagħhom, il-Kummissjoni ma fehmitx x'jista' jiżdied iktar biex tintwera r-rilevanza tagħhom iktar minn hekk. Għall-Kummissjoni kien sorprendenti li l-GTĊ deher li ma kellux problema bir-rilevanza ta' dawn id-dokumenti meta kienu sottomessi, iżda biss meta l-Kummissjoni talbet spjegazzjonijiet.

(123)

Fl-ittra tagħha tat-23 ta' Mejju 2013 il-Kummissjoni ddikjarat li ma setgħetx tivverifika ħafna mill-informazzjoni sottomessa mad-dokumentazzjoni oriġinali u tagħmel kontroverifika mad-dejta sors li ntużat biex jitħejjew it-tweġibiet tal-GTĊ fir-rigward tal-informazzjoni dwar is-suq finanzjarju u l-istituzzjonijiet finanzjarji fir-RPĊ. Il-GTĊ oġġezzjona li minħħabba l-“kwota ferm ġenerali u mhux speċifika”, il-Kummissjoni ma tatx lill-GTĊ opportunità sabiex jikkummenta kif xieraq u għalhekk ma ħallietx lill-GTĊ jeżerċita d-dritt ta' difiża tiegħu kif suppost. Din id-dikjarazzjoni ma tgħidx is-sew. Fil-kwestjonarju, il-Kummissjoni għamlet mistoqsijiet ferm speċifiċi u, b'konformità mal-prattika normali ta' ħafna awtoritajiet investigattivi ppruvat tivverifika t-tweġibiet tal-GTĊ matul żjara ta' verifika fuq il-post.

(124)

B'mod partikolari, fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, il-GTĊ iddikjara li “s-self lill-industrija kkonċernata jammonta għal sehem żgħir ħafna tas-self totali mogħti. Pereżempju, uħud mill-banek fil-kwestjonarju tal-appendiċi tagħhom iddeskrivew li s-self mogħti lill-industrija kkonċernata kien jammonta għal inqas minn 1 % tas-self totali”. Matul il-verifika, il-GTĊ ma rnexxilux isostni din id-dikjarazzjoni b'xi evidenza affattu u sempliċiment irrefera lill-Kummissjoni għall-banek.

(125)

Il-Kummissjoni talbet ukoll statistiki fuq is-self lill-industrija kkonċernata. Il-GTĊ iddikjara li ma jżommx rekords bħal dawn. Meta l-Kummissjoni stħarrġet jekk il-GTĊ ipprovax jikkompila statistiki bħal dawn u talbet din l-informazzjoni mis-CBRC (Awtorità regolatorja tal-banek fir-RPĊ), uffiċjal preżenti matul il-verifika wieġeb li ma kienx jaf dwar dan peress li dipartiment ieħor tas-CBRC huwa responsabbli mill-istatistiki. Ebda statistika kif mitluba fil-kwestjonarju u ripetutament fil-proċess ta' defiċenza ma ġiet sottomessa mill-GTĊ. Fl-ittra ta' qabel il-verifika tagħha, il-Kummissjoni indikat mill-ġdid li dan is-suġġett ser ikun kopert.

(126)

Rigward il-banek, il-Kummissjoni sħarrġet ukoll matul iż-żjara ta' verifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju u tal-kredibbiltà kredizja, is-sitwazzjoni operattiva ġenerali, is-sitwazzjoni maniġerjali, il-livell ta' kreditu, l-użu finanzjarju, l-abbiltà ta' ripagament, il-mudell tal-garanzija u l-kooperazzjoni kummerċjali bejn il-banek u l-mutwatarji, peress li l-GTĊ għamel dikjarazzjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju. Mill-ġdid, minkejja li dawn is-suġġetti kienu indikati fl-ittra ta' qabel il-verifika, il-GTĊ ma rnexxilux jipprovdi xi evidenza li tappoġġa d-dikjarazzjonijiet tiegħu stess u rrefera lill-Kummissjoni għall-banek.

(127)

Fit-tweġiba tiegħu għall-ittra ta' defiċenza, il-GTĊ issottometta ċerta informazzjoni dwar il-perċentwal ta' sjieda tal-gvern f'ċerti banek. Huwa osservat li għall-ewwel, fit-tweġiba tal-kwestjonarju l-GTĊ ddikjara li ma għandux din l-informazzjoni u li ssottometta biss l-informazzjoni f'dan ir-rigward wara li l-Kummissjoni indikat li l-Artikolu 24 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali jeħtieġ li l-banek jirrapportaw din l-informazzjoni lis-CBRC. Meta l-Kummissjoni stħarrġet matul iż-żjara ta' verifika x'kien is-sors ta' din l-informazzjoni, l-uffiċjal tas-CBRC preżenti ddikjara li ma kienx jaf peress li dipartiment ieħor tas-CBRC huwa responsabbli għall-ġbir ta' dejta bħal din. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolamenti Interim dwar il-Bords ta' Superviżuri f'Istituzzjonijiet Finanzjarji Importanti tal-Istat (sottomessi mill-Bank EXIM fit-tweġiba tiegħu għall-ittra ta' defiċenza) “il-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji tal-istat li lilhom il-Kunsill tal-Istat jibgħat bords ta' superviżuri għandha tkun rakkomandata mill-korp amministrattiv għall-bords tas-superviżuri f'istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat”. Peress li din id-dispożizzjoni ġuridika tirreferi għall-korp amministrattiv għall-bords tas-superviżuri f'istituzzjonijiet finanzjarji tal-istat, jidher li l-GTĊ jaf liema istituzzjonijiet finanzjarji huma proprjetà tiegħu. Minkejja dan, il-Kummissjoni ma rnexxilhiex tivverifika din l-informazzjoni jew tidentifika s-sors tal-informazzjoni minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-GTĊ. L-informazzjoni pubblikament disponibbli tissuġġerixxi li hemm ukoll banek oħrajn tal-Istat (li taw self lill-produtturi esportaturi fil-kampjun) minbarra dawk irrapportati mill-GTĊ fit-tweġiba tiegħu għall-ittra ta' defiċenza (27).

(128)

Fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013 il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni la fil-kwestjonarju u lanqas fl-ittra ta' defiċenza ma “talbet għall-evidenza ta' sostenn jew sors tad-dejta” u “issa f'daqqa waħda qiegħda tallega nuqqas ta' evidenza ta' sostenn jew sors tad-dejta”. Biex kollox ikun ċar, il-Kummissjoni, bħal kwalunkwe awtorità investigattiva oħra, tivverifika d-dejta sottomessa mill-partijiet kollha fil-proċediment u l-GTĊ kien jaf b'dan peress li l-Kummissjoni diġà indikat fil-kwestjonarju tagħha u l-ittra ta' spjega mal-kwestjonarju li t-tweġibiet jistgħu jkunu soġġetti għal verifika. Barra minn hekk, fl-ittra ta' qabel il-verifika tagħha, il-Kummissjoni inkludiet ukoll dan is-suġġett partikolari fost il-kwistjonijiet li għandhom ikunu koperti matul il-verifika (28). Għaldaqstant, il-fatt li l-Kummissjoni qiegħda titlob evidenza ta' sostenn tad-dikjarazzjonijiet li saru mill-GTĊ żgur li ma kinitx sorpriża għall-GTĊ iżda l-proċedura standard segwita mill-Kummissjoni f'kull każ.

(129)

Meta, matul il-verifika, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jissottometti lista tal-ikbar 10 banek fil-RPĊ u s-sehem mis-suq li jirrappreżentaw, is-CBRC wieġbet li tista' tagħti t-tali informazzjoni iżda li ma tistax twieġeb il-mistoqsija qabel ma tkun sottomessa f'format bil-miktub. Il-Kummissjoni spjegat li mistoqsija li ssir matul iż-żjara ta' verifika bil-fomm għandha l-istess validità bħal kwalunkwe mistoqsija sottomessa bil-miktub u indikat li għall-mistoqsijiet l-oħrajn li saru bil-fomm, il-GTĊ ma talabx is-sottomissjoni tagħha bil-miktub qabel wieġeb. Minkejja din il-kjarifika, il-GTĊ xorta ma pprovdietx l-informazzjoni.

(130)

Fil-kwestjonarju, il-Kummissjoni talbet dokumenti li kienu l-bażi għall-istabbiliment tas-CBRC u pprovditilha l-mandat. Il-GTĊ issottometta dokument mill-Kungress Nazzjonali Popolari li jiddikjara sempliċiment li għandha tinħoloq is-CBRC. Meta l-Kummissjoni stħarrġet jekk kienx hemm xi dokument ieħor li jispeċifika l-mandat u l-iskop tas-CBRC, l-uffiċjal tas-CBRC preżenti ddikjara li kien hemm ħafna liġijiet oħrajn dwar is-CBRC iżda li, jekk il-Kummissjoni riedet tikseb dawn id-dokumenti missha talbithom qabel il-verifika. Ġie osservat li fil-kwestjonarju l-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex “jipprovdi dokumenti li kienu l-bażi għall-istabbiliment ta' din l-awtorità u pprovdewlha l-mandat” u għalhekk, talbet dawn id-dokumenti qabel il-verifika.

(131)

Meta l-Kummissjoni talbet statistiki u rapporti mill-banek li pprovdew self lill-esportaturi fil-kampjun għall-PI, hija indikat l-Artikolu 33 tal-Liġi tar-RPĊ dwar ir-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni fuq l-Industrija Bankarja  (29) xi ħaġa li tissuġġerixxi li s-CBRC tiġbor dawn l-istatistiki. L-uffiċjal tas-CBRC preżenti ddikjara li kellu jfittex li jikseb permess mid-dipartiment ġuridiku l-ewwel, iżda ma pprovda l-ebda informazzjoni f'dan ir-rigward qabel tmiem il-verifika. Mill-ġdid, ta' min jinnota li l-Kummissjoni talbet din l-informazzjoni fil-kwestjonarju u l-ittra ta' defiċenza u li kienet indikat fl-ittra ta' qabel il-verifika li l-istatistiki jkunu suġġett għall-verifika.

(132)

Il-GTĊ kompla billi ddikjara li l-allegazzjonijiet fl-ilment dwar il-banek Ċiniżi li huma korpi pubbliċi huma bbażati sempliċiment fuq dikjarazzjonijiet sempliċi ta' parteċipazzjoni azzjonarja tal-istat li min-naħa tagħhom huma bbażati fuq determinazzjonijiet “illegali” fil-kawża Karta Fina Miksija. Din id-dikjarazzjoni hija interpretazzjoni ħażina tal-fatti fl-ilment. Fl-ilment, l-ilmentatur, minbarra s-sjieda tal-istat, jirreferi, fost l-oħrajn, għas-self ipprovdut minn banek ibbażati fuq direttivi politiċi, lill-aġenziji tal-gvern li jordnaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex iżidu l-kreditu u s-self lil impriżi sabiex jippromwovu teknoloġiji u prodotti ġodda (inkluża l-industrija PV). Is-sejbiet ta' Karta Fina Miksija li l-banek Ċiniżi li huma korpi pubbliċi kienu bbażati fuq iktar elementi milli s-sempliċi sjieda (pereżempju intervent mill-gvern u gwida tal-banek sabiex jallokaw self preferenzjali lill-industrija tal-karta permezz ta' pjanijiet tal-Gvern) u dawn is-sejbiet huma kompletament konformi mal-liġi tal-UE u d-WTO. Barra minn hekk, is-sejbiet dwar l-istatus tal-banek tal-istat bħala korpi pubbliċi kienu kkonfermati f'Azzar Miksi b'Materjal Organiku wkoll.

(133)

Il-GTĊ kompla jiddikjara wkoll li ma setax bl-abbiltà prattika tiegħu jipprovdi informazzjoni dwar 3 800 bank u istituzzjoni finanzjarja li jeżistu fil-RPĊ u li, fi kwalunkwe każ, is-CBRC ma żżommx rekords dwar il-perċentwal tas-sjieda tal-gvern fil-banek. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem għaliex il-GTĊ jibqa' jirreferi għall-banek kollha fil-RPĊ b'rabta mas-sjieda tal-GTĊ fihom meta l-informazzjoni mitluba kienet limitata b'mod espliċitu għal dawk il-banek “li fihom il-GTĊ għandu parteċipazzjoni azzjonarja diretta jew indiretta” (30). Kif spjegat fil-premessa (127) hawn fuq, id-dikjarazzjoni tal-GTĊ li s-CBRC (jew xi awtorità oħra tal-gvern) ma żżommx rekords dwar is-sehem mis-sjieda tiegħu fil-banek tidher li tmur kontra bosta dispożizzjonijiet ġuridiċi taċ-Ċina.

(134)

Fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013, il-GTĊ tenna d-dikjarazzjoni tiegħu li ma għandux l-awtorità li jitlob lill-“banek indipendenti” sabiex jipproduċi informazzjoni kunfidenzjali u indika l-ittra li allegatament intbagħtet lill-banek fuq din il-kwistjoni. Huwa minnu li matul il-verifika l-GTĊ wera l-oriġinal tal-ittra maħsuba għall-banek, iżda meta l-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jipprovdi evidenza li turi lil liema banek u istituzzjonijiet finanzjarji ntbagħtet din l-ittra, il-GTĊ ma kienx kapaċi jipprovdi t-tali evidenza. Il-GTĊ allega wkoll li wħud mill-istituzzjonijiet indikati fl-Anness 7 għall-ittra ta' defiċenza ma kinux banek. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li dawn l-istituzzjonijiet kellhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni mill-produtturi esportaturi fil-kampjun bħala istituzzjonijiet li estendewlhom self.

(135)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni qatt ma indirizzat il-kwistjoni taċ-Ċirkulari tal-PBOC YinFa [2003] u [2004] fil-kwestjonarju tagħha jew fl-ittri ta' defiċenza. Huwa nnotat li fl-ittra ta' qabel il-verifika, il-Kummissjoni inkludiet “regolamenti/ċirkulari/dokumentazzjoni interna dwar ir-regolamenti tar-rati tal-imgħax fir-RPĊ” fost is-suġġetti li għandhom jiġu koperti matul il-verifika. Huwa ovvju li ż-żewġ ċirkulari jaqgħu f'din il-kategorija. Fit-tweġiba tiegħu għall-ittra ta' defiċenza, il-GTĊ irrefera wkoll għal artiklu fuq il-websajt tal-PBOC li rrefera għal waħda miċ-ċirkulari tiegħu. Madankollu, il-GTĊ ma pprova l-ebda ċirkulari mill-PBOC affattu u ssottometta biss informazzjoni mill-websajt tal-PBOC li ma kinitx kompluta fir-rigward tar-regolamentazzjoni tar-rati tal-imgħax fuq self u depożiti fiċ-Ċina meta mqabbla maċ-Ċirkulari YinFa [2003] u [2004] li t-tnejn li huma jistgħu jinstabu fuq il-web. Huwa osservat ukoll li l-GTĊ ma rrifjutax milli jissottometti dawn id-dokumenti fuq il-bażi li ma kienx ippreparat għal mistoqsija bħal din iżda minflok minħabba l-allegata kunfidenzjalità taċ-ċirkulari. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li d-dikjarazzjoni tal-GTĊ dwar il-kunfidenzjalità taċ-ċirkulari tal-PBOC hija inkonsistenti mal-prattika tiegħu stess f'dan il-proċediment. Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ issottometta verżjoni sħiħa ta' Ċirkulari ieħor tal-PBOC biex jappoġġa d-dikjarazzjoni tiegħu li s-self speċjali pprovdut mill-banek kummerċjali ta' propjetà tal-istat (SOCBs) ġie revokat u l-kunfidenzjalità allegata xi mkien ieħor ma dehritx li kienet xkiel. Fir-rigward tas-siltiet mill-websajt tal-PBOC, il-Kummissjoni ħadet nota tagħhom u ma injoratx il-kontenut. Madankollu, biex ikun hemm l-informazzjoni kompluta dwar il-kwistjoni kien hemm bżonn ukoll l-informazzjoni fiż-żewġ ċirkulari li kkomplimentaw l-informazzjoni sottomessa mill-GTĊ.

3.3.   Eżami Individwali (“EI”)

(136)

Talbiet għal EI ġew sottomessi minn 6 produtturi esportaturi li kkooperaw skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-kumpaniji CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd, Jiangsu Runda PV Co., Ltd, Kinve Solar Power Co., Ltd (Maanshan), Phono Solar Technology Co. Ltd, Shandong Linuo Photovoltaic Hi-Tech Co. Ltd, u Shandong Linuo Solar Power Holdings Co. Ltd. Ma kienx possibbli li dawn il-kumpaniji jiġu analizzati b'mod individawli peress li, minħabba n-numru kbir ta' skemi ta' sussidji allegati u l-għamla li tieħu ħafna żmien tal-investigazzjoni, dan ikun piż kbir wisq u jista' jxekkel it-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

3.4.   Skemi Speċifiċi

(137)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fl-ilment, il-Kummissjoni fittxet informazzjoni relatata mal-iskemi li ġejjin, li allegatament involvew l-għoti ta' sussidji mill-awtorità Governattiva:

(i)

Self ta' politiki preferenzjali, finanzjament ieħor, garanziji u assigurazzjoni

Self ta' politiki preferenzjali;

Forniment ta' linji ta' kreditu;

Programmi ta' sussidju tal-kreditu għall-esportazzjoni;

Garanziji u Assigurazzjonijiet fuq l-Esportazzjoni għal Teknoloġiji Ekoloġiċi;

Benefiċċji pprovduti bl-għoti ta' aċċess għal kumpaniji azzjonarji offshore u ripagamenti ta' self mill-gvern;

(ii)

Programmi ta' Għoti

Fond ta' żvilupp tar-riċerka tal-prodotti ta' esportazzjoni;

Sussidji għall-iżvilupp ta' “Marki Magħrufa” u l-Programm taċ-Ċina għall-Aqwa Marki fid-Dinja;

Fondi għall-espansjoni 'l barra tal-industriji fil-Provinċja ta' Guandong;

Il-programm ta' dimostrazzjoni Golden Sun;

(iii)

Programmi ta' Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxa Diretta

Il-programm tnejn b'xejn/tlieta nofs għall-impriżi investiti barranin (FIEs);

Tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu għal FIEs orjentati lejn l-esportazzjoni;

Benefiċċju tat-taxxa fuq l-introjtu għal FIEs ibbażati f'post ġeografiku;

Tnaqqis tat-taxxa għal FIEs li jixtru tagħmir magħmul iċ-Ċina;

Kumpens għat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp mill-FIEs;

Rifużjonijiet tat-taxxa għal investiment mill-ġdid tal-profitti tal-FIEs f'impriżi orjentati lejn l-esportazzjoni;

Programmi tat-taxxa preferenzjali għal FIEs rikonoxxuti bħala impriżi tat-teknoloġija avvanzata jew ġdida;

Tnaqqis tat-taxxa għal impriżi tat-teknoloġija avvanzata u ġdida involuti fi proġetti magħżula;

Politika preferenzjali tat-taxxa fuq l-introjtu għal impriżi fir-reġjun tal-Grigal;

Programmi tat-taxxa tal-provinċja ta' Guandong;

(iv)

Programmi ta' Taxxa Indiretta u ta' Tariffi tal-Importazzjoni

Eżenzjonijiet mill-VAT u roħsijiet tat-tariffa ta' importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat;

Roħsijiet tal-VAT fuq xirjiet mill-FIEs ta' tagħmir magħmul iċ-Ċina;

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati Eżenzjonijiet mill-VAT u t-tariffi għal xirjiet ta' assi fissi skont il-programm tal-fondi ta' żvilupp tal-kummerċ barrani;

(v)

Forniment mill-gvern ta' prodotti u servizzi għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

Forniment mill-gvern ta' polisiliċju għal remunerazzjoni inqas minn adegwata;

Forniment mill-gvern ta' estrużjonijiet tal-aluminju għal remunerazzjoni inqas minn adegwata;

Forniment mill-gvern ta' ħġieġ għal remunerazzjoni inqas minn adegwata;

Forniment mill-gvern ta' enerġija;

Forniment mill-gvern ta' art u drittijiet ta' użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata;

3.4.1.   Self ta' politiki preferenzjali, finanzjament ieħor, garanziji u assigurazzjoni

(a)   Nuqqas ta' kooperazzjoni u l-użu tal-fatti disponibbli

—   Is-suq finanzjarju u l-istituzzjonijiet fiċ-Ċina

(138)

Il-Kummissjoni talbet mill-GTĊ l-informazzjoni dwar is-sehem tas-self ipprovdut mill-banek fejn il-GTĊ huwa l-ikbar jew l-uniku azzjonist, banek fejn il-GTĊ għandu interess azzjonarju iżda mhuwiex l-ikbar azzjonist, banek fejn il-GTĊ mhuwiex azzjonist u banek b'sid barrani, kemm lill-industrija inġenerali kif ukoll lill-industrija kkonċernata minn dan il-proċediment. Il-GTĊ wieġeb li ma jżommx rekords tal-ammonti u l-perċentwali tas-self ipprovdut mill-banek tal-Istat u li l-GTĊ lanqas ma jżomm ir-rekords tas-self għall-industrija PV. Il-GTĊ ma ssuġġerixxa l-ebda sors alternattiv għal din l-informazzjoni.

(139)

Il-Kummissjoni hemżet kwestjonarju speċifiku (Appendiċi A) maħsub għall-banek/istituzzjonijiet finanzjarji mal-kwestjonarju antisussidji inizjali u talbet lill-GTĊ sabiex jgħaddih lill-banek/istituzzjonijiet finanzjarji li pprovdew self lill-industrija kkonċernata. L-iskop tal-Appendiċi A kien li jivverifika l-allegazzjonijiet fl-ilment li l-banek tal-Istat taċ-Ċina huma korpi pubbliċi. Fost l-oħrajn, il-Kummissjoni fittxet informazzjoni dwar l-istruttura tal-kontroll tal-gvern f'dawk il-banek Ċiniżi u kemm isegwu l-politiki u l-interessi tal-gvern fir-rigward tal-industrija fotovoltajka (jiġifieri l-bord tad-diretturi u l-bord tal-azzjonisti, minuti tal-laqgħat tal-azzjonisti/tad-diretturi, ċittadinanza tal-azzjonisti/diretturi, politiki dwar l-għoti b'self u valutazzjoni tar-riskju fir-rigward ta' self ipprovdut lill-produtturi esportaturi li kkooperaw). Fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-GTĊ issottometta tweġiba għall-Appendiċi A biss għal ħames banek (iċ-China Development Bank (CDB), il-Bank EXIM, il-Bank of Shanghai, il-Bank of China (31) u l-Huaxia Bank). Fl-ittra ta' defiċenza, il-Kummissjoni tenniet it-talba inizjali tagħha għal informazzjoni. Biex tħaffef il-kooperazzjoni tal-GTĊ, tat lista ta' banek/istituzzjonijiet finanzjarji li taw self lil kumpaniji fil-kampjun u reġgħet talbet lill-GTĊ sabiex jgħaddi l-Appendiċi A lil dawn l-entitajiet. Ma ġiet ippreżentata l-ebda tweġiba addizzjonali għall-Appendiċi A mat-tweġiba għall-ittra ta' defiċenza.

(140)

Il-Kummissjoni fittxet ukoll informazzjoni dwar is-sjieda tal-Istat tal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji. Fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, il-GTĊ iddikjara li ma jżomm l-ebda rekord dwar l-ishma ta' sjieda u ma pprova l-ebda suġġeriment dwar kif tinkiseb din l-informazzjoni. Meta l-Kummissjoni, fl-ittra ta' defiċenza tagħha, indikat li huwa obbligatorju li din l-informazzjoni tkun inkluża fl-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tal-banek u li dawn huma aċċessibbli mill-GTĊ bħala azzjonist, il-GTĊ issottometta l-informazzjoni dwar il-parteċipazzjonijiet azzjonarja ta' 16-il bank. Madankollu, ħlief għal ħames banek, li għalihom il-GTĊ irrefera għar-rapporti annwali bħala sors, ma pprovda l-ebda evidenza ta' sostenn għal din l-informazzjoni u lanqas ma ddivulga x'kienet id-dejta tas-sors għal din l-informazzjoni. Fir-rigward tal-banek l-oħrajn li pprovdew self lill-industrija kkonċernata, il-GTĊ ma pprovda l-ebda informazzjoni affattu dwar l-interess ta' sjieda tiegħu. B'hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-preċiżjoni u l-korrettezza tad-dejta rrapportata dwar l-interessi ta' sjieda tal-Istat fil-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.

(141)

Il-GTĊ iddikjara li l-klassifikazzjoni BB applikata għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (għall-fini ta' punt ta' riferiment tas-self) hija “ferm sfavorevoli” u li l-Kummissjoni, fid-dawl tal-fatti proprji tal-każ, ma spjegatx kif waslet għall-konklużjoni li din hija l-konklużjoni preċiża u l-iktar waħda raġonevoli. Il-GTĊ kompla jiddikjara li din il-metodoloġija tammonta għal “influwenza avversa li ma tistax tkun permessa”. Għad li din id-dikjarazzjoni saret fir-rigward ta' waħda mill-kawżi ta' qabel (jiġifieri Karta Fina Miksija) u qabel id-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni applikata għall-produtturi esportaturi fil-kampjun f'dan il-proċediment, ta' min jinnota li l-Kummissjoni ma applikatx “fatti avversi disponibbli” f'dan il-każ jew f'xi każ ieħor li għalih irrefera l-GTĊ fis-sottomissjoni tiegħu. Il-Kummissjoni siltet biss konklużjonijiet xierqa mill-fatti rreġistrati, li wrew nuqqas ta' valutazzjoni xierqa tar-riskju ta' kreditu, ara l-premessi minn (175) sa (178). Ta' min jindika li matul il-PI, l-industrija PV taċ-Ċina kienet qiegħda tagħmel telf qawwi u kien ċar li l-qagħda finanzjarja kienet waħda ferm diffiċli. Bosta valutazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu pprovduti mill-kumpaniji fil-kampjun wrew li valutazzjoni BB għall-PI inġenerali kienet raġonevoli. Ċerti valutazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu juru biċ-ċar li bosta Gruppi kienu ftit jew wisq insolventi.

—   Verifiki fil-banek

(142)

Fl-ittra ta' qabel il-verifika tagħha, il-Kummissjoni pprevediet il-verifika tal-banek li ssottomettew it-tweġibiet għall-Appendiċi A mal-kwestjonarju u li taw sehem kbir ta' self lill-produtturi esportaturi fil-kampjun, jiġifieri ċ-China Development Bank, il-Bank of China għall-Esportazzjoni-Importazzjoni, il-Bank of Shanghai u l-Huaxia Bank u inkludiet lista ta' suġġetti li ser ikunu koperti matul il-verifika. Fil-kwestjonarju inizjali għall-GTĊ, il-Kummissjoni diġà għamlitha biċ-ċar li l-informazzjoni pprovduta fit-tweġibiet għall-kwestjonarji jistgħu jkunu soġġetti għal verifika fuq il-post. Fl-ittra ta' qabel il-verifika, il-Kummissjoni kienet iddikjarat ukoll li l-GTĊ “intalab iqiegħed għad-dispożizzjoni d-dokumenti ta' sostenn kollha li ntużaw biex tħejji t-tweġiba sostantiva tiegħek, inklużi d-dokumenti u l-applikazzjonijiet sors oriġinali”. Żewġ fornituri kbar oħrajn ta' finanzjament preferenzjali lill-produtturi esportaturi fil-kampjun jew ma ssottomettewx l-informazzjoni mitluba affattu (l-Agricultural Bank of China) jew l-informazzjoni ġiet sottomessa f'isimhom bla possibbiltà ta' verifika (il-Bank of China).

—   Bank of Shanghai

(143)

Fl-ittra ta' qabel il-verifika tagħha tal-25 ta' Marzu 2013, il-Kummissjoni nnotifikat lill-GTĊ bl-intenzjoni tagħha li tivverifika l-Bank of Shanghai (“BoS”) u offriet sabiex tħaffef iż-żjara ta' verifika għall-GTĊ, jekk ikun hemm bżonn, li testendi ż-żjara ta' verifika sat-22 ta' April 2013 (32). Fit-tweġiba inizjali tiegħu għall-ittra ta' qabel il-verifika tal-5 ta' April, il-GTĊ ma kkonfermax jekk il-verifika tal-BoS kinitx se ssir iżda staqsa jekk il-Kummissjoni tkunx lesta tivverifika l-Bank of Shanghai f'post ieħor għall-bqija tal-verifika (jiġifieri Shanghai flok Beijing). Biex tħaffef iż-żjara ta' verifika, il-Kummissjoni qablet b'mod eċċezzjonali għal dan; madankollu, hija saħqet sabiex il-GTĊ jikkonferma l-verifika f'Shanghai sa mhux iktar tard mid-9 ta' April (jiġifieri tliet ijiem qabel il-bidu tal-verifika f'Beijing) sabiex it-tim ikun jista' jirranġa l-prattikalitajiet relatati ma' bidla bħal din fl-ippjanar tal-verifika. Kien biss fil-11 ta' April (jum tax-xogħol qabel ma bdiet il-verifika) li l-GTĊ ikkonferma li l-BoS kien disponibbli għal verifika fit-23 jew l-24 ta' April 2013. Dakinhar stess il-Kummissjoni kkomunikat lill-GTĊ li minħabba konferma tard bħal din ma kienx possibbli li jsiru l-bidliet fl-iskeda. Barra minn hekk, id-dati proposti mill-GTĊ (23 jew 24 ta' April) kienu jaqbżu l-perjodu maqbul bejn il-GTĊ u l-Kummissjoni li fih kellha ssir il-verifika u anki l-estensjoni offruta mill-Kummissjoni. B'hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika t-tweġiba għall-Appendiċi A sottomessa mill-BoS u l-informazzjoni dwar is-self ipprovdut minn dan il-bank lill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Konsegwentement, fl-ittra tagħha tat-23 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni għarrfet lill-GTĊ li qiegħda tikkunsidra l-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 fir-rigward tal-informazzjoni mhux verifikata sottomessa mill-BoS.

(144)

Fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013 il-GTĊ iddikjara li l-verifika tal-BoS ma seħħitx minħabba n-nuqqas ta' flessibbiltà min-naħa tal-Kummissjoni, li l-Kummissjoni ma pproponiet l-ebda data alternattiva għall-verifika u sempliċiment “irrifjutat milli tikkunsidra l-verifika tal-Bank of Shanghai”. Dawn id-dikjarazzjonijiet huma sempliċiment żbaljati. Il-Kummissjoni ddikjarat biċ-ċar fl-ittra ta' qabel il-verifika tagħha li għall-ewwel kien propost li l-banek jiġu verifikati fis-17 u t-18 ta' April 2013 b'possibbiltà ta' jum addizzjonali fit-22 ta' April, u b'hekk ħalliet f'idejn il-GTĊ sabiex jipproponi ħinijiet xierqa meta jżuru l-banek matul il-perjodu sħiħ ta' verifika (jiġifieri l-ġimgħa sħiħa tax-xogħol flimkien ma' jum addizzjonali). Iżda l-GTĊ ippropona dati għall-verifika tal-BoS barra dan il-perjodu u għamel hekk jum tax-xogħol wieħed biss qabel ma kellha tibda ż-żjara ta' verifika. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-flessibbiltà offruta kienet iktar minn suffiċjenti u, b'kollox, sitt ijiem alternattivi kienu offruti għall-verifikai tal-BoS, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tal-GTĊ.

—   Hua Xia Bank

(145)

Fl-ittra tagħha tat-23 ta' Mejju 2013, il-Kummissjoni spjegat lill-GTĊ li ma setgħetx tivverifika ċerti partijiet mit-tweġiba tal-Bank Huaxia (“Huaxia”) għall-Appendiċi A, jiġifieri l-istruttura tas-sjieda, il-valutazzjoni tal-kredibbiltà kredizja tal-produtturi esportaturi fil-kampjun u l-primjums tar-riskju mitluba lil industriji differenti u b'mod partikolari lill-industrija kkonċernata.

(146)

Fit-tweġiba tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013, il-GTĊ iddikjara li Huaxia spjega l-istruttura tas-sjieda u ta iktar dettalji u spjegazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-azzjonisti tiegħu, li l-valutazzjoni tal-kredibbiltà kredizja tal-klijenti hija koperta mil-liġijiet dwar is-segretezza bankarja u ftehimiet kuntrattwali bejn il-banek u l-klijenti tagħhom.

(147)

Fir-rigward tal-istruttura dwar is-sjieda, huwa osservat li fit-tweġiba tiegħu għall-Appendiċi A, Huaxia ddikjara li kien inkorporat “mingħajr ishma tal-gvern” u ma ddivulga ebda informazzjoni dwar is-sjieda tal-gvern għad li dan intalab b'mod speċifiku mill-Kummissjoni fl-Appendiċi A. Il-Kummissjoni indikat li dan jikkontradixxi l-informazzjoni l-oħra pprovduta mill-GTĊ u li Huaxia ammetta li wħud mill-azzjonisti huma tal-Istat u pprova dokument b'informazzjoni biċ-Ċiniż dwar uħud minnhom. Mill-informazzjoni sottomessa minn Huaxia għadu mhuwiex ċar x'inhu s-sehem tas-sjieda tal-Istat tal-bank.

(148)

Dwar il-valutazzjoni tal-kredibbiltà kredizja, il-Kummissjoni tosserva li l-bank seta' jipprovdi t-tali dokument għal waħda mill-kumpaniji (wara li pproteġa l-identità tal-kumpanija b'xi modifiki fid-dokument) filwaqt li għad-dokumenti mitluba l-oħrajn iddikjara li huma koperti mil-liġijiet dwar is-segretezza u ftehimiet kuntrattwali bejn il-banek u l-klijenti tagħhom. Din id-diskrepanza fit-trattament diffiċli biex tinftiehem.

—   Export Import Bank of China

(149)

Fl-ittra tagħha tat-23 ta' Mejju 2013 il-Kummissjoni għarrfet lill-GTĊ li t-tweġibiet tal-Export Import Bank of China (“EXIM”) għall-Appendiċi A u għall-ittri ta' defiċenza ma kinux kompluti u li l-EXIM naqas milli jissottometti ċerti dokumenti li ntalbu b'mod speċifiku, jiġifieri l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni, in-Notifika ta' Stabbiliment tal-Export Import Bank of China Maħruġ mill-Kunsill tal-Istat jew Miżuri għall-ġestjoni ta' Kreditu tal-Bejjiegħa tal-Esportazzjonijiet għal prodotti ta' Teknoloġija Avvanzata tal-Export Import Bank of China. Fir-rigward tal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni, fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013, il-GTĊ iddikjara li EXIM, minħabba l-politika interna tiegħu, ma setax jissottometti l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni (li huwa dokument tal-ġestjoni interna) iżda rrefera għall-verżjoni onlajn li allegatament kienet offruta sabiex tiġi kkonsultata fuq il-laptop ipprovdut mill-EXIM matul il-verifika. Il-Kummissjoni baqgħet mistagħġba b'din l-ispjegazzjoni għaliex ma tagħmilx sens. Jekk id-dokument kien disponibbli onlajn matul il-verifika, il-Kummissjoni ma tara ebda raġuni għaliex dan ma setax ikun sottomess kif diġà talbet ripetutament fil-kwestjonraju, l-ittra ta' defiċenza u mill-ġdid matul il-verifika. Id-dikjarazzjoni li EXIM qiegħed dan id-dokument għad-dispożizzjoni fuq il-laptop matul il-verifika hija żbaljata. EXIM iddikjara li l-Kummissjoni missha rrevediet id-dokument onlajn iżda l-uffiċjal tal-Kummissjoni spjega li ma għandhomx aċċess għall-internet fil-bini tal-verifika. Barra minn hekk, EXIM lanqas ma pprova link għall-verżjoni onlajn tal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni.

(150)

Rigward iż-żewġ dokumenti l-oħrajn, EXIM irraġuna li ma setgħux ikunu pprovduti minħabba l-għamla kunfidenzjali tagħhom u r-regoli interni. Kien EXIM stess li fit-tweġiba tiegħu għall-ittra ta' defiċenza ddikjara li l-“bank EXIM twaqqaf u jopera skont in-Notifika ta' Stabbiliment tal-Export Import Bank of China Maħruġ mill-Kunsill tal-Istat u L-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tal-Export Import Bank of China”. Għaldaqstant, dan tqies li huwa dokument essenzjali għall-verifika tal-allegazzjonijiet fl-ilment li EXIM huwa korp pubbliku, iżda l-Kummissjoni ma ngħatatx aċċess għal dan id-dokument. F'dan il-kuntest, huwa osservat li bank pubbliku ieħor, jiġifieri CDB, ipprovda dokument simili dwar l-istabbiliment tiegħu u f'din l-investigazzjoni ġew sottomessi wkoll bosta avviżi oħrajn tal-Kunsill tal-Istat. Barra minn hekk, EXIM ma sostniex id-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar il-kunfidenzjalità b'xi evidenza. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (117), il-gvernijiet ma jistgħux jaqbdu u sempliċiment jinvokaw regoli interni biex jevitaw obbligi skont il-Ftehim tas-SCM u r-Regolament bażiku. L-istess japplika għall-Miżuri għall-ġestjoni ta' Kreditu tal-Bejjiegħa tal-Esportazzjonijiet għal prodotti ta' Teknoloġija Avvanzata tal-Export Import Bank of China fejn EXIM iddikjara wkoll kunfidenzjalità bla ebda evidenza ta' sostenn u rrifjuta wkoll milli jiddiskuti l-iskop ta' dan id-dokument.

(151)

EXIM naqas ukoll milli jipprovdi informazzjoni dwar il-mod kif inhu ffurmat il-Bord tad-Diretturi u l-Bord tas-Superviżuri, li ntalbet ripetutament, bl-ispjegazzjoni li “l-kompożizzjoni tal-Bord tad-Diretturi qiegħda tinbidel” u li l-mistoqsijiet tal-Kummissjoni dwar l-affiljazzjonijiet fis-CCP tal-membri tal-Bord “huma mistoqsijiet invażivi u inadatti fil-kuntest ta' investigazzjoni antisussidji.” Il-fatt li l-mod kif inhu ffurmat il-Bord tad-Diretturi qiegħed jinbidel mhuwiex rilevanti għall-fini ta' din l-investigazzjoni. Li huwa rilevanti huwa kif l-Istat huwa rappreżentat fil-Bords tal-EXIM; madankollu, il-GTĊ u EXIM irrifjutaw milli jipprovdu din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni tqis ukoll li s-sħubija fis-CCP tal-maniġment superjuri ta' EXIM (u l-banek kollha inkwistjoni) bħala essenzjali għall-fini ta' stabbiliment ta' kemm l-Istat jinfluwenza l-ġestjoni tal-banek. Skont il-Kostituzzjoni tas-CCP “Il-Parti trid tħaddan u ttejjeb is-sistema ekonomika bażika, bis-sjieda pubblika li għandha rwol dominanti u setturi ekonomiċi li jiżviluppaw id f'id… (33), għaldaqstant, l-analiżi tal-influwenza tas-CCP f'EXIM tqieset neċessarja għall-fini ta' din l-investigazzjoni u b'mod partikolari biex jiġi vvalutat il-livell tal-kontroll tal-Istat fil-banek.

(152)

Fir-rigward tal-istatistiki dwar l-esportazzjoni ta' kategoriji differenti tal-prodotti diġà mitluba fil-kwestjonarju u li EXIM huwa obbligat jirrapporta lis-CBRC, il-GTĊ iddikjara fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013 li kellu bżonn iktar ħin biex iħejji t-tali informazzjoni. F'dan ir-rigward huwa osservat li, peress li l-Kummissjoni diġà talbet din l-informazzjoni fil-kwestjonarju inizjali, il-GTĊ kellu iktar minn tliet xhur u nofs biex iħejji din l-informazzjoni, iżda naqas milli jagħmel dan. EXIM allega li “dan it-tip ta' informazzjoni jista' jinstab fir-rapporti annwali”; madankollu, dan huwa żbaljat. L-informazzjoni fir-rapporti annwali li l-GTĊ irrefera għalihom tkopri perjodi differenti mill-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni fil-kwestjonarju u matul iż-żjara ta' verifika.

(153)

Il-GTĊ iddikjara kif xieraq li fit-tweġiba għall-kwestjonarju ssottommetta, fost l-oħrajn, l-ammonti ta' krediti għall-esportazzjoni ta' prodotti mekkaniċi u elettriċi u prodotti ġodda tat-teknoloġijia avvanzata. Huwa osservat li l-Kummissjoni qatt ma kkontestat is-sottomissjoni ta' dawn il-figuri. Il-Kummissjoni kkontestat il-fatt li, meta ppruvat tivverifika dawn il-figuri matul iż-żjara ta' verifika, EXIM ma seta' jipprovdi l-lebda evidenza ta' sostenn jew saħansitra spjegazzjoni mnejn ġew dawn il-figuri. B'mod simili, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika d-dejta dwar is-sehem ta' krediti għall-esportazzjoni għall-industrija PV li l-GTĊ issottometta fit-tweġiba għall-kwestjonarju. Ħaġa interessanti, EXIM ma qies ebda waħda minn dawn il-figuri bħala kunfidenzjali iżda meta l-Kummissjoni talbet għad-dejta sors biex tivverifikahom, EXIM irrifjuta milli jagħti aċċess għaliha, għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità. EXIM applika l-istess raġunament dwar l-ammonti ta' krediti għall-esportazzjoni mogħtija lill-produtturi fil-kampjun u l-produtturi li kkooperaw. Huwa rrapporta figuri fit-tweġiba għall-ittra ta' defiċenza iżda ma ħalliex lill-Kummissjoni tivverifikaha fuq il-bażi tal-kunfidenzjalità. Effettivament, ma kienx possibbli li tiġi verifikata l-maġġoranza assoluta tal-istatistiki sottomessi minn EXIM.

(154)

EXIM irrifjuta wkoll milli jispjega u jappoġġa b'evidenza rilevanti l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-produtturi esportaturi fil-kampjun u l-analiżijiet li wasslu għal dawn il-klassifikazzjonijiet.

—   Iċ-China Development Bank (“CDB”)

(155)

Fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013, il-GTĊ kien imħasseb li l-Kummissjoni għamlet “mistoqsijiet personali dwar l-affiljazzjonijiet mal-partiti politiċi tal-membri tal-Bords u l-maniġment superjuri”. Dan mhuwiex korrett. Il-mistoqsijiet dwar ir-rabtiet tal-membri tal-Bord u l-maniġment superjuri mas-CCP kienu ta' karattru purament tekniku u, kif spjegat fil-premessa (151) hawn fuq, ir-raġuni għad-domandi dwarhom kien sabiex jgħinu fid-determinazzjoni tar-rwol tas-CCP fl-ekonomija Ċiniża.

(156)

Matul il-verifika, il-Kummissjoni ppruvat tivverifika l-valutazzjoni tal-kredibbiltà kredizja tal-produtturi esportaturi fil-kampjun. CDB ipprovda ċerta informazzjoni ġenerali iżda rrifjuta milli jiddivulga xi informazzjoni relatata mal-valutazzjoni tal-kredibbiltà kreditizja tal-produtturi esportaturi fil-kampjun jew saħansitra r-rapport ta' evalwazzjoni u valutazzjoni tar-riskju tal-industrjia PV.

(157)

Fit-tweġiba għall-ittra ta' defiċenza, is-CDB issottometta figura dwar il-primjum tar-riskju mitlub għall-industrija kkonċernata. Matul il-verifika, is-CDB ikkoreġa t-tweġiba tiegħu f'dan ir-rigward iżda ma pprovda ebda evidenza ta' sostenn għal din il-figura jew spjegazzjoni ta' x'kienet il-bażi għal din il-figura, minkejja talbiet ripetuti mill-Kummissjoni matul iż-żjara ta' verifika.

(b)   Il-banek Ċiniżi tal-Istat huma korpi pubbliċi

(158)

L-ilmentatur jiddikjara li l-SOCBs fir-RPĊ huma korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku.

(159)

Il-Korp tal-Appell (AB) tad-WTO, fir-rapport tiegħu fl-Istati Uniti — Definitive Anti-Dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China (Dazji Antidumping u Kompensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina) (34) (ir-rapport AB) iddefinixxa korp pubbliku bħal entità li “hija sid, teżerċita jew hija mogħtija awtorità governattiva”. Skont l-AB, l-evidenza li l-gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq entità u l-kondotta tagħha tista' sservi ta' evidenza li l-entità rilevanti għandha awtorità governattiva u teżerċita t-tali awtorità fit-twettiq ta' funzjonijiet governattivi. Meta l-evidenza turi li l-indikazzjonijiet formali tal-kontroll tal-gvern huma diversi, u jkun hemm anki evidenza li t-tali kontroll ikun ġie eżerċitat b'mod sinifikanti, f'dak il-każ it-tali evidenza tista' tippermetti li ssir inferenza li l-entità kkonċernata qiegħda teżerċita awtorità governattiva (35). L-AB qies ukoll li l-korpi pubbliċi huma karatterizzati wkoll mill-“prestazzjoni ta' funzjonijiet governattivi” (36) li “normalment jitqiesu parti mill-prattika governattiva fl-ordni ġuridiku tal-Membru rilevanti” (37).

(160)

L-analiżi li ġejja tiffoka fuq jekk l-SOCBs inkwistjoni jwettqux funzjonijiet li normalment jitqiesu parti mill-prattika governattiva fiċ-Ċina u jekk iva, jekk jeżerċitawx awtorità governattiva meta jagħmlu dan. L-investigazzjoni stabbilixxiet li s-suq finanzjarju Ċiniż huwa karatterizzat minn intervent tal-gvern għaliex ħafna mill-banek il-kbar huma tal-Istat. L-awtoritajiet Ċiniżi pprovdew biss informazzjoni ferm limitata dwar il-parteċipazzjoni azzjonarja/is-sjieda tal-banek fir-RPĊ. Madankollu, kif spjegat iktar hawn taħt, il-Kummissjoni ġabret l-informazzjoni disponibbli biex tasal għal sejba rappreżentattiva. Fit-twettiq tal-analiżi tagħha dwar jekk il-banek humiex entitajiet li għandhom awtorità governattiva, huma vestiti biha jew jeżerċitawha (korpi pubbliċi), il-Kummissjoni fittxet ukoll informazzjoni mhux biss dwar is-sjieda tal-gvern tal-banek iżda anki karatteristiċi oħrajn bħall-preżenza tal-gvern fil-bord tad-diretturi, il-kontroll tal-gvern fuq l-attivitajiet tagħhom, kemm isegwu l-politiki jew l-interessi tal-gvern u jekk l-entitajiet inħolqux permezz ta' statut.

(161)

Mill-informazzjoni disponibbli, huwa konkluż li l-banek tal-Istat fir-RPĊ għandhom l-ogħla sehem mis-suq u huma l-atturi predominanti fis-suq finanzjarju taċ-Ċina. Skont ir-Riċerka tal-2006 ta' Deutsche Bank dwar is-settur bankarju tar-RPĊ (38), is-sehem tal-banek tal-Istat jista' jammonta għal iktar minn 2/3 tas-suq Ċiniż. Fuq l-istess suġġett, l-Analiżi tal-Politika Kummerċjali tad-WTO dwar iċ-Ċina osservat li “l-grad għoli ta' sjieda tal-Istat hija karatteristika sinifikanti oħra tas-settur finanzjarju fiċ-Ċina (39) u “ftit li xejn kien hemm bidla fl-istruttura tas-suq tas-settur bankarju Ċiniż, li huwa ddominat minn banek tal-Istat (40). Huwa rilevanti li jiġi nnotat li l-ikbar ħames banek kummerċjali tal-Istat (l-Agricultural Bank, il-Bank of China, il-Construction Bank of China, il-Bank of Communications u l-Industrial and Commercial Bank) jidhru li jirrappreżentaw iktar minn nofs is-settur bankarju taċ-Ċina (41). Is-sjieda tal-gvern tal-ikbar ħames banek tal-Istat kienet ikkonfermata wkoll mill-GTĊ fit-tweġiba tiegħu għall-ittra ta' defiċenza.

(162)

Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni dwar l-istruttura tal-kontroll tal-gvern f'dawk il-banek Ċiniżi u kemm isegwu l-politiki jew l-interessi tal-gvern fir-rigward tal-industrija fotovoltajka (jiġifieri l-bord tad-diretturi u l-bord tal-azzjonisti, il-minuti tal-laqgħat tal-azzjonisti/diretturi, ċittadinanza tal-azzjonisti/diretturi, il-politiki ta' self u l-valutazzjoni tar-riskju fir-rigward tas-self ipprovdut lill-produtturi esportaturi li kkooperaw). Minkejja dan, kif osservat fil-premessa (139) hawn fuq, il-GTĊ ipprovda biss informazzjoni ferm limitata f'dan ir-rigward u ma ppermettiex li ssir il-verifika ta' ħafna mill-informazzjoni sottomessa. Konsegwentement, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli. Fuq il-bażi tad-dejta disponibbli kkonkludiet li dawk il-banek huma kkontrollati mill-gvern permezz ta' sjieda, kontroll amministrattiv tal-imġiba “kummerċjali” taħhom inklużi l-limiti stabbiliti fuq ir-rati tal-imgħax tad-depożiti u tas-self (ara l-premessi (164) — (167) hawn isfel) u f'xi każijiet anki mid-dokumenti statutorji (42).

Id-dejta rilevanti użata sabiex jinġiebu s-sejbiet imsemmija hawn fuq ġejja mill-informazzjoni sottomessa mill-GTĊ, ir-rapporti annwali tal-banek Ċiniżi li kienu sottomessi mill-GTĊ jew pubblikament disponibbli, informazzjoni misjuba mir-Riċerka tal-2006 tad-Deutsche Bank dwar is-settur bankarju taċ-Ċina (43), WTO Policy review on China (Analiżi tal-Politiki tad-WTO dwar iċ-Ċina) (2012) (44), Rapport tal-Bank Dinji dwar iċ-Ċina 2030 (45) jew l-Istħarriġ Ekonomiku tal-OECD tal-2010 dwar iċ-Ċina (46), informazzjoni sottomessa mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u informazzjoni eżistenti fl-ilment. Rigward il-banek barranin, sorsi indipendenti jistimaw li jirrappreżentaw sehem minuri tas-settur bankarju Ċiniż u li b'hekk għandhom rwol insinifikanti fis-self għall-politiki; b'informazzjoni rilevanti li tissuġġerixxi li dan jista' jirrappreżenta ammont żgħir ta' 2 % mis-suq Ċiniż (47) Informazzjoni rilevanti pubblikament disponibbli tikkonferma wkoll li l-banek Ċiniżi, partikolarment il-banek kummerċjali l-kbar, għadhom jiddependu fuq azzjonisti tal-Istat u l-gvern għar-riforniment ta' kapital meta jkun hemm nuqqas ta' adegwatezza kapitali minħabba espansjoni tal-kreditu (48).

(163)

Fir-rigward tal-banek li taw self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-maġġoranza tagħhom huma banek tal-Istat. Tabilħaqq, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli (49) nstab li l-banek tal-Istat u entitajiet oħrajn tal-Istat ipprovdew il-maġġoranza l-kbira tas-self lill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dawn inkludew il-banek kummerċjali u tal-politiki ewlenin fir-RPĊ bħaċ-China Development Bank, il-Bank EXIM, l-Agricultural Bank of China, il-Bank of China, il-Construction Bank of China u l-Industrial and Commercial Bank. Fir-rigward tal-bqija tal-banek tal-Istat, mill-ġdid il-Kummissjoni talbet l-istess informazzjoni msemmija hawn fuq dwar il-kontroll tal-gvern u kemm huma segwiti l-politiki jew l-interessi tal-gvern fir-rigward tal-industrija fotovoltajka. Ma ngħatat ebda informazzjoni dettaljata bħal din. Għalhekk huwa konkluż li l-banek huma kkontrollati mill-gvern. Kontroll sinifikanti bħal dan huwa evidenzjat fost l-oħrajn mill-politika ta' appoġġ governattiva għall-industrija inkwistjoni, li tordna lill-banek sabiex jaġixxu b'mod partikolari ta' appoġġ (ara l-premessa (102) hawn fuq). Għal dawn ir-raġunijiet, il-banek kummerċjali u tal-politiki tal-Istat fir-RPĊ għandhom jitqiesu bħala korpi pubbliċi.

(164)

Sinjal ieħor ta' involviment tal-GTĊ fis-suq finanzjarju Ċiniż huwa r-rwol tal-PBOC fl-istabbiliment tal-limiti speċifiċi fuq il-mod kif ir-rati tal-imgħax jiġu stabbiliti u jiċċaqilqu. Tabilħaqq, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-PBOC kellu regoli speċifiċi li jirregolaw il-mod li bih jiċċaqalqu r-rati tal-imgħax fil-RPĊ. Skont l-informazzjoni disponibbli, dawn ir-regoli huma stabbiliti fiċ-Ċirkulari tal-PBOC fuq il-Kwistjonijiet dwar l-Aġġustament tar-Rati tal-Imgħax fuq Depożiti u Self-Yinfa (2004) Nru 251 (“Ċirkulari 251”). L-istituzzjonijiet finanzjarji huma mitluba jipprovdu r-rati ta' self fi ħdan ċerta medda tar-rata tal-imgħax ta' riferiment tas-self tal-PBOC. Għal self tal-banek kummerċjali u self tal-bank għal politiki mmexxija b'mod kummerċjali ma hemm l-ebda medda limitu superjuri iżda biss medda limitu inferjuri. Għal kooperattivi ta' kreditu urbani u kooperattivi ta' kreditu rurali, hemm kemm meded limitu superjuri kif ukoll inferjuri. Għal self preferenzjali u self li għalih il-Kunsill tal-Istat għandu regolamenti speċifiċi, ir-rati tal-imgħax mhumiex permessi li jiċċaqilqu b'mod li jogħlew. Il-Kummissjoni fittxet kjarifiki mill-GTĊ dwar id-definizzjoni u t-test iddikjarat fiċ-Ċirkulari 251 kif ukoll il-leġiżlazzjoni preċedenti tiegħu (Ċirkulari tal-PBOC dwar l-espansjoni tal-Medda ta' Ċaqliq tar-Rata tal-Imgħax tas-Self tal-Istituzzjoni Finanzjarja — YinFa [2003] Nru 250). Madankollu, kif spjegat fil-premessa (135) hawn fuq, il-GTĊ irrifjuta milli jipprovdi dawn iċ-Ċirkulari li żammew lill-Kummissjoni milli tivverifika l-kontenut tagħhom u tfittex spjegazzjonijiet. La l-GTĊ ma pprovda ebda informazzjoni f'dan ir-rigward li tissuġġerixxi li s-sitwazzjoni nbidlet minn Marzu 2013 meta l-Kummissjoni kkonkludiet l-investigazzjonijiet antisussidji tagħha dwar l-Azzar Miksi b'Materjal Organiku (50) huwa stabbilit li l-PBOC jinfluwenza u huwa involut fl-istabbiliment tar-rati tal-imgħax mill-banek kummerċjali tal-Istat. Il-GTĊ ma pprovda ebda evidenza li nbidlet is-sitwazzjoni kif stabbilita fl-investigazzjonijiet dwar il-Karta Fina Miksija u l-Azzar Miksi b'Materjal Organiku. Għalhekk, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli u l-evidenza l-oħra ċċitata hawn fuq, kien konkluż li s-sitwazzjoni dwar il-metodoloġija għad-determinazzjoni tar-rati tal-imgħax kienet l-istess matul l-PI sħiħ.

(165)

Limiti fuq ir-rati tal-imgħax tas-self flimkien mal-limiti massimi imposti fuq ir-rati ta' depożitu joħolqu sitwazzjoni li fiha l-banek għandhom aċċess garantit għal kapital irħis (minħabba r-regolamentazzjoni tar-rati tad-depożiti) u kapaċi jisilfu lill-industriji magħżula b'rati favorevoli.

(166)

Il-banek huma soġġetti għal regoli ġuridiċi wkoll li jeħtiġuhom, fost l-oħrajn, iwettqu n-negozju ta' self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali (51), jipprovdu appoġġ bi kreditu lil proġetti mħeġġa (52) jew jagħtu prijorità lill-iżvilupp ta' industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida (53). Il-banek għandhom obbligu li jsegwu dawn ir-regoli. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun jappartjenu għall-kategoriji ta' proġetti mħeġġa kif ukoll għall-kategorija tal-industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida.

(167)

Bosta sorsi indipendenti ta' informazzjoni jissuġġerixxu li l-involviment tal-Istat fis-settur finanzjarju Ċiniż huw sostanzjali u attwali. Pereżempju s-sejba (i) tad-Dokument ta' Ħidma tal-IMF 2006 tissuġġerixxi li l-liberalizzazzjoni tal-banek fir-RPĊ hija inkompluta u r-riskju ta' kreditu mhuwiex rifless kif xieraq (54); (ii) tar-rapport tal-IMF 2009 xeħtet dawl fuq in-nuqqas ta' liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax fiċ-Ċina (55); (iii) tar-Rapport dwar il-Pajjiżi tal-IMF 2010 iddikjarat li l-kost tal-kapital fiċ-Ċina huwa relattivament baxx, l-allokazzjoni tal-kreditu kultant hija ddeterminata minn mezzi mhux tal-prezz u tfaddil korporattiv għoli huwa parzjalment marbut ma' kost baxx ta' diversi kontributi ta' fatturi (inklużi kapital u art) (56); (iv) tal-Istħarriġ Ekonomiku tal-OECD 2010 dwar iċ-Ċina (57) u d-Dokument ta' Ħidma tad-Dipartiment Ekonomiku tal-OECD Nru 747 dwar ir-Riformi fis-Settur Finanzjarju taċ-Ċina (58) ddikjarat li s-sjieda tal-istituzzjonijiet finanzjarji għadha ddominata mill-Istat, u dan iqajjem kwistjonijiet dwar kemm id-deċiżjonijiet ta' għoti b'self tal-banek huma purament ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet kummerċjali filwaqt li r-rwol tradizzjonali tal-banek jidher li huwa dak ta' aġenziji governattivi b'rabtiet mal-gvern.

(168)

Fuq il-bażi tal-evidenza ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-banek kummerċjali u tal-politiki tal-Istat iwettqu funzjonijiet governattivi f'isem il-GTĊ, jiġifieri l-promozzjoni obbligatorja ta' ċerti setturi tal-ekonomija b'konformità mad-dokumenti ta' ppjanar u tal-politiki tal-Istat. Is-sjieda estensiva tal-gvern fil-banek tal-Istat u informazzjoni oħra dwar rabtiet bejn il-banek tal-istat u l-gvern (inkluż in-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GTĊ f'dan ir-rigward) jikkonfermaw li l-banek huma kkontrollati mill-gvern fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom. Il-GTĊ jeżerċita kontroll sinifikanti fuq il-banek kummerċjali u tal-politiki tal-istat permezz tal-involviment pervasiv tal-gvern fis-settur finanzjarju u r-rekwiżit għall-banek tal-istat li jsegwu l-politiki tal-gvern. Għaldaqstant, il-banek kummerċjali u tal-Politiki tal-istat jitqiesu li huma korpi pubbliċi għaliex għandhom awtorità governattiva, huma vestiti biha u jeżerċitawha.

(c )   Il-banek privati fir-RPĊ huma inkarigati u ggwidati mill-GTĊ

(169)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll jekk il-banek kummerċjali bi sjieda privata fil-RPĊ humiex inkarigati jew ordnati mill-GTĊ sabiex jipprovdu self preferenzjali (sussidjat) lill-produtturi fotovoltajċi, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

—   Eżistenza ta' politika tal-GTĊ

(170)

Mit-taqsima ta' hawn fuq dwar l-involviment tal-Istat fis-settur fotovoltajku (premessa (101)) u mis-sejbiet deskritti hawn taħt jidher ċar li l-GTĊ għandu politika biex jipprovdi self preferenzjali lis-settur fotovoltajku, għaliex il-korpi pubbliċi (banek kummerċjali tal-Istat) (59) huma impenjati fit-tali forniment u għandhom post predominanti fis-suq, li jippermettilhom joffru rati tal-imgħax ferm inqas minn tas-suq.

—   Estensjoni tal-politika għall-banek privati

(171)

Il-Liġi tal-ibbankjar kummerċjali [2003] tapplika bl-istess mod għall-banek kummerċjali tal-Istat u l-banek kummerċjali b'sid privat. Pereżempju l-Artikolu 38 ta' din il-liġi jordna lill-Banek kummerċjali kollha (jiġifieri anki dawk li huma ta' sid privat) sabiex “jiddeterminaw ir-rata tas-self skont il-limitu superjuri u inferjuri tar-rata ta' self stabbilita mill-PBOC”, l-Artikolu 34 tal-Liġi tal-Ibbankjar Kummerċjali jordna lill-banek kummerċjali sabiex “iwettqu n-negozju tas-self tagħhom fuq il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u fl-ispirtu tal-politiki industrijali tal-Istat”.

(172)

Bosta karti politiċi ta' dokumenti ta' ppjanar tal-gvern u liġijiet jirreferu għas-self preferenzjali lill-industrija PV. Pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat tal-10 ta' Ottubru 2010 biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' 7 industriji strateġiċi ġodda twiegħed l-espansjoni tal-intensità ta' appoġġ fiskali u ta' politiki fiskali lill-industriji strateġiċi (60) (l-industrija PV hija elenkata fosthom), iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex “jespandu l-appoġġ ta' kreditu” lil dawn l-industriji u sabiex “jużaw il-politiki preferenzjali fiskali bħal kumpens għar-riskju”. Anki l-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u Twil (2006-2020) li jidentifika l-enerġija Solari u ċ-ċelloli fotovoltajċi fl-oqsma u t-Temi ewlenin ta' prijorità (61) jwiegħed li “jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jagħtu appoġġ ta' kreditu preferenzjali lil proġetti ta' industrijalizzazzjoni nazzjonali kbar fix-xjenza u t-teknoloġija” u jordna lill-gvernijiet sabiexjiggwidaw bosta istituzzjonijiet finanzjarji u kapitali privati ħalli jieħdu sehem fl-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku”. Il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82 tal-President tar-RPĊ) tiddefinixxi li l-Istat iħeġġeġ u jiggwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida billi jagħtu self u li l-istituzzjonijiet finanzjarji orjentati lejn il-politiki jagħtu prijorità lill-iżvilupp tal-industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida (62). Skont l-istess liġi, l-istituzzjonijiet finanzjarji orjentati lejn il-politiki, fi ħdan l-ambitu tan-negozju tagħhom, joffru għajnuna speċjali lil proġetti ta' impriżi ta' innovazzjoni indipendenti mħeġġa mill-Istat (63).

(173)

Barra minn hekk, il-limitazzjoni msemmija hawn fuq fuq l-istabbiliment tar-rati tal-imgħax mill-PBOC (il-premessi (164) u (165)) hija vinkolanti wkoll għal banek kummerċjali privati.

(174)

Il-kwotazzjonijiet ta' hawn fuq minn liġijiet u regolamenti rilevanti għas-settur bankarju juru li l-politika tal-GTĊ biex jipprovdi self preferenzjali lill-industrija fotovoltajka testendi anki għal banek kummerċjali privati u l-GTĊ jordnalhom sabiex “iwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u fl-ispirtu tal-politiki industrijali tal-Istat (64).

—   Valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu

(175)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni rilevanti mill-GTĊ sabiex tivvaluta kif il-banek fir-RPĊ qegħdin jagħmlu valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu tal-kumpaniji PV qabel jiddeċiedu jekk jagħtuhomx self jew le u jiddeċiedu fuq il-kundizzjonijiet tas-self li jingħataw. Fl-Appendiċi A għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar kif il-banek jieħdu inkunsiderazzjoni r-riskju meta jagħtu self, kif inhi vvalutata l-kredibbiltà kreditizja tal-mutwatarju, x'inhuma l-primjums ta' riskju mitluba għall-kumpaniji/industriji differenti fir-RPĊ mill-bank, liema huma l-fatturi li l-bank jikkunsidra meta jivvaluta l-applikazzjoni għal self, id-deskrizzjoni tal-applikazzjoni għal self u l-proċess ta' approvazzjoni eċċ. Madankollu, la l-GTĊ u lanqas il-banek individwali identifikati fil-kwestjonarju ma pprovdew evidenza f'dan ir-rigward (b'eċċezzjoni waħda msemmija fil-premessa (176) hawn isfel. Il-GTĊ ta biss tweġibiet ta' għamla ġenerali mhux appoġġati minn xi evidenza li jseħħ xi tip ta' valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu.

(176)

Matul il-verifiki ta' wieħed mill-banek, il-Kummissjoni rnexxilha tanalizza valutazzjoni tar-riskju. Parti minn dik il-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu għamlet referenza għall-appoġġ tal-gvern għall-kumpaniji solari u l-pjanijiet tal-Istat biex jippromwovi l-industrija fotovoltajka inġenerali u dan il-fatt kien rifless b'mod pożittiv fil-klassifikazzjoni tal-kreditu mogħtija lil din il-kumpanija. Dan huwa eżempju ta' kif il-politika tal-gvern (u s-sussidji diretti lejn ċertu settur) tinfluwenza t-teħid ta' deċiżjonijiet tal-banek meta jiddeċiedu fuq it-termini ta' finanzjament lil kumpaniji solari.

(177)

Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni simili mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u ppruvat tivverifikaha matul iż-żjarat ta' verifika fuq il-post ta' produtturi esportaturi fil-kampjun. Ħafna mill-produtturi esportaturi wieġbu li l-banek jitolbu ċerti dokumenti u jagħmlu xi tip ta' analiżi ta' riskju ta' kreditu qabel jingħata s-self. Madankollu, ma setgħux isostnu d-dikjarazzjonijiet tagħhom b'xi evidenza. Matul il-verifika fuq il-post, il-Kummissjoni talbet evidenza li l-banek talbu t-tali dokumenti jew li dawn id-dokumenti kienu pprovduti lill-banek mill-kumpaniji, jew xi tip ta' rapport maħruġ mill-banek li juri li saret it-tali analiżi tar-riskju ta' kreditu. Iżda l-gruppi fil-kampjun tal-produtturi esportaturi ma rnexxilhomx jipprovdu t-tali evidenza, u lanqas ma rnexxielhom jipprovdu xi evidenza oħra li ssostni d-dikjarazzjonijiet tagħhom.

(178)

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu ntalbet b'mod ripetut mill-partijiet interessati peress li titqies kruċjali fost l-oħrajn wara li ttieħdet inkunsiderazzjoni l-informazzjoni msemmija fil-premessa (167) hawn fuq.

(179)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, is-sejbiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu fir-RPĊ japplikaw għal banek kummerċjali tal-Istat, banek kummerċjali privati kif ukoll banek tal-politiki. Tabilħaqq l-evidenza ta' hawn fuq twassal għall-konklużjoni li l-banek privati fir-RPĊ huma meħtieġa jsegwu politiki tal-gvern fir-rigward tas-self, b'mod partikolari għas-settur PV u li jaġixxu bl-istess mod bħal banek tal-Istat, li fil-premessa (168) instabu li huma korpi pubbliċi. Għaldaqstant huwa konkluż li l-banek privati huma inkarigati u ordnati mill-GTĊ sabiex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(180)

Barra minn hekk, l-evidenza ta' hawn fuq turi li anki jekk il-banek tal-Istat ma tqisux li huma korpi pubbliċi, xorta kienu jitqiesu bħala inkarigati u ggwidati mill-GTĊ sabiex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(d)   Tfixkil tas-suq finazjarju Ċiniż

(181)

Mill-informazzjoni miġbura matul din l-investigazzjoni, jista' jiġi konkluż li s-sehem tal-banek tal-Istat jammonta għal iktar minn 2/3 mis-suq Ċiniż. L-ikbar ħames banek kummerċjali tal-Istat (l-Agricultural Bank, il-Bank of China, il-Construction Bank of China, il-Bank of Communications u l-Industrial and Commercial Bank ) jirrappreżentaw iktar minn nofs is-settur bankarju taċ-Ċina (65). Barra minn hekk, iċ-China Development Bank u ċ-China Export-Import Banks huma kompletament tal-Istat. Dawn is-seba' banek ipprovdew il-maġġoranza l-kbira ta' self lit-tmien produtturi esportaturi fil-kampjun fil-kawża tal-Pannelli solari. Din is-sjieda tal-Istat pervasiva flimkien mat-tfixkil tas-suq finanzjarju Ċiniż u bil-politika tal-Gvern Ċiniż li jidderieġi flus irħas lejn industriji partikolari, ixekklu l-kundizzjonijiet ekwi fil-kummerċ internazzjonali u jipprovdu vantaġġ inġust lill-produtturi Ċiniżi.

(182)

Il-banek fir-RPĊ mhumiex kompletament ħielsa sabiex jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet tas-self. Fir-rigward tar-rati tal-imgħax huma obbligati jsegwu l-limiti stabbilit mill-People's Bank of China (PBOC). Dawn il-limiti, flimkien mal-limiti massimi imposti fuq ir-rati ta' depożitu joħolqu sitwazzjoni li fiha l-banek iggarantixxew aċċess għal kapital irħis (minħabba r-regolamentazzjoni tar-rati ta' depożitu) u jistgħu jisilfuh b'rati favorevoli lil industriji partikolari.

(183)

Il-banek huma soġġetti għal regoli ġuridiċi wkoll li jeħtiġuhom, fost l-oħrajn, iwettqu n-negozju ta' self tagħhom skont il-ħtiġijiet ta' ekonomija nazzjonali (66), jipprovdu appoġġ bi kreditu lil proġetti mħeġġa (67) jew jagħtu prijorità lill-iżvilupp ta' industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida (68). Il-banek huma obbligati jsegwu dawn ir-regoli.

(184)

Skont sejbiet riċenti, ċerti banek kummerċjali kbar fir-RPĊ ingħataw aċċess għal riżervi tal-kambju tal-Istat (69). Dan inaqqas b'mod sinifikanti l-kost ta' kapital tagħhom u dawn il-“flus irħas” jintużaw għal self f'USD u EUR għal kumpaniji u proġetti partikolari skont il-politika “investi barra”. B'hekk, kapaċi joffru kundizzjonijiet li banek kummerċjali normali ma jistgħux.

(185)

Tfixkil kbir ieħor fil-finanzjament tal-industrija fotovoltajka huwa l-pożizzjoni privileġġata speċjali taċ-China Development Bank (“CDB”) li huwa l-mutwanti ewlieni għal din l-industrija u pprovda ammont qawwi ta' self u linji ta' kreditu lill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Is-CDB huwa ffinanzjat kważi kollu minn bejgħ ta' bonds minflok minn depożiti u, wara l-Ministeru tal-Finanzi, huwa t-tieni l-ikbar emittent ta' bonds fil-pajjiż. Permezz ta' dan il-mekkaniżmu speċjali, is-CDB kapaċi jiffinanzja lilu nnifsu bl-irħis u wara jkun kapaċi joffri self b'kundizzjonijiet preferenzjali lil ċerti industriji (70).

3.4.1.1.   Self preferenzjali

(a)   Introduzzjoni

(186)

L-ilmentatur allega li l-GTĊ jissussidja l-industrija PV tiegħu permezz ta' self preferenzjali u kreditu mmirat.

(b)   Bażi ġuridika

(187)

Id-dispożizzjonijiet legali li ġejjin jipprovdu għal self preferenzjali fiċ-Ċina: Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali, Regoli Ġenerali dwar is-Self (implimentati mill-People's Bank of China), id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgamazzjoni u l-Implimentazzjoni ta' Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

(c )   Sejbiet tal-investigazzjoni

(188)

Rigward it-totalità tal-evidenza, huwa konkluż li l-maġġoranza assoluta tas-self lill-gruppi fil-kampjun ta' produtturi esportaturi hija pprovduta minn banek tal-Istat li nstab li huma korpi pubbliċi fil-premessa (168) hawn fuq, għaliex huma vestiti b'awtorità governattiva u jeżerċitaw funzjonijiet governattivi. Hemm iktar evidenza li effettivament dawn il-banek jeżerċitaw awtorità governattiva peress li, kif spjegat fil-premessa (164), hemm intervent ċar mill-Istat (jiġifieri l-PBOC) fil-mod kif il-banek kummerċjali jieħdu deċiżjonijiet dwar ir-rati tal-imgħax għal self mogħti lil kumpaniji Ċiniżi. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-prattiki ta' għoti b'self ta' dawn l-entitajiet huma direttament attribwibbli lill-gvern. Il-fatt li l-banek jeżerċitaw awtorità governattiva huwa kkonfermat ukoll permezz tal-Artikoli 7 u 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self (implimentati mill-PBOC), id-Deċiżjoni 40 u l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali jaġixxu fir-rigward tat-twettiq tal-politiki industrijali tal-gvern. Hemm ukoll għadd sostanzjali ta' evidenza ċirkustanzjali, appoġġata minn studji u rapporti oġġettivi, li ammont kbir ta' intervent tal-gvern għadu preżenti fis-sistema finanzjarja Ċiniża kif diġà ġie spjegat fil-premessi (172) u (178) hawn fuq. Fl-aħħar, il-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni li kienet tippermetti fehim aħjar tar-relazzjoni tal-banek tal-Istat mal-gvern kif spjegat fil-premessi (139) u (140). B'hekk, fil-każ ta' self ipprovdut minn banek kummerċjali tal-istat fil-RPĊ, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm kontribuzzjoni finanzjarja għall-produtturi tal-PV fil-forma ta' trasferiment dirett ta' fondi mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-istess evidenza turi li l-SOCBs (kif ukoll banek privati) huma inkarigati jew iggwidati mill-gvern u b'hekk dan ifisser li teżisti kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(189)

Fid-dawl tal-analiżi fil-premessi minn (169) sa (178) hawn fuq, huwa ddeterminat ukoll li banek privati huma inkarigati u ggwidati mill-GTĊ sabiex jipprovdu self lill-produtturi PV u li teżisti kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikoli 3(1)(a)(i) u 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(190)

Benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikoli 3(2) u 6(b) tar-Regolament bażiku jeżisti sal-punt li s-self tal-gvern, jew self minn korpi privati inkarigati jew iggwidati mill-gvern, jingħataw f'termini iktar favorevoli minn dawk li r-riċevitur jista' jikseb fis-suq. Self mhux governattiv fir-RPĊ ma jipprovdix punt ta' riferiment xieraq tas-suq, peress li ġie stabbilit li banek privati huma inkarigati u ggwidati mill-GTĊ u għalhekk huwa supponut li jsegwu l-prattiki ta' self tal-banek tal-Istat. Għalhekk, il-punti ta' riferiment issawru billi ntuża l-metodu spjegat fil-premessi (198) — (200) hawn isfel. L-użu ta' dan il-punt ta' riferiment juri li s-self jingħata lis-settur PV b'termini u kundizzjonijiet inqas minn dawk tas-suq.

(191)

L-industrija PV tappartjeni għall-kategorija mħeġġa skont id-Deċiżjoni Nru 40. Id-Deċiżjoni Nru 40, hija Ordni mill-Kunsill tal-Istat, li huwa l-ogħla korp amministrattiv fir-RPĊ u f'dak ir-rigward id-deċiżjoni hija legalment vinkolanti għal korpi pubbliċi oħrajn u l-operaturi ekonomiċi. Jikklassifika s-setturi industrijali fi “Proġetti Mħeġġa, Restrittivi u Eliminati”. Dan l-Att jirrappreżenta linja gwida tal-politika industrijali li flimkien mal-Katalogu tad-Direttorju juri kif il-GTĊ iżomm politika ta' tħeġġiġ u appoġġ lil gruppi ta' impriżi jew industriji, bħall-industrija PV/tal-Enerġija l-Ġdida, klassifikati mill-Katalogu tad-Direttorju bħala “Industrija mħeġġa”. Fir-rigward tan-numru ta' industriji elenkati bħala “Mħeġġa”, huwa osservat li dawn jirrappreżentaw sehem biss mill-ekonomija Ċiniża. Barra minn hekk, huma biss ċerti attivitajiet fi ħdan dawn is-setturi mħeġġa li jingħataw status ta' “mħeġġa”. Id-Deċiżjoni Nru 40 tistipula wkoll fl-Artikolu 17 li l-“Proġetti ta' investiment imħeġġa” għandhom jibbenefikaw minn privileġġi u inċentivi speċifiċi, fost l-oħrajn, minn appoġġ finanzjarju. Min-naħa l-oħra, b'referenza għall-“Proġetti Restrittivi u Eliminati”, id-Deċiżjoni Nru 40 tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet statali sabiex jintervjenu direttament biex jirregolaw is-suq. L-Artikoli 18 u 19 jipprovdu li l-awtorità rilevanti żżomm lill-istituzzjonijiet finanzjarji milli jagħtu self lit-tali “Proġetti Restrittivi u Eliminati”. Minn dan ta' hawn fuq jidher ċar li d-Deċiżjoni Nru 40 tipprovdi regoli vinkolanti għall-istituzzjonijiet ekonomiċi kollha fil-forma ta' direttivi fuq il-promozzjoni u l-appoġġ tal-industriji mħeġġa, li fosthom hemm l-industrija PV.

(192)

Kif spjegat fil-premessa (172) hawn fuq, il-GTĊ jalloka self preferenzjali lin-numru limitat ta' industriji u l-industrija PV hija waħda minnhom. Wara li jittieħed inkunsiderazzjoni dan kollu li ntqal fuq jidher biċ-ċar li l-awtoritajiet jippermettu biss lill-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu self preferenzjali lil numru limitat ta' industriji/kumpaniji li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ. Fuq il-bażi tal-evidenza fil-fajl u fin-nuqqas tal-kooperazzjoni mill-GTĊ f'din il-kwistjoni, huwa konkluż li s-sussidji fil-forma ta' self preferenzjali mhumiex ġeneralment disponibbli u b'hekk huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ma kien hemm ebda evidenza sottomessa minn xi waħda mill-partijiet interessati li tissuġġerixxi li s-sussidju huwa bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(d)   Konklużjoni

(193)

L-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun ibbenefikaw mis-self preferenzjali fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(194)

Skont dan, il-finanzjament tal-industrija PV għandu jitqies bħala sussidju.

(195)

Fid-dawl tal-eżistenza ta' kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u speċifiċità, dan is-sussidju għandu jitqies kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(196)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li ntwera li jeżisti matul il-PI. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li huwa d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija tħallas fuq is-self tal-gvern u l-ammont li l-kumpanija kieku tħallas għal self kummerċjali paragunabbli li jista' jinkiseb mis-suq.

(197)

Kif spjegat hawn fuq (premessa (190)), peress li s-self ipprovdut mill-banek Ċiniżi jirrifletti intervent sostanzjali tal-gvern fis-settur bankarju u ma jirriflettix rati li jinstabu f'suq funzjonali, issawwar punt ta' riferiment xieraq tas-suq billi jintuża l-metodu deskritt hawn isfel. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni rrikorriet ukoll għal fatti disponibbli sabiex tistabbilixxi rata ta' mgħax normattiva xierqa.

(198)

Meta jissawwar punt ta' riferiment xieraq għal self denominat f'RMB, jitqies raġonevoli li jiġu applikati r-rati tal-imgħax taċ-Ċina, aġġustati biex jirriflettu r-riskju normali tas-suq. Tabilħaqq, f'kuntest fejn l-istat finanzjarju attwali tal-esportaturi ġie stabbilit f'suq imfixkel u ma hemm ebda informazzjoni kredibbli mill-banek Ċiniżi dwar il-kejl tar-riskju u l-istabbiliment ta' klassifikazzjonijiet ta' kreditu, jitqies neċessarju li l-kredibbiltà kreditizja tal-esportaturi Ċiniżi ma titteħidx b'valur nominali, iżda li jiġi applikat mark-up biex ikun rifless l-impatt potenzjali tas-suq imfixkel taċ-Ċina fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.

(199)

L-istess sitwazzjoni tapplika għas-self denominat f'muniti barranin. Il-bonds korporattivi klassifikati BB b'denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-PI intużaw bħala punt ta' riferiment.

(200)

Fir-rigward ta' dak li ntqal hawn fuq, kif spjegat fil-premessi minn (138) sa (140), kemm il-GTĊ kif ukoll il-produtturi esportaturi li kkooperaw intalbu jipprovdu informazzjoni dwar il-politiki ta' self tal-banek Ċiniżi u l-mod kif is-self ġie attribwit lill-produtturi esportaturi. Għad li ntalbet ripetutament, din l-informazzjoni ma nkisbitx. B'hekk, fid-dawl ta' dan in-nuqqas ta' kooperazzjoni u t-totalità tal-fatti disponibbli, u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(6) tar-Regolament bażiku, jitqies xieraq li jiġi kkunsidrat li d-ditti kollha fiċ-Ċina jingħataw l-ogħla grad ta' bonds ta' “Grad mhux ta' investiment” biss (BB mingħand Bloomberg) u japplikaw il-primjum xieraq mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti b'din il-klassifikazzjoni għar-rata ta' self standard tal-People's Bank of China. Il-benefiċċju għall-produtturi esportaturi ġie kkalkolat billi ttieħed id-differenzjali tar-rata tal-imgħax, mogħti bħala perċentwal, immultiplikat bl-ammont pendenti tas-self, jiġifieri l-imgħax mhux imħallas matul l-PI. Imbagħad dan l-ammont ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(201)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Self ta' politiki preferenzjali

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, PRC u kumpaniji relatati

1,14 %

Yingli Green Energy Holding Company u kumpaniji relatati

0,61 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,25 %

JingAo Group u kumpaniji relatati

0,92 %

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd u kumpaniji relatati

1,80 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,02 %

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

0,84 %

Jinko Solar Co Ltd u kumpaniji relatati

0,85 %

3.4.1.2.   Forniment ta' linji ta' kreditu

(a)   Introduzzjoni

(202)

L-ilmentatur allega li l-banek Ċiniżi estendew linji ta' kreditu sproporzjonati lill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni kkonfermat li tabilħaqq, il-kumpaniji kollha investigati rċevew linji ta' kreditu kbar ħafna mill-banek Ċiniżi li f'ħafna każijiet ingħataw b'xejn jew soġġetti għal tariffi żgħar ħafna. F'ċirkustanzi normali tas-suq, it-tali linji ta' kreditu huma soġġetti għal tariffi sostanzjali ta' impenn u amministrazzjoni li jippermettu lill-banek sabiex jikkumpensaw għall-kostijiet u r-riskji.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

Linji ta' kreditu huma trasferiment potenzjali ta' fondi

(203)

Ir-rapport tal-panil EC-Aircraft ikkonferma li t-tali linji ta' kreditu, minbarra l-effetti tas-self individwali, jistgħu jkunu trasferiment dirett potenzjali ta' fondi skont l-Artikolu 3(1)(a) (i) tar-Regolament bażiku u b'hekk, kontribuzzjonijiet finanzjarji. Il-panil sab li l-benefiċċju ta' trasferiment potenzjali ta' fondi ġej mis-sempliċi eżistenza ta' obbligu li jsir trasferiment dirett ta' fondi. Il-panil sab ukoll li linja ta' kreditu tista', minnha nfisha, tagħti benefiċċju lid-ditta riċevitriċi u b'hekk kienet trasferiment potenzjali ta' fondi separata minn kwalunke trasferiment dirett ta' fondi fil-forma ta' self individwali (71).

Il-banek li jipprovdu l-linji ta' kreditu huma korpi pubbliċi jew huma inkarigati mill-gvern

(204)

Il-linji ta' kreditu kienu pprovduti lill-produtturi esportaturi fil-kampjun mill-istess banek bħala s-self preferenzjali deskritt hawn fuq. Kif stabbilit hawn fuq, dawn il-banek huma korpi pubbliċi (il-premessi minn (158) sa (166)) jew huma inkarigati jew iggwidati mill-GTĊ sabiex jipprovdu finanzjament preferenzjali lill-industrija PV (il-premessi minn (169) sa (178)).

(205)

Kif spjegat hawn fuq (il-premessi minn (158) sa (185)) is-suq Ċiniż huwa mfixkel minn liġijiet u prattiki ta' banek tal-Istat u nstab li f'ħafna każijiet, il-linji ta' kreditu kienu pprovduti b'xejn jew soġġetti għal tariffi żgħar ħafna. F'ċirkustanzi normali tas-suq, it-tali linji ta' kreditu huma soġġetti għal tariffi sostanzjali ta' impenn u amministrazzjoni li jippermettu lill-banek sabiex jikkumpensaw għall-kostijiet u r-riskji.

(206)

L-ammont tal-benefiċċju huwa rappreżentat mit-tariffi normalment applikabbli għal-linji ta' kreditu kummerċjali estiżi għall-kumpaniji li minnhom inħelsu l-produtturi esportaturi fil-kampjun f'ħafna każijiet. Il-Kummissjoni użat it-tariffi applikati għal-linja ta' kreditu estiża għal wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun minn bank kummerċjali barrani.

(207)

L-industrija PV tappartjeni għall-kategorija mħeġġa skont id-Deċiżjoni Nru 40. Id-Deċiżjoni Nru 40 hija Ordni mill-Kunsill tal-Istat, li huwa l-ogħla korp amministrattiv fir-RPĊ u f'dak ir-rigward id-deċiżjoni hija legalment vinkolanti għal korpi pubbliċi oħrajn u l-operaturi ekonomiċi. Jikklassifika s-setturi industrijali fi “Proġetti Mħeġġa, Restrittivi u Eliminati”. Dan l-Att jirrappreżenta linja gwida tal-politika industrijali li flimkien mal-Katalogu tad-Direttorju juri kif il-GTĊ iżomm politika ta' tħeġġiġ u appoġġ lil gruppi ta' impriżi jew industriji, bħall-industrija PV/tal-Enerġija l-Ġdida, klassifikati mill-Katalogu tad-Direttorju bħala “Industrija mħeġġa”. Fir-rigward tan-numru ta' industriji elenkati bħala “Mħeġġa”, huwa osservat li dawn jirrappreżentaw sehem biss mill-ekonomija Ċiniża. Barra minn hekk, huma biss ċerti attivitajiet fi ħdan dawn is-setturi mħeġġa li jingħataw status ta' “mħeġġa”. Id-Deċiżjoni Nru 40 tistipula wkoll fl-Artikolu 17 li l-“Proġetti ta' investiment imħeġġa” għandhom jibbenefikaw minn privileġġi u inċentivi speċifiċi, fost l-oħrajn, minn appoġġ finanzjarju. Min-naħa l-oħra, b'referenza għall-“Proġetti Restrittivi u Eliminati”, id-Deċiżjoni Nru 40 tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet statali sabiex jintervjenu direttament biex jirregolaw is-suq. L-Artikoli 18 u 19 jipprovdu li l-awtorità rilevanti żżomm lill-istituzzjonijiet finanzjarji milli jagħtu self lit-tali “Proġetti Restrittivi u Eliminati”. Minn dan ta' hawn fuq jidher ċar li d-Deċiżjoni Nru 40 tipprovdi regoli vinkolanti għall-istituzzjonijiet ekonomiċi kollha fil-forma ta' direttivi fuq il-promozzjoni u l-appoġġ tal-industriji mħeġġa, li fosthom hemm l-industrija PV.

(208)

Kif spjegat fil-premessi (172) u (192) hawn fuq il-GTĊ jalloka s-self preferenzjali li l-forniment ta' linji ta' kreditu huwa parti essenzjali minnu għan-numru limitat ta' industriji. L-industrija PV tappartjeni għal dan il-grupp ta' industriji u tibbenefika minn self preferenzjali diskriminatorju.

(209)

Jekk jittieħed dan kollu f'kunsiderazzjoni, jidher biċ-ċar li l-awtoritajiet iħallu lill-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu linji ta' kreditu preferenzjali lil numru limitat ta' industriji/kumpaniji li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ biss. Fuq il-bażi tal-evidenza fil-fajl u fin-nuqqas tal-kooperazzjoni mill-GTĊ fuq din il-kwistjoni, huwa konkluż li s-sussidji fil-forma ta' linji ta' kreditu sproporzjonati mhumiex ġeneralment disponibbli u għalhekk huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ma kien hemm ebda evidenza sottomessa minn xi waħda mill-partijiet interessati li tissuġġerixxi li s-sussidju huwa bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. (c)

(c )   Konklużjoni

(210)

L-investigazzjoni wriet li l-gruppi kollha ta' produtturi esportaturi fil-kampjun ibbenefikaw minn linji ta' kreditu pprovduti b'xejn jew b'rati inqas minn tas-suq fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(211)

B'hekk, l-estensjoni tat-tali linji ta' kreditu għall-industrija PV għandha titqies bħala sussidju.

(212)

Fid-dawl tal-eżistenza ta' kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u speċifiċità, dan is-sussidju għandu jitqies kumpensabbli.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(213)

Il-forniment ta' linji ta' kreditu b'xejn jew b'tariffi inqas minn dawk tas-suq jitqies bħala forniment ta' servizzi finanzjarji (l-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament bażiku) għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li ntwera li jeżisti matul il-PI. Minħabba t-tfixkil tas-suq deskritt fil-premessi minn (158) sa (185) hawn fuq, l-adegwatezza tar-remunerazzjoni għas-servizzi finanzjarji (f'dan il-każ, forniment ta' linji ta' kreditu) ma setgħetx tkun iddeterminata fir-rigward tal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq fir-RPĊ. Għaldaqstant, b'konformità mal-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li huwa d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija tħallas għall-forniment ta' linji ta' kreditu minn banek Ċiniżi u l-ammont li l-kumpanija kieku jkollha tħallas għal linja ta' kreditu kummerċjali paragunabbli li tinkiseb mis-suq. Il-linji ta' kreditu jistgħu jitqiesu wkoll bħala trasferiment potenzjali ta' fondi skont l-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku.

(214)

Wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun kiseb linja ta' kreditu mill-bank li l-kwartieri ġenerali tiegħu huma stabbiliti f'ġurisdizzjoni finanzjarja oħra u mhux tar-RPĊ, u din il-linja ta' kreditu kienet soġġetta għal tariffi ta' impenn u arranġament kif inhi l-prattika normali fis-swieq finanzjarji dinjin. Għad li l-linja ta' kreditu ġiet estiża mis-sussidjarju Ċiniż tal-bank inkwistjoni, titqies li hija indikatur raġonevoli għal punt ta' riferiment. Tqies xieraq li jintużaw it-tariffi applikati għal din il-linja ta' kreditu bħala punt ta' riferiment skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku.

(215)

Il-livell tat-tariffi użati bħala punt ta' riferiment ġie applikat prorata għall-ammont ta' kull linja ta' kreditu inkwistjoni biex jinkiseb l-ammont tas-sussidju (nieqes kwalunkwe tariffa li tħallset). F'każijiet fejn id-durata tal-linja ta' kreditu kienet ta' iktar minn sena, l-ammont totali tas-sussidju kien allokat fuq id-durata tal-linja ta' kreditu u ammont xieraq attribwit għall-PI.

(216)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Forniment ta' linji ta' kreditu

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati

1,97 %

Yingli Green Energy Holding Company u kumpaniji relatati

2,14 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd u kumpaniji relatati

1,09 %

JingAo Group u kumpaniji relatati

1,28 %

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,92 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,24 %

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

0,50 %

Jinko Solar Co Ltd u kumpaniji relatati

2,59 %

3.4.1.3.   Programmi ta' sussidju tal-kreditu għall-esportazzjoni

(217)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.1.4.   Garanziji u Assigurazzjonijiet fuq l-Esportazzjoni għal Teknoloġiji Ekoloġiċi

(a)   Introduzzjoni

(218)

L-ilmentatur allega li ċ-China Export & Credit Insurance Corporation (“Sinosure”) tipprovdi assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni b'termini preferenzjali lil produtturi tal-prodott ikkonċernat fost l-oħrajn permezz ta' programm imsemmi “Green Express”. Skont l-ilment, l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni ta' Sinosure lanqas biss ma hi adegwata sabiex tkopri l-ispejjeż operazzjonali u t-telf operatorju fit-tul ta' dan il-programm. (b)

(b)   Nuqqas ta' kooperazzjoni u użu tal-fatti disponibbli

(219)

Kif stipulat fil-premessi (104) u (105) hawn fuq, il-Kummissjoni talbet informazzjoni fil-kwestjonarju, fl-ittra ta' defiċenza u matul iż-żjara ta' verifika fuq il-post għand il-GTĊ u Sinosure li ma ngħatatx mill-GTĊ u/jew Sinosure.

(220)

Il-Kummissjoni talbet il-qafas istituzzjonali u d-dokumenti rilevanti li jirregolaw l-operazzjonijiet ta' Sinosure bħala l-assiguratur tal-kreditu għall-esportazzjoni uffiċjali tal-Istat. Il-GTĊ issottometta biss Notifika maħruġa b'mod konġunt mill-Ministeru tal-Kummerċ (“MOFCOM”) u Sinosure fl-2004, iżda naqas milli jissottometti għadd ta' dokumenti rilevanti oħrajn inkluż, pereżempju, l-hekk imsejjaħ Pjan 840 inkluż fin-Notifika mill-Kunsill tal-Istat tas-27 ta' Mejju 2009 (72).

(221)

Fir-rigward tal-verifika tat-tweġiba għall-kwestjonarju u l-Anness 1 dwar Sinosure, il-Kummissjoni ma setgħetx tikseb għadd ta' dokumenti u tivverifika għadd ta' elementi mitluba fuq il-post. B'mod partikolari, Sinosure ma ssottomettietx l-informazzjoni u l-evidenza li ġejjin mitluba mill-Kummissjoni: (a) id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2012, li, kien irrapportat, ma kinux għadhom disponibbli fuq il-websajt ta' Sinosure; (b) id-dokumentazzjoni rilevanti dwar l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni ma' tnejn mill-esportaturi li kkooperaw fil-kampjun, inklużi kuntratti, valutazzjoni tar-riskju, korrispondenza u prova tal-pagamenti ta' primjums; (c) informazzjoni speċifika fuq il-maniġers superjuri maħtura mill-Kunsill tal-Istat; (d) evidenza dwar l-elementi u l-vantaġġi elenkati fin-Notifika tal-2004 b'mod konġunt maħruġa minn MOFCOM u Sinosure, inkluż dwar l-approvazzjoni tal-limitazzjoni, dwar il-flessibbiltà tar-rata u l-iskont fil-limiti tal-medda ta' ċaqliq tal-primjum; (e) evidenza dwar il-kostijiet u l-profitti operazzjonali fit-tul tal-attività ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni; (f) evidenza dwar il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq fis-settur fotovoltajku.

(222)

Il-Kummissjoni lanqas ma setgħet tivverifika għadd ta' elementi inklużi fit-tweġiba għall-kwestjonarju dwar l-operazzjonijiet ta' Sinosure, inklużi b'mod partikolari t-tweġibiet tagħha dwar il-valutazzjoni tar-riskju, it-tfassil propju tal-primjum u l-proċess ta' applikazzjoni u approvazzjoni, peress li Sinosure rrifjutat milli tiddiskuti l-kuntratti speċifiċi mal-esportaturi li kkooperaw fil-kampjun. Sinosure lanqas ma rnexxielha tiċċara jew tissottometti dokumenti ta' appoġġ għal ċerti inkonsistenzi fil-figuri jew elementi oħrajn li jinsabu fit-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju u l-ittra ta' defiċenza identifikati mill-Kummissjoni.

(223)

Il-GTĊ u Sinosure ppruvaw jiġġustifikaw dan in-nuqqas ta' kooperazzjoni fuq il-bażi ta' tħassib dwar il-kunfidenzjalità matul iż-żjara ta' verifika u fl-ittra tal-GTĊ tat-3 ta' Ġunju 2013. F'dan ir-rigward, l-ittra ta' qabel il-verifika u l-korrispondenza sussegwenti bil-posta elettronika għamluha ferm ċara li l-Kummissjoni talbet sabiex il-verifika tkun sinifikanti u ovvjament tieħu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex tħares l-informazzjoni kunfidenzjali sottomessa jew sempliċiment ipprovduta għal spezzjoni, skont l-obbligu ġuridiku tagħha li tħares din l-informazzjoni żgurat mir-regoli stretti rilevanti tal-UE. Fir-rigward tad-dokumenti li Sinosure ppruvat tissottometti ferm wara li ntemmet iż-żjara ta' verifika u li għalihom naqset milli tawtorizza verifika xierqa mill-Kummissjoni, dawn ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni peress li tħejjew b'mod speċjali għall-investigazzjoni u l-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika d-dokumenti sors.

(224)

Minħabba dan in-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-GTĊ u Sinosure, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika għadd ta' elementi dwar il-forniment ta' kopertura ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni minn Sinosure lill-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, uħud mis-sejbiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli fuq ir-rekord b'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (c)

(c )   Sinosure hija korp pubbliku

(225)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li Sinosure hija korp pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku u tal-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO (73) peress li għandha awtorità governattiva, teżerċitaha jew hija vestita biha. B'mod partikolari, il-GTĊ jeżerċita kontroll sinifikanti fuq Sinosure (74) u Sinosure teżerċita awtorità governattiva meta twettaq funzjonijiet governattivi.

(226)

Il-Kummissjoni tosserva li l-attività tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni minn Sinosure hija parti integrali mis-settur finanzjarju usa' fejn huwa stabbilit li l-intervent tal-gvern ixekkel u jfixkel direttament l-andament normali tas-suq finanzjarju fir-RPĊ (ara l-premessa (185) u ta' warajha hawn fuq).

(227)

Sinosure twettaq funzjonijiet governattivi fir-rwol tagħha bħala l-unika istituzzjoni uffiċjali għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni fir-RPĊ. Għaldaqstant, għandha pożizzjoni monopolistika fis-suq tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Il-kumpanija kkonfermat li dan is-suq mhuwiex miftuħ, għad li hemm xi kompetituri internazzjonali li jinnegozjaw indirettament fir-RPĊ.

(228)

Il-gvern jeżerċita sjieda u kontroll finanzjarju sħaħ fuq Sinosure. Sinosure hija sjieda unika tal-Istat li hija proprjetà 100 % tal-Kunsill tal-Istat. Il-kapital irreġistrat ta' RMB 4 biljun ġej mill-fond ta' riskju tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni b'konformità mal-baġit tal-finanzi tal-Istat. Barra minn hekk, fl-2011 l-Istat injetta RMB 20 biljun permezz taċ-China Investment Corporation, il-fond ta' investimenti sovrani taċ-Ċina. (75) L-Istatut ta' Assoċjazzjoni (“AoA”) jiddikjara li d-dipartiment tan-negozju kompetenti tal-kumpanija huwa l-Ministeru tal-Finanzi, u jeħtieġ ukoll li l-kumpanija tissottometti rapporti finanzjarji u kontabilistiċi u r-rapport tal-baġit fiskali lill-Ministeru tal-Finanzi għal analiżi u approvazzjoni.

(229)

Fir-rigward tal-kontroll tal-gvern, bħala sjieda unika tal-Istat, Sinosure ma għandhiex Bord tad-Diretturi. Rigward il-Bord tas-Superviżuri, is-superviżuri kollha jinħatru mill-Kunsill tal-Istat u jeżegwixxu dmirijiethom skont ir-“Regolament Interim dwar il-Bord tas-Superviżuri ta' Istituzzjoni Finanzjarja Importanti tal-Istat.” Il-maniġment superjuri ta' Sinosure huwa maħtur ukoll mill-gvern. Ir-Rapport Annwali tal-kumpanija 2011 (“AR 2011”) juri li l-President ta' Sinosure huwa s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, u l-maġġoranza tal-Maniġment Superjuri hija wkoll magħmula minn Membri tal-Kumitat tal-Partit. Minħabba r-rifjut minn Sinosure milli tissottometti iktar informazzjoni dwar il-Maniġment Superjuri, jista' jiġi konkluż li l-maniġment huwa espressjoni diretta tal-gvern li taħtar il-membri tal-Bord tas-Superviżuri kif ukoll tal-Maniġment Superjuri direttament. Fuq din il-bażi, Sinosure hija kkontrollata b'mod sinifikanti mill-GTĊ.

(230)

Il-prestazzjoni ta' funzjonijiet u politiki tal-gvern minn Sinosure tant tidher ċara u espliċita li jista' jiġi konkluż li l-kumpanija hija espressjoni diretta tal-gvern innifsu. Ir-Rapport Annwali 2011 ta' Sinosure fih bosta dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward, fosthom: Sinosure “qdiet b'mod proattiv il-funzjoni politika ta' ECA … u kisbet bidu tajjeb fl-ewwel sena tat-12-il perjodu tal-Pjan ta' Ħames Snin” (p. 4 AR 2011); “l-issoktar tar-riforma korporattiva jsaħħaħ il-funzjoni politika ta' Sinosure bħala ECA. Il-Konferenza tas-CCCPC dwar l-Ekonomija xeħtet enfasi fuq it-tali funzjoni u għamlet rekwiżiti ċari fuq l-assigurazzjoni tal-kreditu, li stipulaw it-triq lejn it-tkabbir” (p. 5 AR 2011); “Fis-sena 2011, Sinosure implimentat l-istrateġiji, id-deċiżjonijiet u l-arranġamenti tal-Kumitat Ċentrali tas-CPC u l-Kunsill tal-Istat kif ukoll il-politiki tal-Istat fuq id-diplomazija, il-kummerċ barrani, l-industrija u l-finanzi, daħħlet fis-seħħ il-funzjoni politika tagħha u kisbet tkabbir rapidu” (p. 11 AR 2011); “Sinosure eżegwixxiet bis-sħiħ il-politika tal-Istat ta' ‘Arranġament Speċjali għal Assigurazzjoni tal-Finanzjament tal-Esportazzjoni għal Tagħmir Kbir b'Sett Komplut’ u laħqet l-obbligi tagħha stipulati mill-Istat” (p. 11 AR 2011).

(231)

Il-qafas istituzzjonali u dokumenti oħrajn maħruġa mill-GTĊ li skont dawn topera Sinosure jkomplu juru l-funzjoni tagħha bħala korp pubbliku u li hija vestita bl-awtorità li twettaq politiki tal-gvern. In-Notifika dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (Shang Ji Fa [2004] Nru 368 tas-26 ta' Lulju 2004) inħarġet b'mod konġunt minn MOFCOM u Sinosure fl-2004 u għadha tirregola l-attivitajiet ta' Sinosure. Fost l-għanijiet ta' dan l-Avviż hemm il-promozzjoni tal-esportazzjoni ta' teknoloġija avvanzata u ġdida u ta' prodotti b'valur miżjud għoli permezz tal-użu ssoktat tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. In-Notifika tagħti mandat espliċitu lil Sinosure sabiex tappoġġa lill-industriji ewlenin ta' esportazzjoni speċifikati fid-Direttorju tal-Prodotti Ċiniżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida tal-2006. Dan id-Direttorju jinkludi “Ċelloli u Moduli tal-Enerġija Solari” fost il-prodotti eliġibbli u għalhekk jistgħu jitqiesu li huma direttament appoġġati minn Sinosure. Fin-Notifika huma stipulati l-vantaġġi li ġejjin: “kanal ekoloġiku”, jiġifieri appoġġ speċifiku għal prodotti koperti fil-katalogu, li għandhom jirċievu approvazzjoni fi żmien ħamest ijiem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni u l-approvazzjoni ta' limitazzjoni għal assigurazzjoni bi prijorità; veloċità tal-pretensjoni, li għandha titlesta fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tad-dokumenti tal-pretensjoni; flessibbiltà tar-rata, li tikkonsisti fl-ogħla skont għar-rata primjum fil-limitu tal-medda ta' ċaqliq ta' Sinosure. In-Notifika tipprevedi wkoll li awtoritajiet tal-kummerċ lokali u reġjonali għandhom jieħdu miżuri oħrajn sabiex jappoġġaw il-prodotti koperti fid-Direttorju. In-Notifika teħtieġ li Sinosure tfassal il-mudell ta' sottoskrizzjoni bbażat fuq il-politika industrijali nazzjonali u l-karatteristiċi tal-esportazzjoniijet ta' prodotti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida u li tipprovdi appoġġ lill-industriji tal-innovazzjoni u r-R&Ż appoġġati b'mod speċjali mill-Istat.

(232)

Il-Kummissjoni taf b'dokumenti oħrajn li juru li Sinosure twettaq direttament politiki governattivi li, fost l-oħrajn. jibbenefikaw lill-produtturi esportaturi. L-hekk imsejjaħ Pjan 840 huwa dettaljat fl-Avviż mill-Kunsill tal-Istat tas-27 ta' Mejju 2009 (76). Dan l-isem jirreferi għall-użu ta' USD 84 biljun bħala assigurazzjoni tal-esportazzjoni u huwa waħda mis-sitt miżuri mnedija mill-Kunsill tal-Istat fl-2009 sabiex jistabbilizza d-domanda għal esportazzjonijiet wara l-kriżi globali u d-domanda ogħla konsegwenti għal assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Is-sitt miżuri jinkludu b'mod partikolari kopertura mtejba tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, il-forniment ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni b'terminu qasir fuq skala ta' USD 84 biljun fl-2009 u tnaqqis tar-rata tal-primjum. Bħala l-unika istituzzjoni tal-politika li tissottoskrivi assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, Sinosure hija indikata bħala l-eżekutur tal-pjan. Rigward it-tnaqqis tal-primjum tal-assigurazzjoni, Sinosure kienet meħtieġa tiżgura li r-rata medja tal-assigurazzjoni fit-terminu qasir tal-kreditu għall-esportazzjoni tonqos bi 30 % fuq il-bażi tar-rata medja ġenerali fl-2008.

(233)

L-hekk imsejjaħ Pjan 421 iddaħħal fin-Notifika dwar il-kwistjonijiet biex jiġu implimentati arranġamenti speċjali għall-finanzjament ta' assigurazzjoni fuq l-esportazzjoni ta' settijiet sħaħ ta' tagħmir maħruġ b'mod konġunt mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Ministeru tal-Finanzi fit-22 ta' Ġunju 2009. Din kienet ukoll politika importanti li tappoġġa l-politika “investu barra” taċ-Ċina bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja globali tal-2009 u pprovdiet USD 42,1 biljun f'assigurazzjoni tal-finanzjament biex tappoġġa l-esportazzjoni ta' settijiet kbar sħaħ ta' tagħmir. Sinosure u xi istituzzjonijiet finanzjarji jkunu jimmaniġġaw u jipprovdu l-finanzjament. L-impriżi koperti minn dan id-dokument jistgħu jgawdu l-miżuri finanzjarji preferenzjali, inkluża assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-Gvern taċ-Ċina, il-Kummissjoni ma rnexxilhiex titlob iktar dettalji dwar l-applikazzjoni ta' din in-notifika. Fin-nuqqas ta' evidenza li turi bil-kontra, il-Kummissjoni għandha raġuni biex temmen li anki t-tagħmir PV u s-settur PV huma koperti minn dan id-dokument.

(234)

Dokumenti oħrajn li juru appoġġ tal-gvern għall-forniment tal-assigurazzjoni fit-terminu qasir tal-kreditu għall-esportazzjoni inklużi żewġ dokumenti dwar l-appoġġ finanzjarju msaħħaħ għall-Industriji Strateġiċi Emerġenti (“SEIs”). In-Notifika mill-Kunsill tal-Istat dwar il-Kultivazzjoni u l-iżvilupp tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Industriji Emerġenti b'Ħeffa ta' deċiżjoni strateġika, Guo Fa [2010] Nru 32 tat-18/10/2010, fil-Paragrafu 7(C) iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex iżidu l-appoġġ finanzjarju. Il-Linji gwida ta' implimentazzjoni għall-iżvilupp tas-SEIs maħruġa b'mod konġunt mill-ministeri kollha responsabbli (jiġifieri l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma, il-Ministeru tal-Kummerċ, il-Ministeru tax-Xjenza, u l-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-informazzjoni, il-Ministeru tal-Protezzjoni Ambjentali, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana, l-Amministrazzjoni Ġenerali tas-Superviżjoni tal-Kwalità, l-Uffiċċju ta' Spezzjoni tal-Proprjetà Intellettwali) Guo Fa [2011] Nru 310 tal-21 ta' Ottubru 2011, jirreferu b'mod speċifiku wkoll fil-Paragrafu (Xxvii) għall-appoġġ attiv, fost l-oħrajn, permezz tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni lill-industriji strateġiċi emerġenti. Dawn l-industriji strateġiċi emerġenti jiffokaw fuq prodotti, teknoloġiji u servizzi biex jiżviluppaw is-suq internazzjonali, l-ajruspazju, il-manifattura ta' tagħmir tal-aħħar teknoloġija, ammont kbir jew jistimolaw teknoloġija bi privattivi domestiċi u prodotti industrijali emerġenti strateġiċi standard għall-esportazzjoni. Għalhekk, fin-nuqqas ta' evidenza, għall-kuntrarju hemm raġuni għaliex wieħed jemmen li anki l-prodott ikkonċernat u l-esportaturi fil-kampjun jikkwalifikaw bħala “indusriji emerġenti strateġiċi” u huma intitolati għall-benefiċċji li jirriżultaw.

(235)

Fuq il-bażi tal-elementi ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li Sinosure hija korp pubbliku u hija vestita b'awtorità governattiva sabiex twettaq politiki tal-gvern, hija kkontrollata b'mod sinifikanti mill-gvern u teżerċita funzjonijiet governattivi. (d)

(d)   Bażi ġuridika

(236)

Il-bażijiet ġuridiċi ta' dan il-programm huma dawn li ġejjin: in-Notifika dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (Shang Ji Fa [2004] Nru 368), maħruġ b'mod konġunt minn MOFCOM u Sinosure; id-Direttorju ta' Esportazzjoni ta' Prodotti Ċiniżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida tal-2006; l-hekk imsejjaħ Pjan 840 inkluż fin-Notifika mill-Kunsill tal-Istat tas-27 ta' Mejju 2009; l-hekk imesjjaħ Pjan 421 inkluż fin-Notifika dwar il-kwistjonijiet sabiex jiġu implimentati arranġamenti speċjali għall-finanzjament tal-assigurazzjoni fuq l-esportazzjoni ta' settijiet sħaħ ta' tagħmir, maħruġa b'mod konġunt mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Ministeru tal-Finanzi fit-22 ta' Ġunju 2009; in-Notifika dwar il-Kultivazzjoni u l-iżvilupp tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Industriji Emerġenti b'Ħeffa ta' deċiżjoni strateġika (Guo Fa [2010] Nru 32 tat-18 ta' Ottubru 2010), maħruġ mill-Kunsill tal-Istat u l-Linji Gwida ta' Implimentazzjoni tiegħu (Guo Fa [2011] Nru 310 tal-21 ta' Ottubru 2011).

(e)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(237)

Peress li Sinosure hija korp pubbliku vestita b'awtorità governattiva u li teżegwixxi l-liġijiet u l-pjanijiet governattivi, il-forniment tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni lil produtturi tal-prodott ikkonċernat jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' trasferiment potenzjali dirett ta' fondi mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku.

(238)

Fir-rigward tat-tnaqqis ta' parti tal-primjum imħallas mill-produtturi esportaturi mill-awtoritajiet lokali, anki dan jikkostitwixxi trasferiment dirett ta' fondi fil-forma ta' għotja skont l-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku.

(239)

Benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikoli 3(2) u 6(c) tar-Regolament bażiku jeżisti sal-punt li Sinosure tipprovdi kopertura tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni b'termini iktar favorevoli milli r-riċevitur ikun jista' jikseb normalment fis-suq, jew li tipprovdi kopertura tal-assigurazzjoni li ma tkunx disponibbli affattu fis-suq. Benefiċċju addizzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) riċevut mill-produttur esportatur huwa t-tnaqqis fil-flus mill-parti tal-primjum tal-assigurazzjoni mħallas lil Sinosure minn uħud mill-awtoritajiet lokali meta ġew stabbiliti ċerti produtturi esportaturi.

(240)

In-Notifika tal-2004 elenkat il-firxa kollha ta' benefiċċji mogħtija minn Sinosure u/jew mill-awtoritajiet lokali għall-impriżi li jaqgħu taħt id-Direttorju tal-2006 u jikkonformaw mal-politiki nazzjonali. L-investigazzjoni wriet li l-ftehimiet ta' assigurazzjoni konklużi bejn Sinosure u l-produtturi esportaturi fil-kampjun, u t-tnaqqis ta' parti mill-primjums mogħtija mill-awtoritajiet lokali jirriflettu bis-sħiħ dawn il-benefiċċji. It-trattament “Green Express” jikkonsisti fis-simplifikazzjoni u r-rapidità fl-indirizzar tal-proċess ta' forniment ta' kopertura u s-saldu tal-pretensjonijiet b'valutazzjoni rapida tat-telf u l-pagament sussegwenti rapidu lill-klijent.

(241)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-miżuri meħuda wara l-kriżi finanzjarja tal-2009 u indikati fil-pjan 840 u fil-pjan 421, u iktar tard fil-miżuri tal-2011 favur l-industriji emerġenti strateġiċi, ipprovdew benefiċċji sostanzjali lill-produtturi esportaturi. Dawn il-miżuri żiedu d-disponibbiltà tal-kopertura tal-assigurazzjoni u komplew inaqqsu l-primjum mitlub minn Sinosure, minkejja s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli u r-riskji sostanzjalment ikbar għal Sinosure fil-forniment ta' kopertura tal-assigurazzjoni, u dawn huma kompletament riflessi fil-kopertura tal-assigurazzjoni pprovduta minn Sinosure lill-produtturi esportaturi. B'mod partikolari, l-investigazzjoni wriet li l-kundizzjonijiet u l-primjum mitlub fis-snin rilevanti tal-PI baqgħu sostanzjalment l-istess jew tjiebu, minkejja ż-żieda fil-pretensjonijiet għal inadempjenza mħallsa minn Sinosure u s-sitwazzjoni li sejra lura b'mod sostanzjali tas-settur PV.

(242)

Fir-rigward tal-eżistenza ta' benefiċċju, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat kemm il-primjums ta' Sinosure koprew il-kost tal-assigurazzjoni fit-terminu qasir tal-kreditu għall-esportazzjoni. Sinosure bniet l-argument abbażi tal-Punt (j) tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji (“SCM”), li fl-Artikolu 3(1)(a) ta' dak il-ftehim iqis bħala sussidju tal-esportazzjoni “projbit”, il-forniment ta' programmi ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni b'rati primjum li huma inadegwati biex ikunu koperti l-ispejjeż operazzjonali u t-telf operatorju fit-tul tal-programmi. Fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, Sinosure rreferiet sempliċiment għall-profitti u t-telf li kien hemm tul l-aħħar ħames snin u kkonkludiet li peress li b'mod ġenerali għamlet profitt matul dan il-perjodu, il-forniment ta' assigurazzjoni fit-terminu qasiru tal-kreditu għall-esportazzjoni lill-produtturi esportaturi ma kienx jikkostitwixxi sussidju skont il-Ftehim dwar l-SCM tad-WTO. Kif spjegat hawn fuq (ara l-premessi (221) u (222)), il-Kummissjoni talbet lil Sinosure sabiex tipprovdi informazzjoni u evidenza speċifika dwar il-profittabbiltà fit-tul tal-attivitajiet tagħha ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, inkluż id-dħul mill-primjum u l-ispejjeż operazzjonali u t-telf operatorju tal-programm skont il-Ftehim dwar l-SCM tad-WTO. Madankollu, Sinosure naqset milli tissottometti d-dokumenti u l-evidenza mitluba matul iż-żjara ta' verifika, filwaqt li saħqet fuq id-dejta dwar il-profittabbiltà ġenerali kif indikata fir-Rapporti Annwali awditjati tagħha.

(243)

Il-Kummissjoni tosserva li, anki li kieku kellha toqgħod sempliċiment fuq ir-Rapporti Annwali ta' Sinosure bla ma tkun kapaċi tivverifika l-figuri u l-elementi li jinsabu f'dawn ir-Rapporti, ma tkunx tista' tikkonkludi li Sinosure laħqet profitti fit-tul fid-diviżjoni tagħha ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, li tikkorrispondi għall-“programm” imsemmi fil-Punt (j). Sinosure twettaq għadd ta' attivitajiet minbarra l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, u l-figuri u d-dejta rrapportati fir-Rapport Annwali huma dejta konsolidata għal dawn l-attivitajiet kollha u ma hemm ebda disaggregazzjoni preċiża ta' kull waħda minn dawn l-attivitajiet. Minn uħud mir-Rapporti Annwali (iżda mhux dak riċenti), jidher li l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni fit-terminu qasir hija biċ-ċar l-iktar attività importanti għal Sinosure, iżda ma hemm ebda perċentwal preċiż disponibbli. Peress li Sinosure rrifjutat milli tipprovdi l-informazzjoni u l-evidenza mitluba fir-rigward ta' din l-aħħar attività biss, li huma meħtieġa biex issir l-analiżi tal-“programm” fil-Punt (j) tal-Anness 1 tal-Ftehim dwar l-SCM tad-WTO, il-Kummissjoni kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-evidenza disponibbli fir-rekords.

(244)

Il-Kummissjoni tosserva inizjalment li skont l-Artikolu 11 tal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni ta' Sinosure, il-kumpanija topera f'punt ta' ekwilibriju. Fi kliem ieħor, permezz tal-istatut, Sinosure ma għandhiex l-għan li timmassimizza l-profitti tagħha, iżda timmira biss sabiex tilħaq ekwilibriju skont il-funzjoni tagħha bħala l-uniku assiguratur uffiċjali tal-kreditu għall-esportazzjoni fir-RPĊ. Kif spjegat hawn fuq, ir-rekords fil-fajl urew li l-ambjent ġuridiku u politiku li fih topera Sinosure jeħtieġ li l-kumpanija teżegwixxi l-politiki u l-pjanijiet tal-gvern biex tissodisfa l-mandat tal-politika pubblika tagħha. Fost l-industriji u l-impriżi magħżula appoġġati b'mod speċifiku mill-Istat, il-produtturi esportaturi kellhom aċċess sħiħ għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni pprovdut minn Sinosure b'rati preferenzjali anki wara l-kriżi globali tal-2009 u anki meta s-settur fotovoltajku esperjenza kriżi li qatt ma ra bħalha, inkluż matul il-PI. Għalhekk, Sinosure tipprovdi disponibbiltà llimitata ta' kopertura tal-assigurazzjoni għas-settur PV u l-primjum tal-assigurazzjoni estremament baxx li toffri ma jirriflettix ir-riskji attwali mġarrba fl-assigurazzjoni tal-esportazzjonijiet f'dan is-settur. Fuq il-bażi ta' dawn l-elementi kollha fir-rekords, diġà jista' jiġi konkluż li ma jistax ikun eskluż li r-rati tal-primjum mitluba minn Sinosure probabbli jkunu inadegwati biex ikopru l-operazzjonijiet fit-tul tagħha, u dan jidher li huwa probabbli.

(245)

Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni minn Sinosure, il-Kummissjoni qieset anki elementi addizzjonali li jkomplu jsostnu din il-konklużjoni. L-evidenza pubblikament disponibbli diġà turi b'mod espliċitu li, Sinosure topera f'sitwazzjoni ta' telf operatorju fit-tul (77). Il-Kummissjoni analizzat ukoll il-figuri rilevanti fir-rapport tal-introjtu tar-Rapporti Annwali ta' Sinosure li jkopru s-snin 2006 sal-2011 sottomessi minn Sinosure biex tiġġustifika l-figuri tal-profittabbiltà rrapportati fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju. Dawn il-figuri juru li Sinosure inkludiet telf operatorju fit-tul sinifikanti mill-attivitajiet tagħha kombinati tal-assigurazzjoni li jeskludu introjtu minn investiment u introjtu ieħor. B'mod iktar speċifiku, f'kull sena partikolari bejn l-2006 u l-2011 (bl-unika eċċezzjoni tal-2010) il-pretensjonijiet imħallsa diġà huma (kważi) daqs jew jaqbżu (sew) il-primjums netti riċevuti minn Sinosure. Jekk l-ispejjeż operazzjonali u l-ispejjeż tal-kummissjoni jitnaqqsu wkoll mill-primjums netti, ir-riżultat huwa telf saħansitra iktar sostanzjali. Il-figuri juru li minkejja l-gwadann modest fl-2010, fil-perjodu ġenerali t-telf operatorju fuq l-operazzjonijiet ta' assigurazzjoni huwa sinifikanti. Mir-Rapport Annwali jirriżulta li l-kontributuri importanti għall-introjtu ġenerali ta' Sinosure huma introjtu minn investiment u introjtu ieħor, li mhumiex rilevanti għall-valutazzjoni tal-vijabbiltà tal-programm tagħha ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Peress li l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni fit-terminu qasir tikkostitwixxi l-maġġoranza tal-attività kummerċjali ta' Sinosure, fin-nuqqas ta' evidenza li juri bil-kontra huwa konkluż li Sinosure ġarrbet telf sinifikanti fit-tul mill-programm tagħha ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni.

Peress li Sinosure tagħmel telf fil-programm tagħha ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, l-eżistenza ta' benefiċċju hija ddeterminata bit-tqabbil tal-primjums imħallsa mill-produtturi esportaturi ma' dawk disponibbli fis-suq. Sinosure hija l-uniku assiguratur uffiċjali ta' kreditu għall-esportazzjoni u għalhekk tikkontrolla bis-sħiħ is-suq domestiku. Fin-nuqqas ta' xi punt ta' riferiment kummerċjali fir-RPĊ għat-tali strumenti u peress li s-suq finanzjarju fir-RPĊ huwa mfixkel mill-intervent tal-gvern, huwa raġonevoli li jintuża punt ta' riferiment barra r-RPĊ, jiġifieri l-primjums mitluba f'sitwazzjoni normali tas-suq. Fuq din il-bażi, kif spjegat fit-taqsima hawn isfel dwar il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju, il-primjums huma b'rati inqas minn tas-suq u b'hekk jirriżulta benefiċċju.

(246)

Is-sussidji ta' hawn fuq huma kontinġenti mal-prestazzjoni tal-esportazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku għaliex ma jistgħux jinkisbu bla esportazzjoni. Barra minn hekk, huma speċifiċi wkoll skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku għaliex l-aċċess huwa limitat għal ċerti impriżi. Iċ-ċelloli u l-moduli solari huma elenkati b'mod espliċitu fid-Direttorju tal-2006 ta' Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, u din hija l-kundizzjoni biex igawdu mit-trattament preferenzjali stipulat fin-Notifika tal-2004. Barra minn hekk, wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' Sinosure huwa li timplimenta l-politiki u l-pjanijiet nazzjonali, inkluż it-12-il pjan ta' ħames snin fis-settur PV. Anki l-pjan 840 u l-pjan 421 jibbenefikaw lis-settur PV fost xi ftit setturi oħrajn magħżula f'dawk il-pjanijiet (ara l-premessi (232) u (233)). Is-settur PV jitqies ukoll bħala waħda mill-industriji mħeġġa skont id-Deċiżjoni Nru 40 u dokumenti u liġijiet oħrajn ta' ppjanar (ara l-premessa (207) u (208)). Din l-industrija taqa' wkoll fi ħdan il-kategorija tal-“industriji Strateġiċi u Emerġenti” li jibbenefikaw minn numru ta' benefiċċji skont il-politiki tal-gvern (ara l-premessa (102)). Ħafna mill-produtturi esportaturi għandhom ukoll l-istatus formali ta' impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, u dan jagħtihom għadd ta' vantaġġi minħabba l-politiki vantaġġużi tal-gvern.

(247)

Għaldaqstant, huwa evidenti li l-benefiċċji mogħtija minn Sinosure jew mill-awtoritajiet lokali li jroddu lura parti mill-primjum ta' assigurazzjoni mhumiex disponibbli għas-setturi industrijali kollha jew għall-impriżi kollha, iżda huma ristretti biss għal dawk is-setturi u l-impriżi li jikkonformaw b'mod speċifiku mal-politiki ta' appoġġ rilevanti tal-gvern u d-dokumenti sottostanti tagħhom. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-benefiċċji mogħtija minn Sinosure u/jew mill-awtoritajiet lokali lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, peress li ma kien hemm ebda evidenza li tissuġġerixxi li s-sussidju huwa bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju huwa speċifiku f'dan ir-rigward ukoll. (f)

(f)   Konklużjoni

(248)

L-investigazzjoni wriet li sitt gruppi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun ibbenefikaw mill-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni pprovduta minn Sinosure fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(249)

Il-forniment ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni minn Sinosure lill-industrija PV għandu jitqies bħala sussidju, sal-punt li l-primjums huma inqas mir-rati tas-suq.

(250)

Fid-dawl tal-eżistenza ta' kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u speċifiċità, dan is-sussidju għandu jitqies kumpensabbli.

(g)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(251)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li ntwera li jeżisti matul il-PI. Il-kalkolu tal-benefiċċju jixbah lis-sitwazzjoni li tinvolvi l-garanziji tas-self. Skont l-Artikolu 6(c) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li huwa d-differenza bejn l-ammont tal-primjum li l-kumpanija tħallas fuq l-assigurazzjoni fit-terminu qasir ipprovduta minn Sinosure u l-ammont tal-primjum li l-kumpanija tħallas għal assigurazzjoni paragunabbli tal-kreditu għall-esportazzjoni li kieku tiksibha mis-suq.

(252)

Peress li l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni fit-terminu qasir ipprovduta minn Sinosure hija r-riżultat ta' għanijiet politiċi tal-gvern u peress li Sinosure hija f'sitwazzjoni ta' monopolju fis-suq domestiku fil-funzjoni tagħha bħala l-unika aġenzija ta' kreditu għall-esportazzjoni uffiċjali, issawwar punt ta' riferiment xieraq tas-suq billi ntuża l-metodu spjegat hawn isfel. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-GTĊ u Sinosure, il-Kummissjoni rrikorriet ukoll għall-fatti disponibbli sabiex tistabbilixxi primjum tas-suq xieraq għall-assigurazzjoni pprovduta lill-produtturi PV.

(253)

Il-Kummissjoni temmen li l-iktar punt ta' riferiment xieraq li għalih hemm informazzjoni disponibbli minnufih huwa r-rati tal-primjum applikati mill-Export-Import Bank tal-Istati Uniti tal-Amerika (“Ex-IM Bank”). Skont informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, (78) Ex-Im Bank huwa l-aġenzija uffiċjali tal-kreditu għall-esportazzjoni tal-gvern federali tal-Istati Uniti u jsostni lilu nnifsu. L-attivitajiet ta' Ex-Im Bank jinkludu assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni u attivitajiet oħrajn, bħal garanziji tal-kapital li jdur u garanziji tas-self (finanzjament tax-xerrej). Il-missjoni tiegħu huwa li joħloq u jappoġġa l-impjiegi tal-Istati Uniti billi jappoġġa l-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti lil xerrejja internazzjonali. Ex-Im Bank jaġixxi bħala korporazzjoni governattiva mill-Kungress tal-Istati Uniti. Għaldaqstant, hemm għadd ta' similaritajiet ma' Sinosure u l-bank jitqies li huwa istituzzjoni ta' riferiment xierqa.

(254)

Il-primjum normattiv ġie kkalkolat b'referenza għa-tariffi attwali mitluba għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi tal-OECD għal politiki tal-fatturat sħiħ b'kopertura ta' 90 % tal-ammont assigurat u durata ta' 120 jum. Il-primjum attwali huwa l-medja mezzana għall-ħames kategoriji differenti ta' xerrejja barranin skont is-solvenza u r-riskju ta' inadempjenza tagħhom. Dan jirrappreżenta l-eqreb punt ta' riferiment għad-dispożizzjoni biex jiġi kkalkolat il-primjum li l-produtturi tal-prodott ikkonċernat ikollu jħallas fis-suq.

(255)

L-ammont tal-benefiċċju kien ikkalkolat billi ntużat l-informazzjoni pprovduta mill-GTĊ u huwa relatat mal-ammonti ta' Sinosure koperti minn assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni u t-tariffi mħallsa fil-PI għat-tali assigurazzjoni. L-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li kkooperaw għal Sinosure ma ntużatx għaliex jidher ċar li l-GTĊ kien iktar komplut (pereżempju mhux il-kumpaniji kollha rrapportaw il-politika ta' Sinosure tagħhom fit-tweġiba għall-kwestjonarju jew iddikjarawha matul il-verifika fuq il-post).

(256)

Fir-rigward tal-pagament ta' parti mill-primjum tal-assigurazzjoni mill-awtoritajiet lokali, il-benefiċċju huwa kkalkolat bħala l-livell ta' tnaqqis u għotjiet li saru lill-kumpaniji fil-kampjun li jkopru l-perjodu tal-PI.

(257)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Garanziji u Assigurazzjonijiet fuq l-Esportazzjoni

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati

0,58 %

Yingli Green Energy Holding Company u kumpaniji relatati

0,95 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd Solar Group u kumpaniji relatati

0,71 %

JingAo Group u kumpaniji relatati

0,50 %

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,39 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

0,63 %

Jinko Solar Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

3.4.1.5.   Benefiċċji pprovduti bl-għoti ta' aċċess għal kumpaniji azzjonarji offshore u ripagamenti ta' self mill-gvern

(258)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.2.   Programmi ta' għotjiet

3.4.2.1.   Fond ta' żvilupp tar-riċerka tal-prodotti ta' esportazzjoni

(259)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.2.2.   Sussidji għall-iżvilupp ta' “Marki Magħrufa” u l-Programm taċ-Ċina għall-Aqwa Marki fid-Dinja

(260)

Il-Kummissjoni sabet li wħud mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ibbenefikaw minn dawn l-iskemi fil-PI. Madankollu, minħabba l-ammonti żgħar ta' benefiċċji riċevuti u l-impatt negliġibbli tagħhom fuq il-marġni tas-sussidju, il-Kummissjoni ma qisitx li hemm bżonn li tiġi analizzata l-kumpensabbiltà tal-iskemi.

3.4.2.3.   Fondi għall-espansjoni 'l barra tal-industriji fil-Provinċja ta' Guandong

(261)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.2.4.   Il-programm ta' dimostrazzjoni Golden Sun

(a)   Introduzzjoni

(262)

L-ilment allega li l-produtturi tal-prodott ikkonċernat irċevew sussidji skont il-Programm ta' Dimostrazzjoni Golden Sun (“Golden Sun”) implimentat mill-gvern taċ-Ċina f'Lulju 2009. Fih evidenza prima facie li erbgħa fost l-esportaturi fil-kampjun kienu rċevew sussidji diretti għall-prodott ikkonċernat minn dan il-programm. Barra minn hekk, wera li wieħed mill-esportaturi fil-kampjun kien intgħażel bħala l-fornitur tal-prodott ikkonċernat fir-rigward ta' 70 % tal-kapaċità totali installata minn operaturi ta' proġetti (jiġifieri kumpaniji li jipproduċu u jbigħu elettriku prodott minn sistemi PV) fl-2011. L-ilment kien fih ukoll informazzjoni li tissuġġerixxi li l-finanzjament minn Golden Sun ma kienx allokat b'mod trasparenti u kompetittiv lill-operaturi ta' proġetti. (b)

(b)   Nuqqas ta' kooperazzjoni u użu tal-fatti disponibbli

(263)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar il-programm Golden Sun fil-kwestjonarju, fl-ittra ta' defiċenza u matul iż-żjara ta' verifika fuq il-post għand il-GTĊ li l-GTĊ naqas milli jipprovdi, kif speċifikat f'iktar dettall fil-premessi (104) u (105) hawn fuq.

(264)

Rigward l-informazzjoni mitluba fil-kwestjonarju u fl-ittra ta' defiċenza, il-GTĊ baqa' jisħaq li dan il-programm ta' għotja mhuwiex maħsub għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat. Konsegwentement, il-GTĊ naqas milli jwieġeb għadd ta' mistoqsijiet dwar il-programm u l-benefiċċji għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat billi wieġeb “mhux applikabbli”. Il-GTĊ naqas ukoll milli jissottometti l-liġijiet, ir-regolamenti, il-linji gwida u atti oħrajn li huma kollha rilevanti kif mitlub fil-kwestjonarju, u llimita lilu nnifsu għas-sottomissjoni tal-bażi ġuridika ewlenija biss.

(265)

Fil-bidu tas-sessjoni ta' verifika fuq il-programm Golden Sun, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ sabiex jissottometti l-annessi kollha għall-bażi ġuridika ewlenija diġà sottomessa u staqsietu jekk kienx beħsiebu jissottometti dokumenti uffiċjali addizzjonali dwar il-programm. Il-GTĊ issottometta l-annessi mitluba iżda wieġeb li ma kienx beħsiebu jissottometi xi dokument addizzjonali. Imbagħad il-Kummissjoni wriet lill-GTĊ dokument tal-baġit dwar il-proġetti attwali ffinanzjati u l-ammonti korrispondenti mogħtija skont dan il-programm maħruġ mill-Ministeru tal-Finanzi (“MOF”) li kien sottomess minn esportaturi kooperattivi (Dokument tal-MOF Nru 965 [2010] tat-2 ta' Diċembru 2010). L-appendiċijiet għal dan id-dokument juru li wieħed mill-esportaturi fil-kampjun irċieva finanzjament sostanzjali minn Golden Sun għall-proġetti tiegħu stess u anki bħala fornitur tat-tagħmir eliġibbli għal bosta proġetti ffinanzjati mill-programm Golden Sun. Ir-rappreżentanti tal-MOF preżenti fil-verifika kienu jafu bid-dokument muri u l-Kummissjoni talbithom jissottomettu d-dokumenti baġitarji simili kollha maħruġa mill-MOF għas-snin ta' implimentazzjoni tal-programm Golden Sun. Filwaqt li r-rappreżentanti tal-MOF qablu sabiex fil-prinċipju jissottomettu dawn id-dokumenti, qatt ma ssottomettewhom lill-Kummissjoni.

(266)

Il-Kumissjoni wriet ukoll lill-MOFCOM id-dokumenti tal-baġit dwar il-Programm Golden Sun, maħruġ mid-Dipartiment lokali tal-Finanzjament ta' provinċja u muniċipalità, sottomessi minn wieħed mill-esportaturi li kkoopera, u talbet lill-GTĊ sabiex jissottometti d-dokumenti simili rilevanti (jiġifieri maħruġa minn provinċji jew muniċipalitajiet) dwar il-programm. Il-GTĊ wieġeb li ma kellux dawn id-dokumenti peress li kienu jikkonċernaw il-provinċiji u/jew il-muniċipalitajiet u b'hekk ma setax jissottomettihom.

(267)

Fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013, il-GTĊ tenna l-pożizzjoni tiegħu li l-programm Golden Sun mhuwiex maħsub għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u ċċara li filwaqt li dawn il-produtturi setgħu bbenefikaw minn dan il-programm, għamlu hekk sabiex operaturi tal-proġetti ta' impjanti tal-enerġija u mhux bħala produtturi ta' pannelli solari, peress li huma biss l-operaturi tal-proġetti tal-elettriku li jistgħu jirċievu sussidji skont dan il-programm. Din l-ittra tisħaq ukoll li l-Kummissjoni talbet biss tliet dokumenti msemmija b'mod speċifiku li kienu sottomessi mill-GTĊ. Dan huwa żbaljat, peress li l-Kummissjoni talbet għal verifika għal dokumenti baġitarji speċifiċi maħruġa mill-MOF (imsemmija b'mod espliċitu wkoll fl-ittra tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2013) u minn dipartimenti lokali fejn kienu jinsabu l-produtturi esportaturi (li jirreferu għal dokumenti speċifiċi sottomessi mill-produtturi esportaturi), li l-GTĊ iddeċieda li ma jipprovdix.

(268)

Il-Kummissjoni talbet ukoll għal informazzjoni speċifika dwar l-iżborżamenti ta' Golden Sun riċevuti minn esportatur minnhom li kkoopera fil-kampjun fejn dan l-esportatur kien forna l-prodott ikkonċernat u rċieva r-rikavat direttament mill-gvern. Mill-ġdid, il-GTĊ ma kienx f'pożizzjoni li jispjega s-sitwazzjoni u jipprovdi xi dettalji matul iż-żjara ta' verifika u sempliċiment ikkuntattja l-avukat tal-kumpanija, li allegatament spjega li s-sitwazzjoni kienet ġiet iċċarata mal-uffiċjali tal-Kummissjoni matul iż-żjara ta' verifika, li assolutament ma kienx il-każ. Dettalji addizzjonali dwar is-sitwazzjoni huma spjegati hawn isfel fil-premessi (276)-(278). Kif speċifikat ulterjorment fil-premessi (275)-(278) hawn isfel, l-investigazzjoni stabbilixxiet li huwa minnu li l-produtturi li kkooperaw fil-kampjun ibbenefikaw mill-għotjiet fil-programm Golden Sun inkluż b'mod speċifiku għall-provvista tal-prodott ikkonċernat. Il-pożizzjoni tal-GTĊ li dan il-programm ma huwiex ta' benefiċċju għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat kienet f'kontradizzjoni ċarissima mal-evidenza u l-fatti verifikati fl-investigazzjoni.

(269)

Minħabba dan in-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika bosta aspetti kruċjali tal-programm Golden Sun u l-benefiċċji attwali mogħtija lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat. Dan minbarra n-nuqqas tal-GTĊ milli jissottometti d-dokumenti rilevanti kollha mitluba, b'mod partikolari d-dokumenti baġitarji dwar l-approprjazzjonijiet ta' Golden Sun maħruġa mill-MOF għas-snin tal-implimentazzjoni tal-programm. Għaldaqstant, ċerti sejbiet tal-investigazzjoni huma bbażati fuq l-aħjar fatti disponibbli fir-rekords b'konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(c )   Bażi ġuridika

(270)

Il-bażi ġuridika ewlenija hija n-Notifika dwar l-Implimentazzjoni tal-Programm ta' Dimostrazzjoni Golden Sun tas-16 ta' Lulju 2009 u l-Programm ta' Dimostrazzjoni Golden Sun Miżuri Interim għall-Ġestjoni tal-Fond ta' Assistenza Finanzjarja mehmuż, Fajl CaiJian Nru 397 [2009] maħruġ mill-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tax-Xjenza, u l-Bord tal-Enerġija Nazzjonali; Ċirkulari dwar l-Implimentazzjoni b'suċċess għall-Assenjamenti għall-Programm ta' dimostrazzjoni Golden Sun, Fajl Nru 718 [2009]; Ċirkulari dwar it-Twettiq b'Suċċess tal-Programm ta' dimostrazzjoni Golden Sun 2010, Fajl Nru 622 [2010]; Ċirkulari dwar Struzzjonijiet fuq l-Indiċijiet tal-Baġit tas-Sussidju tal-Finanzjament għall-Ispejjeż ta' Kostruzzjoni għall-Programmi ta' Dimostrazzjoni Golden Sun 2010, Fajl Nru 965 [2010] tat-2 ta' Diċembru 2010 maħruġ mill-Ministeru tal-Finanzi; Ċirkulari fir-rigward tad-Distribuzzjoni tal-Mira Baġitarja għas-Sussidju Fiskali Xieraq għall-Programmi Golden Sun 2011, JCJ Fajl Nru 336 tal-1 ta' Settembru 2011 maħruġ mid-Dipartiment tal-Finanzi ta' Hebei; iċ-Ċirkulari fir-rigward tad-Distribuzzjoni tal-Mira Baġitarja għas-Sussidju Fiskali Approprjat għall-Programmi Golden Sun 2011, HCJ Fajl Nru 135 tat-8 ta' Novembru 2011 maħruġ minn Hengshui Municipal Finance Bureau

(d)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(271)

Il-programm Golden Sun ġie stabbilit fl-2009 biex jiġi promoss il-progress teknoloġiku u l-iżvilupp skalat tal-industrija distribwita tas-sistema PV solari. L-awtoritajiet responsabbli għall-programm f'livell ċentrali huma l-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tax-Xjenza u l-Bord tal-Enerġija Nazzjonali. In-Notifika dwar l-Implimentazzjoni tal-Programm Golden Sun jelenka numru ta' kriterji biex ikunu eliġibbli għal fondi skont dan il-programm, inklużi: a) li l-impriżi jkunu inklużi fil-pjan ta' implimentazzjoni tal-proġett ta' dimostrazzjoni Golden Sun; b) ikollhom kapaċità installata ta' mhux inqas minn 300 kWh; c) ikollhom perjodu ta' bini ta' mhux iktar minn sena u perjodu ta' operazzjoni ta' xejn inqas minn għoxrin sena; d) is-sidien tal-proġetti PV irid ikollhom assi totali ta' tal-inqas RMB 100 miljun u kapital ta' tal-inqas 30 % tal-ispejjeż ta' investiment; e) il-produtturi tas-sistema integrata u t-tagħmir ewlieni użati għall-proġetti ta' ġenerazzjoni PV għandhom jintgħażlu permezz ta' proċeduri ta' offerti. Il-proġetti eliġibbli jitsgħu jirċievu sa 50 fil-mija tal-ispejjeż totali tal-investiment mill-gvern, filwaqt li dan il-massimu jiżdied għal 70 fil-mija għal sidien ta' proġetti li jinsabu f'żoni remoti mingħajr grilja elettrika stabbilita.

(272)

Rigward il-proċedura, l-impriżi li lesti jirċievu finanzjament skont il-programm iridu jissottomettu l-applikazzjonijiet u d-dokumenti ta' sostenn tagħhom lill-awtorità rilevanti tal-gvern. Id-dipartimenti tal-finanzi, tat-teknoloġija u tal-enerġija fil-livell provinċjali responsabbli għall-organizzazzjoni tal-programm jissottomettu rapport sommarju konġunt lill-Ministeru tal-Finanzi, il-Ministeru tax-Xjenza u l-Bord tal-Enerġija Nazzjonali li huma responsabbli għall-analiżi tal-proġetti provinċjali, b'mod partikolari l-programmi tekniċi, il-kundizzjonijiet tal-bini, il-finanzjament u l-aspetti l-oħrajn kollha. Wara approvazzjoni finali mill-gvern, il-Ministeru tal-Finanzi jalloka l-fondi direttament lil sid il-proġett u ser iżomm id-dokumenti ta' approvazzjoni u żborż rilevanti.

(273)

Fil-prattika, l-operaturi ta' proġetti jissottomettu applikazzjonijiet għal finanzjament lill-gvern wara li jidħlu f'kuntratt mal-fornitur(i) tat-tagħmir PV eliġibbli (jiġifieri l-prodott ikkonċernat). Skont il-leġiżlazzjoni relevanti, dawk il-fornituri tat-tagħmir PV eliġibbli jintgħażlu permezz ta' proċeduri ta' offerti. Madankollu, il-GTĊ ma ċċarax kif jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu fl-għażla tal-operaturi ta' proġetti għall-pjanijiet lokali ta' implimentazzjoni tal-proġetti ta' dimostrazzjoni ta' Golden Sun, u kif dawn l-operaturi ta' proġetti mbagħad jagħżlu l-fornitur tat-tagħmir PV eliġibbli. Il-GTĊ u l-partijiet interessati ma wrewx li l-proċess tal-għażla huwa miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju, peress li naqsu milli jipprovdu d-dokumenti relevanti. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li nxtara xi tagħmir PV barrani. Parti sostanzjali tat-tagħmir PV eliġibbli ġiet ipprovduta minn produttur wieħed li kkoopera fil-kampjun. Fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, l-Istituzzjonijiet għalhekk jikkonkludu li l-Programm Golden Sun intuża bħala mezz biex joħloq domanda artifiċjali għall-prodotti ta' produtturi partikolari Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat.. Jekk il-gvern iqis il-proġett bħala eliġibbli, suppost jagħti l-fondi.

(274)

Il-programm Golden Sun jagħti sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta' trasferiment ta' fondi mill-GTĊ, fil-forma ta' għotjiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat.

(275)

B'mod partikolari, l-investigazzjoni stabbilixxiet li bosta produtturi li kkooperaw fil-kampjun irċevew għotjiet b'mod dirett mill-programm Golden Sun għall-installazzjonijiet ta' tagħmir għall-enerġija ġġenerata mix-xemx fil-bini tagħhom. Dawn l-għotjiet imħallsa lill-produtturi li kkooperaw fil-kampjun jikkontrobilanċjaw parti mill-ispejjeż li huma kienu jġarrbu u għaldaqstant huma direttament marbuta mal-prodott ikkonċernat.

(276)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li l-produtturi li kkooperaw fil-kampjun ibbenefikaw ukoll minn finanzjament skont dan il-programm għall-għanijiet ta' provvista tal-prodott ikkonċernat għal operaturi mhux relatati ta' proġetti. B'mod partikolari, matul il-verifika fuq il-post, instab li tal-inqas esportatur mill-esportaturi li kkooperaw fil-kampjun irċieva direttament mill-GTĊ pagament ta' ammont b'rata fissa sostanzjali għall-40 proġett kollha ffinanzjati mill-programm Golden Sun li għalih kien forna l-prodott ikkonċernat. Ammont bħal dan ma ġiex irrapportat mill-produttur esportatur li kkoopera fil-kampjun fit-tweġiba għall-kwestjonarji tiegħu. Iċ-Ċirkulari tal-2010 mill-Ministeru tal-Finanzi uriet li dan l-esportatur li kkoopera ntgħażel biex jipprovdi l-prodott ikkonċernat lil bosta operaturi ta' proġetti mhux relatati li jappartjenu kemm għas-settur privat kif ukoll pubbliku. Il-Kummissjoni ppruvat tikseb informazzjoni mill-GTĊ fir-rigward ta' dan il-pagament dirett lill-esportatur li kkoopera fil-kampjun, peress li l-Artikolu 13 tal-Miżuri Interim dwar il-programm Golden Sun fl-Avviż tal-2009 jitlob b'mod speċifiku li l-għotjiet jitħallsu direttament lill-operatur tal-proġett (jiġifieri mhux il-fornitur tat-tagħmir tal-PV) u l-GTĊ ikkonferma b'mod espliċitu dan l-element fil-verifika. Kif spjegat hawn fuq, il-GTĊ ma rnexxilux jipprovdi spjegazzjoni matul iż-żjara ta' verifika fir-rigward ta' għaliex esportatur fil-kampjun kien irċieva finanzjament dirett. Fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013, il-GTĊ jillimita l-kummenti tiegħu għal proġett wieħed minn 40 proġett biss, billi ddikjara sempliċiment li kien hemm arranġament finanzjarju bejn l-operatur tal-proġett u l-produttur esportatur li kkoopera fil-kampjun għaliex l-operatur ma kellux biżżejjed flus biex iħallas lill-produttur esportatur li koopera fil-kampjun u għalhekk qablu li s-sussidju jitħallas direttament lill-produttur esportatur li kkoopera fil-kampjun. Minħabba li din l-ispjegazzjoni mhux sostanzjata u ferm konċiża kienet tikkonċerna biss proġett wieħed biss li involva l-esportatur li kkoopera fil-kampjun mill-40 proġett elenkati fid-dokument tal-MOF hija kompletament insuffiċjenti sabiex il-Kummissjoni tiċċara s-sitwazzjoni.

(277)

Fl-ittra tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2013, l-esportatur li kkoopera fil-kampjun spjega li l-pagament dirett għall-40 proġett ikkonċernat ma ġiex irrapportat għaliex jikkonstitwixxi sussidju għall-“utent” għall-operatur tal-proġett u mhux għall-fornitur. Dan l-esportatur ikkonferma li kien irċieva l-pagament dirett ta' somma b'rata fissa marbut mal-provvisti fl-40 proġett elenkati fiċ-ċirkulari tal-MOF, filwaqt li żied li huwa possibbli li l-gvern jittrasferixxi fondi direttament lill-fornitur u li r-raġuni għal dan huwa li jiżgura li dawn l-għotjiet jintużaw biss għas-sistemi PV awtorizzati u sabiex jitħaffef il-kontroll. Madankollu, l-esportatur iffoka t-tweġiba tiegħu fuq proġett wieħed li għalih kienu nġabru dokumenti fuq il-post u warrab id-39 proġett l-ieħor li għalihom kien irċieva finanzjament minn Golden Sun direttament. Għad li l-esportatur wera li l-fondi għal dan il-proġett partikolari kienu ġew irreġistrati bħala kont riċevibbli u mhux bħala prepagament ta' għotja tal-gvern, ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza oħra dwar it-tlestija propja ta' dan jew ta' xi proġett ieħor, inkluż dwar il-provvista propja tal-prodott ikkonċernat li għalih ġew riċevuti fondi. L-ispjegazzjoni tiegħu lanqas ma xeħtet dawl fuq l-inkonsistenza tal-pagamenti diretti tal-gvern mar-regoli ta' implimentazzjoni relevanti msemmijin hawn fuq, li jistipulaw li normalment, ir-rikavat jiġi ttrasferit mill-GTĊ lill-operatur ta' proġett u mhux lill-fornitur tat-tagħmir.

(278)

Il-Kummissjoni tqis l-ispjegazzjoni tal-GTĊ dwar l-arranġament finanzjarju bejn l-esportatur li kkoopera fil-kampjun u l-operatur tal-proġett bħala waħda mhux konvinċenti, għaliex tidher stramba li żewġ partijiet privati jistgħu jiddeċiedu b'mod awtonomu li jidħlu f'arranġament li tinvolvi l-azzjoni ta' gvern (jiġifieri pagament dirett mill-gvern lill-fornitur b'deroga mill-Artikolu 13 tal-Avviż tal-2009) mingħajr ma kien involut ukoll il-gvern jew saħansitra jkun jaf b'dan. Il-GTĊ naqas milli jipprovdi evidenza iktar sostanzjali u kummenti dwar dan l-aspett ta' pagamenti diretti lil fornituri u ddeċieda li jillimita t-tweġiba tiegħu għal proġett wieħed bla isem mill-40 proġett imwettqa mill-esportaturi li kkooperaw fil-kampjun. L-ispjegazzjonijiet ipprovduti minn dan l-esportatur baqgħu siekta wkoll fuq dan il-kumment mill-GTĊ dwar is-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tal-operatur dwar proġett li l-GTĊ ma speċifikax. Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet mill-esportatur dwar il-possibbiltà ta' pagament dirett u l-ħsieb sottostanti ma jsibu ebda konferma minn sorsi oħrajn u mill-GTĊ.

(279)

Fid-dawl tal-kummenti limitati u kontradittorji ta' hawn fuq sottomessi mill-GTĊ u mill-esportatur li kkoopera fil-kampjun, l-uniku punt komuni u l-konklużjoni li tista' tinħareġ hija li l-pagament dirett tas-somma f'daqqa mill-GTĊ lill-esportatur li kkoopera fil-kampjun kien neċessarju sabiex jiġi żgurat li dan l-esportatur jirċievi r-rikavat għaliex ikun hemm riskju ta' nuqqas ta' pagament marbut mad-diffikultà finanzjarja tal-operatur ta' proġett. Il-fatt jibqa' li l-esportatur li kkoopera fil-kampjun ma rnexxilux jispjega kif uża l-pagament f'daqqa mill-gvern, kemm jekk it-tagħmir PV finalment ġiex ipprovdut lill-operaturi ta' proġetti kif ukoll xi prezz, jekk jeżisti, tħallas mill-operaturi ta' proġetti. Minħabba n-nuqqas ta' evidenza oħra disponibbli fil-fajl jew raġonevolment disponibbli b'xi mod ieħor għall-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku kkonkludiet li l-pagament ta' somma b'rata fissa lill-esportatur li kkoopera tikkostitwixxi għotja diretta skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku.

(280)

Il-Kummissjoni kompliet tikkonkludi li l-għotjiet ipprovduti lill-fornituri tal-prodott ikkonċernat, jew bħala operaturi ta' proġetti jew meta allegatament fornew it-tagħmir PV lil operaturi ta' proġetti mhux relatati, jagħtuhom benefiċċju skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Bħall-operaturi ta' proġetti, il-finanzjament mill-programm Golden Sun jippermetti lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat sabiex jiffrankar spejjeż tal-installazzjoni ta' tagħmir tal-enerġija ġġenerata mix-xemx fil-bini tagħhom. Bħall-fornituri ta' tagħmir PV lil operaturi ta' proġetti mhux relatati, il-finanzjament mill-programm Golden Sun jinżamm direttament mill-produtturi tal-prodott ikkonċernat mingħajr il-bżonn li effettivament jipprovdu t-tagħmir u/jew jipproteġihom mir-riskju ta' nuqqas ta' pagament ta' operaturi ta' proġetti mhux relatati. Fl-aħħar każ, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat jiksbu pagament li f'każ ieħor ma kinux jiksbu mill-operatur ta' proġett mhux relatat.

(281)

Din l-iskema ta' sussidju hija speċifika wkoll skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni stess, li skont din topera l-awtorità awtorizzanti, tillimita l-aċċess għall-iskema biss għal dawk l-operaturi ta' proġetti speċifiċi li jissodisfaw il-bosta kriterji elenkati fil-leġiżlazzjoni u b'mod usa' għall-operaturi tal-proġetti involuti fis-settur tal-enerġija solari biss. Barra minn hekk, peress li la sseħħ l-għażla tal-fornitur tat-tagħmir PV u lanqas l-għażla tal-operaturi ta' proġetti ma huma bbażati fuq proċess kompetittiv miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju u li jidderieġi pagamenti mill-GTĊ għall-fornituri ta' tagħmir PV, l-iskema hija speċifika wkoll għaliex huma biss ċerti fornituri ta' tagħmir PV li de facto jistgħu jibbenefikaw minnha. Dan il-programm ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' nonspeċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, peress li l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà u l-kriterji propji tal-għażla sabiex l-impriżi jkunu inklużi fil-pjanijiet lokali ta' implimentazzjoni tal-proġetti u sabiex jintgħażlu l-proġetti finali fuq il-bażi tal-aspetti tekniċi u finanzjarji differenti mhumiex oġġettivi u ma japplikawx b'mod awtomatiku. (e)

(e)   Konklużjoni

(282)

Il-programm Golden Sun huwa sussidju speċifiku fil-forma ta' għotja. L-investigazzjoni stabbilixxiet li wħud mill-esportaturi li kkooperaw fil-kampjun ibbenefikaw minn dan is-sussidju. (f)

(f)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(283)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Programm ta' dimostrazzjoni Golden Sun

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati

0,00 %

Yingli Green Energy Holding Company u kumpaniji relatati

0,24 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,09 %

JA Group

0,00 %

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

0,02 %

Jinko Solar Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,05 %

3.4.3.   Programmi ta' Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxa Diretta

3.4.3.1.   Il-programm tnejn b'xejn/tlieta nofs għall-impriżi investiti barranin (FIEs)

(a)   Introduzzjoni

(284)

L-ilment allega l-eżistenza ta' leġiżlazzjoni speċifika datata lura fl-1991 biex tħeġġeġ investiment barrani fiċ-Ċina permezz tal-Liġi dwar l-Impriżi b'Investiment Barrani u t-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Impriżi Barranin (“Liġi dwar it-Taxxa tal-FIEs”). Fost il-benefiċċji għall-hekk imsejħa Impriżi b'Investitment Barrani (“FIEs”) hemm programm ta' sussidju msemmi bħala 'Tnejn b'Xejn/Tlieta Nofs', li jipprovdi għal eżenzjoni kompluta mit-taxxa diretta għall-ewwel sentejn ta' profittabbiltà tal-FIEs u għal nofs ir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu applikabli għat-tliet snin ta' wara.

(285)

Il-programm tnejn b'xejn/tlieta nofs jeżisti wkoll f'varjant differenti għall-kumpaniji rikonoxxuti bħala Impirżi tat-Teknoloġija Ġdida u Avvanzata u li jinsabu f'ċerti żoni magħżula. Il-benefiċċji f'dan il-varjant tal-programm jistgħu japplikaw anki wara s-sena 2013. L-investigazzjoni sabet li wieħed mill-esportaturi li kkooperaw (Yingli Hainan) beda jgawdi benefiċċji minn dan il-programm mill-2011 b'eżenzjoni sħiħa mit-taxxa għas-snin 2011 u 2012 u tnaqqis ta' 50 % fir-rata tat-taxxa fit-tliet snin li jmiss.

(286)

Il-Kummissjoni ppruvat tivverifika dan il-programm matul iż-żjara ta' verifika mal-GTĊ. Madankollu, il-GTĊ naqas milli jipprovdi informazzjoni dwar dan il-varjant differenti tal- programm tnejn b'xejn/tlieta nofs. Fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013, il-GTĊ argumenta li dan il-programm ma kienx allegat fl-ilment u mhuwiex programm ta' sostituzzjoni tal-varjant tal-programm tnejn b'xejn tlieta nofs għall-FIEs allegat fl-ilment, li japplika bla limitazzjonijiet ġeografiċi. Il-Kummissjoni tieħu nota ta' dawn l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-GTĊ u tifhem li dan il-programm ta' taxxa huwa formalment programm separat mill-programm tnejn b'xejn tlieta nofs għall-FIEs. Madankollu, peress li l-benefiċċji tiegħu baqgħu wara l-allegata skadenza tal-iskema tal-FIE, il-mekkanika, l-għamla u l-effetti tal-benefiċċji tiegħu huma l-istess bħal dawk fil-programm għall-FIEs u li kien irrapportat minn wieħed mill-esportaturi li kkooperaw fil-kampjun, tqis li għandu rabta mill-qrib mal-programm tnejn b'xejn/tlieta nofs tal-FIEs, bħala kontinwazzjoni tal-istess programm, u li għandu jkun ikkumpensat. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku jippermetti li ssir investigazzjoni ta' kwalunkwe “sussidju allegat” identifikat mill-ilmentatur u ma tirreferi għal ebda “programm ta' sussidju allegat”. Peress li f'dan il-każ iż-żewġ programmi jinvolvu l-istess sussidju, jiġifieri dħul mit-taxxa korporattivi mitluf, il-Kummissjoni hija intitolata li tinvestigahom bħala sussidju wieħed. (b)

(b)   Bażi ġuridika

(287)

Il-bażi ġuridika ta' dan il-programm hija l-Artikolu 8 tal-Liġi dwar it-Taxxa tal-FIEs u l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina ta' Impriżi b'Investiment Barrani u Impriżi Barranin. Skont il-GTĊ, dan il-programm intemm bl-adozzjoni fis-16 ta' Marzu 2007 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Impriżi (“Liġi dwar l-EIT”) tal-2008 fil-Ħames Sessjoni tal-Għaxar Kungress Popolari Nazzjonali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, jiġifieri l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar l-EIT, b'eliminazzjoni gradwali tal-benefiċċji tiegħu sa tmiem is-sena 2012.

(288)

Il-bażi ġuridika tal-programm speċjali tnejn b'xejn tlieta nofs hija d-Digriet Nru 40 [2007] jiġifieri Notifika tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Implimentazzjoni tal-Politiki Preferenzjali Tranżitorji dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu għal Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata Stabbiliti f'Żona Ekonomika Speċjali u d-Distrett il-Ġdid Shanghai Pudong, fuq il-bażi tal-Artikolu 57 (3) tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Impriżi tar-RPĊ, flimkien mal-Miżuri Amministrattivi għad-determinazzjoni ta' Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida.

(c )   Sejbiet tal-investigazzjoni

(289)

Huma biss l-impriżi produttivi b'investiment barrani skedati sabiex joperaw għal perjodu ta' mhux inqas minn għaxar snin li huma eżentati mit-taxxa fuq l-introjtu. L-eżenzjoni tibda mis-sena li fiha l-impriża tibda tagħmel profitt għall-ewwel sentejn, segwita minn tnaqqis ta' ħamsin fil-mija tar-rati tat-taxxa applikabbli għat-tliet snin ta' wara.

(290)

Għall-iskema ta' varjanti speċjali, l-impriżi eliġibbli jrid ikollhom ukoll l-istatus rikonoxxut tal-impriżi tat-Teknoloġija Ġdida u Avvanzata biċ-ċertifikazzjoni amministrattiva speċifika, jiġifieri impriżi bi proprjetà intellettwali ċentrali u li jissodisfaw ukoll il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 93 tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Liġi tal-RPĊ dwar l-EIT.

(291)

Kwalunkwe kumpanija li beħsiebha tapplika għal din l-iskema trid tippreżenta l-Formola Annwali tar-Ritorn tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Korporazzjonijiet u l-Appendiċijiet u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji mal-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa. Dawn il-prattiki japplikaw ukoll għall-iskema speċjali ta' varjanti.

(292)

Il-GTĊ argumenta li dan il-programm kien qiegħed jiġi eliminat b'mod progressiv sa mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-EIT fl-2008 u l-benefiċċji tiegħu huma disponibbli sa tmiem l-2012. Il-GTĊ iddikjara wkoll li ma hemm ebda programm sostitut għall-FIEs u li issa, it-trattament tat-taxxa tal-FIEs huwa l-istess bħal kontribwenti korporattivi oħrajn. Il-Kummissjoni tosserva li dan il-programm tat-taxxa ta' benefiċċji matul il-PI peress li bosta produtturi PV ibbenefikaw minnu matul il-PI. Barra minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li l-benefiċċji għadhom disponibbli skont dan il-programm jew li hemm disponibbli programm sostitut ieħor jew li wieħed simili ser jitnieda fil-ġejjieni. Tabilħaqq, kif spjegat hawn fuq, l-investigazzjoni wriet li hemm ukoll varjanti oħrajn tal-programm “tnejn b'xejn/tlieta nofs” li għadhom jibbenefikaw lil manifatturi ta' pannelli solari. Għalhekk, instab li dan il-programm għadu kumpensabbli.

(293)

L-iskema speċjali ta' varjanti ntużat minn esportatur minnhom li kkoopera, jiġifieri Yingli Green Energy. (d)

(d)   Konklużjoni

(294)

Dan il-programm jikkostitwixxi sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta' dħul mitluf tal-gvern li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri.

(295)

Din l-iskema ta' sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni skont din topera l-awtorità awtorizzanti, tillimita l-aċċess għal din l-iskema għal ċerti impriżi li jikkwalifikaw bħala FIEs u li jikkonformaw mal-kriterji speċifiċi stipulati fil-leġiżlazzjoni rilevanti biss.

(296)

B'hekk, dan is-sussidju għandu jitqies kumpensabbli.

(297)

Għall-iskema varjanti, għandu jitqies sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta' dħul mitluf tal-gvern li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri.

(298)

Din l-iskema ta' sussidju hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni nfisha, li skont din topera l-awtorità awtorizzanti, illimitat l-aċċess għal din l-iskema għal ċerti impriżi u industriji kklassifikati bħala mħeġġa biss, bħall-industrija PV. L-iskema hija speċifika wkoll skont l-Artikolu 4(3) għaliex l-eliġibbiltà hija limitata għal ċerti reġjuni.

(299)

B'hekk, dan il-varjant għandu jitqies kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(300)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri li nstab li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li huwa l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis ta' dak li tħallas bir-rata ta' taxxa preferenzjali mnaqqsa. L-ammonti kkumpensati huma bbażati fuq il-figuri fir-ritorn tat-taxxa tal-kumpaniji għas-sena 2011. Peress li r-ritorn tat-taxxa awditjat għas-sena fiskali 2012 ma kienx disponibbli għand l-ebda wieħed mill-esportaturi li kkooperaw fil-kampjun, ittieħdu inkunsiderazzjoni l-figuri għas-sena sħiħa taxxabbli 2011.

(301)

B'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta' sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju mhuwiex kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet u ma ngħatax b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(302)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Il-programm tnejn b'xejn/tlieta nofs

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati

0,31 %

Yingli Green Energy Holding Company u kumpaniji relatati

0,35 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

JingAo Group u kumpaniji relatati

0,47 %

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

0,00 %

Jinko Solar Co. Ltd u kumpaniji relatati

1,03 %

3.4.3.2.   Tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu għal FIEs orjentati lejn l-esportazzjoni

(303)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.3.3.   Benefiċċju tat-taxxa fuq l-introjtu għal FIEs ibbażati f'post ġeografiku

(304)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.3.4.   Tnaqqis tat-taxxa għal FIEs li jixtru tagħmir magħmul iċ-Ċina

(305)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.3.5.   Kumpens għat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp mill-FIEs

(a)   Introduzzjoni

(306)

L-ilment allega li l-FIEs huma intitolati għal politiki tat-taxxa għall-attivitajiet ta' R&Ż tagħhom permezz ta' kumpens tat-taxxa ta' 150 fil-mija tal-ispejjeż tagħhom jekk dawn żdiedu b'10 fil-mija jew iktar meta mqabbla mas-sena ta' qabel.

(307)

Il-GTĊ iddikjara li din l-iskema spiċċat mad-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar l-EIT fl-2008 u li ma kien hemm għad-dispożizzjoni ebda perjodu ta' eliminazzjoni gradwali. Madankollu, bosta esportaturi li kkooperaw fil-kampjun irrapportaw li bbenefikaw minn programm simili skont il-liġi dwar l-EIT tal-2008, u dan juri li l-programm preferenzjali ta' kumpens għall-kost tar-R&Ż għall-FIEs ittiħidlu postu minn programm speċifiku fl-2008. Il-GTĊ ma pprovdiex iktar informazzjoni dwar il-kumpens tat-taxxa ta' 150 % fit-tweġiba għall-kwestjonarju tiegħu jew fit-tweġiba għall-ittra ta' defiċenza.

(b)   Bażi ġuridika

(308)

Din l-iskema hija pprovduta mill-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar l-EIT u mill-Artikolu 95 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-Impriżi tar-RPĊ (“Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-EIT”), u Miżuri Amministrattivi għad-Determinazzjoni ta' Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (Guo Ke Fa Huo [2008] Nru 172), u l-Artikolu 93 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni dwar l-EITs, flimkien mal-avviż tal-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernaw Il-Pagament tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Impriżi ta' Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (Guo Shui Han [2008] Nru 985).

(309)

L-Artikolu 95 jiddikjara li tnaqqis addizzjonali ta' 50 % tan-nefqiet tar-R&Ż imsemmija fil-Punt 1 tal-Artikolu 30 jingħata għat-tali nefqiet fuq prodotti tat-teknoloġija għolja u ġdida sabiex ikunu soġġetti għal ammortizzament ibbażat fuq 150 % tal-kost tal-assi intanġibbli.

(c )   Sejbiet tal-investigazzjoni

(310)

Kif indikat hawn fuq, il-GTĊ ma pprovda ebda informazzjoni rilevanti għal din l-iskema fit-tweġibiet għall-kwestjonarji u l-ittra ta' defiċenza. Din l-iskema diġà kienet ikkumpensata fl-investigazzjoni ta' Karta Fina Miksija  (79) u fl-investigazzjoni ta' Azzar Miksi b'Materjal Organiku  (80) . Tabilħaqq, id-dispożizzjonijiet ġuridiku rilevanti juru li din l-iskema tipprovdi benefiċċju limitat għal kumpaniji li huma rikonoxxuti b'mod formali bħala Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida. Dawn il-kumpaniji jridu jġarrbu wkoll spejjeż tar-R&Ż għall-fini ta' żvilupp ta' teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u snajja' ġodda. L-impriżi eliġibbli jistgħu jpaċu 50 % addizzjonali tal-ispejjeż ta' R&Ż tagħhom kontra l-obbligazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu tagħhom. Anki spejjeż minn assi intanġibbli tar-R&Ż jintitolaw lill-kumpaniji eliġibbli għal tnaqqis ta' 150 % fl-ispejjeż attwali mġarrba minn dawn il-kumpaniji.

(311)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-kumpaniji li jibbenefikaw minn din l-iskema jippreżentaw ir-Ritorn tat-Taxxa fuq l-Introjtu tagħhom u l-Annessi rilevanti. L-ammont propju tal-benefiċċju huwa inkluż kemm fir-ritorn tat-taxxa kif ukoll fl-Anness V. Huma biss kumpaniji li kisbu ċ-ċertifikat formali li jirrikonoxxihom bħala impriżi tat-Teknoloġijia Avvanzata u Ġdida li huma intitolati għal din l-iskema.

(d)   Konklużjoni

(312)

Din l-iskema tikkostitwixxi sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta' dħul mitluf mill-gvern li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri.

(313)

Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni nfisha tillimita l-applikazzjoni ta' din l-iskema għal ċerti impriżi biss li huma rikonoxxuti b'mod formali bħala impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida u li jġarrbu spejjeż tar-R&Ż biex jiżviluppaw teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u snajja' ġodda.

(314)

B'hekk, dan is-sussidju għandu jitqies kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(315)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li ntwera li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li huwa l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara li jitnaqqas xi tħallas bit-tnaqqis addizzjonali ta' 50 % tal-ispejjeż attwali fuq ir-R&Ż għall-proġetti approvati. L-ammonti kkumpensati huma bbażati fuq il-figuri fir-ritorn tat-taxxa tal-kumpaniji għas-sena 2011. Peress li r-ritorn tat-taxxa awditjat għas-sena fiskali 2012 ma kienx disponibbli għand l-ebda wieħed mill-esportaturi li kkooperaw fil-kampjun, ittieħdu inkunsiderazzjoni l-figuri għas-sena sħiħa taxxabbli 2011.

(316)

B'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont tas-sussidju (numeratur) ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju mhuwiex kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet u ma kienx iggarantit b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(317)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Kumpens tat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati

0,10 %

Yingli Green Energy Holding Company u kumpaniji relatati

0,49 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

JingAo Group u kumpaniji relatati

0,02 %

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

0,29 %

Jinko Solar Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,33 %

3.4.3.6.   Rifużjonijiet tat-taxxa għal investiment mill-ġdid tal-profitti tal-FIEs f'impriżi orjentati lejn l-esportazzjoni

(318)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.3.7.   Programmi tat-taxxa preferenzjali għal FIEs rikonoxxuti bħala impriżi tat-teknoloġija avvanzata jew ġdida

(319)

L-investigazzjoni kkonfermat li ma kien riċevut ebda benefiċċju skont il-programm mill-kumpaniji fil-kampjun matul il-PI peress li l-kumpaniji bbenefikaw mill-programm il-ġdid li ħa post dan it-trattament preferenzjali. Id-dettalji huma diskussi fil-punt 3.4.4.8. ta' hawn taħt.

3.4.3.8.   Tnaqqis tat-taxxa għal impriżi tat-teknoloġija avvanzata u ġdida involuti fi proġetti magħżula

(a)   Introduzzjoni

(320)

Dan il-programm jippermetti lil impriża rikonoxxuta bħala Impriża tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida biex tibbenefika minn rata tat-taxxa fuq l-introjtu imnaqqsa ta' 15 % meta mqabbla mar-rata ordinarja ta' 25 %. Dan il-programm instab li huwa kumpensabbli mill-UE fl-investigazzjoni ta' Karta Fina Miksija u fl-investigazzjoni ta' Azzar Miksi b'Materjal Organiku; instab ukoll li huwa kumpensabbli mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti.

(b)   Bażi ġuridika

(321)

Il-bażi ġuridika ta' dan il-programm hija l-Artikolu 28(2) tal-Liġi dwar l-EIT flimkien mal-Miżuri Amministrattivi għad-Determinazzjoni ta' Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (Guo Ke Fa Huo [2008] Nru 172), u l-Artikolu 93 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni dwar l-EITs, flimkien man-Notifika tal-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-Pagament tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Impriżi ta' Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (Guo Shui Han [2008] Nru 985).

(c )   Sejbiet tal-investigazzjoni

(322)

Din l-iskema tapplika għal Impriżi rikonoxxuti tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida li jeħtieġu appoġġ importanti mill-Istat. Dawn l-impriżi jkollhom drittijiet tal-proprjetà intellettwali ċentrali indipendenti u jridu jissodisfaw għadd ta' rekwiżiti: (i) il-produtturi tagħhom huma inklużi fl-ambitu tal-prodott fl-Oqsma tat-Teknoloġija Avvanzata b'Appoġġ Importanti tal-Istat; (ii) l-ispejjeż totali għar-R&Ż jammontaw għal ċertu sehem mid-dħul totali mill-bejgħ; (iii) l-introjtu minn prodotti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida jammonta għal ċertu sehem mid-dħul totali mill-bejgħ; (iv) il-persunal attiv fir-R&Ż jammonta għal ċertu sehem mill-persunal totali; (v) ir-rekwiżiti l-oħrajn stabbiliti mill-Miżuri Amministrattivi tal-2008 għall-Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdda huma ssodisfati.

(323)

Il-kumpaniji li jibbenefikaw minn din l-iskema jridu jippreżentaw ir-Ritorn tat-Taxxa fuq l-Introjtu tagħhom u l-Annessi rilevanti. L-ammont propju tal-benefiċċju huwa inkluż kemm fir-ritorn tat-taxxa kif ukoll fl-Anness V.

(d)   Konklużjoni

(324)

B'hekk, l-iskema għandha titqies li hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku għaliex hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-gvern li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. Il-benefiċċju għar-riċevitur huwa daqs l-iffrankar tat-taxxa miksub minn dan il-programm skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(325)

Dan is-sussidju huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li huwa limitat għall-impriżi li jirċievu ċ-ċertifikazzjoni ta' Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida u jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-miżuri amministrattivi tal-2008. Barra minn hekk, ma hemm ebda kriterji oġġettivi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni jew l-awtorità awtorizzanti dwar l-eliġibbiltà tal-iskema u din mhijiex awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(326)

B'hekk, dan is-sussidju għandu jitqies kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(327)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li ntwera li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li huwa l-ammont tat-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa, wara t-tnaqqis ta' dak li tħallas bir-rata ta' taxxa preferenzjali mnaqqsa. L-ammonti kkumpensati huma bbażati fuq il-figuri fir-ritorn tat-taxxa tal-kumpaniji għas-sena 2011. Peress li r-ritorn tat-taxxa awditjat għas-sena fiskali 2012 ma kienx disponibbli għand l-ebda wieħed mill-esportaturi li kkooperaw fil-kampjun, ittieħdu inkunsiderazzjoni l-figuri għas-sena sħiħa taxxabbli 2011.

(328)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Tnaqqis tat-taxxa għal impriżi tat-teknoloġija avvanzata u ġdida involuti fi proġetti magħżula

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati

0,31 %

Yingli Green Energy Holding Company u kumpaniji relatati

0,42 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,35 %

JingAo Group u kumpaniji relatati

0,13 %

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,86 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

0,00 %

Jinko Solar Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

3.4.3.9.   Politika preferenzjali tat-taxxa fuq l-introjtu għal impriżi fir-reġjun tal-Grigal

(329)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.3.10.   Programmi tat-taxxa tal-provinċja ta' Guangdong

(330)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.4.   Programmi ta' Taxxa Indiretta u ta' Tariffi tal-Importazzjoni

3.4.4.1.   Eżenzjonijiet mill-VAT u roħsijiet tat-tariffa ta' importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat

(a)   Introduzzjoni

(331)

Dan il-programm jipprovdi eżenzjoni mill-VAT u t-tariffi ta' importazzjoni favur l-FIEs jew impriżi domestiċi għal importazzjonijiet ta' tagħmir kapitali użat fil-produzzjoni tagħhom. Biex jibbenefikaw mill-eżenzjoni, it-tagħmir ma jistax ikun jaqa' taħt lista ta' tagħmir mhux eliġibbli u l-impriża li tagħmel it-talba trid tikseb Ċertifikat ta' proġett Imħeġġeġ mill-Istat maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi jew l-NDRC skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-investimenti, it-taxxa u d-dwana. Dan il-programm kien ikkumpensat fil-proċedimenti antisussidji ta' Karta Fina Miksija u Azzar Miksi b'Materjal Organiku.

(b)   Bażi ġuridika

(332)

Il-bażijiet ġuridiċi ta' dan il-programm huma ċ-Ċirkulari tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament tal-Politiki tat-Taxxa fuq it-Tagħmir Importat, Guo Fa Nru 37/1997, in-Notifika tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u l-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa dwar l-Aġġustament ta' Ċerti Politiki Preferenzjali dwar id-Dazju fuq l-Importazzjonijiet, it-Tħabbira tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u l-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa [2008] Nru 43, in-Notifika tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet rilevanti li jikkonċernaw il-Ġestjoni tal-ittra ta' Konferma dwar Proġetti ffinanzjati b'mod domestiku jew minn barranin imħeġġa għall-iżvilupp mill-Istat, Nru 316 2006 tat-22 ta' Frar 2006 u l-Katalogu ta' Oġġetti ta' importazzjoni li ma jistgħux ikunu eżentati mid-dazju għal FIEs jew impriżi domestiċi, 2008.

(c )   Sejbiet tal-investigazzjoni

(333)

Dan il-programm jitqies li jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-GTĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku peress li l-FIEs u impriżi domestiċi eliġibbli oħrajn jiġu eżentati milli jħallsu l-VAT u/jew tariffi li normalment ikunu dovuti. Għaldaqstant, il-kumpaniji riċevituri jibbenefikaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-programm huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni li skont din topera l-awtorità awtorizzanti tillimita l-aċċess tiegħu għal impriżi li jinvestu f'kategoriji kummerċjali speċifiċi definiti b'mod eżawrjenti mil-liġi u li jappartjenu jew għall-kategorija mħeġġa jew għall-kategorija ristretta B fil-Katalogu għall-gwida tal-industriji għal investiment barrani u trasferiment ta' teknoloġija jew dawk li huma konformi mal-Katalogu ta' industriji, prodotti u teknoloġiji importanti li l-iżvilupp tagħhom huwa mħeġġeġ mill-Istat. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda kriterju oġġettiv li jillimita l-eliġibbiltà għal dan il-programm u l-ebda evidenza konklużiva li tikkonkludi li l-eliġibbiltà hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(d )   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(334)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li ntwera li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li huwa l-ammont ta' VAT u dazji eżentat fuq tagħmir importat. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont kumpensabbli kopra biss il-perjodu tal-PI, il-benefiċċju riċevut ġie ammortizzat fuq il-ħajja tat-tagħmir skont il-proċeduri kontabilistiċi normali tal-kumpanija.

(335)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Eżenzjonijiet mill-VAT u roħsijiet tat-tariffa ta' importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati

0,24 %

Yingli Green Energy Holding Company u kumpaniji relatati

0,44 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,38 %

JingAo Group u kumpaniji relatati

0,35 %

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,78 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,07 %

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

0,63 %

Jinko Solar Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

3.4.4.2.   Roħsijiet tal-VAT fuq xirjiet mill-FIEs ta' tagħmir magħmul iċ-Ċina

(a)   Introduzzjoni

(336)

Dan il-programm jipprovdi għal eżenzjoni mill-VAT għax-xiri ta' tagħmir prodott b'mod domestiku mill-FIEs. Biex jibbenefika mill-eżenzjoni, it-tagħmir ma jistax ikun jaqa' taħt lista ta' tagħmir mhux eliġibbli u l-valur tat-tagħmir ma jistax jaqbeż ċertu livell limitu. Dan il-programm kien fil-proċedimenti antisussidji ta' Karta Fina Miksija u Azzar Miksi b'Materjal Organiku.

(b)   Bażi ġuridika

(337)

Il-bażijiet ġuridiċi huma l-Miżuri provviżorji għall-Amministrazzjoni tar-Rifużjonijiet tat-Taxxa għax-Xiri ta' Tagħmir manifatturat b'mod Domestiku mill-FIEs, il-Miżuri Prova għall-Amministrazzjoni tar-Rifużjoni tat-Taxxa mix-Xiri ta' Tagħmir magħmul iċ-Ċina għal Proġetti ta' Investiment Barrani u n-Notifika tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa dwar il-Kanċellazzjoni tal-Politika ta' Rifużjoni għat-Tagħmir Domestiku Mixtri minn Impriżi b'Investiment Barrani.

(c )   Sejbiet tal-investigazzjoni

(338)

Fit-tweġiba tiegħu għal-kwestjonarju antisussidji, il-GTĊ iddikjara li dan il-program waqaf mill-1 ta' Jannar 2009 u rrefera għaċ-Ċirkulari tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa dwar il-Waqfien tal-Politika ta' Rifużjoni fuq ix-Xiri ta' Tagħmir Manifatturat b'mod Domestiku minn Impriżi b'Investiment Barrani (CAISHUI{2008} Nru 176). Madankollu l-investigazzjoni wriet li bosta produtturi esportaturi fil-kampjun ibbenefikaw minn din l-iskema matul il-perjodu tal-investigazzjoni. L-esportaturi fil-kampjun ikkonċernati ssottomettew informazzjoni dettaljata dwar l-iskema, inkluż l-ammont ta' benefiċċju riċevut. Wara li dan ittieħed inkunsiderazzjoni ġie konkluż li l-GTĊ ma pprovdiex informazzjoni preċiża dwar dan il-programm u kif turi s-sitwazzjoni ta' ċerti produtturi esportaturi, dan il-programm għadu għaddej.

(339)

Peress li l-ebda informazzjoni mitluba ma ġiet ipprovduta mill-GTĊ, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni sottomessa mill-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(340)

Dan il-programm jitqies li jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-GTĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku peress li FIEs huma eżentati mill-ħlas tal-VAT li kien ikun dovut li kieku ma kinux eżentati. Għaldaqstant, il-kumpaniji riċevituri jibbenefikaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-programm huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni li skont din topera l-awtorità awtorizzanti tillimita l-aċċess tiegħu għal impriżi b'investiment barrani li jixtru tagħmir manifatturat b'mod domestiku u li jaqgħu taħt il-kategorija mħeġġa u l-Kategorija ristretta B tal-Katalogu ta' Industriji ffinanzjati minn Barranin u tagħmir mixtri fis-suq domestiku elenkat fil-Katalogu ta' industriji, prodotti u teknoloġiji importanti li l-iżvilupp tagħhom huwa mħeġġeġ mill-Istat. Barra minn hekk, il-Miżuri Prova għall-Amministrazzjoni tar-Rifużjoni tat-Taxxa mix-Xiri ta' Tagħmir Magħmul iċ-Ċina għal Proġetti b'Investiment Barrani u n-Notifika tal-Ministeru tal-Finanzi jillimitaw il-benefiċċju għall-FIEs li jappartjenu għall-kategorija mħeġġa fil-Katalogu Gwida tal-industriji b'investiment barrani jew il-Katalogu ta' industriji b'investiment barrani vantaġġużi fir-reġjuni Ċentrali u tal-Punent taċ-Ċina. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda kriterju oġġettiv li jillimita l-eliġibbiltà għal dan il-programm u l-ebda evidenza konklużiva li tikkonkludi li l-eliġibbiltà hija awtomatika skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku. Il-programm huwa speċifiku wkoll skont l-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament bażiku għaliex huwa kontinġenti fuq l-użu ta' prodotti domestiċi fuq dawk importati.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(341)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li ntwera li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li huwa l-ammont ta' VAT eżentat fuq it-tagħmir domestiku. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont kumpensabbli kopra biss il-perjodu tal-PI, il-benefiċċju riċevut ġie ammortizzat fuq il-ħajja tat-tagħmir skont il-prattika industrijali normali.

(342)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Roħsijiet tal-VAT fuq xirjiet mill-FIEs ta' tagħmir magħmul iċ-Ċina

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati

0,00 %

Yingli Green Energy Holding Company u kumpaniji relatati

0,00 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

JingAo Group u kumpaniji relatati

0,07 %

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,03 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

0,15 %

Jinko Solar Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,05 %

3.4.4.3.   Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati Eżenzjonijiet mill-VAT u t-tariffi għal xirjiet ta' assi fissi skont il-programm tal-fondi ta' żvilupp tal-kummerċ barrani

(343)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.5.   Il-forniment ta' prodotti u servizzi għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

3.4.5.1.   Forniment mill-gvern ta' polisiliċju għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

(344)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.5.2.   Forniment mill-gvern ta' estrużjonijiet tal-aluminju għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

(345)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.5.3.   Forniment mill-gvern ta' ħġieġ għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

(346)

L-investigazzjoni kkonfermat li matul il-PI il-kumpaniji fil-kampjun ma rċevew l-ebda benefiċċju mill-programm.

3.4.5.4.   Forniment mill-gvern ta' enerġija

(a)   Introduzzjoni

(347)

L-ilmentatur allega li wħud mill-produtturi Ċiniżi tal-polisiliċju bbenefikaw mill-elettriku rħis ipprovdut b'remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(348)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li ħafna mill-produtturi esportaturi fil-kampjun kellhom produttur tal-polisiliċju relatat fi ħdan il-grupp tal-kumpaniji tagħhom. Instab li wieħed mill-gruppi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun, jiġifieri LDK Solar, irċieva b'mod regolari sussidji sinifikanti fit-tariffi tal-elettriku mill-Uffiċċju Finanzjarju taż-Żona Ekonomika ta' Xin Yu. Għad li f'dan il-każ il-kumpanija ma bbenefikatx direttament mir-rata inqas tal-elettriku minn dik disponibbli fis-suq, ir-rifużjonijiet sinifikanti pprovduti mill-Uffiċċju Finanzjarju taż-Żona Ekonomika ta' Xin Yu eventwalment irriżultaw f'sitwazzjoni fejn il-kumpanija rċeviet benefiċċji mill-forniment ta' elettriku rħis u b'hekk huma funzjonalment ekwivalenti għal forniment mill-gvern bi prezzijiet inqas minn tas-suq. Xorta waħda, anki jekk ir-rifużjoni titqies bħala għotja, il-miżura hija marbuta mill-qrib mal-allegazzjoni tal-ilmentatur u taqa' taħt l-ambitu tal-investigazzjoni. Il-kumpanija kkonċernata f'LDK Group irċeviet kważi rifużjoni totali tat-tariffi tal-elettriku tagħha dovuti fil-PI.

(349)

Il-grupp LDK Solar irċieva, permezz tal-produttur tal-polisiliċju relatat miegħu, kontribuzzjoni finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) tar-Regolament bażiku peress li l-gvern lokali pprovda s-sussidji tat-tariffa tal-elettriku, jew fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i). Dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja tal-gvern fil-forma ta' forniment ta' prodotti oħrajn minbarra l-infrastruttura ġenerali skont it-tifsira tar-Regolament bażiku. Inkella, huwa trasferiment dirett ta' fondi.

(350)

LDK Solar irċeviet benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku sal-punt li l-gvern ipprovda elettriku għal remunerazzjoni inqas minn adegwata. Ġie stabbilit li dan l-esportatur, minħabba s-sussidji fit-tariffa tal-elettriku, kien effettivament soġġett għal rata inqas mir-rata ġeneralment disponibbli. It-trasferiment dirett ta' fondi jagħti benefiċċju għaliex huwa għotja mhux ripagabbli li mhijiex disponibbli fis-suq.

(351)

Is-sussidju fil-forma ta' forniment tal-elettriku rħis permezz ta' rifużjoni lil produttur minnhom fil-kampjun huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li s-sussidji tat-tariffi tal-elettriku tħallsu biss lil LDK. Is-sussidju huwa reġjonalment speċifiku wkoll għal ċerti impriżi fi ħdan iż-Żona Ekonomika ta' Xin YU. In-nuqqas ta' kooperazzjoni ta' LDK u l-GTĊ fir-rapportar ta' dan is-sussidju wassal għas-sejbiet ta' hawn fuq li saru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(c )   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(352)

L-ammont tas-sussidju kien daqs l-ammont tar-rifużjoni li jkopri l-perjodu tal-PI.

(353)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Elettriku għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati

0,00 %

Yingli Green Energy Holding Company u kumpaniji relatati

0,00 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

JingAo Group u kumpaniji relatati

0,00 %

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd u kumpaniji relatati

2,45 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

0,00 %

Jinko Solar Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,00 %

3.4.5.5.   Il-forniment ta' drittijiet ta' użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

(a)   Introduzzjoni

(354)

L-ilmentatur allega li l-produtturi Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat jirċievu drittijiet ta' użu tal-art mill-GTĊ għal remunerazzjoni inqas minn adegwata peress li l-gvernijiet nazzjonali jew lokali ma jipprovdux id-drittijiet b'konsistenza mal-prinċipji tas-suq.

(355)

Il-GTĊ iddikjara li hemm suq tal-artijiet kompetittiv standardizzat u ordinat li fih id-drittijiet ta' użu tal-art iridu jkunu nnegozjati b'mod pubbliku skont il-liġi fis-suq tal-artijiet. Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-art industrijali u kummerċjali għandha tinkiseb permezz ta' kumpens għall-użu fis-suq miftuħ permezz ta' offerti, irkant u kompetizzjoni u “irrispettivament min-numru ta' offerti jew il-prezz inizjali, il-prezz imħallas fl-aħħar jirrappreżenta l-prezz tas-suq li huwa ddeterminat minn provvista u domanda tas-suq ħieles”. Il-GTĊ iddikjara wkoll li t-trasferiment tad-drittijiet ta' użu tal-art ma għandux jinkludi restrizzjonijiet fit-tħabbira tat-trasferiment permezz ta' offerti, irkant u kwotazzjoni li jaffettwaw dik il-kompetizzjoni ġusta

(356)

Il-GTĊ ma pprovda l-ebda dejta fir-rigward tal-prezzijiet kurrenti tad-drittijiet ta' użu tal-art u l-prezzijiet inizjali tal-art imsawra mill-gvern. L-informazzjoni pprovduta mill-GTĊ fir-rigward tat-tranżazzjonijiet tad-drittijiet ta' użu tal-art kif mitlub fil-kwestjonarju kienet inkompluta. Meta kkoreġa t-tweġiba inizjali tiegħu għall-kwestjonarju matul iż-żjara ta' verifika, ikkonferma wkoll li wħud mit-tranżazzjonijiet irrapportati kienu soġġetti għal proċedura tal-offerti. Madankollu, ma ġew ipprovduti l-ebda dettalji dwar in-numru ta' offerti u d-differenza bejn il-prezz inizjali u finali, kif mitluba fil-kwestjonarju.

(357)

Matul il-verifika, il-Kummissjoni talbet għal evidenza mill-GTĊ biex issostni d-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar it-trasferimenti tad-drittijiet ta' użu tal-art fiċ-Ċina huma assenjati permezz ta' offerti, kwotazzjoni jew irkant. Ta' min jinnota li skont l-Artikolu 11 tad-Dispożizzjonijiet dwar l-Assenjament tad-Dritt ta' Użu tal-Art ta' Kostruzzjoni tal-Istat permezz ta' Stedina għal Offerta, Irkant u Kwotazzjoni, l-awtorità responsabbli tal-Istat toħroġ avviż pubbliku kull meta jseħħ il-proċess ta' offerta/irkant/kwotazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni talbet in-notifiki pubbliċi kollha għat-tranżazzjonijiet li kienu soġġetti għal dawn il-proċeduri sabiex tiġbor u tivverifika informazzjoni mitluba fil-kwestjonarju. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda wieħed minn dawn in-notifiki peress li ddikjara li “ma għadhomx jeżistu”. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika l-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tad-drittijiet ta' użu tal-art ta' produtturi esportaturi fil-kampjun.

(358)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-GTĊ bil-kunsiderazzjoni tagħha li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 fir-rigward ta' din l-iskema ta' sussidju u peress li l-GTĊ, fit-tweġiba tiegħu għall-ittra tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2013 ma pprovdiex spjegazzjoni sodisfaċenti jew xi evidenza ġdida dwar din il-kwistjoni, il-Kummissjoni kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq l-aħjar fatti disponibbli, jiġifieri f'dan il-każ fuq l-informazzjoni sottomessa mill-produtturi esportaturi fil-kampjun u informazzjoni oħra pubblikament disponibbli.

(359)

Il-Kummissjoni talbet ukoll mill-GTĊ, bis-suppożizzjoni li ma hemm ebda prezz tas-suq għall-art fir-RPĊ, il-fehmiet tiegħu fuq punti ta' riferiment possibbli. Għad li din kienet biss suppożizzjoni u b'ebda mod sejba jew konklużjoni fiż-żmien meta l-kwestjonarju ntbagħat lill-GTĊ, il-GTĊ ta l-fehma tiegħu li din is-suppożizzjoni hija falza u ma pprovda l-ebda informazzjoni konkreta fuq punti ta' riferiment possibbli. Il-GTĊ issottometta biss li “jekk għandu jintuża xi punt ta' riferiment, dan għandu jkun il-prezzijiet li l-industriji Ċiniżi li mhumiex favoriti jkollhom iħallsu għal art simili”. Peress li l-GTĊ ma ddivulgax liema industriji mhumiex “favoriti” u lanqas ma pprovda xi informazzjoni dwar il-prezzijiet li dawn l-industriji qegħdin iħallsu għall-art industrijali fiċ-Ċina, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta jekk jikkostitwixxux punt ta' riferiment xieraq. F'dan ir-rigward ta' min jinnota li fl-investigazzjonijiet preċedenti tagħha Karta Fina Miksija u Azzar Miksi b'Materjal Organiku, il-Kummissjoni sabet li lanqas il-forniment tad-drittijiet ta' użu tal-art lil dawn l-industriji ma jirrispetta l-prinċipji tas-suq.

(b)   Bażi ġuridika

(360)

Il-forniment tad-dritt ta' użu tal-art fiċ-Ċina jaqa' taħt il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(c )   Sejbiet tal-investigazzjoni

(361)

Skont l-Artikolu 2 tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet, l-art hija kollha proprjetà tal-Istat peress li, skont il-kostituzzjoni Ċiniża u d-dispożizzjonijiet ġuridiċi rilevanti, l-art tappartjeni b'mod kollettiv għall-Poplu taċ-Ċina. L-ebda art ma tista' tinbiegħ iżda d-drittijiet ta' użu tal-art jistgħu jkunu assenjati skont il-liġi. L-awtoritajiet tal-Istat jistgħu jassenjaw it-tali drittijiet permezz ta' offerti pubbliċi, kwotazzjoni jew irkant.

(362)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw irrapportaw informazzjoni dwar l-art li għandhom kif ukoll ħafna mill-kuntratti/ċertifikati rilevanti tad-drittijiet ta' użu tal-art, iżda ġiet ipprovduta biss informazzjoni ferm limitata mill-GTĊ dwar il-prezzijiet tad-drittijiet ta' użu tal-art.

(363)

Kif intqal hawn fuq il-GTĊ iddikjara li d-drittijiet ta' użu tal-art fiċ-Ċina huma assenjati permezz ta' offerti, irkant u kompetizzjoni. Dan huwa stipulat ukoll fl-Artikolu 137 tal-Liġi tad-Dritt Reali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(364)

Madankollu, instab li din is-sistema kif deskritta mill-GTĊ mhux dejjem taħdem bl-istess mod fil-prattika. Matul il-verifika ta' produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni kisbet ċerti notifiki maħruġa minn awtoritajiet rilevanti dwar tad-drittijiet ta' użu tal-art disponibbli għal trasferiment. Filwaqt li notifika minnhom tillimita b'mod speċifiku lix-xerrejja potenzjali tad-drittijiet ta' użu tal-art għall-industrija fotovoltajka (81), hemm ieħor li jistabbilixxi l-limiti għall-prezz inizjalment stipulat mill-awtoritajiet u ma jħallix lis-suq jiddetermina l-prezz. (82) L-irkanti nfushom ma tqisux li jipprovdu kompetizzjoni vera għaliex f'ħafna mill-eżempji li dehru matul il-verifiki fuq il-post tal-produtturi esportaturi, kumpanija waħda biss għamlet offerta (il-produttur PV fil-kampjun biss) u għalhekk, l-offerta tal-ftuħ tiegħu (il-valur stabbilit mill-Uffiċċju lokali tal-Artijiet) kien il-prezz finali għal kull metru kwadru.

(365)

L-evidenza ta' hawn fuq tikkontradixxi d-dikjarazzjonijiet tal-GTĊ li l-prezzijiet imħallsa għad-drittijiet ta' użu tal-art fir-RPĊ jirrappreżentaw il-prezz tas-suq li huwa ddeterminat minn provvista u domanda tas-suq ħieles u li t-trasferiment tad-drittijiet ta' użu tal-art ma għandux jinkludi restrizzjonijiet fit-tħabbira tat-trasferiment permezz ta' offerti, irkant u kwotazzjoni li jaffettwaw il-kompetizzjoni ġusta. Instab ukoll li xi produtturi esportaturi fil-kampjun irċevew rifużjonijiet minn awtoritajiet lokali biex jikkumpensaw għall-prezzijiet (diġà baxxi) li ħallsu għad-drittijiet ta' użu tal-art.

(366)

Minbarra l-prezzijiet baxxi, uħud mill-produtturi esportaturi fil-kampjun irċivew fondi oħrajn relatati max-xiri ta' drittijiet ta' użu tal-art li effettivament naqqsu saħansitra iktar il-prezz propju mħallas għad-drittijiet ta' użu tal-art.

(367)

Is-sejbiet tal-proċediment jikkonfermaw li s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-forniment u x-xiri tal-art fir-RPĊ mhijiex ċara u trasparenti u spiss il-prezzijiet jiġu stabbiliti b'mod arbitrarju mill-awtoritajiet. L-awtoritajiet jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-Sistema ta' Evalwazzjoni tal-Artijiet Urbani li tobbligahom sabiex fost kriterji oħrajn iqisu wkoll il-politika industrijali meta jfasslu l-prezz tal-art industrijali (83).

(368)

Barra minn hekk, l-informazzjoni indipendenti pubblikament disponibbli tissuġġerixxi li l-art fir-RPĊ hija pprovduta b'rati inqas minn dawk normali tas-suq. (84)

(d)   Konklużjoni

(369)

B'hekk, il-forniment ta' drittijiet ta' użu tal-art mill-GTĊ għandu jitqies li huwa sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta' forniment ta' prodotti li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. Kif spjegat fil-premessi minn (364) sa (367) hawn fuq, ma hemm l-ebda suq funzjonanti għall-artijiet fir-RPĊ u l-użu ta' punt ta' riferiment estern (ara l-premessa (372) hawn isfel) juri li l-ammont imħallas għad-drittijiet ta' użu tal-art mill-esportaturi fil-kampjun huwa ferm inqas mir-rata normali tas-suq. Barra minn hekk, ir-rifużjonijiet mill-awtoritajiet lokali huma trasferimenti diretti ta' fondi li jagħtu benefiċċju għaliex huma għotjiet mhux ripagabbli mhux disponibbli fis-suq. Is-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4 2(a) u 4 2(c) tar-Regolament bażiku għaliex l-aċċess preferenzjali għall-art industrijali huwa limitat biss għal kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, f'dan il-każ l-industrija fotovoltajka, ċerti tranżazzjonijiet biss kienu soġġetti għal proċess ta' offerti, spiss il-prezzijiet jitfasslu mill-awtoritajiet u l-prattiki tal-gvern f'dan il-qasam mhumiex ċari u mhumiex trasparenti. Is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-art fir-RPĊ hija diskussa wkoll fid-Dokument ta' Ħidma tal-FMI li jikkonferma li l-forniment ta' drittijiet ta' użu tal-art lill-industriji Ċiniżi ma jirrispettax il-kundizzjonijiet tas-suq (85).

(370)

Konsegwentement, dan is-sussidju jitqies kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(371)

Kif kien konkluż li s-sitwazzjoni fir-RPĊ fir-rigward tad-drittijiet ta' użu tal-art mhijiex immexxija mis-suq, jidher li ma hemm ebda punt ta' riferiment privat disponibbli affattu fir-RPĊ. Għalhekk, aġġustament tal-ispejjeż jew il-prezzijiet fir-RPĊ mhuwiex prattikabbli. F'dawn iċ-ċirkustanzi, jitqies li ma hemm ebda suq fir-RPĊ u, b'konformità mal-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, l-użu ta' punt ta' riferiment estern għall-kejl tal-ammont ta' benefiċċju huwa ġġustifikat. Peress li l-GTĊ ma kkooperax jew naqas milli jissottometti xi proposta għal punt ta' riferiment estern, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għal fatti disponibbli sabiex tistabbilixxi punt ta' riferiment estern xieraq. F'dan ir-rigward jitqies xieraq li tintuża informazzjoni mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan bħala punt ta' riferiment xieraq. Din l-informazzjoni ntużat ukoll f'investigazzjonijiet preċedenti ta' Karta Fina Miksija u Azzar Miksi b'Materjal Organiku.

(372)

Il-Kummissjoni tqis li l-prezzijiet tal-art fit-Tajwan joffru l-aħjar sostitut għaż-żoni fir-RPĊ fejn huma bbażati l-produtturi esportaturi li kkooperaw. Il-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi jinsabu fiż-żoni żviluppati b'PDG għoli fi provinċji b'densità tal-popolazzjoni għolja.

(373)

L-ammont tas-sussidju kumpensabbli huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li ntwera li jeżisti matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa kkalkolat billi tittieħed inkunsiderazzjoni d-differenza bejn l-ammont imħallas minn kull kumpanija (imnaqqas bl-ammont ta' rifużjonijiet tal-gvern lokali) għad-drittijiet ta' użu tal-art u l-ammont li normalment kellu jitħallas fuq il-bażi tal-punt ta' riferiment Tajwaniż.

(374)

Meta għamlet dan il-kalkolu, il-Kummissjoni użat il-prezz medju tal-art għal kull metru kwadru stabbilit fit-Tajwan ikkoreġut għad-deprezzament tal-munita u l-evoluzzjoni tal-PDG mid-dati tal-kuntratti rispettivi tad-dritt ta' użu tal-art. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-art industrijali nkisbet mill-websajt tal-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tat-Tajwan. Id-deprezzament tal-munita u l-evoluzzjoni tal-PDG għat-Tajwan ġew ikkalkolati fuq il-bażi tar-rati ta' inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG per capita bil-prezzijiet kurrenti f'USD għat-Tajwan kif ippubblikati mill-FMI fil-Ħarsa Ġenerali Ekonomika Dinjija tiegħu tal-2011. B'konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont tas-sussidju (numeratur) ġie allokat għall-PI billi ntuża ż-żmien tal-ħajja normali tad-dritt ta' użu tal-art għall-art ta' użu industrijali, jiġifieri 50 sena. Imbagħad, dan l-ammont ġie allokat għall-fatturat ta' bejgħ totali tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI, għaliex is-sussidju mhuwiex kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet u ma kienx iggarantit b'referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(375)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Drittijiet ta' Użu tal-Art b'remunerazzjoni inqas minn adegwata

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd, u kumpaniji relatati

0,31 %

Yingli Green Energy Holding Company u kumpaniji relatati

0,77 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,65 %

JingAo Group u kumpaniji relatati

1,31 %

Jiangxi LDK Solar Hi-tech Co. Ltd u kumpaniji relatati

4,28 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd u kumpaniji relatati

0,32 %

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

1,73 %

Jinko Solar Co. Ltd u kumpaniji relatati

1,66 %

3.5.   Kummenti ta' partijiet wara divulgazzjoni definittiva

(376)

Il-GTĊ oġġezzjona għall-fatt li ċerta informazzjoni mid-dokument ta' divulgazzjoni definittiva ġiet ikkwotata minn ċerti mezzi tax-xandir u partijiet interessati wara d-divulgazzjoni. F'dan ir-rigward, huwa osservat li l-Kummissjoni ma ppubblikatx id-dokument. Iżda mhuwiex possibbli li l-Kummissjoni tikkontrolla l-azzjonijiet ta' bosta mijiet ta' partijiet interessati li rċveew id-dokument ta' divulgazzjoni. Jekk uħud mill-partijiet iddeċidew li jagħmlu d-dokument ta' divulgazzjoni pubbliku jew jesprimu l-fehma tagħhom dwar id-dokumet, il-Kummissjoni ma kellha ebda mezz biex iżżommhom milli jagħmlu dan.

3.5.1.   Il-kummenti tal-GTĊ dwar dikjarazzjonijiet allegatament żbaljati fid-dokument ta' divulgazzjoni definittiva

(377)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni kisret ir-rekwiżit ta' “żmien adegwat” tal-Artikolu 12.1 tal-Ftehim tal-SCM. Skont il-GTĊ l-estensjonijiet estensivi tad-data ta' skadenza mogħtija mill-Kummissjoni għat-tweġib tal-kwestjonarju (kif spjegat fil-premessa (104) hawn fuq) ma kinux biżżejjed għal dan l-għan. Il-GTĊ kompla billi ddikjara li dak li huwa “perjodu raġonevoli” skont l-Artikolu 12.7 tal-ASCM jikkostitwixxi wkoll “żmien adegwat” skont l-Artikolu 12.1 tal-ASCM għad-dokumenti kollha l-oħrajn tat-tip ta' kwestjonarju. Il-GTĊ iddikjara wkoll li ma setax jikkomunika mal-produtturi esportaturi fil-kampjun ladarba l-kampjun ġie finalizzat u għaldaqstant, iż-żmien mogħti għat-tweġiba bejn ir-riċevuta tal-kwestjonarju u d-deċiżjoni ta' kampjunar kien inutli. Il-GTĊ iddikjara li x-“xewqa” tal-Kummissjoni li tlesti l-investigazzjoni malajr donnha tirbaħ fuq ir-“rekwiżit mhux negozjabbli” li jingħataw żmien adegwat skont l-Artikolu 12.1. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dawn id-dikjarazzjonijiet peress li tat iż-żmien massimu possibbli kollu li setgħet lill-GTĊ biex jissottometti tweġibiet għall-kwestjonarju u l-ittra ta' defiċenza. Il-GTĊ kien mgħarraf ukoll li jkun possibbli li jissottometti d-dokumenti mitlubin sad-data taż-żjara ta' verifikazzjoni.

Il-Kummissjoni ma pprekludietx lill-GTĊ milli jissottometti xi informazzjoni matul il-proċediment u f'bosta okkażjonijiet fakkret lill-GTĊ bil-possibilità li jitlob għal smigħ li matulu setgħu jiġu ppreżentati l-informazzjoni u l-fehmiet tal-GTĊ. Huwa osservat li ebda informazzjoni sottomessa mill-GTĊ matul il-proċediment ma ġiet rifjutata minħabba l-puntwalità. Id-dikjarazzjoni tal-GTĊ li ż-żmien mogħti għat-tweġiba bejn ir-riċevuta tal-kwestjonarju u d-deċiżjoni tal-kampjunar kien inutli mhijiex korretta. Parti kbira tal-kwestjonarju kienet tikkonċerna l-livell ġenerali tas-sussidju tal-industrija/prodott ikkonċernat u l-GTĊ bl-ebda mod ma kien limitat mid-deċiżjoni ta' kampjunar biex jiġbor informazzjoni ta' għamla ġenerali. B'mod iktar importanti, wara l-għamla tal-kampjun, il-GTĊ kien baqagħlu 43 jum biex jiġbor informazzjoni speċifika għall-produtturi esportaturi fil-kampjun. Il-Kummissjoni aġixxiet skont l-Artikolu 12.1 tal-Ftehim tal-SCM u tat lill-GTĊ żmien adegwat biex jippreżenta l-evidenza kollha li qies relevanti, filwaqt li jiftakar li obbligu bħal dan ma jistax ikun bla data ta' skadenza, sabiex tkun żgurata t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.

(378)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li għall-ewwel il-Kummissjoni talbet informazzjoni dettaljata dwar produtturi esportaturi mhux fil-kampjun li ma kinitx “informazzjoni neċessarja” għall-fini tal-investigazzjoni li hija bbażata fuq il-kampjunar. F'dan ir-rigward ta' min jinnota li fiż-żmien li fih intbagħat il-kwestjonarju indirizzat għall-GTĊ, id-deċiżjoni dwar jekk kienx se jkun hemm kampjunar applikat f'dan il-proċediment ma kinitx finali. Wara li l-Kummissjoni rċeviet tweġibiet dwar il-kampjunar mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u deher li l-kooperazzjoni min-naħa tal-esportaturi kienet waħda tajba, u ladarba beda jidher li l-esportaturi fil-kampjun kienu se jikkooperaw billi jwieġbu b'mod adegwat għall-kwestjonarji tagħhom, il-Kummissjoni ma insistietx fuq il-forniment ta' informazzjoni speċifika għall-kumpaniji dwar is-sussidjar minn produtturi esportaturi mhux fil-kampjun. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dan.

(379)

Il-GTĊ iddikjara li fid-dokument ta' divulgazzjoni definittiva, il-Kummissjoni ddikjarat b'mod żbaljat li l-GTĊ baqa' lura milli jagħti ċerta informazzjoni fit-tweġiba għall-kwestjonarju u s-sottomissjoijiet sussegwenti. Dan mhuwiex korrett. Kif diġà ddikjarat il-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-23 ta' Mejju 2013 lill-GTĊ, il-GTĊ naqas milli jipprovdi l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat, dokumenti relatati ma' Sinosure u l-forniment ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, dokumenti relatati mal-Programm ta' Dimostrazzjoni Golden Sun, u informazzjoni dwar il-forniment ta' Drittijiet ta' Użu tal-Art.

(380)

Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni ma kinitx applikat il-fatti disponibbli bħala mekkaniżmu biex timla l-informazzjoni nieqsa kif preskritt mill-Bords u t-tilwim tad-WTO (86) u minflok “applikat inferenzi avversi b'mod punittiv u kompliet tikser id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tal-SCM”. Il-GTĊ kompla jiddikjara li l-Kummissjoni ma użatx il-fatti disponibbli “biss għall-fini ta' sostituzzjoni tal-informazzjoni li tista' tkun nieqsa iżda bħala l-bażi speċifika għas-sejbiet kollha tagħha ta' sussidju filwaqt li warrbet kompletament l-ammont importanti ta' informazzjoni pprovduta mill-GTĊ u l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti spiss fuq il-bażi tal-allegat nuqqas ta' għoti ta' tweġibiet perfetti jew li tiġi ppruvata kull figura”. Dan mhuwiex dak li għamlet il-Kummissjoni. L-informazzjoni kollha inklużi pjanijiet u leġiżlazzjoni mill-GTĊ tqieset u ġiet analizzata u s-sejbiet huma bbażati fuq dawn id-dokumenti kif stipulat mill-GTĊ, kull meta dawn id-dokumenti kienu disponibbli u l-verifika kkonfermat il-preċiżjoni tagħhom. Il-kwotazzjonijiet spissi minn dawn id-dokumenti li jappoġġaw il-fatti huma eżempju ta' kif il-Kummissjoni ttrattat l-informazzjoni sottomessa mill-GTĊ. Fil-premessa (110) hawn fuq il-Kummissjoni tispejga biċ-ċar l-uniċi sitwazzjonijiet li fihom l-informazzjoni sottomessa ma tteħditx bil-valur nominali tagħha.

(381)

Il-GTĊ kompla jiddikjara li l-Kummissjoni kkontradixxiet lilha nnifisha meta fid-dokument ta' divulgazzjoni definittiva iddikjarat li f'din l-investigazzjoni talbet informazzjoni speċifika għat-tranżazzjonijiet biss fir-rigward tal-esportaturi fil-kampjun u xi mkien ieħor fid-dokument iddikjarat li “l-kwestjonarju tal-gvern mhuwiex limitat għall-esportaturi fil-kampjun.” Dan mhuwiex minnu. Il-Kummissjoni ma għamlitx dikjarazzjonijiet kontradittorji. Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (378) hawn fuq, il-Kummissjoni llimitat it-talba inizjali tagħha dwar il-forniment tal-informazzjoni speċifika għall-kumpaniji għall-produtturi esportaturi fil-kampjun wara d-deċiżjoni li tapplika l-kampjunar. Madankollu, sabiex tivvaluta l-kumpensabilità tal-iskemi ta' sussidju allegati, il-Kummissjoni talbet anki informazzjoni oħra li mhijiex informazzjoni relatata mal-produtturi esportaturi fil-kampjun, bħal informazzjoni dwar is-swieq finanzjarji fiċ-Ċina jew is-suq għad-drittijiet ta' użu tal-art. Għaldaqstant, jintqal li “l-kwestjonarju tal-gvern mhuwiex limitat għall-esportaturi fil-kampjun”.

(382)

Il-GOCGTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni donnha qed tinjora l-fatt li ma tistax taqbad u tirrifjuta l-informazzjoni jekk din ma tkunx disponibbli għal verifika. Dan mhuwiex kif il-Kummissjoni ttrattat informazzjoni f'dan il-proċediment. Fl-ebda okkażjoni n-“nuqqas ta' disponibilità ta' verifika” ma kienet l-unika raġuni għaliex ma ġietx aċċettata t-tali informazzjoni bis-sħiħ. Madankollu, meta informazzjoni oħra fil-fajl kienet qed tikkontradixxiha u fl-istess ħin il-GTĊ ma kienx kapaċi jsostniha b'xi xorta ta' evidenza, it-tali informazzjoni ma setgħetx tiġi aċċettata bil-valur nominali tagħha.

(383)

Skont il-GTĊ, fil-paragrafu 85 tad-dokument ta' divulgazzjoni definittiva (replikat hawn fuq fil-premessa (117)), il-Kummissjoni “rrikonoxxiet” li l-GTĊ ma jikkontrollax istituzzjonijiet bankarji u finanzjarji u ma jistax iġiegħlhom jipprovdu informazzjoni. Huwa osservat li l-Kummissjoni ma tafx b'din id-dikjarazzjoni u wara li rrevediet it-test tal-premessa, jidher li dan mhuwiex il-każ.

(384)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni donnha taqbel mal-GTĊ li l-liġijiet nazzjonali ma jistax jittiħdilhom posthom fil-każ ta' investigazzjoni mir-rekwiżiti tar-Regolament bażiku tal-UE jew il-Ftehim tal-SCM. Ir-rabta li l-GTĊ għamel man-nuqqas ta' forniment tal-informazzjoni allegatament kunfidenzjali mhijiex relevanti. Madankollu, il-Kummissjoni argumentat (premessa (117) hawn fuq) li d-dispożizzjonijiet tal-liġi muniċipali jew ir-regoli interni ta' Membru tad-WTO ma jistgħux jassolvuh mill-obbligi tiegħu tad-WTO sabiex jikkoopera mal-investigazzjonijiet u fil-każijiet ta' kunflitt, huwa f'idejn il-GTĊ li jissuġġerixxi modi li bihom jista' jingħata aċċess għall-informazzjoni sabiex din tkun tista' tiġi verifikata b'mod adegwat. Il-GTĊ irrefera għas-sitwazzjoni li fiha bank uffiċjali pprovda valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu għal kumpaniji fil-kampjun bħala eżempju ta' suġġeriment ta' mod ta' verifika tal-informazzjoni allegatament limitata u ddikjara li “l-Kummissjoni kienet għadha mhux issodisfata”. Għall-kuntrarju, kif inhu ċar mit-test tal-premessa (148) hawn fuq), il-Kummissjoni ma kellhiex problema bil-verifika ta' dan id-dokument partikolari u qieset din l-informazzjoni kollha fis-sejbiet tagħha. Madankollu, din kienet sitwazzjoni eċċezzjonali u b'xorti ħażina ma saritx replika għal ħafna mill-informazzjoni ta' għamla simili mitluba f'din il-proċedura.

(385)

F'dan ir-rigward, il-GTĊ kompla jiddikjara li “dokumenti interni sensittivi” ta' banek kienu previsti li jkunu informazzjoni relevanti skont il-Ftehim tal-SCM, u n-nuqqas ta' produzzjoni tagħhom ma tistax twassal għall-applikazzjoni tal-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni ssib li din id-dikjarazzjoni hija vaga wisq u ma tarax kif tista' ssir verifika xierqa (imwettqa bil-proċeduri ta' kunfidenzjalità adattati fis-seħħ) fil-każijiet kollha jekk it-tali dokumenti (inklużi dawk li jinvolvu tranżazzjonijiet ma' klijenti) sempliċiment ma jiġux ippreżentati. Fin-nuqqas ta' verifiki, jista' jkun hemm bżonn li l-fatti disponibbli jintużaw biex jimlew in-nuqqasijiet fis-sejbien tal-fatti.

(386)

Il-GTĊ ripetutament saħaq li l-ittra ta' verifika minn qabel ma kienx fiha mistoqsijiet speċifiċi dwar il-verifika u rrefera għall-ittra tal-Kummissjoni tat-23 ta' Mejju 2013 li użat din il-formolazzjoni ta' kliem. Madankollu, il-Kummissjoni, fil-paragrafu 86 tad-dokument tad-divulgazzjoni definittiv (replikat bħala l-premessa (118) fuq) iddikjarat li l-ittra ta' qabel il-verifika tal-25 ta' Marzu 2013 kien fiha lista ferm speċifika u ddettaljata tal-kwistjonijiet u d-dokumenti li se jkunu indirizzati matul il-verifika, b'mod totalment konformi mal-Artikolu 26(3) tar-Regolament bażiku u r-rekwiżiti tad-WTO. In-nuqqas ta' lista ta' mistoqsijiet speċifiċi, li l-forniment tagħha ma għandu l-ebda bażi fir-Regolament bażiku jew ir-regoli tad-WTO, mhuwiex skuża sabiex il-GTĊ ma jikkooperax matul il-verifika.

(387)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni wriet nuqqas assolut ta' flessibilità matul il-verifika. Din hija interpretazzjoni ħażina tal-fatti u s-sitwazzjoni ta' qabel u matul iż-żjara ta' verifikazzjoni. Kif diġà spjegat fil-paragrafi 88 — 90 tad-dokument ta' divulgazzjoni definittiva (replikati bħala l-premessi (120) — (122) hawn fuq), il-grad ta' flessibilità muri mill-Kummissjoni kien sħiħ u inkundizzjonali. B'xorti ħażina, it-tentattivi tal-GTĊ sabiex jipprovdi informazzjoni li bl-ebda mod possibbli ma setgħet tiġi verifikata fi ħdan l-iskeda taż-żjarat fuq il-post fissru li t-tali informazzjoni ma setgħetx tiġi kontroverifikata u tingħata l-piż ta' dokument verifikat. Il-GTĊ fakkar ukoll lill-Kummissjoni bil-ġurisprudenza tad-WTO mill-bord ta' KE-Salamun li jekk id-dokumenti humiex “verifikabbli” mhuwiex dejjem determinat biss mill-possibilità ta' investigazzjonijiet fuq il-post u ddikjara li l-Kummissjoni ma tistax tirrifjuta informazzjoni sempliċiment għax mhijiex disponibbli fiż-żjarat ta' verifika. Il-Kummissjoni tosserva li t-tali informazzjoni, mhux suxxettibbli għall-verifika fuq il-post sabiex jiġu ttestjati l-kredibbiltà u l-preċiżjoni tagħha, tista' tingħata inqas piż milli kieku ġiet ivverifikata kif suppost u li xi kultant dan seħħ f'dan il-każ.

(388)

Il-GTĊ ilmenta l-prattika allegata tal-Kummissjoni li ma taċċettax dokumenti u evidenza ġodda li jeħtieġu li jiġu verifikati wara tmiem is-sessjoni ta' verifika li jappartjenu għaliha. Kif diġà spjegat fil-paragrafu 89 tad-dokument ta' divulgazzjoni definittiva (replikat fil-premessa (121) hawn fuq) dan mhuwiex u qatt ma kien il-każ. Huwa minnu li l-Kummissjoni normalment ma tistax taċċetta dokumenti bħala wiri ta' verifika ladarba tintemm is-sessjoni ta' verifika u mhuwiex prattikament possibbli li jiġu verifikati t-tali dokumenti, iżda xejn ma jżomm lill-GTĊ milli jissottometti t-tali dokumenti bil-miktub, xi ħaġa li ġrat f'dan il-każ ukoll.

(389)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni ma spjegatx ir-raġuni għaliex talbet is-sitt dokumenti msemmijin fil-premessa (122) hawn fuq u fuq din il-bażi, ma setgħetx issir il-verifika tagħhom. Din id-dikjarazzjoni diġà tqajmet mill-GTĊ fl-ittra tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2013 u l-Kummissjoni weġbitha bis-sħiħ fil-premessa (122) hawn fuq. Huwa nnotat għal darba oħra li dawn id-dokumenti kollha jirrigwardaw direttament l-industrija kkonċernata u anki għandhom x'jaqsmu ma' skemi partikolari ta' sussidji bħal self preferenzjali jew skemi ta' taxxa preferenzjali. Għaldaqstant, huwa ovvju mill-ismijiet u l-kontenut tagħhom li kienu relevanti għall-investigazzjoni. Madankollu, il-GTĊ sempliċiment irrifjuta milli jwieġeb kwalunkwe mistoqsija f'dan ir-rigward matul il-verifika, billi kkwota l-allegata irrelevanza tad-dokument għall-proċediment bħala l-unika raġuni.

(390)

Il-GTĊ iddikjara li ma setax jipprovdi l-evidenza ta' sostenn għall-informazzjoni li pprovda fit-tweġiba għall-kwestjonarju dwar il-perċentwal tas-self mogħti lill-industrija kkonċernata peress li din l-informazzjoni kienet għand banek li huma entitajiet indipendenti u mhux dipartimenti tal-GTĊ u li l-Kummissjoni għandha tivverifika l-figuri mal-banek. Il-GTĊ irrefera għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-Ibbankjar Kummerċjali li tistipula li l-banek għandhom iwettqu n-negozju tagħhom skont il-liġi (l-Artikolu 4) u ma għandu jkun hemm ebda interferenza mill-gvernijiet lokali jew dipartimenti tal-gvern fil-bosta livelli, organizzazzjonijiet pubbliċi jew individwi fl-operat kummerċjali tal-banek (Artikolu 5). Il-fatt huwa li l-GTĊ għamel dikjarazzjoni fit-tweġiba għall-kwestjonarju u mhuwiex kapaċi jsostniha kollha. Il-banek li l-Kummissjoni ppruvat tivverifika lanqas ma kienu kapaċi jsostnu din l-informazzjoni b'ebda informazzjoni. Jekk din għandha titqies bħala prattika aċċettabbli, il-parti investigata tista' sempliċiment tagħmel kwalunkwe dikjarazzjoni li ssostni l-każ tagħha u l-awtorità li tinvestiga jkollha taċċettaha bla ma jkunilha possibbli tivverifika jekk tirrappreżentax ir-realtà. Dan huwa saħansitra iktar importanti meta jitqies li din l-informazzjoni partikolari tikkontradixxi informazzjoni oħra fil-fajl. Hemm ukoll artikoli oħrajn fil-Liġi dwar l-Ibbankjar Kummerċjali li jobbligaw lill-banek iwettqu n-negozju tas-self tagħhom fuq il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u fl-ispirtu tal-politiki industrijali statali (Artikolu 34). Kif indikat tajjeb mill-GTĊ fil-kummenti tiegħu, il-banek iwettqu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont il-liġi, jiġifieri anki skont it-tali dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 tal-Liġi dwar l-Ibbankjar Kummerċjali. Għaldaqstant, din il-linja suppost ċara bejn il-gvern u l-banek ma kinitx ikkonfermata mill-fatti.

(391)

Il-GTĊ iddikjara li pprovda l-informazzjoni kollha fir-rigward tas-sjieda tal-banek li huma proprjetà tiegħu. Iddikjara wkoll li l-figuri rrapportati dwar is-sjieda tal-banek huma l-figuri uffiċjali tas-CBRC u li għaldaqstant, ma kien hemm ebda raġuni għaliex jemmen li l-informazzjoni pprovduta mill-GTĊ hija falza jew qarrieqa u japplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-GTĊ iddikjara li mhuwiex konxju ta' x'kien is-sors għad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-paragrafu 95 (replikat fil-premessa (127) hawn fuq) tad-dokument ta' divulgazzjoni definittiva (“L-informazzjoni pubblikament disponibbli tissuġġerixxi li hemm ukoll banek oħrajn tal-Istat li taw self lill-produtturi esportaturi fil-kampjun”), jiġifieri minbarra dawk irrapportati mill-GTĊ bħala li huma posseduti mill-Istat fit-tweġiba tiegħu għall-ittra ta' defiċenza Dawn id-dikjarazzjonijiet ma setgħux jiġu aċċettati. Din il-pretensjoni ma setgħetx tiġi aċċettata. Huwa osservat li għall-ewwel, il-GTĊ iddikjara fit-tweġiba għall-kwestjonarju tiegħu li ma għandu l-ebda informazzjoni dwar is-sjieda tiegħu tal-banek. Kien biss wara li l-Kummissjoni indikat fl-ittra ta' defiċenza li, skont il-leġiżlazzjoni Ċiniża, il-GTĊ irid jiġbor it-tali informazzjoni li l-GTĊ ta xi informazzjoni f'dan ir-rigward. Matul il-verifika, l-uffiċjal tas-CBRC irrifjuta milli jappoġġa l-figuri dwar is-sjieda tal-banek b'xi evidenza, irrifjuta milli jipprovdi s-sors tal-informazzjoni u ma spjegax mnejn ġejja. Huwa osservat ukoll li l-GTĊ ma kkontestax il-fatt li tal-inqas ħames banek oħrajn imsemmijin mill-Kummissjoni fid-dokument ta' divulgazzjoni definittiva (ara n-nota f'qiegħ il-paġna fil-premessa (127)) huma proprjetà tal-Istat.

(392)

Il-GTĊ ma qabilx mad-dikjarazzjoni fil-paragrafu 97 tad-dokument ta' divulgazzjoni definittiva (replikat fil-premessa (129) hawn fuq) li s-CBRC irrifjuta milli jwieġeb il-mistoqsija dwar l-ikbar 10 banek fiċ-Ċina għaliex ma kinitx sottomessa bil-miktub u ddikjara li l-Kummissjoni interpretat ħażin il-fatti, għaliex ir-raġuni ewlenija għan-nuqqas ta' tweġiba kienet li peress li din il-mistoqsija ma kinitx fl-ittra ta' qabel il-verifika, kellu bżonn iż-żmien biex jipprepara għaliha. Huwa l-GTĊ li jinterpreta l-fatti ħażin dwar din il-kwistjoni. Il-Kummissjoni ma saħqitx fuq tweġiba minnufih, iżda s-CBRC irrifjuta milli tal-inqas jara l-mistoqsija għar-raġuni li ma kinitx ipprovduta minn qabel bil-miktub. Jekk ir-raġuni kienet nuqqas ta' żmien biex iħejji t-tweġiba, il-GTĊ seta' ssottometta t-tweġiba iktar tard matul il-verifika jew bil-posta elettronika (għad li mingħajr il-possibilità li l-Kummissjoni tivverifikaha) kif għamel b'bosta dokumenti oħrajn. Madankollu, il-GTĊ ma għamilx hekk.

(393)

Il-GTĊ iddikjara li pprovda d-dokumenti kollha dwar l-istabbiliment u l-mandat tas-CBRC li l-Kummissjoni talbet fil-kwestjonarju, u li peress li l-Kummissjoni ma qajmet ebda kwistjoni dwar dan fl-ittra ta' defiċenza u ma talbitx id-dokumenti fil-“lista ta' dokumenti li għandhom jiġu pprovduti qabel tibda iż-żjara ta' verifika” fl-Anness 2 għall-ittra ta' qabel il-verifika, il-GTĊ ma ħassux obbligat jipprovdi xi dokument ieħor. Dan mhuwiex minnu. Il-Kummissjoni talbet id-dokumenti kollha li kienu l-bażi għall-istabbiliment u l-mandat tas-CBRC iżda l-GTĊ ipprovda biss uħud minnhom. Kien biss fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-uffiċjal tas-CBRC li l-Kummissjoni saret taf li hemm dokumenti oħrajn f'dan ir-rigward. It-tweġiba tal-GTĊ fil-kwestjonarju f'dan ir-rigward kienet inkompluta u qarrieqa peress li, ovvjament, il-GTĊ (CBRC) kien jaf bl-eżistenza tat-tali dokumenti oħrajn kif ammettiet is-CBRC matul il-verifika fuq il-post.

(394)

Il-GTĊ saħaq li matul il-verifika, il-Kummissjoni ma talbitx l-istatistiki u r-rapporti mill-banek li pprovdew self lill-esportaturi fil-kampjun għall-PI. Iddikjaraw li l-Kummissjoni talbet biss ir-rapport tal-istatistika tal-2012 sottomess lis-CBRC mill-Bank of China u għal dan, l-uffiċjal tas-CBRC kellu jivverifika mas-servizzi ġuridiċi involuti minħabba l-obbligi ta' kunfidenzjalità. Dan mhuwiex korrett. Matul il-verifika, il-Kummissjoni tenniet it-talba tagħha mill-kwestjonarju u l-ittra ta' defiċenza sabiex jiġu pprovduti l-istatistiki mill-banek kollha li pprovdew self lill-esportaturi fil-kampjun (87).

(395)

Il-GTĊ kompla jiddikjara li r-referenza tal-ilmentatur fl-ilment għall-kawża Karta Fina Miksija li fiha l-Kummissjoni sabet “fuq il-bażi ta' inferenzi avversi” li l-SOCBs kienu qed jaġixxu bħala korpi pubbliċi hija “dikjarazzjoni mhux sostanzjata mingħajr kuntest fir-rigward tal-għamla u l-eżistenza ta' sussidju mogħti lill-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat u għaldaqstant ma tistax titqies bħala evidenza suffiċjenti” tal-eżistenza ta' kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern jew korp pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 11.2 tal-Ftehim SCM. L-ewwel nett, irid jiġi indikat li s-sejbiet ikkonċernati fil-kawża Karta Fina Miksija ma kinux ibbażati fuq inferenzi avversi iżda fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u ma hemm l-ebda sentenza sussegwenti li tikkonferma d-dikjarazzjoni tal-GTĊ li s-sejba tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward hija bbażata fuq l-użu inadatt tal-fatti disponibbli. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni għamlet sejbiet simili fir-rigward tal-SOCBs f'kawża antisussidju oħra dwar importazzjonijiet miċ-Ċina, Azzar Miksi b'Materjal Organiku, u anki awtoritajiet investgattivi oħrajn waslu għall-konklużjoni li l-SOCBs Ċiniżi huma korpi pubbliċi, b'mod partikolari l-Istati Uniti, f'sejba li kienet ikkonfermata mill-Korp tal-Appell tad-WTO. (88)

(396)

Il-GTĊ kompla jiddikjara li l-Kummissjoni talbet ċerta informazzjoni mill-banek kollha stabbiliti fiċ-Ċina u li ma kienx fi ħdan l-abilità prattika tal-GTĊ li jipprovdi t-tali informazzjoni għal “iktar minn 3 800” bank. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din id-dikjarazzjoni u mill-ġdid tirreferi għall-ittra ta' defiċenza li fiha, wara t-tweġiba tal-GTĊ għall-kwestjonarju, hija llimitat l-ambitu tal-informazzjoni mitluba biss għall-banek li fihom il-GTĊ għandu interess azzjonarju dirett jew indirett (89).

(397)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ħadet f'kunsiderazzjoni s-sommarju taċ-ċirkulari tal-PBOC inkwistjoni mill-websajt sottomessi matul il-verifika hija żbaljata u li dan huwa ppruvat fil-paragrafu 133 tad-dokumenti ta' divulgazzjoni definittiva (replikat fil-premessa (164) hawn fuq). Dan mhuwiex korrett. Il-premessa (164) ma tikkontradixxix il-kontenut tas-siltiet mill-websajt. Tieħdu f'kunsiderazzjoni iżda toqgħod ukoll fuq il-kontenut propju taċ-Ċirkulari li qatt ma kien ikkontestat mill-GTĊ sa issa bħala wieħed impreċiż.

(398)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni “ħadet siltiet ta' ċerti termini u frażijiet barra mill-kuntest minn bosta dokumenti”, interpretat oħrajn ħażin u ppruvat torbothom flimkien biex tistabbilixxi li l-GTĊ jippromwovi l-industrija li tipproduċi l-prodott ikkonċernat jew tistabbilixxi li l-SOCBs huma korpi pubbliċi. Jargumenta li “qari sħiħ” ta' dawn id-dokumenti (pjanijiet, spjegazzjonijiet u deċiżjonijiet) juri li s-sejbiet tal-Kummissjoni huma neqsin minn bażi ġuridika u mhumiex imsejsin fuq evidenza. Dan mhuwiex korrett. Il-Kummissjoni analizzat u qieset id-dokumenti kollha, inklużi dawk imsemmijin fil-premessa (102) fit-totalità tagħhom, eżattament bil-mod li jirrakkomanda l-GTĊ.

(399)

Fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru 40, il-GTĊ iddikjara li fid-dokument ta' divulgazzjoni definittiva, il-Kummissjoni kkwotat minnu barra l-kuntest “biex tibdel it-tifsira korretta tiegħu”. Skont il-GTĊ huwa ċar mid-dispożizzjonijiet l-oħrajn tad-Deċiżjoni Nru 40 li hija ffokata lejn l-iżvilupp tal-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u mhux il-klassifikazzjoni ta' moduli u ċelloli solari bħala mira ta' xi politika ta' żvilupp mistenni kif propost mill-Kummissjoni. Mhuwiex minnu li r-referenza tal-Kummissjoni għat-test tal-Artikolu V tad-Deċiżjoni Nru 40 kienet barra l-kuntest. Il-Kummissjoni mhijiex targumenta jekk wieħed mill-iskopijiet kienx l-iżvilupp tal-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Il-fatt huwa li fid-Deċiżjoni Nru 40, il-Kunsill tal-Istat identifika l-industrija tal-enerġija l-ġdida u l-enerġija solari bħala industriji prijoritizzati u li għalhekk, kienu jaqgħu taħt il-kategorija mħeġġa ta' proġetti fil-Katalogu ta' Gwida tar-Ristrutturar Industrijali. Jekk jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-Artikoli 17, 18 u 19 tad-Deċiżjoni Nru 40 l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jagħtu biss self lill-industriji/kumpaniji li jappartjenu għal din il-kategorija. Din hija indikazzjoni ċara li l-industrija PV li tipproduċi, fost l-oħrajn, moduli u ċelloli solari hija mogħtija prijorità.

(400)

Il-GTĊ iddikjara li ma hemm ebda referenza fit-test tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat tal-10 ta' Ottubru għall-moduli u ċ-ċelloli solari jew l-industrjia PV u li jekk tħeġġeġ xi appoġġ fiskali, dan sar fir-rigward tal-għanijiet li jappartjenu għall-użu tal-enerġija alternattiva li ma għandhom l-ebda effett fuq l-iżvilupp tal-produzzjoni ta' moduli u ċelloli inġenerali. Il-Kummissjoni ma taqbilx. Ta' min jinnota li din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat ma tidhirx li hija mmirata esklussivament lejn il-promozzjoni tal-użu tas-sorsi tal-enerġija alternattiva. Mit-titlu tagħha (Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aċċelerazzjoni tal-Inkubazzjoni u l-Iżvilupp tal-Industriji Strateġiċi Emerġenti) kif ukoll mill-kontenut (fosthom l-Artikoli 1(1),1(2),2(2)) huwa ċar li l-għan huwa li tappoġġa l-iżvilupp ta' ċerti industriji (f'dan il-każ industriji strateġiċi emerġenti). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li l-għanijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni jappartjenu direttament għall-produzzjoni u l-prestazzjoni tal-industriji strateġiċi emerġenti (Artikolu 2(3)). Barra minn hekk, fid-Deċiżjoni hemm rabta ċara bejn l-industriji strateġiċi emerġenti u l-industrija PV li tipproduċi, fost l-oħrajn, moduli u ċelloli solari. L-ewwel nett, ma hemm l-ebda dubju li l-industrija PV hija segment tal-industrija tal-enerġija alternattiva li hija msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni bħala industrija li l-Istat għandu jkabbar u jiżviluppa. It-tieni nett, il-produtturi esportaturi fil-kampjun jappartjenu għall-kategorija ta' industriji tat-teknoloġija avvanzata li huma msemmijin fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni. B'mod simili, it-12-il pjan ta' ħames snin jinkludi l-industrija tal-enerġija solari fost l-industriji strateġiċi u anki t-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Solari Fotovoltajka jikkonferma li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat “niżżlet l-industrjia solari fotovoltajka fil-qasam importanti ta' industriji strateġiċi emerġenti, li l-pajjiż tagħna ser jiżviluppa fil-ġejjieni”. (90)

(401)

Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni kkwotat il-Pjan Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u fit-Tul iżda naqset milli tirreferi għal waqt jew dispożizzjoni fejn dan id-dokument jiddefinixxi impriżi tat-teknoloġija avvanzata li jinkludu impriżi li jipproduċu moduli u ċelloli jew l-industrija PV inġenerali. Skont il-GTĊ l-għanijiet tal-Ispjegazzjoni huma ffokati biss lejn l-iżvilupp ta' sorsi tal-enerġija alternattiva biex tonqos id-dipendenza fuq fjuwils fossili. Il-Kummissjoni ma taqbilx. Il-maġġoranza tal-produtturi esportaturi fil-kampjun investigati ngħataw ċertifikati ta' impriżi tat-teknoloġija avvanzata u ġdida u fuq din il-bażi bbenefikaw minn sussidji li l-forniment tagħhom kien limitat għal impriżi tat-teknoloġija avvanzata u ġdida (pereżempju eżenzjonijiet mit-taxxa). L-istess tipi ta' programmi individwali ta' appoġġ imsemmijin f'dan il-Pjan intużaw mill-esportaturi fil-kampjun.

(402)

Il-GTĊ saħaq li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku telenka numru ta' miżuri għall-appoġġ tal-industriji strateġiċi inkluża l-industrija PV solari, mhijiex ibbażata fuq xi fatti u li din il-liġi ma ssemmix l-industrija tal-PV jew l-industriji strateġiċi u ma hemm ebda bażi sabiex wieħed jisħaq li l-prodott ikkonċernat huwa inkluż fl-ambitu ta' din il-liġi. Dan mhuwiex korrett. Il-bażi għal din id-dikjarazzjoni huma l-Artikoli 18 u 34 ta' din il-liġi. Skont l-Artikolu 18, l-Istat iħeġġeġ u jiggwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jappoġġaw l-iżvilupp ta' industriji ta' teknoloġija għolja. Skont l-Artikolu 34, l-istituzzjonijiet finanzjarji orjentati lejn il-politiki joffru għajnuna speċjali għal proġetti ta' impriżi mħeġġa mill-Istat. L-industrija PV taqa' fi ħdan il-kategorija tal-industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida u taqa' wkoll fi ħdan il-kategorija ta' impriżi li l-proġetti tagħhom huma mħeġġin mill-Istat. Barra minn hekk, l-Artikolu 17 tal-istess liġi jwiegħed politiki ta' taxxa preferenzjali lil, fost l-oħrajn, entitajiet li huma impenjati fi proġetti koperti mill-pjanijiet xjentifiċi u teknoloġiċi nazzjonali. Mill-premessa (401) hawn fuq jidher biċ-ċar li l-proġetti tal-kumpaniji fl-industrija PV jaqgħu fi ħdan dan il-kamp ta' applikazzjoni. Bħala konklużjoni, hemm tal-inqas tliet indikazzjonijiet ċari li l-industrija PV u l-kumpaniji li jipproduċu u jesportaw il-prodott ikkonċernat huma inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-liġi.

(403)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni qieset li pjanijiet, deċiżjonijiet u liġijiet tar-RPĊ għandhom l-istess effett u valur legali u dan imur kontra l-prinċipji ta' interpretazzjoni legali, il-liġi tal-leġiżlazzjoni taċ-Ċina u l-argumenti ripetuti li saru mill-GTĊ. Skont il-GTĊ, ir-referenza għall-pjan ġenerali ta' 5 snin u l-pjan speċifiku għall-PV ma għandha ebda referenza legali għaliex ma ġiet ipprovduta ebda evidenza pożittiva li l-pjanijiet huma legalment vinkolanti. Dan mhuwiex minnu peress li d-dikjarazzjoni tal-GTĊ u l-pjanijiet mhumiex legalment vinkolanti mhijiex appoġġata minn evidenza oħra fil-fajl. Għall-kuntrarju, it-test tal-Pjan kif sottomess mill-GTĊ fit-tweġiba għall-kwestjonarju jiddikjara biċ-ċar: “Dan il-pjan ġie deliberat u approvat mill-Kungress Popolari Nazzjonali, u għandu l-effett tal-liġi.” (91) Il-GTĊ, fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni definittiva, iddikjara: “Skont il-Liġi tal-Leġiżlazzjoni taċ-Ċina, il-Kostituzzjoni, il-liġijiet, il-leġiżlazzjoni amministrattiva, ir-regolamenti lokali, u r-regoli huma l-leġiżlazzjoni fiċ-Ċina.” Peress li l-pjan għandu effett ta' liġi u l-GTĊ ikkonferma li l-liġijiet huma l-leġiżlazzjoni fiċ-Ċina, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li, tabilħaqq, il-pjan huwa legalment vinkolanti. Skont l-ispjegazzjoni tal-GTĊ matul iż-żjara ta' verifika, il-pjanijiet settorjali u reġjonali ta' ħames snin ġejjin mill-pjan ġenerali ta' ħames snin, u għalhekk il-Kummissjoni ma kellha ebda bażi biex tittratta l-pjan settorjali ta' ħames snin dwar il-PV (2011-2015) b'mod differenti mill-Pjan ġenerali ta' ħames snin.

(404)

Il-GTĊ jikkwota l-“linji gwida maħruġin mill-Kummissjoni dwar ir-rimborż/rifużjonijiet” bħala eżempju ta' dokument mhux vinkolanti simili fil-kuntest tal-UE. Il-Kummissjoni tassumi li l-GTĊ qed jirreferi għan-“Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rimborż tad-dazji antidumpting” (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU C 127 tad-29.5.2002 p. 10). Mhuwiex preċiż li dawn il-linji gwida jiġu karatterizzati bħala mhux vinkolanti għaliex jorbtu lill-Kummissjoni diment li ma jiksrux regoli superjuri. Il-Kummissjoni ddeterminat li l-pjanijiet taċ-Ċina huma legalment vinkolanti. Madankollu, anki jekk b'mod ipotetiku jiġi supponut li dan ma kienx il-każ, huwa ċar li l-pjanijiet nazzjonali, settorjali u reġjonali, li ġejjin direttament mill-ogħla livelli tal-gvern u li jistabbilixxu l-politika tal-gvern fir-rigward ta' żvilupp ekonomiku u industrijali, ikollhom valur ta' prova għoli fir-rigward tal-għamla de-facto obbligatorja tal-għanijiet iddikjarati tagħhom. Daqstantieħor huwa ċar li jistgħu jkunu invokati mill-gvern sabiex iwiddbu lill-entitajiet meta ma jimplimentawhomx kif suppost. Għaldaqstant, xorta jkunu għadhom ferm relevanti biex isiru determinazzjonijiet relatati mal-intervent tal-gvern fl-ekonomija u d-direzzjoni u l-kontroll ta' ċerti industriji.

3.5.2.   Kummenti tal-partijiet dwar is-self ta' politiki preferenzjali, finanzjament ieħor, garanziji fl-assigurazzjoni

(405)

Il-GTĊ iddikjara li n-nuqqas tiegħu milli jipprovdi tweġibiet għall-Appendiċi A ma għandux iwassal għall-applikazzjoni tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Skont il-GTĊ, li kieku l-Kummissjoni fil-verità kellha l-għan li tivverifika l-allegazzjonijiet fl-ilment li l-banek tal-Istat Ċiniż huma korpi pubbliċi ma kienx ikollha bżonn timla l-kwestjonarji b'talbiet għal dejta interna, sensittiva u speċifika għat-tranżazzjonijiet dwar banek, li ħafna minnhom bl-ebda mod ma kienu proprjetà tal-gvern. F'dan ir-rigward, il-GTĊ irrefera għall-informazzjoni dwar self individwali pprovdut mill-bank lill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din id-dikjarazzjoni. L-iskop tal-informazzjoni mitluba fl-Appendiċi A kien li tivverifika jekk il-banek Ċiniżi humiex korpi pubbliċi u jekk humiex inkarigati u ordnati mill-gvern. Bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni fuq self individwali, il-GTĊ ma speċifikax liema mill-informazzjoni mitluba l-oħra qies li mhijiex relevanti għal dak l-għan.

(406)

Huwa mfakkar li l-mistoqsijiet fl-Appendiċi A saqsew għal informazzjoni dwar is-sjieda tal-banek, fuq il-kompożizzjoni tal-bord tad-diretturi u l-bord tal-azzjonisti, minuti tal-laqgħat tal-azzjonisti/tad-diretturi, rabtiet tal-maniġment superjuri mal-awtoritajiet tal-Istat, analiżi settorjali tas-self, politiki dwar l-għoti b'self u valutazzjoni tar-riskju fir-rigward ta' self ipprovdut lill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Il-GTĊ iddikjara li għas-sejbiet fuq il-korpi pubbliċi, it-tali talba kienet “irraġonevoli b'mod ċar” u l-ambitu tal-informazzjoni mitluba kien wiesa' wisq. Il-GTĊ iddikjara wkoll li d-determinazzjoni “tal-limitu” dwar jekk l-entità hijiex korp pubbliku trid issir qabel biss intalbet it-tali informazzjoni. Il-Kummissjoni ma taqbilx. Fid-dawl tal-istandards għoljin stabbiliti mill-AB tad-WTO f'DS 379 (92) l-informazzjoni mitluba kollha hija neċessarja, inklużi s-sejbiet dwar kemm il-gvern huwa involut fis-sistema finanzjarja. Pereżempju, evidenza li entitajiet jaġixxu b'mod mhux kummerċjali tista' tkun li turi inkarigu u ordnijiet, jekk tingħata flimkien ma' indikazzjonijiet ta' interferenza mill-gvern. Xorta waħda, huwa osservat li ladarba l-kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fil-kampjun kienet disponibbli, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-informazzjoni mitluba dwar self għal dawn id-ditti u ma għamlet ebda inferenza min-nuqqas tal-GTĊ sabiex jipprovdi informazzjoni oħra dwar is-self individwali li ntalbet oriġinarjament. Madankollu, it-talbiet kollha l-oħrajn għal informazzjoni baqgħu relevanti għall-investigazzjoni. Dwar id-dikjarazzjoni tal-GTĊ li ma setax jipprovdi ċerta informazzjoni dwar l-Appendiċi A, huwa osservat li l-GTĊ irrifjuta milli jipprovdi l-Appendiċijiet A kollha kemm huma bl-eċċezzjoni ta' bosta banek. Wara li tqies dan li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li l-GTĊ naqas milli jipprovdi l-bqija tal-informazzjoni mitluba fi ħdan il-perjodu raġonevoli.

(407)

Il-GTĊ, billi invoka r-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO Stati Uniti-Azzar Illaminat bis-Sħana (Para.99) (93), jargumenta li ma kellux il-ħila prattika li jaqdi t-talbiet “irraġonevoli” tal-Kummissjoni għal informazzjoni u li n-nuqqas tal-Kummissjoni milli tindirizza din il-kwistjoni, u li torbot il-bosta rabtiet mad-determinazzjonijiet fattwali li huma relatati magħhom, fisser li l-Kummissjoni ma aġixxietx b'bona fide. Għad li l-każ imsemmi huwa relatat mal-kooperazzjoni minn esportaturi f'każ antidumping, il-Kummissjoni taċċetta li, fil-każ tal-kwestjonarji tal-gvern fil-kawżi CVD, hemm bżonn li jinkiseb bilanċ bejn l-informazzjoni meħtieġa u l-ħila prattika ta' min iwieġeb sabiex jikkonforma. Madankollu, dan il-bilanċ irid jinkiseb fil-kuntest tal-fatti kollha. Determinazzjonijiet fir-rigward tal-istatus tal-banek tal-Istat fiċ-Ċina bħala korpi pubbliċi diġà kienu saru fil-kawżi Karta Fina Miksija u Azzar Miksi b'Materjal Organiku u f'dan il-każ l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie biex juri li l-banek tal-Istat kienu għadhom korpi pubbliċi. Għaldaqstant, il-GTĊ missu stenna investigazzjoni intensiva fil-fatti jekk xtaq jirribatti din l-allegazzjoni. B'xorti ħażina, il-GTĊ kompla jagħmel dikjarazzjonijiet,pereżempju, li kellu biss ftit informazzjoni jew xejn affattu fuq is-sjieda tal-gvern tal-banek (fattur ferm relevanti fid-determinazzjoni ta' korp pubbliku), xi ħaġa li ssuġġeriet li ma kienx qed jaġixxi bl-aqwa ħiliet tiegħu u billi rrifjuta milli jagħti aċċess għal informazzjoni neċessarja. Din hija waħda miċ-“ċirkustanzi limitati” li fihom jista' jiġi applikat l-Artikolu 12.7 tal-Ftehim tal-SCM (skont ir-Rapport tal-Bord tad-WTO (94). Barra minn hekk, filwaqt li l-Kummissjoni kienet taf li t-talbiet tagħha għal informazzjoni kienu, minħabba l-bżonn, kemxejn estensivi, il-kooperazzjoni hija proċess reċiproku u għall-ewwel, ir-reazzjoni tal-GTĊ kienet li sempliċiment jitlob spjegazzjonijiet li minnhom kien hemm determinazzjonijiet fattwali li t-talbiet kienu marbutin magħhom (xi ħaġa li ma tistax tiġi determinata minn qabel) minflok ma ppropona modi li bihom it-talbiet għal informazzjoni jistgħu jiġu indirizzati b'mod raġonevoli.

(408)

Dwar il-verifika tal-Bank of Shanghai, il-GTĊ iddikjara li l-fatt li l-verifika ma saritx mhijiex raġuni suffiċjenti biex jiġu applikati fatti disponibbli u li xorta waħda, huwa t-tort tal-Kummissjoni stess li l-verifika ma saritx. Bħala tweġiba, il-Kummissjoni tosserva li s-sitwazzjoni fattwali fir-rigward tal-organizzazzjoni taż-żjara ta' verifika tal-Bank of Shanghai ġiet deskritta fil-paragrafi 111 u 112 tad-dokument ta' divulgazzjoni definittiva (replikati fil-premessi (143) u (144) hawn fuq). Ma kien hemm ebda bidla fis-sitwazzjoni fattwali dwar din il-verifika u l-Kummissjoni ma taqbilx mal-interpretazzjoni ta' dawn il-fatti mill-GTĊ u tisħaq li għamlet l-almu tagħha sabiex issir il-verifika iżda dan ma kienx possibbli minħabba x-xkiel min-naħa tal-GTĊ. Il-GTĊ jinvoka r-Rapport tal-Bord tad-WTO (95), li kkonkluda li n-nuqqas ta' żjara fuq il-post ma ġabx fi tmiemhom il-possibilitajiet kollha ta' verifika tad-dokumenti. Madankollu, f'din l-investigazzjoni, il-GTĊ għarraf lill-Kummissjoni bid-disponibilità tal-bank għal verifika jum tax-xogħol wieħed biss qabel ma bdiet il-verifika tal-GTĊ (wara d-data ta' skadenza diġà estiża għat-tali konferma), u b'hekk temm kwalunkwe possibilità ta' żjara fuq il-post minħabba li kienu saru arranġementi li ma setgħux jinbidlu. F'dawn iċ-ċirkustanzi, huwa konkluż li l-GTĊ ma aġixxiex bl-aqwa ħiliet tiegħu u l-Kummissjoni ma tara ebda mod li bih il-verifiki pprovduti minn żjara fuq il-post setgħu ġew replikati b'xi mod ieħor.

(409)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni ma tistax tinjora l-informazzjoni pprovduta mill-Huaxia Bank fir-rigward tal-istruttura tas-sjieda tiegħu għaliex mhijiex “ideali fl-aspetti kollha”. Il-Kummissjoni tosserva li r-raġuni għar-rifjut ta' din l-informazzjoni ma kinitx għax ma kinitx ideali fl-aspetti kollha. Kif diġà spjegat fil-premessa (147) hawn fuq, Huaxia Bank ma ddivulga ebda informazzjoni dwar is-sjieda tal-gvern saż-żjara ta' verifika anki jekk diġà kien intalab jagħmel hekk mill-Kummissjoni fil-kwestjonarju inizjali. Wara li l-Kummissjoni indikat li Huaxia Bank kellu xi azzjonisti tal-Istat, il-bank issottometta folja bl-informazzjoni minn sors mhux magħruf u barra minn hekk, din l-informazzjoni kienet tikkontradixxi informazzjoni oħra fil-fajl. Ma kienx possibbli li tiġi aċċettata t-tali informazzjoni.

(410)

Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Huaxia Bank sabiex jipprovdi biss uħud mill-valutazzjonijiet tal-kredibbiltà kredizja kif deskritt fil-premessa (148) hawn fuq, il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni rċeviet spjegazzjoni raġonevoli dwar għaliex ma jistgħux jiġu pprovduti l-valutazzjonijiet l-oħrajn. Il-Kummissjoni ma taqbilx. Peress li kien iddikjarat b'mod ċar fl-ittra ta' qabel il-verifika li t-tali dokumenti se jkunu soġġetti għaż-żjara ta' verifika, l-ispjegazzjoni li “ż-żewġ rapporti ta' valutazzjoni tar-riskju kienu indirizzati minn fergħat oħrajn tal-Bank u l-impjegati responsabbli kienu indisponibbli dak il-ħin” ma kinitx sodisfaċenti. Barra minn hekk, il-GTĊ iqajjem l-argument, ripetut f'partijiet oħrajn fil-kummenti tiegħu, li l-informazzjoni ma setgħetx tiġi pprovduta minħabba kunfidenzjalità tal-klijenti. Il-Kummissjoni tosserva li hemm dispożizzjonijiet għat-trattament ta' informazzjoni kunfidenzjali fl-investigazzjonijiet tagħha tad-dazju kompensatorju (96) u li, xorta waħda, ħafna mit-talbet tal-Kummissjoni, fuq din il-kwistjoni u oħrajn, kienet li tispezzjona, u mhux tikkopja, it-tali informazzjoni. Xorta waħda, il-Kummissjoni tosserva li applikazzjoni stretta tal-prinċipju ta' “kunfidenzjalità tal-klijenti” tista' tagħmel il-verifika ta' ħafna mill-informazzjoni relevanti fl-investigazzjonijiet tas-CVD impossibbli. F'dawn is-sitwazzjonijiet, isir impossibbli li jiġu kontroverifikati t-tweġibiet tal-esportatur fuq ħafna kwistjonijiet u li jsiru spezzjonijiet għal għarrieda tar-riċevituri ta' ċerti skemi f'każijiet fejn ma kien hemm ebda kooperazzjoni minn esportaturi jew fejn l-investigazzjoni saret fuq bażi aggregata.

(411)

Il-GTĊ iddikjara li l-Bank EXIM ikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni u ċerti dokumenti mitlubin mill-Kummissjoni ma setgħux jiġu pprovduti minħabba regoli tal-politika interna, segretezza tal-Istat, kunfidenzjalità jew liġijiet oħrajn. Għaldaqstant, in-nuqqas ta' forniment ta' dawn id-dokumenti ma jistax iwassal għall-applikazzjoni tal-fatti disponibbli. Skont il-Liġi dwar l-Ibbankjar Kummerċjali, dawn id-dokumenti ma setgħux jiġu pprovduti mill-uffiċjali tal-Bank EXIM matul il-verifika. F'dan ir-rigward, u għall-kuntrarju tas-suppożizzjoni tal-Kummissjoni, ir-Regolament bażiku u l-Ftehim tal-SCM ma jistgħux jieħdu post il-liġijiet sovrani tar-RPĊ. Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-mistoqsijiet dwar affiljazzjonijiet ma' partiti politiċi ta' uffiċjali superjuri huma irrelevanti u inkwetanti għall-GTĊ. Il-Kummissjoni ma taqbilx. Filwaqt li r-regoli tad-WTO (li fuqhom huwa bbażat fil-parti l-kbira r-Regolament bażiku) ma jistgħux “jieħdu post” il-liġi domestika, dan ma jżommx milli l-Kummissjoni tagħmel inferenzi meta t-tali liġijiet domestiċi jidhru li jwaqqgħu talbiet raġonevoli għal informazzjoni. Barra minn hekk, il-fatt li filwaqt li l-Bank EXIM ipprovda xi tweġibiet fit-tweġiba għall-Appendiċi A, irrifjuta milli jsostni kważi din l-informazzjoni kollha b'dejta tas-sors jew xi xorta ta' evidenza. Għaldaqstant, l-informazzjoni għandha biss valur ta' dikjarazzjoni orali, mhux sostnuta minn dokumenti bil-miktub verifikati. Li kieku kellha tiġi aċċettata din il-prattika, il-Bank EXIM seta' jipprovdi prattikament kwalunkwe informazzjoni u l-awtorità investigattiva kien ikollha taċċettaha bla ma tkun tista' tivverifika l-preċiżjoni tagħha.

Il-mistoqsijiet dwar l-affiljazzjonijiet ma' partiti politiċi u unitajiet CCP fi ħdan il-Bank EXIM (u kwalunkwe bank ieħor f'din il-kwistjoni) huma ferm relevanti sabiex jiġi stabbilit kemm hija importanti l-influwenza tal-Istat fuq il-ġestjoni tal-banek fid-dawl tar-rwol partikolari tas-CCP skont il-Kostituzzjoni tar-RPĊ. Minbarra l-ġustifikazzjoni tat-tali mistoqsijiet li l-Kummissjoni offriet fil-premessa (151) hawn fuq, huwa osservat ukoll li skont il-Kostituzzjoni tas-CCP, l-organizzazzjonijiet kollha, inklużi impriżi kummerċjali privati, huma meħtieġa jistabbilixxu “organizzazzjonijiet primarji tal-partit” jekk id-ditta timpjega tal-inqas tliet membri tal-partiti. Dawn l-organizzazzjonijiet jiggarantixxu u jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-politiki tal-Parti u l-Istat u jappoġġaw il-laqgħa tal-azzjonisti, bord tad-diretturi, u maniġers fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom skont il-liġi (97). Il-Liġi dwar il-Kumpaniji tar-RPĊ tobbliga wkoll lill-kumpaniji kollha fiċ-Ċina sabiex iwaqqfu organizzazzjoni tas-CCP fi ħdan l-istruttura organizzazzjonali tagħhom biex iwettqu l-attivitajiet tas-CCP (98).Għaldaqstant, is-CCP huwa marbut biċ-ċar mal-attivitajiet tal-GTĊ u mal-operazzjoni ta' kull tip ta' ditta u istituzzjoni fiċ-Ċina; għaldaqstant, huwa leġittimu li jsiru mistoqsijiet dwar l-affiljazzjonijiet mal-partiti f'dan ir-rigward.

(412)

Rigward il-verifika tas-CDB, il-GTĊ għamel l-istess dikjarazzjoni fir-rigward tal-mistoqsijiet dwar l-affiljazzjonijiet politiċi tal-maniġment u r-rwol tas-CCP fil-bank. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi għall-ġustifikazzjonijiet fil-premessi (151) u (411) hawn fuq. Il-GTĊ iddikjara wkoll li s-CDB ma setax jipprovdi r-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu mitlubin għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità u li pprovda mudell tal-valutazzjoni tal-kreditu u anki eżempju konkret ta' valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu bl-isem tal-kumpanija mħassar. Huwa osservat li l-mudell tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-klassifikazzjoni tal-kreditu għal kumpanija mhux magħrufa ta' industrija mhux magħrufa mhuwiex evidenza tal-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu ta' wieħed mill-esportaturi fil-kampjun kif talbet il-Kummissjoni. Fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità, il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjoni fil-premessa (410).

(413)

Il-GTĊ iddikjara li s-sejba tal-Kummissjoni li l-SOCBs huma korpi pubbliċi hija inkonsistenti mal-Artikolu 1.1 tal-Ftehim tal-SCM għaliex il-Kummissjoni ma bbażat id-determinazzjoni tagħha fuq l-ebda evidenza u ma pprovdietx analiżi rraġunata u adegwata tad-determinazzjoni tagħha li l-involviment tal-gvern fis-settur finanzjarju Ċiniż tant huwa sostanzjali li l-banek huma meħtieġa jsegwu l-politiki preferenzjali. Il-Kummissjoni fundamentalment ma taqbilx ma' din il-pretensjoni. L-informazzjoni indipendenti msemmija fil-premessi minn (162) sa (168) turi li l-banek jimplimentaw il-politiki preferenzjali u dan huwa ċar ukoll mill-bosta pjanijiet, liġijiet u dokumenti politiċi taċ-Ċina msemmijin fil-premessa (102) hawn fuq. Il-Kummissjoni rrevediet, analizzat u kkwotat għadd ta' dokumenti ppubblikati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi d-WTO, il-Bank Dinji, l-FMI u l-OECD, li kollha kemm huma jikkonkludu li s-settur bankarju taċ-Ċina huwa soġġett għall-interventi importanti mill-Istat b'mod partikolari fir-rigward ta' riċevituri privileġġati ta' self u tfassil ta' rati tal-imgħax.

(414)

Il-GTĊ jikkontesta r-relevanza ta' bosta dokumenti użati bħala l-aħjar fatti disponibbli li l-Kummissjoni rreferiet għalihom fir-rigward tad-determinazzjoni tal-korpi pubbliċi dwar l-SOCBs. Bħala kumment preliminari, irid jiġi indikat li l-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-aħjar fatti disponibbli biss minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GTĊ u l-fatt li rrifjuta milli jipprovdi l-informazzjoni mitluba.

(415)

Il-GTĊ iddikjara li r-rapport ta' Riċerka ta' Deutsche Bank (“ir-rapport ta' DB”) li l-Kummissjoni kkwotat fil-premessa (161) jiddeskrivi sitwazzjoni storika fiċ-Ċina u ma jistax jipprovdi bażi pożittiva biex jiġi vvalutat is-settur bankarju taċ-Ċina ta' 7 snin wara. L-ewwel nett, il-GTĊ huwa żbaljat meta jiddikjara li r-rapport jipprovdi bażi biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni “7 snin wara”. Ir-rapport huwa mill-2007 u l-PI, li huwa l-perjodu relevanti għall-valutazzjoni tas-settur bankarju fiċ-Ċina għall-fini ta' dan il-proċediment, jibda fis-sena 2011. Għaldaqstant, ir-rapport jirreferi għal sitwazzjoni 4 snin qabel il-perjodu relevanti. It-tieni, ir-rapport ta' DB mhuwiex l-uniku dokument li fuqu l-Kummissjoni tibbaża s-sejbiet tagħha iżda huwa biss punt ta' tluq għall-analiżi tal-Kummissjoni tas-settur bankarju taċ-Ċina u l-istruttura tas-sjieda tiegħu b'mod partikolari. It-tielet, l-informazzjoni l-oħra li l-Kummissjoni semmiet sabiex tistabbilixxi l-istruttura tas-sjieda tas-settur bankarju taċ-Ċina (rapporti tad-WTO, FMI u OECD) hija konformi mas-sejbiet tar-rapport ta' DB. F'dan il-kuntest, ta' min jinnota li l-GTĊ innifsu pprovda l-minimu tal-informazzjoni mitluba b'mod ripetut f'dan ir-rigward u qatt ma kkontesta s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-livell ta' sjieda tal-Istat fis-settur bankarju u l-interferenza tal-Istat fis-sistema bankarja fuq bażi fattwali.

(416)

Il-GTĊ ikkontesta wkoll ir-referenza tal-Kummissjoni għar-rapport tal-2012 ta' Analiżi tal-Politika Kummerċjali tad-WTO bid-dikjarazzjoni li l-istqarrija li “ġeneralment ftit li xejn kien hemm bidla fl-istruttura tas-suq tas-settur bankarju taċ-Ċina” kienet iddikjarata bi tqabbil mal-perjodu ta' analiżi ta' qabel fis-sena 2010. Il-Kummissjoni mhux ma taqbilx ma' din il-pretensjoni. Il-Kummissjoni, fid-dokument ta' divulgazzjoni definittiva tagħha, ikkwotat ir-rapporti ta' Analiżi tal-Politika Kummerċjali tad-WTO mill-2010 u l-2012 fl-istess premessa (161) sabiex turi li ftit li xejn inbidel fil-perjodu ta' sentejn. Filwaqt li r-rapport tal-2010 iddikjara li “l-grad għoli ta' sjieda tal-Istat huwa karatteristika sinifikanti oħra tas-settur finanzjarju fiċ-Ċina”, ir-rapport tal-2012 ikkonferma li ftit inbidel f'dan ir-rigward. Il-GTĊ ikkwota wkoll mir-rapport tal-2012 u fuq il-bażi ta' dawn il-kwotazzjonijiet iddikjara li r-rapport jikkontradixxi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (161) hawn fuq. Din il-pretensjoni ma tistax tiġi aċċettata. L-ebda waħda mill-kwotazzjonijiet mir-rapport riprodott fil-kummenti tal-GTĊ għad-divulgazzjoni definittiva ma tikkontradixxi u lanqas ma tixħet l-iċken dubju fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (161).

(417)

Il-GTĊ iddikjara li s-sejbiet tal-Kummissjoni fil-premessa (162) hawn fuq huwa nieqes minn evidenza pożittiva għaliex il-Kummissjoni (minbarra r-rapport ta' DB u l-Analiżijiet tal-Politiki Kummerċjali tad-WTO diskussi fil-premessi hawn fuq) “sempliċiment tirreferi għar-Rapport tal-Bank Dinji u l-istħarriġ Ekonomiku, eċċ., iżda ma tipprovdi l-ebda spjegazzjoni rraġunata u adegwata biex issostni s-sejbiet tagħha”. Din il-pretensjoni ma tistax tiġi aċċettata. F'dan ir-rigward, huwa osservat li, fost l-oħrajn, ir-rapport tal-Bank Dinji jiddikjara dan li ġej: “Minkejja progress impressjonanti fir-riforma u t-tisħiħ tas-settur finanzjarju fl-aħħar tliet deċennji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina għadha taħt pressjoni u tbati minn żbilanċi strutturali importanti. Is-sistema attwali, karatterizzata minn dominju tal-banek tal-Istat, intervent qawwi mill-Istat, u kontrolli li għad hemm fuq ir-rati tal-imgħax, irnexxielha b'mod notevoli timmobilizza t-tfaddil u talloka kapital lil setturi strateġiċi meta l-ekonomija taċ-Ċina qabdet it-triq”, jew “Kontrolli paralleli, diretti u indiretti tal-istituzzjonijiet finanzjarji jridu jagħtu lok għal arranġamenti ta' distakkament ibbażati fuq is-suq. Dan ikun ifisser bank ċentrali awtonomu li jadotta operazzjonijiet tas-suq miftuħ u li juża rati tal-imgħax, minflok limiti massimi tal-kreditu, biex jikkontrolla l-likwidità. Il-banek kummerċjali jkunu jużaw prinċipji kummerċjali u analiżi tal-kredibbiltà kreditizja, minflok ma jsegwu sinjali tal-gvern, biex jiggwidaw is-self” u “Il-gvern fil-livelli kollha kien involut mill-qrib fl-operazzjonijiet kummerċjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji, jew permezz ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew influwenzi indiretti, l-iktar għaliex huwa ferm dipendenti fuq l-użu tal-kreditu tal-banek kummerċjali għall-għanijiet politiċi”. L-Istħarriġ Ekonomiku tal-2010 tal-OECD dwar iċ-Ċina jiddeskrivi l-politiki tal-PBOC dwar il-minimu tar-rati ta' għoti b'self u l-limitu massimu tar-rata tad-depożiti bħala diżinċentiv għall-banek sabiex jipprezzaw ir-riskju kif xieraq u miżura kontroproduċenti għall-kompetizzjoni fis-settur bankarju u jiddikjara li l-iskop huwa li tiġi salvagwardjata l-profittabilità tas-settur bankarju li b'mod predominanti huwa tal-Istat.

(418)

Il-GTĊ jisħaq ukoll li d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li l-PBOC huwa involut u jinfluwenza l-istabbiliment tar-rati tal-imgħax mill-banek kummerċjali ipposseduti mill-Istat la għandha raġunar tajjeb u lanqas bażi evidenzjarja. F'dan ir-rigward, il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni missha kienet taf li f'Lulju 2013 tneħħew il-minimi tar-rati ta' għoti b'self. L-ewwel nett, ta' min josserva li l-Kummissjoni ma analizzatx is-sitwazzjoni tas-suq bankarju fiċ-Ċina f'Lulju 2013, peress li dan il-perjodu ma kienx relevanti għal din l-investigazzjoni. It-tieni nett, id-dikjarazzjoni li d-determinazzjoni tal-Kummissjoni nieqsa mir-raġunament xieraq u bażi ta' evidenza hija żbaljata. Iċ-ċirkulari relevanti jiddikjaraw b'mod ċar li l-PBOC jistabbilixxi limiti fuq ir-rati ta' għoti b'self kif ukoll fuq ir-rati tad-depożiti. U t-tielet nett, l-Istħarriġ Ekonomiku tal-OECD: Ċina 2010 ikkwotat fil-premessa (162) ukoll jikkonferma l-eżistenza tat-tali limiti.

(419)

Il-GTĊ iddikjara li l-“Kummissjoni kienet taf li ċ-ċirkulari, inklużi ċ-ċirkulari tat-8 ta' Ġunju u t-8 ta' Lulju 2012 maħruġin wara s-sejbiet tas-Karta Fina Miksija kienu bidlu l-prattika tar-rati tal-imgħax tal-PBOC b'mod sinifikanti”. Dan huwa żbaljat. Il-Kummissjoni ma setgħetx tkun taf jekk jew kif eżattament inbidlet il-prattika peress li l-GTĊ irrifjuta milli jipprovdi dawn iċ-ċirkulari. Anki s-sommarji mill-websajts tal-PBOC sottomessi matul il-verifika, li madankollu l-GTĊ jiddikjara b'mod żbaljat li l-Kummissjoni injorat kompletament, jikkonfermaw li t-tali limiti għadhom jeżistu.

(420)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li “l-Kummissjoni ma dehritx li tibbaża s-sejba tagħha fuq ‘fatti propji disponibbli’ li tikkontradixxi l-informazzjoni storika li l-Kummissjoni kellha, iżda minflok ippretendiet li l-GTĊ juri li nbidlet il-qagħda attwali eżaminata matul Azzar Miksi b'Materjal Organiku.” Fid-dawl tal-ispjegazzjoni fil-premessi (415) — (419) hawn fuq, huwa ċar li din id-dikjazzjoni mhijiex korretta. Ma hemm l-ebda fatt disponibbli fil-fajl li jikkontradixxi s-sejbiet tal-Kummissjoni u s-sejbiet mhumiex ibbażati fuq l-informazzjoni storika iżda fuq evidenza pożittiva, ibbażata fuq l-informazzjoni kollha relevanti għall-PI.

(421)

Il-GTĊ iddikjara li l-erba' punti ddikjarati mill-Kummissjoni fil-premessa (166) hawn fuq huma żbaljati u neqsin minn valutazzjoni ġuridika xierqa. Il-GTĊ argumenta wkoll li r-referenza għall-Artikolu 34 tal-Liġi tal-Ibbankjar Kummerċjali, li l-banek għandhom “iwettqu n-negozju ta' self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali” hija kompletament newtrali. Mhuwiex ċar x'kien ifisser il-GTĊ bit-terminu “newtrali”, iżda skont il-pjanijiet, id-dokumenti politiċi u l-liġijiet ikkwotati fil-premessa (102) hawn fuq, l-iżvilupp tal-industrija PV u l-appoġġ finanzjarju u appoġġ ieħor tagħha jidhru li huma fost il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali fiċ-Ċina. Fil-kuntest tal-appoġġ finanzjarju mħeġġeġ u muri f'dawn id-dokumenti, huwa ċar li l-banek jappoġġaw lill-kumpaniji li jappartjenu għall-industrija PV. Dwar is-sejba li l-banek huma soġġetti għal regoli ġuridiċi li jeħtiġuhom jipprovdu appoġġ ta' kreditu lill-proġetti mħeġġin li għalihom il-Kummissjoni qagħdet fuq it-test tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat Nru 40, il-GTĊ iddikjara li “hija kompletament skorretta” għaliex id-Deċiżjoni la tiddikjara u lanqas tindika li l-industrija solari hija proġett imħeġġeġ. Din id-dikjarazzjoni hija żbaljata wkoll. Mill-premessa (399) hawn fuq, jidher ċar li l-industrjia solari tappartjeni għall-kategorija ta' proġetti/industriji mħeġġin. Il-GTĊ għamel dikjarazzjoni simili li tikkonċerna l-Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku u s-sejba tal-Kummissjoni li jeħtieġ li l-banek jagħtu prijorità lill-iżvilupp ta' industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida u li l-produtturi fil-kampjun jaqgħu fil-kategorija tat-teknoloġija avvanzata. Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni ma għamlet ebda analiżi ġuridika dwar il-kwistjoni ta' jekk l-industrija solari tal-produzzjoni ta' moduli u ċelloli deskritta bħala industrija tat-teknoloġija avvanzata taqax fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-liġi. Dan mhuwiex korrett. Il-Kummissjoni tagħmel rabta ċara bejn il-kategorija ta' industriji tat-teknoloġija avvanzata u l-industrija solari li tipproduċu moduli u ċelloli. Dan huwa spjegat f'dettall fil-premessa (402) hawn fuq.

(422)

Il-GTĊ saħaq li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, li l-involviment tal-Istat fis-settur finanzjarju Ċiniż huwa sostanzjali u attwali, mhuwiex appoġġat minn evidenza pożittiva. Il-GTĊ ikkontesta l-evidenza kkwotata mill-Kummissjoni u ddikjara li r-rapport tal-2009 tal-FMI li jixħet dawl fuq in-nuqqas ta' liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax huwa irrelevanti għaliex ir-rati tal-imgħax ġew kompletament liberalizzati fiċ-Ċina. Dan mhuwiex korrett. L-evidenza fil-fajl tikkonferma li l-liberalizzazzjoni tar-rati tal-imgħax fiċ-Ċina mhijiex lesta u dan kien ikkonfermat ukoll mill-uffiċjali tal-PBOC preżenti matul iż-żjara ta' verifika. Fir-rigward tar-Rapport tal-2010 tal-FMI dwar il-Pajjiżi msemmi mill-Kummissjoni, il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni injorat kompletament is-sejbiet tal-FMI dwar il-liberalizzazzjoni tas-settur finanzjarju. Dan mhuwiex minnu. Il-Kummissjoni ma injorat l-ebda sejba tal-FMI f'dan ir-rapport li kienu relevanti. Is-sejbiet tal-FMI li l-GTĊ irrefera għalihom fil-kummenti tiegħu ma kienu jikkontradixxu l-ebda sejba tal-Kummissjoni dwar l-involviment tal-Istat fis-settur finanzjarju taċ-Ċina u ċertament żgur li mhux fir-rigward tas-sjieda tal-Istat jew il-politika dwar ir-rata tal-imgħax għas-self jew id-depożiti. Il-fatt li r-Rapport iddikjara li sar progress fl-aħħar snin fl-iżvilupp ta' sistema finanzjarja bbażata iktar fuq is-suq fiċ-Ċina ma jfissirx li r-Rapport qal li hemm sistema finanzjarja bbażata fuq is-suq fiċ-Ċina. Fir-rigward tal-istħarriġ tal-OECD ikkwotat mill-Kummissjoni, il-GTĊ iddikjara li ma jistax ikun konkluż li l-banek ma joperawx b'mod indipendneti fiċ-Ċina fuq il-bażi “ta' frażi waħda bl-esklużjoni ta' progress importanti fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tas-settur bankarju”. Rigward din id-dikjarazzjoni, ta' min jinnota li l-Kummissjoni qatt ma ħarġet xi konklużjoni fuq il-bażi ta'“frażi waħda” iżda kif muri fit-test ta' hawn fuq, fuq il-bażi ta' bosta dokumenti mfasslin minn organizzazzjonijiet internazzjonali indipendenti.

(423)

Il-GTĊ iddikjara li l-analiżi tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tal-korp pubbliku “hija mimlija żbalji” u l-konklużjoni tagħha fil-premessa (168) hawn fuq hija inkonsistenti mal-interpretazzjoni tal-AB tad-WTO tat-terminu “korp pubbliku” fi Stati UnitiDazji antidumping u kumpensatorji definittivi fuq Ċerti Prodotti għaċ-Ċina. Produttur esportatur minnhom iddikjara wkoll li r-raġunar tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni ta' korp pubbliku hija “legalment żbaljata”. Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi li l-SOCBs għandhom, huma vestiti, u jeżerċitaw awtorità governattiva u li ma stabbilixxietx i) li l-funzjonijiet inkwistjoni li allegatament jitwettqu mill-SOCBs huma dawk li huma eżegwiti minn gvern inġenerali, jiġifieri huma funzjonijiet tal-gvern, ii) il-karatteristiċi komuni li l-SOCBs jaqsmu mal-gvern minbarra l-parteċipazzjoni azzjonarja li lanqas ma kienet stabbilita għall-SOCBs kollha; u iii) li l-SOCBs kollha għandhom l-awtorità governattiva meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw jew kienu vestiti bis-setgħa li jeżegwixxu funzjonijiet governattivi kkonċernati. Dawn il-pretensjonijiet kellhom jiġu rifjutati. Il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi tagħha ta' din il-kwistjoni fil-premessi (158) — (167). L-għoti b'self jissemma fid-definizzjoni ta' sussidju fl-Artikolu 3.1(a)(i) tar-Regolament bażiku bħala funzjoni tal-gvern. F'din l-investigazzjoni, l-SOCBs huma ordnati permezz ta' rekwiżit, pjanijiet u dokumenti politiċi oħrajn, sabiex jippromwovu ċerti setturi, inkluż is-settur PV. Fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, kien konkluż ukoll li hemm sjieda sostanzjali tal-banek mill-gvern fiċ-Ċina u li l-gvern jeżerċita kontroll importanti fuq l-SOCBs. Peress li l-GTĊ ma pprovdiex l-informazzjoni mitluba fuq is-sjieda tal-gvern tal-SOCBs kollha fiċ-Ċina, il-Kummissjoni għamlet is-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli. B'hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-SOCBs jaġixxu bħala fergħa tal-gvern li twettaq funzjoni pubblika fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' għoti b'self preferenzjali tal-GTĊ lil ċerti setturi.

(424)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi li hemm ordni jew inkarigu ta' banek privati fiċ-Ċina u b'mod partikolari li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-GTĊ ta delega espliċita jew affermattiva jew kmand jew responsabilità jew awtorità lill-banek privati u l-SOCBs biex jipprovdu self preferenzjali. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din id-dikjarazzjoni. Kif spjegat fil-premessi (170) — (173), hemm politika tal-gvern fiċ-Ċina sabiex tipprovdi appoġġ b'għoti b'self preferenzjali lill-industrija PV. Il-banek privati huma obbligati jimplimentaw il-politika tal-gvern: Il-GTĊ, permezz tal-Liġi tal-Ibbankjar Kummerċjali, ta struzzjonijiet lill-banek kollha taċ-Ċina sabiex “iwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u fl-ispirtu tal-politiki industrijali tal-Istat”. Dawn il-ħtiġijiet u l-politiki industrijali tal-Istat huma, fost l-oħrajn, stabbiliti fil-bosta pjanijiet u dokumenti politiċi u l-forniment ta' finanzjament preferenzjali lil ċerti industriji inkluża l-industrija PV huwa wieħed minnhom. Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Artikolu relevanti tal-Liġi dwar l-Ibbankjar Kummerċjali ttieħed barra mill-kuntest tiegħu u ma jurix b'mod espliċitu xi delega jew kmand, għoti ta' responsabilità jew eżerċizzju ta' awtorità mill-GTĊ jew xi bank kummerċjali. Il-Kummissjoni ma taqbilx li l-Artikolu 34 ittieħed barra l-kuntest kif diġà spjegat fil-premessa (390) hawn fuq u tqis li t-test tiegħu huwa struzzjoni ċara legalment vinkolanti lill-banek kollha fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni lanqas ma taqbel mad-dikjarazzjoni tal-GTĊ li d-dokumenti li jipprovdu għall-għoti b'self preferenzjali lill-industrija PV msemmija fil-premessa (102) huma “bażi ġuridika inadegwata”. Dan huwa spjegat fit-tul fil-premessi (399) — (403) hawn fuq.

(425)

Produttur esportatur minnhom iddikjara li l-Kummissjoni ma wrietx li l-banek ta' proprjetà barranija fiċ-Ċina huma inkarigati u ordnati mill-GTĊ. Din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata. Il-Kummissjoni wriet inkarigu u ordni għall-banek kollha bi sjieda privata fiċ-Ċina (inter alia l-premessi (169) — (172) u (424) hawn fuq) u l-banek bi sjieda barranija jappartjenu għal din il-kategorija.

(426)

Fir-rigward tad-determinazzjoni ta' inkarigu u ordni, il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni għamlet konklużjonijiet fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu ta' esportatur fil-kampjun wieħed ipprovduta minn bank u applikathom għall-banek kollha fiċ-Ċina u b'hekk użat inferenzi avversi f'dan ir-rigward. Huwa osservat li l-GTĊ kif ukoll il-banek irrifjutaw milli jipprovdi xi valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu oħra ta' produtturi esportaturi oħrajn fil-kampjun. Peress li l-Kummissjoni kienet imġiegħla tapplika l-fatti disponibbli f'dan ir-rigward u l-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu msemmija hawn fuq hija l-aħjar fatti disponibbli, il-Kummissjoni bbażat il-konklużjonijiet tagħha b'mod parzjali fuq dan id-dokument. Iżda huwa mtenni li l-konklużjonijiet saru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli u mhux inferenzi avversi.

(427)

Il-GTĊ oġġezzjona għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni tat-tfixkil tas-suq finanzjarju Ċiniż “peress li hija legalment żbaljata”. Il-GTĊ iddikjara li ma hemm l-ebda evidenza li tappartjeni għall-PI li tindika li l-SOCBs jammontaw għal 2/3 mis-suq finanzjarju Ċiniż. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din il-pretensjoni. Fin-nuqqas tal-informazzjoni dwar is-settur bankarju li ntalbet b'mod ripetut iżda li ma kinitx ipprovduta mill-GTĊ, il-Kummissjoni applikat il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni rreferiet għar-rapport ta' DB f'dan ir-rigward li jiddikjara li l-SOCBs jammontaw għal iktar minn 2/3 tas-suq finanzjarju Ċiniż. Dan huwa sostnut ukoll mill-evidenza mid-dokumenti tad-WTO, l-FMI, l-OECD u l-Bank Dinji li jikkonfermaw li l-preżenza tal-Istat fis-settur bankarju Ċiniż ma nbidilx wisq fl-PI. Il-GTĊ iddikjara li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rati tal-imgħax (jiġifieri li l-banek huma marbutin li jibqgħu fi ħdan il-limiti stabbiliti mill-PBOC) hija żbaljata għaliex ir-rata minima ta' għoti b'self tneħħiet għal kollox. Dan mhuwiex korrett. Huwa minnu li fil-kummenti tiegħu l-GTĊ iddikjara li r-rati minimi ta' għoti b'self tneħħew f'Lulju 2013, iżda dan jiġi iktar minn sena wara li ntemm il-PI. Huwa minnu wkoll li l-limiti massimi fuq ir-rati tad-depożiti għadhom fis-seħħ. Għaldaqstant, is-sejba tal-Kummissjoni li l-banek mhumiex kompletament ħielsa sabiex jiddeċiedu l-kundizzjonijiet tas-self (tal-inqas fir-rigward tal-PI) hija korretta u sostnuta mill-evidenza fil-fajl. Il-GTĊ oġġezzjona wkoll għas-sejbiet tal-Kummissjoni fil-premessi (183) — (188) fuq il-bażi tal-allegat nuqqas ta' relevanza ta' bosta pjanijiet, dokumenti politiċi u liġijiet ikkwotati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din id-dikjarazzjoni u tirreferi għall-premessi (399) — (403) hawn fuq li fihom hemm spjegat għaliex dawn id-dokumenti huma relevanti għat-tali sejbiet.

Il-GTĊ iddikjara wkoll li s-sejba tal-Kummissjoni li ċerti banek ingħataw aċċess għar-riżervi tal-muniti barranin tas-SAFE hija żbaljata għaliex l-evidenza li l-Kummissjoni rreferiet għaliha semmiet biss il-Bank EXIM u s-CDB u spjegat li s-self miġjub minn dawn ir-riżervi ngħata biss lil impriżi tal-Istat. Il-Kummissjoni ma taqbilx. L-evidenza tiddikjara biss li meta dan il-programm beda, għall-ewwel kien disponibbli biss għal banek tal-politiki CDB u EXIM, iżda ssemmi wkoll self qawwi tal-Bank of China, li jindika li tneħħiet ir-restrizzjoni inizjali. Anki d-dikjarazzjoni li l-evidenza “tiddikjara biċ-ċar li s-self jingħata biss lil impriżi tal-Istat bħal Sinopec” mhijiex preċiża. Huwa ddikjarat li impriżi kbar tal-Istat huma ppreferuti, iżda ma tindikax li l-forniment tat-tali self kien limitat għalihom. U xorta waħda, minħabba d-daqs tal-Bank EXIM u s-CDB u l-impatt tagħhom fuq is-suq finanzjarju fiċ-Ċina, anki jekk il-programm kien limitat għalihom, dan ikun ifisser tfixkil sinifikanti tas-suq finanzjarju sħiħ.

(428)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx speċifiċità fir-rigward tal-għoti b'self preferenzjali u l-analiżi tal-ispeċifiċità tagħha hija legalment inkoerenti għaliex ma stabbilixxietx jekk id-Deċiżjoni Nru 40 tirreferix għal proġetti jew industriji. Skont il-GTĊ il-fatt li l-“medda ferm wiesa' ta' setturi ekonomiċi u industriji huma koperti mid-Deċiżjoni Nru 40, dan id-dokument ma jillimitax b'mod espliċitu l-aċċess tal-allegat sussidju lil ċerti impriżi kif inhu meħtieġ ikun stabbilit mill-ġurisprudenza tad-WTO”. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din id-dikjarazzjoni. Fir-rigward tal-proġetti mħeġġin, huwa mfakkar li dawn ikopru biss ċerti attivitajiet fi ħdan numru limitat ta' setturi industrijali u b'hekk, din il-kategorizzazzjoni, li tkopri biss sottosett ta' impriżi fiċ-Ċina, ma tistax titqies bħala għamla ġenerali u mhux speċifika. Il-Kummissjoni qieset li din hija l-iktar interpretazzjoni naturali fin-nuqqas ta' kwalunkwe spjegazzjoni (u dokumenti li jikkonfermaw) dwar kif il-GTĊ applika b'mod preċiż il-kunċett tal-industrija PV, pereempju għall-fini tad-Deċiżjoni 40 u l-Katalogu ta' Gwida tar-Ristrutturar Industrijali relatat. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (102) hawn fuq, l-industrija solari PV tappartjeni wkoll għall-kategorija ta' industriji strateġiċi kif definiti mit-12-il pjan ta' ħames snin u fuq din il-bażi tgawdi minn aċċess għal finanzjament preferenzjali li huwa ċar mill-kwotazzjonijiet minn bosta dokumenti ta' ppjanar u politiki u liġijiet fl-istess premessa.

(429)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx l-eżistenza ta' benefiċċju li jikkonċerna self preferenzjali għaliex l-użu tal-parametru referenzjarju estern għall-fini tal-istabbiliment tal-benefiċċju ma kienx sostnut mis-sejbiet tal-Kummissjoni. Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda bażi biex tapplika l-klassifikazzjoni BB peress li ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-klassifikazzjoni BB għandha probabilità ikbar li tkun klassifikazzjoni tal-kreditu mhux imfixkla milli xi klassifikazzjoni oħra u l-applikazzjoni tagħha “tirrifletti l-inferenzi avversi impermissibbli li saru bi ksur tal-Artikolu 12.7 tal-Ftehim tal-SCM”. Din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata. Minħabba t-tfixkil u n-nuqqas ta' kredibbiltà kreditizja jew valutazzjoni tar-riskju xierqa tal-produtturi esportaturi fil-kampjun mill-banek ta' għoti b'self, il-Kummissjoni ma setgħetx tieħu l-klassifikazzjoni tal-kreditu (jekk kien hemm waħda) tal-produtturi esportaturi individwali bil-valur nominali tagħha. F'dan il-każ, il-klassifikazzjoni BB mhijiex inferenza avversa u lanqas ma hi sfavorevoli għall-produtturi esportaturi għaliex hija l-aħjar klassifikazzjoni mhux ta' investiment fis-suq.

(430)

L-ilmentatur iddikjara li l-Kummissjoni missha użat klassifikazzjoni ta' kreditu inqas favorevoli mill-klassifikazzjoni BB għall-bini tal-parametru referenzjarju għal uħud mill-produtturi esportaturi li kienu f'qagħda finanzjarju partikolarment ħażina. Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (429) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li l-klassifikazzjoni BB (klassifikazzjoni mhux ta' investiment) tirrifletti b'mod xieraq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-PI.

(431)

L-ilment talab ukoll li l-Kummissjoni tiddivulga l-kalkolu tal-mark-up għas-self fil-munita Ċiniża. Il-Kummissjoni spjegat il-metodoloġija fil-paragrafu 169 tad-dokument ta' divulgazzjoni definittiva (replikat fil-premessa (198) hawn fuq). B'konformità mal-metodoloġija mill-proċedimenti Karta Fina Miksija u Azzar Miksi b'Materjal Organiku, il-Kummissjoni aġġustat ir-rati tal-imgħax taċ-Ċina billi żiedet id-differenzjali tal-imgħax bejn il-bonds bl-aħjar klassifikazzjoni u l-bonds klassifikati BB negozjati fis-swieq fil-PI.

(432)

Produttur esportatur minnhom iddikjara li l-Kummissjoni, sabiex tistabbilixxi l-benefiċċju minn self preferenzjali, għandha tqabbel ir-rati ta' għoti b'self tal-industriji “preferuti” minn dawk tal-industriji “mhux preferuti”. Fid-dawl tal-analiżi tal-Kummissjoni tas-suq finanzjarju (il-premessi (181) — (185)) din id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata. Wara li jittieħed f'kunsiderazzjoni t-tfixkil stabbilit, ir-rati tal-imgħax fis-suq finanzjarju Ċiniż jitqiesu mhux kredibbli.

(433)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li għas-self f'EUR u USD, il-Kummissjoni ma għandhiex tirrikorri għall-parametru referenzjarju estern għaliex wieħed mill-elementi ewlenin li fuqu l-Kummissjoni sawret l-analiżi tat-tfixkil tagħha, jiġifieri l-limitazzjonijiet tal-PBOC fuq ir-rati tal-imgħax, ma jeżistix għat-tali self. Din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata. Il-limitazzjonijiet tal-PBOC fuq ir-rati tal-imgħax huma biss wieħed mill-elementi ewlenin li l-Kummissjoni użat fl-analiżi tagħha tas-suq finanzjarju Ċiniż. Kif spjegat fil-premessi (180) — (184) hawn fuq, hemm għadd ta' waqtiet ta' tfixkil oħrajn li waħedhom iġġustifikaw l-użu tal-parametru referenzjarju estern anki għas-self denominat f'EUR u USD.

(434)

Bosta esportaturi u l-GTĊ jiddikjaraw li l-Ftehimiet bejn l-esportaturi u ċerti banek tal-Istat (imsemmijin bħala “l-Ftehimiet” f'din it-taqsima) mhumiex ekwivalenti għal linji ta' kreditu u ma jammontawx għal kontribuzzjoni finanzjarja għaliex ma fihomx obbligu jew impenn sabiex il-bank jipprovdi finanzjament fil-ġejjieni b'termini u kundizzjonijiet partikolari. Jirreferu wkoll għall-konklużjonijiet tal-bord ta' KE-Inġenji tal-Ajru, li ddikjara li s-“sempliċi possibilità” li gvern jista' jittrasferixxi fondi sabiex jissodisfa kundizzjoni predefinita mhijiex ser tkun biżżejjed biex tintwera l-eżistenza ta' kontribuzzjoni finanzjarja. Osservaw li d-dikjarazzjoni tal-bord li l-ftehim kuntrattwali għandu jkun “minnu nnifsu ddikjarat u kapaċi jagħti benefiċċju lir-riċevitur, hija separata u indipendenti mill-benefiċċju li jista' jingħata minn xi trasferiment ta' fondi fil-ġejjieni.

(435)

Fir-rigward tas-sejbiet tal-bord ta' KE-Inġenji tal-Ajru, il-Kummissjoni tosserva li t-tali sejbiet mhumiex eżawrjenti fir-rigward tal-ambitu tal-linji ta' kreditu jew ftehimiet simili oħrajn u ma jorbtux l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tar-Regolament bażiku f'dan il-każ. Minkejja dan, il-Kummissjoni mhijiex tgħid li ma taqbilx mal-konklużjonijiet tal-bord, iżda mal-applikazzjoni ta' dawk il-konklużjonijiet għal din l-investigazzjoni mill-GTĊ. Il-Ftehimiet normalment jipprovdu sabiex il-bank tal-Istat jislef sal-ammont meħtieġ ta' flus, kultant flimkien ma' titjib possibbli fil-prestazzjoni tad-ditta involuta. B'hekk, minn naħa waħda, it-test tal-Ftehimiet jaf ikun fih obbligi testwalment inqas espliċiti jew awtomatiċi dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-għoti b'self fil-ġejjieni minn dawk li fihom xi tipi ta' Ftehimiet tal-Linja ta' Kreditu. Kultant huma supplimentati minn self separat jew ftehimiet ta' kreditu. Madankollu, kien osservat li s-self skont dawn il-Ftehimiet normalment isir b'termini ferm simili, jekk mhux identiċi. Min-naħa l-oħra, il-Ftehimiet fihom numru ta' dispożizzjonijiet li jmorru ferm lil hinn mil-lingwa normali tal-ftehimiet tal-linja ta' kreditu u li jammontaw għall-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' appoġġ iggarantit mill-bank inkwistjoni. Il-Kummissjoni tqis li f'dan il-każ, id-dispożizzjonijiet miktubin tal-Ftehimiet mhux bilfors huma konklużivi, għaliex l-“obbligi” jew l-“impenji” li jiġu trasferiti fondi jistgħu jkunu espressi f'forma miktuba jew mhux miktuba u li l-eżistenza tagħhom għandha tkun determinata fuq il-bażi tat-totalità tal-fatti rrekordjati.

(436)

Fuq din il-bażi, in-numru eżatt tal-impenji jew l-obbligi tal-banek tal-Istat skont il-Ftehimiet jiddependi fuq:

(a)

It-test tal-Ftehimiet: Il-Kummissjoni tosserva li d-dispożizzjonijiet fl-iktar ftehimiet importanti li jinvolvu banek kbar tal-Istat u produtturi esportaturi partikolari huma fil-parti l-kbira simili. Il-ftehimiet jistabbilixxu rabta mill-qrib bejn il-bank u l-esportatur fir-rigward tat-trasferiment ta' fondi. Jipprovdi għat-trasferiment tal-ammont rekwiżit ta' flus, kultant wara li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet relatati mal-prestazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-kreditu. Il-Ftehimiet jintitolaw lid-ditta għal “trattament favorevoli” meta japplikaw għal self meta mqabbla ma' ditti li ma ffirmawx ftehimiet bħal dawn. Uħud mill-ammonti ta' finanzjament potenzjali huma enormi meta mqabblin mal-fatturat annwali tad-ditti. L-ammonti ta' kreditu mwiegħda lill-esportaturi fil-kampjun ammontaw għal iktar mit-triplu tal-fatturat annwali tagħhom. Barra minn hekk, il-Ftehimiet jipprovdu sabiex il-bank jagħti appoġġ b'saħħtu lill-iżvilupp tal-kumpanija inkwistjoni. Hemm referenzi għal “sħubija strateġika stabbli fit-tul” bejn il-bank u d-ditta, għall-fatt li l-bank jagħti “prijorità” lill-proġetti ta' bini ewlenin tad-ditta, joffri “appoġġ finanzjarju stabbli fit-tul” lid-ditta “fir-rigward tax-xiri u r-riorganizzazzjoni ta' assi tagħha, il-formazzjoni fundamentali ta' kull unità kummerċjali, proġett ta' titjib tekniku, il-proġett ‘Sir Globali’ u negozji oħrajn….” u jgħin lid-ditta sabiex “tifformula pjanijiet ta' żvilupp fit-terminu medju u twil permezz tal-vantaġġi professjonali tagħha, il-vantaġġi istituzzjonali u l-vantaġġi tal-prestazzjoni tagħha.” Il-ftehimiet isemmu wkoll li jikkonformaw mal-politika makroekonomika u industrijali. Għaldaqstant, ikun jidher li l-appoġġ strateġiku mogħti lid-ditta, flimkien mat-“trattament favorevoli” mogħti mill-Ftehim jagħmilha ferm probabbli li se jkun awtomatikament eliġibbli li tippreleva self mill-Ftehimiet.

(b)

In-natura u l-objettivi tas-selliefa: Il-mutwanti huma banek tal-Istat li nstabu li huma korpi pubbliċi jew banek oħrajn li nstabu li huma inkarigati u ordnati mill-gvern u għaldaqstant jaġixxu bħala fergħa tal-GTĊ. Instab li jipprovdu self kif ukoll rati inqas minn dawk tas-suq. Pereżempju, ċerti Ftehimiet jirreferu għall-“vantaġġ ta' finanzjament” tal-bank u l-appoġġ tiegħu għall-“industrija tat-teknoloġija avvanzata…bi prijorità fl-iżvilupp mal-konċessjoni tal-gvern”.

(c )

L-attitudni tal-gvern lejn il-mutwatarju: Il-mutwatarji jappartjenu għall-industriji strateġiċi emerġenti kif muri fil-premessa (102) hawn fuq.

(d)

Il-grad ta' kooperazzjoni tal-gvern fl-investigazzjoni: Il-fornituri tal-linji ta' kreditu (banek tal-Istat u banek inkarigati u ordnati mill-gvern) naqsu milli jikkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjoni u s-sejbiet relatati magħhom saru fuq il-fatti disponibbli.

(e)

Il-perċezzjoni tas-suq dwar il-Ftehimiet: Il-kumpaniji jidhru li jagħtu importanza lill-Ftehimiet bħala evidenza li għandhom l-Istat li jsostnihom u jħabbru pubblikament il-konklużjonijiet tat-tali ftehimiet biex jibagħtu sinjal pożittiv lis-swieq u lill-investituri potenzjali. Pereżempju, fid-9 ta' Lulju 2010, Yingli Solar ħarġet stqarrija għall-istampa li fiha ħabbret “ftehim ta' kooperazzjoni strateġika” ma' CDB, li bih CDB “huwa mistenni li jagħti faċilitajiet ta' kreditu b'ammont massimu aggregat ta' RMB 36 miljun biex isostni lil Yingli Group u l-affiljati tiegħu”. L-Uffiċjal Kap Finanzjarju ta' Yingli ddikjara li, “Dan il-ftehim tella' l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet f'livell ġdid, li nemmnu li ser jagħtina l-ħila li nisfruttaw l-opportunitajiet li se jippermettulna nsaħħu l-pożizzjoni ta' pijuniera fl-industrija PV.” Jinko Solar, fis-26 ta' Jannar 2011, iddeskriviet faċilità ta' kreditu ta' RMB 50 biljun mill-Bank of China bħala “ftehim ta' kooperazzjoni strateġika” li “tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħna bħala manifattur minn ta' quddiem nett ta' prodotti solari”. L-istqarrija għall-istampa kompliet bid-dikjarazzjoni li “Bl-appoġġ finanzjarju fit-tul tal-BOC, aħna kunfidenti li se nagħtu riżultati eċċellenti fl-2011 kif ukoll nilħqu l-miri tagħna ta' tkabbir fit-tul.” Fl-14 ta' April 2010, Trina Solar kienet irrapportata li beħsiebha tuża l-ftehim ta' kreditu ta' USD 4,4 biljun mas-CDB “għall-espansjoni tas-suq”. Dawn it-tħabbiriet kollha jissuġġerixxu li l-produtturi esportaturi kkonċernati jaraw il-Ftehimiet bħala sors ta' finanzjament stabbilit, u mhux wieħed inċert.

(f)

Operazzjoni tal-Ftehimiet: Bosta għotjiet b'self individwali ġew prelevati mill-produtturi esportaturi, jiġifieri l-ftehimiet wasslu għal trasferiment veru ta' fondi, normalment b'rati ferm inqas minn tas-suq.

(437)

Fuq il-bażi tal-evidenza kollha, huwa konkluż li l-Ftehimiet huma offruti mill-banek bħala parti minn strateġija tal-gvern biex jippromwovi l-industrija PV u jitqiesu li huma ta' valur kbir mill-esportaturi kkonċernati, indipendentement minn jekk ġewx trasferiti xi fondi. Dan jikkontradixxi l-argumenti tal-partijiet li effettivament ma għandhom l-ebda valur. Għad li l-Ftehimiet għandhom il-karatteristiċi ta' linji ta' kreditu normali, imorru lil hinn mit-termini u l-kundizzjonijiet ta' linji ta' kreditu normali u effettivament huma sħubijiet strateġiċi bejn korpi pubbliċi u ditti biex jissodisfaw politika tal-gvern. F'dan ir-rigward, huma joperaw bħala mekkaniżmu ta' appoġġ/garanzija tal-Istat, li jsaħħaħ il-pożizzjoni fis-suq tal-esportaturi kkonċernati u jippermettilhom jespandu l-kapaċità u l-produzzjoni tagħhom biċ-ċertezza li se jirċievu l-finanzjament meħtieġ. Fin-nuqqas tat-tali appoġġ/garanzija, l-esportaturi evidentement kienu jitqiesu mis-swieq li huma f'pożizzjoni iktar dgħajfa. Konsegwentement, huma jikkwalifikaw bħala trasferiment potenzjali ta' fondi jew bħala forniment ta' servizzi finanzjarji. “Garanzija” ta' valur bħal din ikollha ċertu valur fis-suq u, tal-inqas, tkun tinvolvi l-pagament ta' tariffa sostanzjali. Fid-dawl ta' dan, il-Ftehimiet jagħtu wkoll benefiċċju li huwa, fil-kliem tal-bord ta' KE-Inġenji tal-Ajru, “separat u indipendenti mill-benefiċċju li jista' jingħata minn xi trasferiment ta' fondi fil-ġejjieni”, minħabba, fost l-oħrajn, l-obbligu potenzjali tal-pagamenti mill-gvern. Huma iktar minn sempliċi wiegħda vaga ta' għoti ta' finanzjament “irħis” (99) u iqiegħdu lir-riċevituri b'mod ċar f'“pożizzjoni aħjar” milli kienu jkunu fin-nuqqas tal-Ftehim.

(438)

Fir-rigward tal-ammont tal-benefiċċju, dan ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tariffi mitlubin għal-linja ta' kreditu miksuba minn wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Din il-linja ta' kreditu ngħatat minn bank li l-kwartieri ġenerali tiegħu huma stabbiliti fil-ġurisdizzjoni finanzjarja li mhijiex ir-RPĊ u turi l-elementi kollha tal-linji ta' kreditu kummerċjali disponibbli fis-swieq finanzjarji dinjin u ftehimiet oħrajn misjubin fis-settur kummerċjali. Huwa osservat ukoll li din il-linja ta' kreditu mhijiex sostanzjalment differenti fil-kundizzjonijiet tagħha mil-linji ta' kreditu kummerċjali l-oħrajn miksubin mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, fejn jintalbu tariffi, inklużi dawk minn banek barranin. Fid-dawl tal-analiżi ta' hawn fuq, dan huwa parametru referenzjarju konservattiv, peress li l-evidenza turi li fil-verità l-Ftehimiet għandhom valur ikbar għad-ditti bħala miżura awtonoma meta mqabbla ma' linja ta' kreditu standard. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li t-tariffi meħtieġa jservu ta' prokura raġonevoli għal dawk li jkunu pagabbli skont il-Ftehimiet.

(439)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-banek li daħlu fil-Ftehimiet mal-esportaturi fil-kampjun mhumiex korpi pubbliċi jew ma kinux inkarigati mill-gvern li jagħmlu hekk. Din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata. Il-banek involuti kienu l-istess banek li taw finanzjament preferenzjali u fil-premessi (159) — (168) u (169) — (180) hawn fuq, il-Kummissjoni tat spjegazzjoni dettaljata għaliex huma korpi pubbliċi u/jew għaliex huma inkarigati u ordnati mill-GTĊ.

(440)

Il-GTĊ iddikjara li d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li f'ċirkustanzi normali tas-suq il-linji ta' kreditu huma soġġetti għal tariffi ta' impenn u amministrazzjoni sostanzjali hija mingħajr bażi peress li t-tali tariffi japplikaw biss għal “linji impenjati ta' kreditu”. Din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata. Kif iddikjarat fil-premessa ta' hawn fuq, il-linja ta' kreditu użata bħala parametru referenzjarju mhijiex sostanzjalment differenti fil-kundizzjonijiet tagħha mil-linji ta' kreditu l-oħrajn miksubin mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, inklużi minn banek barra ċ-Ċina. Barra minn hekk, wieħed mill-banek li kkonkluda bosta ftehimiet bħal dawn ma' produtturi esportaturi fil-kampjun donnu jitlob tariffi simili lill-klijenti tiegħu barra l-pajjiż (100).

(441)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni ma pprovdietx evidenza biex issostni d-dikjarazzjoni tagħha li l-forniment mill-Gvern ta' linji ta' kreditu (jiġifieri l-Ftehimiet) huwa parti minn self preferenzjali. Dan mhuwiex korrett. Il-forniment ta' linji ta' kreditu huwa l-parti standard tal-finanzjament ipprovdut minn banek lil kumpaniji u l-Ftehimiet huma miżuri separati u distinti li jaqgħu taħt l-ambitu tas-self preferenzjali. Kif iddikjarat fil-premessa (102) hawn fuq, il-GTĊ jipprovdi, permezz ta' għadd ta' dokumenti ta' ppjanar u politiki u liġijiet, għall-finanzjament preferenzjali lill-industrija PV. Barra minn hekk, ġie prelevat ħafna self b'dawn il-ftehimiet, xi ħaġa li turi biċ-ċar li huma parti integrali mill-finanzjament preferenzjali tal-industrija PV.

(442)

Produttur esportatur minnhom iddikjara li l-forniment ta' linji ta' kreditu mhuwiex sussidju speċifiku. Din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata. Kif spjegat fil-premessa (441) hawn fuq, il-forniment ta' linji ta' kreditu huwa parti essenzjali mis-self preferenzjali u għaldaqstant, l-analiżi tal-ispeċifiċità fil-premessi (191), (192), (209) u (428) t'hawn fuq, tapplika ugwalment għall-għoti ta' linji ta' kreditu.

(443)

Skont l-ilmentatur, il-Kummissjoni missha stabbilixxiet marġni ta' sussidju għall-użu ta' krediti tax-xerrejja ta' esportazzjoni, peress li l-Bank EXIM irrifjuta milli jikkoopera. Il-Kummissjoni missha użat l-informazzjoni fl-ilment u s-sejbiet tad-DOC tal-Istati Uniti fil-kawża PV simili. Din il-pretensjoni ma tistax tiġi aċċettata. Il-Kummissjoni investigat l-allegazzjonijiet fl-ilment iżda ma nstabet l-ebda evidenza li l-produtturi esportaturi fil-kampjun ibbenefikaw mit-tali miżuri matul il-PI. Qiegħed jiġi nnotat li l-perjodi ta' investigazzjoni għall-każ tal-Istati Uniti u l-każ inkwistjoni kienu differenti.

3.5.3.   Kummenti tal-partijiet dwar il-Garanziji u Assigurazzjonijiet fuq l-Esportazzjoni għal Teknoloġiji Ekoloġiċi

(444)

Fir-rigward tad-dokumenti mitlubin mill-Kummissjoni fiż-żjara ta' verifika kif speċifikat fil-premessi (220) u (221), il-GTĊ iddikjara li ma kienx iċċarat meta ntalab il-Pjan 840, li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji 2012 ta' Sinosure ma kinux disponibbli fi żmien il-verifika, u li l-informazzjoni dwar il-kumpaniji kkonċernati kienet kunfidenzjali u xorta waħda, il-kuntratti relevanti ma kinux fil-kwartieri ġenerali ta' Sinosure. Il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjonijiet tagħha inklużi fil-premessi (219), (220), u (223) li jindirizzaw dawn l-argumenti kollha. Fir-rigward tal-Pjan 840, il-Kummissjoni żżid li hi talbet id-dokumenti relevanti kollha li jikkonċernaw l-attività ta' Sinosure u l-programm allegat ta' sussidju li jibbenefika lill-esportaturi fil-kampjun, u li dan il-Pjan 840 żgur li huwa relevanti għas-sejbiet tagħha, flimkien mad-dokumenti kollha l-oħrajn speċifikati fil-premessa (236), kif sostnut mill-ispjegazzjonijiet fil-premessa (232). Rigward id-dikjarazzjonijiet finanzjarji 2012 ta' Sinosure, il-Kummissjoni talbet il-kontijiet ta' tqabbil preliminari, jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2012 ma kinux finalizzati, iżda Sinosure rrifjutat ukoll milli tipprovdi kwalunkwe kont ta' tqabbil preliminari għall-2012.

(445)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li ma hemm ebda evidenza ġuridika u fattwali biex issostni l-konklużoni li l-industrija fotovoltajka hija “industrija strateġika” u li dan ikun ir-riżultat ta' suppożizzjoni. Il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjoni fil-premessa (231) u tfakkar li dan il-punt kien ikkonfermat b'mod speċifiku mill-GTĊ matul iż-żjara ta' verifika. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni simili dwar il-pjan 840, il-pjan 421 u l-miżuri ta' sostenn għall-“Industriji Strateġiċi Emerġenti” u d-dikjarazzjoni li l-pjanijiet ma jkunux legalment vinkolanti, il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjonijiet fil-premessi (232) — (234) rispettivament. Hija tosserva wkoll li l-GTĊ naqas milli jissottometti dawn id-dokumenti u jiddiskutihom mal-Kummissjoni, u li ma hemm ebda evidenza rreġistrata li tipprova li l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni huma ħżiena.

(446)

Il-GTĊ u esportatur fil-kampjun jiddikjaraw li r-rifużjonijiet u l-għotjiet għall-pagament tal-primjums tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet lokali ġew ikkumpensati b'mod illegali għaliex ma kienx stabbilit li jikkostitwixxu sussidji skont it-tifsira tal-Ftehim tal-SCM tad-WTO. Il-Kummissjoni tirreferi għall-analiżi tagħha dwar is-sejbiet tal-investigazzjoni u b'mod partikolari l-premessi (239) u (247). Il-Kummissjoni tkompli tosserva li r-rifużjonijiet u l-għotjiet huma marbutin mill-qrib ħafna mal-programm ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għaliex ir-ripagament tagħhom huwa l-konsegwenza tal-pagament tal-primjum lil Sinosure skont il-politika ewlenija ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, dawn ir-rifużjonijiet jaqgħu wkoll taħt l-ambitu tan-Notifika [2004] Nru 368 maħruġ b'mod konġunt minn MOFCOM u Sinosure, li jistipula li “l-awtoritajiet reġjonali u tal-gvern lokali jagħmlu iktar sforzi b'mod konġunt biex jimplimentaw iktar miżuri ta' appoġġ għall-prodotti inklużi fid-Direttorju u l-impriżi tat-teknoloġija avvanzata u ġdida għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni”.

(447)

Il-GTĊ ikkontesta wkoll is-sejba dwar il-Punt (j) tal-Anness 1 tal-Ftehim tal-SCM tad-WTO li l-programm ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni fit-terminu qasir ta' Sinosure kien operat b'rati tal-primjum inadegwati biex ikunu koperti l-kostijiet u t-telf operatorji fit-tul tal-programm. B'appoġġ ta' dan, il-GTĊ jikkwota l-ġurisprudenza tas-sejba tal-Bord tad-WTO fi Stati Uniti-Upland Cotton u jippreżenta spjegazzjonijiet ibbażati fuq settijiet differenti ta' figuri u argumenti li jinsabu fir-Rapporti Annwali ta' Sinosure. Il-GTĊ jiddubita wkoll mir-referenza tal-Kummissjoni għall-Artikolu 11 tal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni ta' Sinosure u għall-Artikolu mill-kumpanija ġuridika Stewart Law. Il-Kummissjoni ttenni l-argumenti kollha tagħha fil-premessi (242) — (245) u tfakkar li l-konklużjonijiet tagħha huma bbażati fuq l-aħjar evidenza għad-dispożizzjoni fil-fajl minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GTĊ li żammet lill-Kummissjoni milli tikseb l-informazzjoni relevanti li talbet. Għas-sejbiet tagħha, il-Kummissjoni tqis għadd ta' elementi u evidenza fil-fajl, li fosthom kien hemm l-Artikolu ta' Assoċjazzjoni ta' Sinosure u l-Artikolu mill-kumpanija ġuridika Stewart Law. Il-Kummissjoni tqis li, filwaqt li l-ebda element minn dawn ma huwa determinanti minnu nnifsu, dawn u l-elementi kollha l-oħrajn huma relevanti għad-determinazzjoni tagħha. Rigward il-ġurisprudenza ta' Stati Uniti-Upland Cotton, il-Kummissjoni ħadet f'kunsiderazzjoni sħiħa s-sejbiet tagħha u l-kwotazzjonijiet ta' din il-ġurisprudenza mill-GTĊ huma tabilħaqq ferm pertinenti.

(448)

Fil-kontestazzjoni tal-analiżi tal-Kummissjoni fil-premessa (245), il-GTĊ jissottometti tabella b'figuri meħudin mir-Rapport tal-Introjtu tar-Rapporti Annwali ta' Sinosure disponibbli pubblikament għall-perjodu 2006-2011 u jikkonkludi li huwa evidenti li l-primjums riċevuti kienu ogħla mill-kostijiet operatorji tal-programm. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li t-tabella pprovduta mill-GTĊ ma tinkludix ir-ringiela relevanti dwar l-ammonti tal-kummissjonijiet imħallsin minn Sinosure iżda l-ispejjeż operatorji biss. It-tieni nett, il-figuri juru b'mod inekwivokabbli li f'kull sena individwali mill-2006 sal-2011, bl-eċċezzjoni tal-2010, l-ammonti tal-primjum nett qatt ma huma ogħla mill-ammonti tal-pretensjonijiet netti flimkien mal-kostijiet operatorji, anki jekk jiġu injorati l-pagamenti tal-kummissonijiet li tneħħew mill-GTĊ. Dan jinkludi s-sena 2011, li parzjalment tkopri l-perjodu ta' investigazzjoni, u l-ammont tat-telf huwa kemxejn sostanzjali f'ċerti snin (pereżempju l-2008). It-tielet nett, il-Kummissjoni tosserva li għall-2010 il-GTĊ indika ammont sproporzjonatament baxx ta' pretensjonijiet netti mħallsin (primjums imħallsin huma ddikjarati bħala 20 darba ogħla mill-pretensjonijiet imħallsin), xi ħaġa li mhijiex riflessa fir-Rapport Annwali tal-2010. Dan l-ammont irrapportat mill-GTĊ għas-sena 2010 huwa bbażat fuq aġġustamenti ex-post enormi li jikkonċernaw l-irkupru ta' pretensjonijiet u bidla fir-riżervi ta' pretensjonijiet pendenti li jidhru biss fir-Rapport Annwali tal-2011 b'referenza għas-sena 2010. Dawn l-aġġustamenti jidhru li huma ta' għamla straordinarja u anormali u huma riflessi biss fir-rapport tas-sena ta' wara. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li għall-2011 il-GTĊ minflok irrapporta l-ammonti inklużi fir-Rapport Annwali tal-2011. Il-Kummissjoni ssib l-aġġustamenti sussegwenti diffiċli biex jiġu rikonċiljati mas-sitwazzjoni propja, speċjalment minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni u spjegazzjoni ulterjuri mill-GTĊ jew Sinosure matul l-investigazzjoni.

Skont Stati Uniti-Upland Cotton, kif ikkwotata mill-GTĊ stess, “ir-referenza għat-‘terminu twil’ fil-punt (j) tirreferi għal perjodu ta' durata suffiċjenti sabiex tiġi żgurata eżaminazzjoni oġġettiva li tippermetti valutazzjoni dettaljata tal-programm u li tevita milli tattribwixxi importanza żejda lil xi esperjenza unika jew mhux tas-soltu f'jum, xahar, trimestru, nofs sena, sena speċifiċi jew xi perjodu ta' żmien speċifiku ieħor”. Il-Kummissjoni tqis il-perjodu 2006-2011 bħala perjodu b'terminu twil biżżejjed għall-kunsiderazzjoni, u Sinosure ġarrbet telf f'kull sena ta' dan il-perjodu. Is-sitwazzjoni tal-2010 għandha jew titqies bħala unika jew mhux tas-soltu jekk wieħed iqis il-figuri aġġustati fir-Rapport Annwali 2011 u b'hekk ta' sinifikanza limitata, jew inkella l-figuri ordinarji mhux aġġustati fir-Rapport Annwali 2010 iridu jittieħdu f'kunsiderazzjoni bħala relevanti li juru li r-riżultat huwa biss ftit aħjar minn ekwilibriju. Minħabba t-telf importanti mġarrab fi snin oħrajn, dan jikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni li Sinosure, b'mod ġenerali, hija f'pożizzjoni ta' telf fit-tul matul il-perjodu 2006-2011. Barra minn hekk, anki li kieku d-dejta tal-2010 kellha titqies bħala rappreżentattiva, il-fatt jibqa' li Sinosure għamlet telf f'ħamsa mis-sitt snin bejn l-2006 u l-2011. It-tabelli u s-settijiet ta' figuri l-oħrajn sottomessi mill-GTĊ biex jikkontesta s-sejba tal-Kummissjoni fuq il-punt (j) tal-Ftehim tal-SCM tad-WTO ma jistgħux ikunu rikonċiljati ma' informazzjoni oħra preżenti rreġistrati u/jew mhumiex verifikabbli. Xorta waħda, huma nfushom ma jurux li Sinosure laħqet ekwilibriju lanqas fil-programm ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjonijiet ta' terminu qasir matul il-perjodu 2006-2011.

(449)

Rigward il-parametru referenzjarju għall-kalkolu tal-benefiċċju, il-GTĊ iqis li l-istabbiliment ta' punt referenzjarju barra l-pajjiż huwa inkonsistenti mal-Ftehim tal-SCM, iżda ma jżid ebda argument biex jiġġustifika din id-dikjarazzjoni. Il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjoni tagħha fil-premessa (245).

(450)

Il-GTĊ u esportatur li kkoopera fil-kampjun jikkontestaw il-parametru referenzjarju użat għaliex il-Kummissjoni ma ġġustifikatx għaliex: (i) il-kalkolu tal-primjum huwa bbażat fuq id-dejta tal-Istati Uniti dwar il-bank EXIM; (ii) użat l-Italja bħala l-pajjiż importatur u mhux il-Ġermanja, li hija s-suq ta' esportazzjoni ewlieni għall-prodott ikkonċernat; (iii) ħadet il-perjodu ta' żmien ta' 120 jum u mhux 60 jum jew xi perjodu ieħor iqsar; (iv) ma użatx il-kalkolu tal-primjum għall-esportazzjonijiet diretti iżda minflok għall-Assigurazzjoni fuq l-Esportazzjoni tal-Kreditu tax-Xerrej ta' Istituzzjoni Finanzjarja (FIBC). Fir-rigward ta' (i), il-Kummissjoni tirreferi għall-premessa (253). Fir-rigward ta' (ii), il-Kummissjoni temmen li l-Italja tirrappreżenta l-aħjar bilanċ bejn il-pajjiż tal-UE bl-inqas riskju u l-pajjiżi tal-UE b'riskju u, konsegwentement, primjums mitlubin notevolment ogħla, li huma wkoll swieq tas-suq ikkonċernat. Rigward (iii), in-nuqqas ta' simulazzjoni speċifika bbażata fuq perjodu ta' 90 jum disponibbli fuq il-websajt tal-Bank EXIM, il-Kummissjoni tqis id-durata ta' 120 jum bħala l-iktar waħda xierqa biex tirrappreżenta t-termini tal-bejgħ matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Fir-rigward ta' (iv), il-Kummissjoni ma rnexxilhiex tikseb simulazzjoni għall-kalkolu tal-primjum għal esportazzjonijiet diretti u tqis li dan il-parametru referenzjarju jirrifletti s-sitwazzjoni ta' riskju ġenerali fil-pajjiż ta' xiri.

(451)

Esportatur minnhom li kkoopera fil-kampjun jiddikjara li xtara assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għal uħud mill-esportazzjonijiet tiegħu iżda ħallas primjums tal-assigurazzjoni regolari u ma gawdiex mill-programm Green Express jew xi trattament benefiċjarju ieħor allegat mill-ilment. Fin-nuqqas ta' evidenza li turi din id-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni tirreferi għas-sejbiet tagħha dwar dan il-programm fit-Taqsima 3.4.1.4 ta' dan ir-Regolament. Rigward “Green Express”, il-Kummissjoni tirreferi għas-sejbiet tagħha fil-premessa (240) u tosserva li dan jikkostitwixxi aspett speċifiku tal-programm ta' assigurazzjoni tal-kreditu fit-terminu qasir ta' Sinosure u li s-sejbiet tal-Kummissjoni mhumiex limitati għal dan l-aspett iżda għall-programm sħiħ.

3.5.4.   Il-programm ta' dimostrazzjoni Golden Sun

(452)

Il-GTĊ jargumenta wkoll li dan il-programm jipprovdi għotjiet għal “sistemi solari PV distribwiti” u mhux għall-produtturi/esportaturi tal-prodott ikkonċernat u li l-kriterji relevanti fil-leġiżlazzjoni mhumiex immirati għal produtturi ta' moduli u ċelloli. F'dan ir-rigward, il-GTĊ jiddikjara li pprovda d-dokumenti relevanti dwar il-programm u li anki kkoordina mal-kumpaniji fil-kampjun biex isostni dan il-punt. Tliet esportaturi li kkooperaw fil-kampjun jiddikjaraw li dan huwa “sussidju tal-utent” u ma jagħtix benefiċċju lill-prodott ikkonċernat, u għaldaqstant mhuwiex kumpensabbli skont it-tifsira tal-Artikoli 1(1) u 3(2) tar-Regolament bażiku, l-Artikolu VI:3 GATT 1994, u l-Artikolu 19.1 tar-Regolament tal-SCM tad-WTO. Dawn l-esportaturi jirreferu għad-deċiżjoni tal-UE fil-kawża Bijodiżil mill-Istati Uniti (il-premessa 97 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 194/2009, ĠU L 67 tat-12.03.2009 p. 50 u l-ġurisprudenza tad-WTO fi Stati Uniti-Vireg taċ-Ċomb (par. 6.50, 6.53, 6.56 u 6.57 tar-Rapport tal-Bord), Kanada-Miżuri li Jaffettwaw l-Esportazzjoni ta' Inġenji tal-Ajru Ċivili (para. 9.112 tar-Rapport tal-Bord), Brażil-Programm ta' Finanzjament għall-Esportazzjoni għal Inġenji tal-Ajru (para. 7.24 tar-Rapport tal-Bord), u Kanada-Miżuri li Jaffettwaw l-Esportazzjoni ta' Inġenji tal-Ajru (par. 157 u 159 tar-Rapport tal-Korp tal-Appellat).

(453)

Il-Kummissjoni tirreferi għas-sejbiet tagħha tal-investigazzjoni u b'mod partikolari għall-premessi (243) — (246) ta' dan ir-Regolament, li jipprovdu spjegazzjonijiet eżawrjenti fuq l-argumenti ta' hawn fuq u jikkonfermaw li d-determinazzjoni hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet relevanti u mal-ġurisprudenza kkwotata mill-GTĊ u l-esportaturi li kkooperaw fil-kampjun. Il-Kummissjoni ttenni li l-għotjiet mill-programm huma direttament marbutin mal-prodott ikkonċernat għaliex is-“sistemi solari PV distribwiti” eliġibbli jinkludu b'mod speċifiku l-provvista ta' moduli u ċelloli bħala parti importanti mill-proġetti u għaldaqstant in-nisġa bejn il-benefiċċju mogħti mill-gvern u l-prodott ikkonċernat hija diretta u inseparabbli. Kif speċifikat ukoll b'mod partikolari fil-premessi (244) u (245), l-investigazzjoni kkonfermat li l-pagament diretti ngħataw mill-GTĊ lil bosta esportaturi li kkooperaw fil-kampjun (jiġifieri l-iskop ta' installazzjoni ta' pannelli solari biex tiġi ġġenerata enerġija għall-użu proprju tagħhom, inkluż fil-proċess ta' produzzjoni tal-prodott ikkonċernat) billi jintużaw fost l-oħrajn moduli u ċelloli solari manifatturati tagħhom stess. Ġie stabbilit wkoll li l-pagamenti diretti li saru lill-esportaturi fil-kapaċità tagħhom bħala fornituri tal-prodott ikkonċernat lil operaturi ta' proġetti ta' partijiet terzi huma f'kunflitt mad-dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni relevanti u li l-GTĊ naqas milli jipprovdi evidenza biex jirrikonċilja s-sitwazzjoni (ara b'mod partikolari l-premessi (245) u (246)).

L-ispjegazzjoni limitata pprovduta mill-GTĊ u l-esportatur li kkoopera fil-kampjun li t-trasferiment dirett ta' fondi, bi ksur tal-leġiżlazzjoni Ċiniża, kien neċessarju għaliex l-operatur tal-proġett kien f'diffikultà finanzjarja u sabiex jiġi żgurat li l-għotjiet jintużaw biss għal sistemi PV awtorizzati tindika li, fin-nuqqas ta' dan it-trasferiment dirett mill-gvern, l-esportatur li kkoopera fil-kampjun li jaġixxi bħala fornitur ma kienx ikun kapaċi jirċievi ebda flus għall-provvista tal-prodott ikkonċernat u li l-gvern ma kienx ikun kapaċi jiżgura li s-sussidju jintuża għall-iskop intiż tiegħu. Minn din il-perspettiva u fin-nuqqas ta' iktar evidenza, dawn il-pagamenti jridu jitqiesu bħala għotja diretta mill-GTĊ lill-produttur tal-prodott ikkonċernat, li inkella ma kien jirċievi l-ebda flus għall-provvista tal-prodott ikkonċernat (jekk jiġi supponut li din il-provvista qatt seħħet, xi ħaġa li, mill-ġdid, ma hemm l-ebda evidenza rreġistrata tagħha). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni temmen li l-argumenti mressqin mill-GTĊ u mill-esportaturi li kkooperaw fil-kampjun ma għandhomx bażi ġuridika.

(454)

Il-GTĊ jiddikjara wkoll li għas-sitwazzjonijiet li fihom il-benefiċċji mill-programm ikkonċernaw il-provvista tal-prodott ikkonċernat lil operaturi ta' proġetti mhux relatati, il-Kummissjoni kienet obbligata tagħmel analiżi ta' trasferiment biex tistabbilixxi dan il-punt, billi kkwotat id-deċiżjoni tad-WTO fi Stati Uniti-Softwood Lumber IV (par. 141 u 142 tar-Rapport tal-Korp tal-Appellat). Il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjonijiet fil-premessi (244) — (246) u fil-premessa (352) hawn fuq biex twaqqa' din id-dikjarazzjoni. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GTĊ u l-partijiet interessati, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tagħmel analiżi ta' trasferiment. Għaldaqstant, ma hemmx kwistjoni ta' mogħdija u l-ġurisprudenza kkwotata tad-WTO hija irrelevanti f'din is-sitwazzjoni peress li r-rikavat tħallas direttament lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat u kien marbut direttament mal-provvista tal-prodott ikkonċernat, fost l-oħrajn. Peress li dawn il-pagamenti kienu għotjiet mhux ripagabbli, hemm kontribuzzjoni finanzjarja (trasferiment dirett ta' fondi), u l-Kummissjoni hija intitolata tassumi li dawn jagħtu benefiċċju lir-riċevitur (il-produtturi), fin-nuqqas ta' xi evidenza dwar użu ulterjuri tas-somom ikkonċernati. Li kieku dawn il-pagamenti minn dan il-programm saru mill-gvern lil operaturi ta' proġetti ta' partijiet terzi u t-tagħmir mixtri b'valur tas-suq ekwu, ma kien ikun hemm ebda benefiċċju għall-esportaturi kkonċernati. Madankollu, f'sitwazzjoni fejn il-pagamenti jsiru lill-produtturi esportaturi, l-ammonti użati minn dawn il-kumpaniji għall-installazzjoni ta' pannelli solari jagħtu benefiċċju għaliex teħlishom mill-ispejjeż li kien ikollhom iġarrbu f'dan il-proċess. Jekk il-produttur esportatur mhuwiex kapaċi juri li parti mill-għotja ġiet trasferita lil utenti ta' partijiet terzi, huwa supponut, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, li din il-parti tal-għotja tagħti benefiċċju lill-esportaturi bħala sussidju ġenerali li jibbenefika l-attivitajiet tal-kumpanija b'mod totali. Dan huwa l-każ hawnhekk.

(455)

Żewġ esportaturi li kkooperaw fil-kampjun jiddikjaraw li l-programm Golden Sun mhuwiex speċifiku għaliex ir-rekwiżiti relevanti fil-leġiżlazzjoni Ċiniża huma oġġettivi u l-impriżi kollha li jissodisfawhom jistgħu jibbenefikaw mill-programm, u l-eliġibilità hija miftuħa għall-kumpaniji kollha, kemm jekk huma manifatturi jew le tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni tirreferi għas-sejba tagħha ta' speċifiċità fil-premessa (247) li turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji tal-għażla mhumiex oġġettivi u ma japplikawx b'mod awtomatiku. Il-kriterji relevanti meħtieġa jikkonfermaw li l-programm huwa limitat biss għas-sottosett limitat ta' impriżi li kapaċi jissodisfawhom, jiġifieri dawk b'kapaċità sostanzjali installata ta' tal-inqas 300kWh u b'assi sostanzjali ta' tal-inqas RMB 100 miljun. Il-kriterji tal-għażla jirreferu wkoll għall-bżonn li l-impriżi riċevituri jkunu inklużi fil-pjan lokali ta' implimentazzjoni ta' proġett ta' dimostrazzjoni Golden Sun, u l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-inklużjoni f'dawn il-pjanijiet lokali tiddependi fuq deċiżjoni diskrezzjonali tal-awtoritajiet kompetenti mhux trasparenti u mhux ibbażata fuq kriterji oġġettivi. Il-Kummissjoni żżid li s-“sistemi solari distribwiti” eliġibbli jiddependu fuq il-manifattura u l-provvista ta' tagħmir li jiġġenera enerġija solari li moduli u ċelloli jsawru parti kbira minnu. Għaldaqstant, għall-kuntrarju tal-argumenti tal-esportaturi fil-kampjun, din l-iskema hija wkoll speċifika fis-sens li huma biss il-produtturi ta' sistemi solari, jew fi kliem ieħor produtturi tal-prodott ikkonċernat li fil-prattika huma eliġibbli għall-benefiċċji minn dan il-programm jew direttament fil-kwalità tagħhom bħala sidien ta' proġetti jew indirettament fl-allegata kwalità tagħhom bħala fornituri tal-prodott ikkonċernat lil sidien ta' proġetti.

Għalhekk, anki jekk jitqies in-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-GTĊ li naqas milli jipprovdi d-dokumenti kollha tal-baġit mitlubin mill-Kummissjoni (ara l-premessi (234)-(239)), huwa konkluż li dan il-programm huwa wkoll de facto speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku għaliex huma primarjament il-produtturi tal-prodott ikkonċernat li jibbenefikaw direttament jew indirettament minn dan il-programm. Is-sussidju jintuża wkoll minn numru limitat ta' impriżi (il-produtturi tal-prodott ikkonċernat), jew jintuża fil-parti l-kbira jew b'mod sproporzjonat minn dawn id-ditti, peress li huma biss sottosett tar-riċevituri potenzjali allegati iżda jidhru li jirċievu l-finanzjament kollu.

3.5.5.   Programmi ta' Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxa Diretta

3.5.5.1.   Il-programm tnejn b'xejn/tlieta nofs għall-impriżi b'investiment barrani

(456)

Il-GTĊ itenni l-argument tiegħu li l-programm li jikkonċerna l-impriżi b'investiment barrani (FIEs) allegat fl-ilment intemm mill-2013. Il-Kummissjoni tosserva li l-perjodu ta' investigazzjoni ntemm ferm qabel l-2013 u b'hekk, il-benefiċċji mogħtijin minn dan il-programm matul il-PI huma kumpensabbli. Dan huwa kkonfermat mis-sejba tal-investigazzjoni, li sabet benefiċċji mogħtijin matul il-PI minn dan il-programm lil bosta esportaturi li kkooperaw fil-kampjun. Il-benefiċċji mogħtija minn dan il-programm, anki jekk il-programm intemm fl-2013, jissoktaw fil-ġejjieni wkoll.

(457)

Il-GTĊ u esportatur li kkoopera fil-kampjun komplew jiddikjaraw li l-iskema varjanti għall-Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (HNTEs) ma jistgħux ikunu kkumpensati fuq il-bażi tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku peress li ma kienx allegat fl-ilment. Il-Kummissjoni tirreferi għar-replika dettaljata tagħha għal dan l-argument li tinsab fil-premessa (286). Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-GTĊ iddeċieda li ma jikkooperax matul l-investigazzjoni dwar il-varjant ta' dan il-programm. Minbarra dawn l-elementi, il-Kummissjoni tosserva li l-ilment jelenka skemi ta' taxxa diretta preferenzjali oħrajn għall-HNTEs minbarra l-varjant ta' tnejn b'xejn/tlieta nofs għall-FIEs (it-Taqsima 4.2.5.1 tal-ilment), li huma jew it-tnaqqis tat-taxxa għall-HTNEs (it-Taqsima 4.2.5.9 tal-ilment) jew il-programmi ta' taxxa preferenzjali għall-FIEs rikonoxxuti bħala HTNE (it-Taqsima 4.2.5.8 tal-ilment). Għaldaqstant, dan il-programm jista' anki jitqies li għandu nisġa ferm mill-qrib ma' wieħed minn dawn il-programmi tat-taxxa allegati l-oħrajn jew mat-tnejn li huma f'dak li għandu x'jaqsam ma' tnaqqis tar-rata tat-taxxa diretta u għandu fil-mira speċifika l-istess sett ta' HNTEs benefiċjarji. Mill-ġdid, il-kooperazzjoni mill-GTĊ setgħet tippermetti lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta kif xieraq u b'mod dettaljat l-elementi kollha li huma relatati man-nisġa mal-programmi allegati fl-ilment u sabiex timla kwalunkwe nuqqas ta' informazzjoni li huwa preżenti fl-ilment, li huwa bbażat fuq l-evidenza prima facie raġonevolment disponibbli għall-ilmentatur. Fuq il-bażi ta' dawn l-argumenti, il-Kummissjoni ttenni li l-kumpens ta' dan il-programm huwa kompletament konformi mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku, peress li din id-dispożizzjoni tippermetti li ssir investigazzjoni ta' kwalunkwe “sussidju allegat” identifikat mill-ilmentatur, mhux biss programm speċifiku. F'dan il-każ, is-sussidju allegat, il-preċedenti tad-dħul mit-taxxi tal-gvern li fil-mira għandu l-istess tip ta' benefiċjarji, huwa komuni għall-programmi kollha inkwistjoni.

(458)

Fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont tas-sussidju, żewġ esportaturi li kkooperaw fil-kampjun jargumentaw li l-Kummissjoni żbaljat meta użat il-figuri tas-sena sħiħa fid-Dikjarazzjoni Annwali 2011 tat-Taxxa fuq l-Inrojtu minkejja li l-PI ikopri nofs l-2011 u nofs l-2012, u dan jikser il-metodu ta' kalkolu fit-Taqsima E(a)(ii) tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont tas-sussidju f'investigazzjonijiet tad-dazju kumpensatorju (traduzzjoni mhux uffiċjali), ĠU C 394, 17.12.1998, p. 6. Wieħed minn dawn l-esportaturi kompla jiddikjara li, peress li d-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-2012 sħiħa ma kienx disponibbli fi żmien il-verifika, għall-2012, il-Kummissjoni missha bbażat il-kalkolu tagħha fuq id-dikjarazzjonijiet trimestrali tat-taxxa fuq l-introjtu li jikkonċernaw l-ewwel nofs tas-sena 2012 miġbura fuq il-post u/jew fuq it-tabelli tal-profitt u t-telf għall-2012, li juru li l-kumpanija kienet f'pożizzjoni ta' telf.

(459)

Il-Kummissjoni tirreferi għall-premessa (300) u ttenni l-importanza li l-kalkolu tal-benefiċċju jkun ibbażat fuq dikjarazzjonijiet tat-taxxa finali awditjati għal ċerta sena fiskali. Il-Kummissjoni żżid li d-dikjarazzjoni finali tad-dikjarazzjoni tat-taxxa 2011 matul il-PI tagħmel kwalunkwe benefiċċju mitlub fuq id-dikjarazzjoni bħala waħda finali, xi ħaġa li tkompli turi l-korrettezza tal-approċċ tagħha. Il-Kummissjoni ma tistax tibbaża l-kalkolu tagħha fuq dikjarazzjoni tat-taxxa trimestrali, għaliex dawn id-dikjarazzjonijiet jirriflettu s-sitwazzjoni provviżorja kurrenti fi żmien il-preżentazzjoni u b'hekk, ma jiħdux f'kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni konsolidata finali tas-sena fiskali annwali. L-għan ta' dawn id-dikjarazzjonijiet huwa li jiżguraw likwidità lill-gvern f'każ li t-taxxi jkunu dovuti b'mod provviżorju, iżda jirriflettu biss is-sitwazzjoni parzjali fi żmien il-preżentazzjoni. Jaf ikun minnu li jekk il-kumpanija tagħmel profitt sostanzjali fl-aħħar żewġ trimestri tas-sena li jpaċi t-telf fit-trimestri inizjali, f'dak il-każ tirrapporta profitt taxxabbli fuq id-dikjarazzjoni finali tat-taxxa. Għaldaqstant, filwaqt li d-dikjarazzjonijiet provviżorji 2012 tat-taxxa jagħtu indikazzjoni parzjali tas-sitwazzjoni tal-esportatur fi żmien il-preżentazzjoni u jispjegaw għaliex il-Kummissjoni ġabrithom, ir-relevanza tagħhom mhijiex assoluta peress li ma jistax ikun eskluż li s-sitwazzjoni fi tmiem is-sena fiskali kif murija fuq id-dikjarazzjoni definittiva hija kompletament differenti. Rigward it-tabelli tal-profitt u t-telf dwar is-sena 2012, il-Kummissjoni tosserva li l-kontabilità finanzjarja mhux dejjem tikkorrispondi għall-kontabilità fiskali u jaf ikun il-każ li l-obbligu ta' rapportar tal-attributi tal-introjtu u t-telf għal skopijiet tat-taxxa diretta jaf ivarja b'mod sostanzjali mill-obbligi ta' rapportar għal skopijiet kontabilistiċi. Jaf ikun hemm ukoll aġġustament għal skopijiet tat-taxxa li mhumiex kompletament riflessi fil-kontijiet finanzjarji. Kollox ma' kollox, il-fatt li kumpanija hija f'pożizzjoni ta' telf fil-kontijiet finanzjarji tagħha mhux bilfors ifisser li ser tkun fl-istess pożizzjoni ta' telf fid-dikjarazzjoni finali tat-taxxa tagħha. Fuq il-bażi ta' dawn l-argumenti, il-Kummissjoni tikkonferma li l-kalkolu tas-sussidju għal skemi tat-taxxa diretta bilfors irid joqgħod fuq il-figuri finali li jidhru fid-dikjarazzjoni awditjata finali tat-taxxa fuq l-introjtu u mhux fuq dikjarazzjoni perjodika tat-taxxa jew fuq dikjarazzjonijiet kontabilistiċi definittivi jew ta' tqabbil preliminari.

3.5.5.2.   Kumpens għat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp mill-FIEs

(460)

Il-GTĊ jiddikjara li hija l-ewwel darba li sar jaf li l-Kummissjoni qed tikkumpensa programm ta' R&Ż li mhuwiex programm sostitut tal-programm ta' R&Ż għall-FIEs allegati fl-ilment. Il-GTĊ jibbaża fuq argumenti simili użati għall-iskema preċedenti kif spjegat fil-premessa (457) u jargumenta li l-kumpens ta' din l-iskema jikser l-Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim tal-SCM tad-WTO. Il-GTĊ ikompli billi jiddikjara li l-programm ta' R&Ż għall-FIEs intemm fl-2008 u l-programm ta' R&Ż il-ġdid inkluż fil-Liġi Ċiniża dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Impriżi mhuwiex programm sostitut peress li ma jirreferix għall-FIEs u ma jeħtieġx li l-ispiża ta' R&Ż tkun 10 % ogħla mis-sena ta' qabel.

(461)

Il-Kummissjoni tosserva li l-GTĊ ma pprovdiex informazzjoni dwar din l-iskema fit-tweġiba għat-tweġiba għall-kwestjonarju u għall-ittra ta' defiċenza, iżda li din l-iskema diġà kienet ikkumpensata f'investigazzjonijiet imgħoddijin (ara l-premessa (310)). Madankollu, il-Kummissjoni tosserva wkoll li dan il-programm kien mitħaddet matul iż-żjara ta' verifika mal-GTĊ u li d-dispożizzjonijiet relevanti ta' implimentazzjoni nġabru bħala prova (diġà kienu sottomessi minn wieħed mill-esportaturi fil-kampjun). Għaldaqstant, l-allegazzjoni tal-GTĊ li din kienet l-ewwel darba li kien mgħarraf bil-kumpensabbiltà potenzjali ta' dan il-programm ma għandhiex bażi, anki minħabba li bosta esportaturi li kkooperaw fil-kampjun li magħhom il-GTĊ ikkoordina t-tweġiba tiegħu rrapportaw dan il-programm fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tagħhom. Il-GTĊ kien kompletament konxju minn dan il-fatt peress li bosta drabi spezzjona l-fajl mhux kunfidenzjali. Is-sejbiet tal-investigazzjoni juru li dan il-programm huwa kumpensabbli (il-premessi (310) — (314) hawn fuq). Il-Kummissjoni żżid li dan il-programm huwa sostitut b'mod ċar tal-programm ta' qabel li kien immirat lejn FIEs, minħabba n-nisġa mill-qrib murija mill-istess forma u ammont tal-benefiċċju tat-taxxa (tpaċija tat-taxxa addizzjonali deduċibbli mill-bażi taxxabbli), l-istess proporzjon u l-istess sitwazzjoni sottostanti (spejjeż eliġibli għal attivitajiet ta' R&Ż) bi ftit varjazzjonijiet biss. Dawn il-ftit varjazzjonijiet saru b'konformità mar-riforma tal-liġi l-ġdida dwar l-EIT fl-2008, iżda l-għamla u s-sustanza tal-programm baqgħu fundamentalment l-istess. Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-argumenti fuq l-istandard ta' bidu stipulat fil-premessa (457).

(462)

Il-GTĊ u esportatur li kkoopera fil-kampjun jiddikjaraw ukoll li dan il-programm mhuwiex speċifiku għaliex il-Kummissjoni ma wrietx li l-kisba taċ-ċertifikat tal-HNTE hija limitata għal ċerti impriżi. Il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjoni tagħha fil-premessa (313) hawn fuq u l-premessi (321) u (325) dwar programm ieħor tat-taxxa għall-HNTEs. Il-Kummissjoni żżid li r-regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan il-programm (ara l-premessa (321)) hawnhekk ikomplu jikkonfermaw is-sejba ta' speċifiċità ta' HNTEs peress li huma biss kumpaniji fis-setturi appoġġati minn politiki tal-gvern u eliġibbli skont il-Katalogi u l-Linji Gwida relevanti tal-Gvern li jistgħu jiksbu ċ-ċertifikat relevanti. Pereżempju, huma biss impriżi attivi fi proġett ta' R&Ż preskritt fl-Oqsma tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida bl-Appoġġ Ewlieni tal-Istat u l-Linji gwida għal Prijoritajiet Kurrenti għall-Iżvilupp f'Setturi Importanti tal-Industrija tat-Teknoloġija Avvanzata tal-2007 mill-NDRC jew attivitajiet ta' R&Ż inklużi fl-ambitu tan-Notifika tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Implimentazzjoni tal-Bosta Politiki ta' Appoġġ għat-Tfassil tal-Iżvilupp Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u fit-Tul tal-Istat (2006-2020), Nru 6 [2006] tal-Kunsill tal-Istat) li jistgħu jiksbu dan iċ-ċertifikat. Għaldaqstant, huwa ċar li dan il-programm ta' taxxa huwa limitat biss għal dawk il-kumpaniji speċifiċi fis-setturi relevanti u attivitajiet ta' R&Ż appoġġati mill-GTĊ, inklużi kumpaniji fis-settur PV imħeġġeġ.

(463)

Fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont tas-sussidju, żewġ esportaturi li kkooperaw fil-kampjun jargumentaw li l-Kummissjoni użat b'mod żbaljat il-figuri fid-Dikjarazzjoni Annwali 2011 tagħha tat-Taxxa fuq l-Introjtu filwaqt li l-PI ikopri nofs l-2011 u nofs l-2012, u li dan imur kontra l-metodu ta' kalkolu fit-Taqsima E(a)(iii) tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont ta' sussidju fl-investigazzjoni tad-dazju kumpensatorju tal-1998. Il-Kummissjoni tirreferi għall-argumenti kollha żviluppati fil-premessa (459) li bl-istess mod huma permanenti biex tiġi rifjutata din id-dikjarazzjoni għal dan il-programm. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-argument dwar pożizzjoni ta' suppost telf tat-taxxa fis-sena fiskali 2012 għandha relevanza limitata jew mhijiex relevanti affattu, għaliex tnaqqis tat-taxxa jista' jiġi riportat b'ħames snin fiskali addizzjonali u jitpaċa bi kwalunkwe introjtu taxxabbli ddikjarat fil-ħames snin ta' wara. Għaldaqstant, anki li kieku l-Kummissjoni kellha taċċetta li dawn il-kumpaniji għamlu telf tat-taxxa fis-sena 2012 jew kieku d-dikjarazzjoni tat-taxxa 2012 finali awditjata kienet disponibbli u tkun turi telf tat-taxxa (li hawnhekk mhuwiex il-każ), xorta tieħu f'kunsiderazzjoni l-benefiċċji minn dan il-programm peress li ma jistax ikun eskluż li l-benefiċċji mit-tnaqqis tat-taxxa dovuti fl-2012 jintużaw malli l-kumpanija tirrapporta d-dħul taxxabbli f'xi waħda mill-ħames snin fiskali ta' wara.

3.5.5.3.   Tnaqqis tat-taxxa għal Impriżi ta' Teknoloġija Ġdida involuti fi proġetti magħżula

(464)

Il-GTĊ u esportatur li kkoopera jargumentaw li dan il-programm mhuwiex speċifiku, li l-analiżi tal-ispeċifiċità mhijiex ibbażata fuq xi fatt, u li r-rekwiżiti biex jinkiseb status ta' HTNE għandhom jitqiesu bħala kriterji oġġettivi jew kundizzjonijiet li jirregolaw l-eliġibilità għas-sussidju u li l-eliġibilità għal dan il-programm hija awtomatika. Fir-rigward tas-sejba ta' speċifiċità dwar il-limitazzjoni ta' dan il-programm u tat-tpaċija tat-taxxa tar-R&Ż anki għall-HNTEs, il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjoni tagħha fil-premessi (321) u (325), u anki għall-premessa (462) bl-istess mod applikabbli għal dan il-programm. Il-Kummissjoni ttenni li l-miżuri ta' implimentazzjoni u d-dokumenti elenkati hawn fuq b'mod partikolari juru li l-applikazzjoni ta' dan il-programm u r-rikonoxximent tal-istatus ta' HNTE, peress li mhumiex disponibbli għall-impriżi kollha u lanqas ma jibbażaw fuq kriterji oġġettivi, hija limitata biss għal ċerti setturi u impriżi mill-GTĊ fuq il-bażi ta' kriterji li ma jidhrux li huma oġġettivi jew newtrali. L-eliġibilità għall-benefiċċji f'dan il-programm lanqas ma hija awtomatika iżda tiddependi fuq l-għoti taċ-ċertifikat tal-HNTE, li jinħareġ wara proċedura diskrezzjonali mill-awtoritajiet kompetenti u għaldaqstant mhijiex awtomatika.

(465)

Esportatur li kkoopera jiddikjara li l-Kummissjoni kkalkolat ħażin il-benefiċċju tas-sussidju mill-programm għaliex użat id-dikjarazzjoni tat-taxxa awditjata tal-2011 filwaqt li d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa trimestrali għall-ewwel u t-tieni trimestri tal-2012 kienu disponibbli u nġabru fil-verifika, u xorta waħda, il-Kummissjoni setgħet titlob kopja tad-dikjarazzjoni annwali finali tat-taxxa fuq id-dħul għall-2012 malli kienet tkun disponibbli. Dan l-esportatur jargumenta wkoll li jekk tintuża d-dikjarazzjoni tat-taxxa tal-2011 biex jiġi kkalkolat il-benefiċċju tas-sussidju, f'dak il-każ, għandu jintuża l-fatturat tal-kumpanija għall-2011 u mhux il-fatturat ta' matul l-PI. Il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjoni fil-premessa (459) ta' hawn fuq. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li fl-ittra tagħha ta' qabel il-verifika għall-esportaturi fil-kampjun, inkluż l-esportatur inkwistjoni, kienet talbet b'mod speċifiku d-dikjarazzjonijiet sħaħ tat-taxxa/redditu għas-snin fiskali li jkopru l-PI u t-tliet snin ta' qabel. Għalhekk, dan l-esportatur li kkoopera seta' u kellu jissottomessi r-redditu tal-2012 hekk kif ikun għad-dispożizzjoni tiegħu, il-Kummissjoni tinnota li għadu ma għamilx hekk lanqas meta bagħtet il-kummenti tagħha għad-dokument ta' divulgazzjoni. Fir-rigward tal-argument li l-Kummissjoni għandha tuża l-fatturat tal-2011 biex tikkalkola l-benefiċċju, hija tinnota li l-ammont tal-benefiċċju mir-redditu tat-taxxa għall-2011 huwa kkunsidrat bħala raġonevolment riflettiv tas-sitwazzjoni fil-PI, speċjalment peress li l-ħlas tat-taxxa għall-2011 kien dovut fil-PI (xahar) u d-data finali għall-2012 ma kinux disponibbli meta saret il-verifika. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma tistax tuża denominazzjonijiet differenti biex tkejjel sussidji differenti, inkella l-figuri perċentwali mhux se jkunu paragunabbli u ma tiġix iggarantita konsistenza fil-kalkolazzjoni. Il-Kummissjoni fl-aħħar iżżid li ma għandhiex ċifri vverifikati għall-fatturat tal-2011, iżda għandha biss ċifri ta' fatturat ivverifikati għall-PI.

3.5.6.   Kummenti tal-partijiet dwar il-forniment ta' drittijiet ta' użu tal-art għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

(466)

Il-GTĊ iddikjarat li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx l-ispeċifiċità skont l-Artikoli 2.1 u 2.2 tal-ASCM u ma ssustantjatx b'mod ċar id-determinazzjoni tagħha tal-ispeċifiċità abbażi tal-evidenza pożittiva, kif meħtieġ mill-Artikolu 2.4 tal-ASCM. Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni ma pprovdietx xi evidenza fattwali dwar liema huma l-industriji partikolari li huma mogħtija drittijiet ta' użu tal-art b'rati preferenzjali u l-bażi ġuridika tal-valutazzjoni tagħha li l-industrija li tipproduċi ċ-ċelloli u l-moduli solari tifforma parti minn dawn l-industriji. Produttur esportatur minnhom għamel dikjarazzjoni simili. Dawn il-pretensjonijiet kellhom jiġu rifjutati. Il-Kummissjoni, fil-premessa (364) ta' hawn fuq iċċitat l-eżempji tan-notifiki tad-dritt ta' użu tal-art fejn l-awtoritajiet rilevanti llimitaw ix-xerrejja potenzjali għall-prezz stabbilit għall-industrija fotovoltajka u l-limiti tal-prezzijiet stabbiliti fuq id-dritt ta' użu tal-art mixtrija mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni oħra mitluba mill-GTĊ u, fid-dawl tal-appoġġ tal-gvern lill-industrija PV, flimkien man-natura diskrezzjonali u mhux trasparenti tal-allokazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-art, il-Kummissjoni kkunsidrat li din l-informazzjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta' speċifiċità.

(467)

Il-GTĊ u diversi produtturi esportaturi ddikjaraw li l-valur referenzjarju tad-dritt ta' użu tal-art magħżul mill-Kummissjoni mhuwiex xieraq. Il-GTĊ iddikjarat ukoll li Kummissjoni ma għamiltx dak kollu li setgħet biex tidentifika valur referenzjarju li japprossima l-kundizzjonijiet tas-suq li jipprevalu fin-nuqqas tad-distorsjoni kif meħtieġ mid-deċiżjoni tal-Bord tad-WTO fl-Istati UnitiDazji Kumpensatorji u Antidumping Definittivi dwar Ċerti Prodotti miċ-Ċina  (101). Din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata. Il-Kummissjoni tat daqqa t'għajn fid-dettall lejn id-diversi indikaturi u qabblet lit-Tajwan u r-RPĊ b'mod globali kif ukoll il-provinċji Ċiniżi individwali kkonċernati. Wara tali analiżi, il-Kummissjoni tikkunsidra t-Tajwan bħala valur referenzjarju xieraq minħabba t-totalità tal-informazzjoni fuq il-fajl jiġifieri (i) il-livell komparabbli tal-iżvilupp ekonomiku u l-istruttura ekonomika li tipprevali fit-Tajwan u l-maġġoranza l-kbira tal-provinċji u bliet Ċiniżi fejn huma stabbiliti l-prodotturi esportaturi li jikkooperaw, (ii) il-viċinanza fiżika taċ-Ċina u t-Tajwan, (iii) il-livell għoli ta' infrastruttura industrijali li għandhom it-Tajwan u dawn il-provinċji Ċiniżi, (iv) ir-rabtiet ekonomiċi b'saħħithom u l-kummerċ transfruntier bejn it-Tajwan u r-RPĊ, (v) id-densità għolja tal-popolazzjoni fil-provinċji Ċiniżi kkonċernati u fit-Tajwan, (vi) is-similarità bejn it-tip ta' art u t-tranżazzjonijiet użati għall-bini tal-valur referenzjarju rilevanti fit-Tajwan ma' dawk fir-RPĊ u (vii) il-karatteristiċi komuni demografiċi, lingwistiċi u kulturali kemm fit-Tajwan kif ukoll fir-RPĊ.

Barra minn hekk, ħafna mill-provinċji kkonċernati jitqiesu bħala l-aqwa provinċji fil-manifattura fir-RPĊ. Għalkemm il-PDG għal kull ras tat-Tajwan u ta' dawn il-provinċji u l-ibliet mhuwiex identiku, il-PDG ta' dawn il-provinċji u l-ibliet kiber b'mod rapidu fl-aħħar snin jiġifieri qiegħed ilaħħaq mat-Tajwan. Barra minn hekk, dejta riċenti tissuġġerixxi li kemm ir-RPĊ b'mod globali, kif ukoll il-provinċji u l-ibliet ikkonċernati għandhom PDG ħafna aktar għoli mit-Tajwan, jiġifieri qegħdin ilaħħqu b'mod rapidu ħafna. Madankollu, huwa importanti li jiġi nnotat li l-paragun eżatt li jsir bejn il-PDG ta' ekonomija mhux tas-suq (ir-RPĊ) u l-PDG ta' ekonomija tas-suq stabbilita sew (it-Tajwan) mhijiex fatt deċiżiv peress li huwa normali għal ekonomija mhux tas-suq li taqa' lura meta mqabbla ma' ekonomija tas-suq funzjonanti f'termini ta' PDG. Barra minn hekk, ħafna fatturi oħra, pereżempju r-regoli ta' ppjanar, il-politika ambjentali jistgħu jaffettwaw il-provvista u d-domanda għal art industrijali. Il-kwistjoni reali hija xi jkunu l-“kundizzjonijiet prevalenti fis-suq” fir-rigward tad-dritt ta' użu tal-art fil-provinċji Ċiniżi kkonċernati jekk kienet ekonomija tas-suq funzjonanti u fuq il-bażi tal-evidenza kollha, huwa konkluż li jkunu simili ħafna għal dawk tat-Tajwan.

3.5.7.   Kummenti oħrajn

(468)

L-ilmentatur iddikjara li l-Kummissjoni għandha tiddivulga skemi ta' sussidju addizzjonali li nstabu matul l-investigazzjoni u tistabbilixxi wkoll marġnijiet ta' sussidju għal skemi bħal dawn mhux imsemmija fl-ilment. F'dan ir-rigward, huwa nnotat li s-sussidji kollha li huma sodisfatti fir-rekwiżiti ġuridiċi għat-tnedija kienu investigati mill-Kummissjoni.

(469)

L-ilmentatur iddikjara li l-Kummissjoni kellha tistabbilixxi marġni ta' sussidju fir-rigward tal-provvista ta' polisiliċju għal remunerazzjoni anqas minn adegwata abbażi tal-informazzjoni fl-ilment u abbażi tas-sejbiet tal-US DOC f'każ PV simili. Il-Kummissjoni investigat dan il-programm u, abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-produtturi esportaturi fil-kampjun u l-GTĊ, ikkonkludiet li ma kien hemm ebda benefiċċju minn dan il-programm matul il-PI, prinċipalment peress li l-prezzijiet ta' importazzjoni tal-polisiliċju kienu aktar baxxi mill-prezzijiet imposti mill-fornituri Ċiniżi. Qiegħed jiġi nnotat li l-perjodu ta' investigazzjoni għall-każ tal-Istati Uniti u l-każ inkwistjoni kienu differenti.

(470)

L-ilmentatur iddikjara wkoll li l-Kummissjoni kien imissha stabbilixxiet marġni ta' sussidju fir-rigward tal-forniment tal-elettriku għal remunerazzjoni anqas minn adegwata. Din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata. Il-Kummissjoni ma sabitx evidenza suffiċjenti li produtturi esportaturi fil-kampjun, bl-eċċezzjoni tal-LDK, ibbenefikaw minn forniment preferenzjali ta' elettriku fil-PI.

(471)

Il-GTĊ iddikjara li l-metodoloġija ta' kalkolu tal-Kummissjoni rriżultat f'“għadd doppju fil-livell tal-kalkoli tal-marġini antidumping u antisussidji”. Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni missha naqqset il-marġini ta' sussidju kkalkulat għall-programm ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni mill-marġini ta' dumping fuq il-bażi li huwa sussidju ta' esportazzjoni. Il-GTĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni missha naqqset mill-marġini ta' dumping il-marġini ta' sussidju kkalkolati fuq il-bażi tal-limiti 'l barra mill-pajiż. Huwa rraġuna li “parti mid-dumping ikkalkolat fuq il-bażi ta' valur normali ta' pajjiż analogu hija attwalment l-istess sussidju li ġie kkumpensat fl-investigazzjoni parallela antisussidji”. L-ebda pretensjoni minn dawn ma jkollha impatt fuq il-livell tal-miżuri li jirriżultaw billi fil-każ preżenti d-dazji kkombinati huma limitati mill-marġini ta' dannu. Il-GTĊ kkonferma dan ukoll fil-kummenti għad-dokument ta' divulgazzjoni definittiva. Għaldaqstant ma tqiesx neċessarju li tiġi indirizzata s-sustanza ta' dawn il-pretensjonijiet.

3.6.   Ammont ta' sussidji kumpensabbli

(472)

L-ammonti ta' sussidji kumpensabbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, mogħtija ad valorem, għall-kumpaniji investigati huma stipulati fit-tabella ta' hawn taħt:

Produttur esportatur

Marġni tas-sussidju definittiv

Wuxi Suntech Power Co. Ltd;

Luoyang Suntech Power Co. Ltd;

Suntech Power Co. Ltd;

Wuxi Sun-Shine Power Co. Ltd;

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd; Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd,

4,9 %

Yingli Energy (Ċina) Co. Ltd;

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd;

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

6,3 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd;

Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd;

Changzhou Youze Technology Co. Ltd;

Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd;

Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd

3,5 %

JingAo Solar Co. Ltd;

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd,

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd;

Shanghai Jinglong Solar Energy Technology Co. Ltd;

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd,

5,0 %

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd;

LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd;

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd;

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd,

11,5 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd,

de minimis

Renesola Zhejiang Ltd

Renesola Jiangsu Ltd

4,6 %

Jinko Solar Co. Ltd u kumpaniji relatati

6,5 %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw (Anness 1)

6,4 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

11,5 %

(473)

B'konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġni tas-sussidju totali għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-marġni totali medju ponderat tas-sussidju stabbilit għall-kumpaniji li kkooperaw fil-kampjun, jiġifieri 6,4 %.

(474)

Minħabba l-livell għoli ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, id-dazju tal-“kumpaniji l-oħrajn kollha” kien stabbilit għal-livell tal-ogħla dazju impost fuq il-kumpaniji, rispettivament, fil-kampjun jew li kkooperaw fl-investigazzjoni. Id-dazju tal-“kumpaniji l-oħrajn kollha” se jkun applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrjia tal-Unjoni u produzzjoni tal-Unjoni

(475)

Il-prodott simili kien manifatturat minn madwar 215-il produttur fl-Unjoni. Dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku u minn hawn 'il quddiem se jissejħu “l-industrija tal-Unjoni”. L-Istituzzjonijiet ivverifikaw id-dikjarazzjonijiet mill-partijiet interessati li kien kemm numru akbar; din il-verifika żvelat li l-allegati produtturi addizzjonali fir-realtà kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom produtturi esportaturi, importaturi relatati ma' dawn, distributuri u installaturi.

(476)

L-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni dwar l-industrija tal-Unjoni, inkluża informazzjoni pprovduta fl-ilment, dejta makroekonomika pprovduta minn Europressedienst, ditta indipendenti ta' konsulenza (“il-konsulent”) u t-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun intużaw biex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni fil-PI peress li ma kienx hemm disponibbli informazzjoni pubblika dwar il-produzzjoni. Peress li l-moduli u ċ-ċelloli huma importati fl-Unjoni taħt intestaturi doganali li jkopru prodotti oħrajn mhux koperti għal din l-investigazzjoni u l-volumi tal-importazzjonijiet irrapportati huma f'tunnellati, ma setax jintuża l-Eurostat biex jiġu ddeterminati l-volumi u l-valuri tal-importazzjoni, li ssawru fuq id-dejta pprovduta mill-konsulent. Meta dan kien possibbli, id-dejta riċevuta mill-konsulent ġiet kontroverifikata ma' sorsi pubbliċi disponibbli oħrajn u mat-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju.

(477)

Fuq din il-bażi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata għal madwar 4 GW għall-moduli u 2 GW għaċ-ċelloli matul il-PI.

(478)

Kif indikat fil-premessa (21) hawn fuq, intgħażlu disa' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li rrappreżentaw 18 % — 21 % tal-produzzjoni sħiħa tal-Unjoni ta' moduli u 17 % — 24 % tal-produzzjoni sħiħa tal-Unjoni ta' ċelloli.

(479)

Bosta partijiet ikkontestaw il-fatt li d-dejta pprovduta mill-konsulent intużat biex jiġu determinati, fost l-oħrajn, il-produzzjoni tal-Unjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni kif ukoll indikaturi oħrajn tad-dannu makroekonomiku dwar l-industrija tal-Unjoni u d-dejta tal-importazzjonijiet. Dawn il-partijiet xeħtu dubju fuq l-indipendenza tal-konsulent billi allegaw li kienet marbuta mal-ilmentatur. Talbu wkoll kjarifiki fuq liema bażi ntgħażel il-konsulent mill-Kummissjoni u xeħtu dubju fuq il-kompetenza tiegħu fil-ġbir ta' dejta ekonomika relatata mas-settur PV. F'dan ir-rigward, kien iddikjarat li l-Kummissjoni missha bbażat is-sejbiet tagħha fuq dejta minn sorsi oħrajn għad-dispożizzjoni, b'mod partikolari istituti ta' riċerka magħrufa. Fl-aħħar nett, l-AFASE għamlet referenza għall-Aħjar Prattiki għas-sottomissjoni ta' evidenza ekonomika u ġbir ta' dejta f'każijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u f'każijiet ta' fużjoni biex tikkontesta l-kredibbiltà tad-dejta sottomessa mill-konsulent.

(480)

Fir-rigward tar-rabtiet allegati bejn il-konsulent u l-ilmentatur, l-artijiet interessati rilevanti ma ssottomettew l-ebda evidenza li turi li jeżistu t-tali rabtiet. Bl-istess mod, l-investigazzjoni ma xeħtitx dawl fuq xi evidenza ta' relazzjoni li tmur lil hinn minn karattru purament kummerċjali. Wara divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom iddikjarat li kien hemm indikazzjonjiet li l-evidenza prima facie pprovduta mill-industrija tal-Unjoni fl-ilment kienet ibbażata fuq dejta pprovduta mill-istess konsulent. Anki jekk huwa rikonoxxut li s-sejbiet għal xi indikaturi kienu simili għall-evidenza pprovduta fl-ilment, dan mhux bilfors ifisser li ġew stabbiliti fuq il-bażi ta' sors wieħed biss. F'dan ir-rigward, l-ilment jipprovdi d-diversi sorsi użati. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati.

(481)

Il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li jsir użu minn din il-konsulenza f'din l-investigazzjoni, minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà minn sorsi pubblikament disponibbli oħrajn tad-dejta makroekonomika neċessarja li tkopri s-suq totali tal-Unjoni kif ukoll dejta tal-importazzjonijiet. Qabel ma għażlet lil Europressedienst il-Kummissjoni vvalutat il-metodoloġija użata mill-konsulent għall-ġbir tad-dejta rilevanti kif ukoll il-ħila tal-konsulent biex jipprovdi d-dejta neċessarja għat-tipi kollha tal-prodott u għall-perjodu sħiħ ikkunsidrat.

(482)

Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, id-dejta pprovduta mill-konsulent kienet kontroverifikata fejn dan kien possibbli ma' sorsi oħrajn disponibbli u kienet ikkonfermata. F'dan ir-rigward, huwa osservat li jeżistu bosta kumpaniji ta' riċerka speċjalizzati fil-ġbir ta' statistiki tad-dejta fis-suq u l-figuri rrapportati kważi qatt ma huma l-istess. Dan huwa dovut għall-fatt li diffiċli jinħarġu figuri preċiżi għal kwalunkwe istitut ta' riċerka u għaldaqstant, l-indikaturi rrapportati tas-suq PV dejjem se jkunu msawra fuq stimi, indipendenti mill-fornitur tat-tali figura. F'dan il-kuntest, l-eżerċizzju ta' kontroverifika mwettaq mill-Kummissjoni kkonsista fit-tqabbil tax-xejriet tad-dejta riċevuta mill-konsulent max-xejriet tal-istess dejta ppubblikata minn kumpaniji oħrajn ta' riċerka, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (“JRC”) tal-Kummissjoni u l-EPIA fuq l-istess suġġett, meta kienet disponibbli. Ma ġiet osservata l-ebda differenza importanti bħala riżultat tal-eżerċizzju ta' kontroverifika u x-xejriet tal-indikaturi li għalihom saret il-kontroverifika kienu simili. Għaldaqstant, is-sejbiet antidumping provviżorji ma kinux ibbażati biss fuq dejta pprovduta mill-konsulent iżda anki wara analiżi u valutazzjoni ta' din id-dejta mill-Kummissjoni stess. Barra minn hekk, kif intqal hawn fuq fil-premessa (8), wara l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping provviżorji saret żjara ta' verifika fil-bini tal-konsulent. Il-Kummissjoni wettqet verifika fuq il-post fil-bini tal-konsulent biex tivverifika l-kredibbiltà tal-metodoloġija u d-dejta fornita. Il-verifika fuq il-post twettqet bħala segwitu għall-kontroverifika tad-dejta mill-Kummissjoni u sabiex tinkiseb garanzija dwar l-kredibbiltà u l-kwalità tad-dejta u l-metodoloġija relatata. Il-verifika fuq il-post tqieset xierqa fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, anki jekk dik id-dejta ma kinitx ipprovduta minn parti interessata iżda minn konsulent. Bis-saħħa ta' dan, il-Kummissjoni kompliet isserraħ rasha dwar l-kredibbiltà tad-dejta pprovduta mill-konsulent.

(483)

Parti minnhom iddikjarat li l-metodoloġija tal-kontroverifika użata mill-Kummissjoni ma ġietx spjegata f'dettall suffiċjenti u talbet li s-sorsi l-oħrajn użati għall-kontroverifika għandhom jiġu ddivulgati. Din il-parti argumentat ulterjorment li l-metodoloġija użata kienet fi kwalunkwe każ invalida peress li tqabblu biss xejriet ta' diversi sorsi u mhux valuri assoluti.

(484)

Sa fejn huma kkonċernati s-sorsi l-oħrajn użati biex tiġi kontroverifikata d-dejta pprovduta mill-konsulent, dawn kienu rapporti ppubblikati mill-JRC u mill-EPIA dwar l-istess suġġetti. Fir-rigward tal-paragun tad-dejta ma' sorsi oħrajn, huwa nnotat li dawn ma urewx biss xejriet simili iżda anki daqsijiet simili. Għalhekk, kien konkluż li l-metodoloġija użata kienet xierqa u d-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward kienu rifjutati.

(485)

L-attività ewlenija tal-konsulent hija li jiġbor id-dejta relatata mas-settur PV u jiżviluppa bażi tad-dejta aġġornata ta' kumpaniji attivi fis-suq PV. Din id-dejta hija ppubblikata f'rivisti speċjalizzati fotovoltajċi u anke użati minn kumpaniji individwali li twettaq riċerka speċjalizzata għalihom. Il-bażi tad-dejta żviluppata minn Europressedienst hija aġġornata u ppubblikata mill-ġdid b'mod regolari. Barra minn hekk, il-konsulent għandu bosta snin esperjenza fis-settur. B'mod iktar preċiż, il-metodoloġija tal-konsulent hija li jiġbor, jagħmel kontroverifika u jagglomera informazzjoni billi juża bosta sorsi disponibbli fis-suq. Għal dan l-għan, huwa jiġbor id-dejta permezz ta' kwestjonarji standard mibgħuta lill-kumpaniji elenkati fil-bażi tad-dejta jew bit-telefown, speċjalment mill-produtturi tal-Unjoni, jew matul il-fieri speċjalizzati, l-iktar minn produtturi f'pajjiżi terzi. Meta l-informazzjoni ma tkunx tista' tinkiseb permezz tal-mezzi li għadhom kif issemmew, Europressedienst tivverifika r-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji fis-settur fotovoltajku jew tikkoopera minn jeddha ma' istituti ta' riċerka oħrajn bil-għan li tikseb jew tagħmel kontroverifika tad-dejta. Ġie verifikat li dawn is-sorsi ntużaw mill-konsulent fl-attività ta' kuljum tiegħu. Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, jitqies xieraq li jintużaw is-servizzi ta' Europressedienst f'din l-investigazzjoni u għalhekk, id-dikjarazzjonijiet tal-partijiet f'dan ir-rigward ġew rifjutati.

(486)

Fir-rigward tal-Aħjar Prattiki għas-sottomissjoni tal-evidenza ekonomika maħruġa mis-servizz kompetenti tal-Kummissjoni (“l-Aħjar Prattiċi”), għandhom isiru l-kummenti li ġejjin. L-ewwel nett, huwa dokument li ma jistax jimpenja l-Kummissjoni peress li ma ġiex adottat mill-Kulleġġ, iżda ġie pubblikat mis-servizz kompetenti bil-għan li jiġu pprovduti rakkomandazzjonijiet lill-partijiet dwar kif għandha tiġi ppreżentata l-evidenza ekonomika. It-tieni nett, l-Aħjar Prattiki għandhom x'jaqsmu mas-sottomissjoni tal-analiżi u d-dejta ekonomika użata f'xi investigazzjonijiet tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101 u 102 tat-TFUE u f'każijiet ta' fużjoni. Ir-regoli applikabbli, l-istandards ta' prova u s-setgħat ta' investigazzjoni tal-Kummisjoni f'dawk il-każijiet ta' kompetizzjoni ma jistgħux jitqabblu mal-investigazzjonijiet ta' difiża kummerċjali, li għalihom japplika sett sħiħ ta' regoli differenti.

(487)

Bosta partijiet ikkontestaw il-metodoloġija użata mill-konsulent billi ddikjaraw li ma kinitx se tilħaq standards xjentifiċi rikonoxxuti. Madankollu, kif intqal hawn fuq fil-premessa (481) ta' hawn fuq, il-metodoloġija ġiet ivvalutata u d-dejta li rriżultat ġiet kontroverifikata u verifikata u bħala riżultat, tqieset li hija konformi ma' dejta pubblikata oħra u għalhekk raġonevolment kredibbli. Punti speċifiċi mqajma minn ċerti partijiet interessati, ġew iċċarati b'mod bilaterali u tqiegħdu għad-dispożizzjoni fil-fajl miftuħ tal-investigazzjoni għal spezzjoni mill-partijiet interessati.

(488)

Is-CCCME argumentat li l-metodoloġija tal-aggregazzjoni tad-dejta ma kinitx iċċarata. Din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata peress li l-informazzjoni rilevanti tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati kollha fil-fajl miftuħ għal spezzjoni mill-partijiet interessati.

(489)

Wara divulgazzjoni finali, diversi partijiet tennew it-tħassib tagħhom dwar l-għażla tal-konsulent mill-Kummissjoni u dwar il-kwalità tad-dejta fornuta. F'dan ir-rigward, ġie ddikjarat li d-dejta tal-konsulent tista' tiġi ordnata u mixtrija fuq bażi ad hoc biex tissodisfa t-talbiet speċifikament identifikati ta' klijenti potenzjali u għalhekk jaf ma tkunx oġġettiva. Barra minn hekk, is-CCCME kkuntestat li d-dejta miġbura mill-konsulent tista' tiġi kkunsidrata bħala evidenza pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku peress li d-dejta kienet sa ċertu punt ibbażata fuq suppożizzjonijiet u stimi. Minbarra dan, ġie ddikjarat ukoll li d-dejta fornuta ma kinitx sostnuta b'mod suffiċjenti mill-evidenza fil-fajl u li ma kinitx ta' karattru affermattiv, oġġettiv u verifikabbli.

(490)

Fir-rigward ta' dawn id-dikjarazzjonijiet, saret referenza għall-premessi (481) — (482) ta' hawn fuq, fejn ġiet ipprovduta informazzjoni addizzjonali dwar l-għażla tal-konsulent. Barra minn hekk, huwa nnotat li l-Kummissjoni qabbdet lill-konsulent fuq il-bażi tal-aqwa informazzjoni disponibbli dak iż-żmien u f'konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju tal-Kummissjoni applikabbli għall-proċedura. Minbarra dan, qiegħed jiġi mfakkar li l-ħila tal-konsulent li jipprovdi d-dejta kollha meħtieġa fil-ħin opportun kienet ta' importanza kbira peress li l-Kummissjoni kienet marbuta ma' skadenzi statutorji għall-pubblikazzjoni tas-sejbiet provviżorji fl-investigazzjoni li għadha għaddejja.

(491)

Fir-rigward tal-kwalità tad-dejta fornuta u jekk tistax tiġi kkunsidrata bħala evidenza pożittiva skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, kif intqal hawn fuq fil-premessa (482), il-metodoloġija tal-konsulent għall-ġbir tad-dejta ġiet eżaminata u vvalutata li kienet ta' kwalità sodisfaċenti. Barra minn hekk, kif intqal ukoll hawn fuq fl-istess premessa, id-dejta fornuta mill-konsulent kienet kontroverifikata meta kien possibbli ma' sorsi oħrajn u nstabet li hija raġonevolment preċiża. Fl-aħħar nett, huwa nnotat li l-konsulent għandu bażi tad-dejta waħda li tiġi aġġornata fuq bażi regolari, indipendentement mill-ħtiġijiet u t-talbiet tal-klijenti. L-istess bażi tad-dejta tintuża biex taggrega u twassal statistiki PV lil diversi klijenti, u għalhekk l-allegazzjoni li d-dejta ma kinitx oġġettiva hija rifjutata.

(492)

Wara d-divulgazzjoni final, parti interessata saħqet li l-Kummissjoni ma kinitx iddivulgat is-sorsi, il-metodoloġija użata u l-kumpaniji li magħhom ikkoopera l-konsulent biex jikkumpila d-dejta makroekonomika fornuta. Parti interessata oħra tenniet li l-metodoloġija applikata mill-konsulent tindika riżultati ħżiena. Bosta partijiet interessati talbu għal aktar informazzjoni dwar il-metodoloġija użata mill-konsulent bħar-rati medji ta' tweġibiet għall-kwestjonarji/intervisti, il-perċentwal tad-dejta miġbura minn kull mezz, kif ġiet ivverifikata, l-approssimazzjonijiet/assunzjonijiet użati biex tiġi ġġenerata d-dejta, in-numru ta' kumpaniji li għalihom saru approssimazzjonijiet, u tal-inqas firxa ta' għadd ta' impjegati tal-konsulent.

(493)

Fir-rigward ta' dawn id-dikjarazzjonijiet, huwa nnotat li sussegwentement għall-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet interessati bil-metodoloġija u bis-sorsi użati mill-konsulent fl-aggregazzjoni tad-dejta u indirizzat mistoqsijiet speċifiċi tal-partijiet interessati f'dan ir-rigward wara d-divulgazzjoni antidumping provviżorju. It-talbiet addizzjonali għal informazzjoni tal-partijiet interessati kkonċernati wara divulgazzjoni finali huma kkunsidrati bħala koperti mill-informazzjoni li tqiegħdet għad-dispożizzjoni wara l-impożizzjoni tad-dazji provviżorji sal-punt li ppermettew il-limitazzjonijiet ta' kunfidenzjalità. Barra minn hekk, hija enfasizzat li l-Kummissjoni vverifikat fuq il-post, il-mod li bih inġabret u ġiet aggregata d-dejta mill-konsulent u s-suppożizzjonijiet sottostanti rilevanti għall-aggregazzjoni tad-dejta. Ir-riżultati tal-verifika kienu sodisfaċenti u l-Kummissjoni kienet assigurata bir-raġonevolezza tas-suppożizzjonijiet sottostanti u l-kwalità tad-dejta pprovduta mill-konsulent. Barra minn hekk, il-partijiet ma kkontestawx id-dejta bħala tali.

(494)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti oħra talbet għal kjarifiki fir-rigward tan-numru ta' produtturi tal-Unjoni kkunsidrati mill-konsulent fil-ġbir tad-dejta u l-koinċidenza bejniethom u l-madwar 215-il produttur tal-Unjoni magħrufa mill-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, qiegħed jiġi ċċarat li l-prodotturi tal-Unjoni kkunsidrati mill-konsulent huma fil-biċċa l-kbira l-istess bħal dawk li huma magħrufa li jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni fl-investigazzjoni msemmija fil-premessa (475) ta' hawn fuq.

(495)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom iddikjarat li l-Kummissjoni wettqet l-analiżi tad-dannu b'mod mhux konsistenti peress li saret b'mod separat għall-moduli u ċ-ċelloli filwaqt li l-kalkoli ta' marġini ta' dannu u sussidju ġew stabbiliti bħala medja ponderata għall-moduli u ċ-ċelloli flimkien. F'dan ir-rigward, huwa nnotat li filwaqt li l-indikaturi kienu ntwerew b'mod separat għal kull tip ta' prodott, il-konklużjonijiet milħuqa għal kull indikatur jirreferu għall-prodott li qiegħed jiġi investigat kollu kemm hu. Qiegħed jiġi mfakkar ukoll li l-moduli u ċ-ċelloli huma prodott uniku wieħed u għalhekk il-marġnijiet ta' sussidju u l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu ġew stabbiliti fuq din il-bażi. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet rifjutata.

(496)

Fl-aħħar nett, parti oħra ddikjarat li l-konklużjoni tal-valuri tal-indikaturi makroekonomiċi matul il-PI kienet ibbażata b'mod żbaljat fuq medja sempliċi tas-snin 2011 u 2012, bħala tali l-metodoloġija ma tkunx oġġettiva u ma twassalx għal riżultati li jirriflettu r-realtà matul il-PI. Qiegħed jiġi ċċarat li medja sempliċi tad-dejta ntużat biss f'każ fejn kien hemm xejriet simili fil-perjodi kkonċernati. F'każ li x-xejriet kienu differenti, il-metodoloġija ġiet adattata kif xieraq billi ngħata kas tar-realtà tas-suq. Il-parti kkonċernata ma żviluppatx sa liema punt ir-riżultati tal-metodoloġija użata kienu jirriflettu r-realtà tas-suq. Għaldaqstant, dawn id-dikjarazzjonijiet huma rifjutati.

4.2.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(497)

Parti mill-industrija tal-Unjoni hija integrata vertikalment u sehem sostanzjali mill-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien allokat għal użu ristrett, b'mod partikolari għall-produzzjoni ta' ċelloli.

(498)

Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali u sabiex jiġu ddeterminati l-indikaturi tal-konsum u oħrajn ekonomiċi, ġie analizzat jekk u kemm l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili (użu “ristrett”) kellu jittieħed inkunsiderazzjoni.

(499)

Biex tiġi pprovduta stampa kompluta kemm jista' jkun tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ġiet analizzata dejta għall-attività sħiħa tal-prodott simili u mbagħad ġie determinat jekk il-produzzjoni kinitx allokata għal użu ristrett jew suq ħieles.

(500)

Instab li l-indikaturi ekonomiċi li ġejjin relatati mal-industrija tal-Unjoni għandhom ikunu eżaminati b'referenza għall-attività totali (inkluż l-użu ristrett tal-industrija): il-konsum, il-volum ta' bejgħ, il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, it-tkabbir, l-investimenti, il-ħażniet, l-impjiegi, il-produttività, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investiment, il-ħila ta' żieda tal-kapital u l-kobor tal-ammont tas-sussidji kumpensabbli. Dan għaliex l-investigazzjoni wriet li dawk l-indikaturi setgħu jiġu analizzati b'mod raġonevoli b'referenza għall-attività sħiħa peress li l-produzzjoni allokata għal użu ristrett kienet affettwata bl-istess mod mill-kompetizzjoni tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. Minn hawn 'il quddiem is-suq magħluq u s-suq ħieles f'daqqa se jissejħu s-“suq totali”.

(501)

Fir-rigward tal-profittabilità, l-analiżi ffokat fuq is-suq ħieles peress li l-prezzijiet fis-suq magħluq instabu li mhux dejjem jirriflettu l-prezzijiet tas-suq u ma kellhomx impatt fuq dan l-indikatur.

(502)

Bosta partijiet argumentaw li d-dannu kellu jiġi vvalutat b'mod separat għas-suq ristrett u għas-suq ħieles. Parti minnhom argumentat li d-dejta relatata maċ-ċelloli allokati għall-użu ristrett kellha tkun eskluża mill-valutazzjoni tad-dannu minħabba li ma kinux affettwati mill-importazzjonijiet sussidjati.

(503)

L-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment kienu mġiegħla jimportaw prodotti sussidjati (ċelloli) u jwaqqfu l-produzzjoni ta' dawn il-prodotti b'kost ogħla mill-prezz ta' importazzjoni, bħala konsegwenza tal-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet sussidjati. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet ukoll li s-suq ħieles u s-suq magħluq urew l-istess xejriet fil-prezzijiet, u dan wera wkoll li kienu affettwati bl-istess mod mill-importazzjonijiet ikkonċernati.

(504)

Wara d-divulgazzjoni finali, diversi partijiet tennew li l-Kummissjoni naqqset milli tipprovdi analiżi xieraq u raġunata tas-suq magħluq jew għaliex ma twettqitx analiżi separata. Parti minnhom iddikjarat li ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni dwar is-sinifikat tal-produzzjoni tal-Unjoni maħsuba għall-użu ristrett. Barra minn hekk, intqal li l-premessa (106) għar-Regolament antidumping provviżorju li tikkonkludi l-prezzijiet fis-suq magħluq mhux dejjem tirrifletti l-prezzijiet tas-suq, tmur kontra l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa (503) ta' hawn fuq, li s-suq ħieles u s-suq magħluq urew xejriet simili fil-prezzijiet.

(505)

L-ewwel huwa nnotat li l-premessa (105) għar-Regolament antidumping provviżorju tistabbilixxi r-raġunijiet għaliex kien ikkunsidrat xieraq li jiġu eżaminati l-indikaturi ta' dannu (ħlief għall-profittabbiltà) li jirreferu għall-attività totali tal-industrija tal-Unjoni inkluż is-suq magħluq. F'dan ir-rigward huwa mfakkar, kif stabbilit fl-istess premessa, li l-investigazzjoni żvelat li l-produzzjoni maħsuba għall-użu ristrett kienet affettwata bl-istess mod mill-kompetizzjoni tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, li bħala tali ma kinitx ikkontestata mill-partijiet interessati kkonċernati. Għalhekk, id-dikjarazzjoni li ma ngħatat l-ebda spjegazzjoni dwar għaliex ma saret ebda analiżi separata kellha tiġi rifjutata. Bl-istess mod, kif joħroġ minn din il-konklużjoni, kellu jiġi rifjutat ukoll li kellha ssir tali analiżi separata tas-suq magħluq.

(506)

It-tieni nett, filwaqt li abbażi ta' dan ta' hawn fuq, is-sinifikat tal-produzzjoni tal-Unjoni għall-użu ristrett ma kienx ikkunsidrat element essenzjali, huwa nnotat li l-pruduzzjoni tal-Unjoni ta' ċelloli maħsuba għall-użu ristrett tirrappreżenta madwar nofs il-produzzjoni totali fil-PI. Fl-aħħar nett, qiegħed jiġi ċċarat li l-fatt li l-prezzijiet fis-suq magħluq ma jirriflettux il-prezzijiet fis-suq ħieles mhux bilfors imur kontra l-fatt li ż-żewġ prezzijiet segwew l-istess xejriet, peress li xorta waħda jistgħu jkunu f'livelli differenti jew il-movimenti fil-prezzijiet jistgħu jkunu ta' grad ogħla jew aktar baxx u b'hekk jagħtu stampa differenti. Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, dawn il-pretensjonijiet dwar is-suq magħluq ġew rifjutati.

(507)

Il-partijiet ikkonċernati ma pprovdew ebda informazzjoni li setgħet meriet din is-sejba. Għal dawn ir-raġunijiet, id-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward ġew rifjutati.

4.3.   Konsum tal-Unjoni

(508)

Il-konsum tal-Unjoni inkluda l-volum totali tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u l-volum tal-bejgħ totali tal-prodott simili fl-Unjoni, inklużi dawk allokati għal użu ristrett. Ma hemm disponibbli ebda dejta kompluta għall-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni kienu rreġistrati taħt intestaturi doganali li jkopru prodotti oħrajn mhux soġġetti għal din l-investigazzjoni u l-volumi ta' importazzjonijiet irrapportati tal-Eurostat kienu f'tunnellati. Konsegwentement, il-Eurostat ma setax jintuża biex jiġu ddeterminati l-volumi u l-valuri tal-importazzjonijiet. Għaldaqstant, il-konsum tal-Unjoni kien ibbażat fuq dejta pprovduta mill-konsulent kif deskritt hawn fuq u kontroverifikata ma' sorsi pubbliċi bħal riċerki tas-suq u studji pubblikament disponibbli u mat-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji.

(509)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1- a

Konsum tal-Unjoni għall-moduli (f'MW)

 

2009

2010

2011

PI

Suq totali

5 465

12 198

19 878

17 538

Indiċi (2009=100)

100

223

364

321

Sors: Europressedienst


Tabella 1-b

Konsum tal-Unjoni għaċ-ċelloli (f'MW)

 

2009

2010

2011

PI

Suq totali

2 155

3 327

4 315

4 021

Indiċi (2009=100)

100

154

200

187

Sors: Europressedienst

(510)

Fil-perjodu kkunsidrat, il-konsum totali tal-Unjoni żdied b'221 % għall-moduli u b'87 % għaċ-ċelloli bejn l-2009 u l-PI, iżda naqas fil-PI meta mqabbel mal-2011. F'termini ġenerali, il-konsum tal-Unjoni tal-prodott investigat żdied b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-livell tiegħu fl-2009.

(511)

Parti interessata minnhom argumentat li d-dejta dwar il-konsum tal-Unjoni tal-prodott investigat tvarja sew, skont is-sors użat. Din il-parti argumentat li d-dejta kredibbli tista' tiġi stabbilita biss fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura minn istituzzjonijiet speċjalizzati jew ċentri ta' riċerka. Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet u l-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi minn (481) sa (483) hawn fuq dwar l-kredibbiltà tad-dejta pprovduta mill-konsulent użata fl-investigazzjoni, dan l-argument ġie rrifjutat.

(512)

L-istess parti argumentat li l-konsum tal-Unjoni ma għandux ikun stabbilit billi sempliċiment jingħaddu l-kapaċitajiet ta' produzzjoni ta' moduli disponibbli fl-Unjoni u li minflok, il-konsum tal-modulu għall-proġetti proprji tal-industrija tal-Unjoni għandu jitnaqqas minnhom. Dan l-argument ġie rifjutat, peress li l-konsum tal-moduli kien stabbilit fuq il-bażi ta' kapaċitajiet installati ġodda fl-Unjoni. Din hija prattika komuni biex jiġi determinat il-konsum tal-moduli. Għaċ-ċelloli, il-konsum ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-produzzjoni ta' moduli tal-Unjoni.

(513)

Parti oħra argumentat li l-metodoloġija deskritta mill-konsulent tirrikonoxxi d-diffikultà biex jiġu stabbiliti ċifri ta' konsum kredibbli. Kien argumentat ukoll li d-dejta importata kif ukoll il-bejgħ mill-esportazzjoni mill-industrija tal-Unjoni, kienu jew ibbażati fuq stimi mhux verifikabbli jew fuq dejta mhux kompluta u li l-kontroverifika tal-Kummissjoni ma kinitx suffiċjenti biex tippermetti l-konklużjoni li din id-dejta kienet kredibbli u preċiża.

(514)

Kif diġà ntqal qabel fil-premessi (481) sa (482) ta' hawn fuq, il-kwalità tad-dejta u l-metodoloġiji użati biex din tinġabar ġew ivverifikati mill-Kummissjoni matul żjara fuq il-post abbażi ta' liema kien ikkunsidrat li l-metodoloġiji użati kienu xierqa u r-riżultati kienu preċiżi u raġonevolment kredibbli. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.4.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(515)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif deskritt fit-tabelli hawn taħt. Il-figuri huma rrapportati biss fl-indiċijiet u fil-firxiet għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità. Dan għaliex l-importazzjonijiet mill-produttur esportatur li għalihom ma nstab ebda sussidju kif stipulat fil-premessa (472) hawn fuq, tnaqqsu mill-importazzjonijiet totali mir-RPĊ.

Tabella 2-a

Importazzjonijiet ta' moduli mir-RPĊ (f'MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volumi ta' importazzjonijiet mir-RPĊ

 

 

 

 

Indiċi (2009=100)

100

251

462

408

Sehem mis-suq fis-suq totali

60 % — 65 %

68 % — 73 %

75 %-80 %

78 % — 83 %

Sors: Europressedienst


Tabella 2-b

Importazzjonijiet ta' ċelloli mir-RPĊ (f'MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volumi ta' importazzjonijiet mir-RPĊ

 

 

 

 

Indiċi (2009=100)

100

273

491

506

Sehem mis-suq fis-suq totali

5 % — 10 %

12 % — 17 %

17 % — 22 %

22 % — 27 %

Sors: Europressedienst

(516)

Tul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b'mod sinifikanti b'madwar 300 % għall-moduli u b'iktar minn 400 % għaċ-ċelloli. Dan wassal għal żidiet sinifikanti fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni. B'mod iktar speċifiku, l-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu minn [60 % — 65 %] għal [78 % — 83 %] għall-moduli u minn [5 % — 10 %] għal [22 % — 27 %] għaċ-ċelloli. F'termini ġenerali, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdiedu b'mod sinifikanti f'termini ta' volum u sehem mis-suq bejn l-2009 u l-PI.

(517)

Ta' min jinnota li ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat kienet ferm ogħla miż-żieda fil-konsum fl-Unjoni għall-prodott ikkonċernat. Konsegwentement, il-produtturi esportaturi rnexxielhom jibbenefikaw mill-konsum dejjem ikbar tal-Unjoni u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq saret iktar b'saħħitha minħabba ishma mis-suq ikbar.

(518)

Parti interessata minnhom argumentat li d-dejta dwar il-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott investigat tvarja b'mod sinifikanti, skont is-sors użat. Din il-parti argumentat li d-dejta kredibbli tista' tiġi stabbilita biss fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura minn istituzzjonijiet speċjalizzati jew ċentri ta' riċerka. Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet u l-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi minn (481) sa (483) hawn fuq, rigward l-kredibbiltà tad-dejta użata fl-investigazzjoni, dan l-argument ġie rrifjutat.

(519)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom ikkontestat il-metodoloġija għall-istabbiliment tal-valur totali tal-importazzjoni mir-RPĊ, billi ddikjarat li kienet ibbażata fuq tranżazzjonijiet li saru fuq il-livell tas-CIF bid-dazju mhux imħallas u għalhekk hemm dubju jekk dawn it-tranżazzjonijiet kinux maħsuba għall-konsum fl-Unjoni. Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, qiegħed jiġi ċċarat li l-valur totali tal-importazzjoni mir-RPĊ kif ipprovdut mill-konsulent ma ntużax fis-sejbiet u li l-volumi tal-importazzjoni biss u l-prezzijiet tal-importazzjoni ġew stabbiliti matul l-investigazzjoni. Fir-rigward ta' din il-pretensjoni, ġie ċċarat li l-valur totali tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kif ipprovdut mill-konsulent ma ntużax fis-sejbiet u li l-volumi ta' importazzjonijiet u l-prezzijiet ta' importazzjonijiet biss ġew iddeterminati matul l-investigazzjoni. Peress li l-metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-prezzijiet ta' importazzjonijiet ma ġietx ikkontestata bħala tali mill-parti interessata kkonċernata, issir referenza għas-sejbiet rilevanti fil-premessi minn (520) sa (528) hawn taħt. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet rifjutata.

4.4.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet u twaqqigħ tal-prezz

(520)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 3-a

Prezz tal-importazzjonijiet ta' moduli mir-RPĊ (f'EUR/kW)

 

2009

2010

2011

PI

Prezzijiet ta' importazzjoni

2 100

1 660

1 350

764

Indiċi (2009=100)

100

79

64

36

Sors: Europressedienst u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-kampjun


Tabella 3-b

Prezz tal-importazzjonijiet ta' ċelloli mir-RPĊ (f'EUR/kW)

 

2009

2010

2011

PI

Prezzijiet ta' importazzjoni

890

650

620

516

Indiċi (2009=100)

100

73

70

58

Sors: Europressedienst u tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji

(521)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mir-RPĊ waqa' b'mod sinifikanti tul il-perjodu kkunsidrat għall-moduli u ċ-ċelloli. Għall-moduli, il-prezz medju tal-importazzjonijiet naqas b'64 %, minn 2 100 EUR/kW fl-2009 għal 764 EUR/kW fl-PI. Bl-istess mod, il-prezz medju tal-importazzjonijiet taċ-ċelloli mir-RPĊ waqa' bi 42 %, minn 890 EUR/kW għal 516 EUR/kW.

(522)

F'termini ġenerali, il-prezz tal-prodott ikkonċernat naqas b'mod sinifikanti bejn l-2009 u l-PI.

(523)

Importatur minnhom mhux relatat li kkoopera ddikjara li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet kellhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-importazzjonijiet tiegħu tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni kif ipprovduti minn dan l-importatur matul l-investigazzjoni. Madankollu, id-dejta pprovduta minn dan l-importatur matul l-investigazzjoni kienet tirrappreżenta biss frazzjoni tal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni u ma setgħet tinħareġ l-ebda konklużjoni importanti dwar il-prezz medju tal-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ matul il-perjodu sħiħ ikkunsidrat li jkopri bosta snin fuq din il-bażi. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(524)

Parti oħra ddikjarat li l-metodoloġija biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet ma ġietx spjegata, b'mod partikolari fir-rigward ta' kif id-dejta tad-diversi sorsi ġiet amalgamata u rikonċiljata. Barra minn hekk, kien argumentat li l-ispejjeż ta' importazzjoni kellhom jiġu bbażati fuq l-informazzjoni vverifikata matul l-investigazzjoni aktar milli fuq stimi.

(525)

Huwa kkunsidrat li l-metodoloġija li tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati hija kompluta b'mod suffiċjenti biex jiġi mifhum kif ġew stabbiliti ċ-ċifri. Sa fejn hija kkonċernata l-ispiża tal-“importazzjoni”, qiegħed jiġi ċċarat li sar aġġustament fuq il-prezzijiet spot biex inħadmu l-prezzijiet CIF. L-istima li saret kienet ikkonfermata bid-dejta miġbura matul l-intervista.

(526)

Sabiex jiġi ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet medji tal-bejgħ ponderati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal livell tal-prezz mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw lill-ewwel klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi tas-CIF, b'aġġustamenti xierqa għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni, jiġifieri l-ispejjeż tal-ikklirjar doganali, it-tqandil u t-tagħbija. L-ispejjeż medji ta' wara l-importazzjoni tal-importaturi fil-kampjun ta' moduli ntużaw meta kienet disponibbli d-dejta tagħhom.

(527)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' negozju, aġġustati kif suppost fejn kien hemm bżonn, u wara li tnaqqsu r-roħsijiet u l-iskonti. Ir-riżultat tat-tqabbil, meta mogħti bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-PI, wera marġni tat-twaqqigħ tal-prezz medji ponderati li jaqgħu fi ħdan il-meded ta' [19,8 % — 37,5 %] għall-moduli u [12,6 % — 53,8 %] għaċ-ċelloli, u [19,8 % — 37,5 %] f'termini ġenerali għall-prodott ikkonċernat.

(528)

Ta' min jinnota li għal produttur esportatur minnhom fil-kampjun, ġie kkalkolat tnaqqis tal-prezz negattiv għaċ-ċelluli. Madankollu, peress li l-kwantitajiet esportati ma kinux importanti, dan ma tqiesx li huwa rappreżentattiv. Barra minn hekk, produttur esportatur ieħor fil-kampjun ikkontesta s-sors għall-aġġustament għall-monoċelloli u l-multiċelloli, iżda madankollu ma sostniex dan l-argument. Tabilħaqq, l-aġġustament speċifiku ma kienx ikkontestat mill-produttur esportatur u lanqas ma pprovdew xi informazzjoni jew evidenza ġdida, u għaldaqstant din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

4.5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.5.1.   Ġenerali

(529)

Skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti li għandhom impatt fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. Kif stipulat fil-premessi minn (14) sa (22) hawn fuq, il-kampjunar intuża għall-analiżi tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(530)

Għall-fini ta' analiżi tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn indikaturi makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi makroekonomiċi għall-perjodu kkunsidrat fuq il-bażi tad-dejta miksuba mill-konsulent indipendenti kif kontroverifikata kull meta dan kien possibbli ma' sorsi disponibbli oħrajn u mit-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tat-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(531)

Għall-fini ta' din l-investigazzjoni, l-indikaturi makroekonomiċi li ġejjin ġew ivvalutati fuq il-bażi tal-informazzjoni relatata mal-produtturi kollha tal-prodott simili fl-Unjoni: il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta' bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-ammont ta' sussidji kumpensabbli u l-irkupru minn sussidju jew dumping fl-imgħoddi.

(532)

L-indikaturi makroekonomiċi li ġejjin ġew ivvalutati fuq il-bażi tal-informazzjoni relatata mal-produtturi fil-kampjun tal-prodott simili fl-Unjoni: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta' unità, il-kost lavorattiv, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila ta' żieda tal-kapital.

(533)

Parti interessata minnhom iddikjarat li l-kundizzjonijiet tas-suq tal-prodott ikkonċernat ivarjaw għal kull Stat Membru u li għalhekk, l-analiżi tad-dannu għandha ssir fil-livell ta' kull Stat Membru b'mod separat. Din l-allegazzjoni ma kinitx sostanzjata. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat ebda ċirkustanza partikolari li tiġġustifika analiżi tad-dannu għal kull Stat Membru. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(534)

Uħud mill-partijiet xeħtu dubju dwar l-kredibbiltà ġenerali tal-indikaturi tad-dannu makroekonomiku użati mill-Kummissjoni għall-fini ta' din l-investigazzjoni. Argumentaw li x-xejriet stabbiliti għal numru minn dawn l-indikaturi varjaw mix-xejriet għall-istess indikaturi stabbiliti għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Saret referenza partikolari għall-produzzjoni, il-produttività, il-bejgħ, il-kostijiet lavorattivi medji u l-impjiegi fl-Unjoni.

(535)

L-indikaturi makroekonomiċi ġew stabbiliti fir-rigward tal-produtturi kollha fl-Unjoni. F'każ li l-istess dejta tinġabar fir-rigward ta' produtturi individwali tal-Unjoni jew grupp ta' produtturi tal-Unjoni (jiġifieri l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun), ix-xejriet mhux bilfors huma l-istess, bħal pereżempju l-piż ta' kull kumpanija kkunsidrata ma jittiħidx f'kunsiderazzjoni fi tqabbil bħal dan. Għaldaqstant, ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' tqabbil tal-indikaturi makroekonomiċi għall-produtturi kollha tal-Unjoni u dawk għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mhux bilfors huma sinifikanti u ma jippermettux li tinħareġ konklużjoni li sett tad-dejta minnhom mhuwiex kredibbli. Xorta waħda, meta jitqabblu x-xejriet tal-indikaturi makroekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni mal-istess indikaturi konsolidati tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, jistgħu jiġu nnotati differenzi għal bosta indikaturi, bħall-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, il-volumi ta' bejgħ, l-impjiegi u l-produttività tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2011 u l-PI. Għal dawn l-indikaturi kollha, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun marru aħjar mill-industrija ġenerali tal-Unjoni. Ir-raġuni hija li fil-PI, ħafna produtturi tal-Unjoni, mhux inklużi fil-kampjun, waqqfu l-produzzjoni tagħhom jew saru insolventi, u b'hekk kellhom impatt negattiv fuq l-indikatur makroekonomiku kkalkolat fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn id-dikjarazzjonijiet huma rifjutati.

(536)

Parti interessata minnhom iddikjarat li l-konklużjoni kif stipulata fil-premessa (153) għar-Regolament antidumping provviżorju li l-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni wriet xejra ċara ta' tnaqqis fl-indikaturi kollha ewlenin tad-dannu kienet ibbażata fuq dejta pprovduta mill-konsulent. F'dan ir-rigward, huwa ċċarat li, minn naħa, l-indikaturi makroekonomiċi, kif elenkati fit-Tabelli minn 4-a sa 6-c għar-Regolament antidumping provviżorju, kienu bbażati fuq dejta miksuba mill-konsulent u kontroverifikata meta dan kien possibbli ma' sorsi oħrajn għad-dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, l-indikaturi mikroekonomiċi, kif elenkati fit-Tabelli minn 7-a sa 11-c għar-Regolament antidumping provviżorju, kienu bbażati fuq ġbir ta' dejta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u ġew verifikati fuq il-post mill-Kummissjoni. Ta' min jinnota li fatturi determinanti għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni bħal-livelli ta' profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, il-prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni kif ukoll il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz kienu bbażati fuq dejta miġbura mill-produtturi fil-kampjun u produtturi esportaturi tal-Unjoni kif verifikati fuq il-post. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta' hawn fuq ġiet rifjutata.

4.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità

(537)

Il-produzzjoni totali, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni żviluppat kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 4-a

Moduli — produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità (MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volum ta' produzzjoni

2 155

3 327

4 315

4 021

Indiċi (2009=100)

100

154

200

187

Kapaċità ta' produzzjoni

4 739

6 983

9 500

9 740

Indiċi (2009=100)

100

147

200

206

Użu tal-kapaċità

45 %

48 %

45 %

41 %

Sors: Europressedienst


Tabella 4-b

Ċelloli — produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità (MW)

 

2009

2010

2011

PI

Volum ta' produzzjoni

1 683

2 376

2 723

2 024

Indiċi (2009=100)

100

141

162

120

Kapaċità ta' produzzjoni

2 324

3 264

3 498

3 231

Indiċi (2009=100)

100

140

151

139

Użu tal-kapaċità

72 %

73 %

78 %

63 %

Sors: Europressedienst

(538)

Il-produzzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' moduli żdiedet b'87 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produzzjoni laħqet l-ogħla livell fl-2011 u mbagħad niżlet fil-PI. Il-produzzjoni ta' moduli tal-Unjoni żdiedet b'rata ferm iktar kajmana mit-tkabbir fil-konsum, li żdied b'iktar mit-triplu matul l-istess perjodu. Fl-isfond ta' żieda importanti fil-konsum, il-produtturi tal-Unjoni rduppjaw il-kapaċità ta' produzzjoni tagħhom għall-moduli matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, minkejja livelli ta' produzzjoni ogħla, ir-rata ta' użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqset b'4 punti perċentwali, u waslet biss sa 41 % matul il-PI.

(539)

Il-produzzjoni ta' ċelloli tal-Unjoni żdiedet b'20 % f'termini ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat. Laħqet l-ogħla livell fl-2011 u wara naqset fil-PI. Il-produzzjoni ta' ċelloli tal-Unjoni segwiet ix-xejra tal-konsum tal-Unjoni b'żieda iktar kajmana sal-2011 u mbagħad waqgħa iktar qawwija fil-PI. B'konformità mal-evoluzzjoni tal-konsum tal-Unjoni, għall-ewwel l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità tagħha b'51 % sal-2011 u mbagħad naqset matul il-PI. F'termini ġenerali, il-kapaċità żdiedet b'39 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ir-rata ta' użu tal-kapaċità żdiedet sal-2011 u laħqet l-ogħla livell ta' 78 % u mbagħad naqset bi 15-il punt perċentwali matul il-PI. B'mod ġenerali, l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni ta' ċelloli naqas tul il-perjodu kkunsidrat u laħaq it-63 % matul il-PI.

(540)

Għaldaqstant, l-industrija tal-Unjoni espandiet il-kapaċità tagħha bħala tweġiba għal żieda fil-konsum. Madankollu, il-livelli ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b'rata ferm iktar kajmana mill-konsum, u dan wassal għal tnaqqis fir-rati ta' użu tal-kapaċità għall-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat.

(541)

L-AFASE ddikjarat li l-volum ta' produzzjoni stabbilit għall-moduli u ċ-ċelloli fil-premessa (537) hawn fuq u l-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni stabbilita għall-moduli u ċ-ċelloli fl-istess premessa kienu sottovalutati u pprovdiet dejta minn sorsi oħrajn (jiġifieri EPIA, IMS u BNEF) li wriet volumi inqas. Dawn il-figuri huma dawk imsemmija fil-premessa (537) hawn fuq.

(542)

Il-volum ta' produzzjoni stabbilit fil-premessa (537) hawn fuq huwa bbażat fuq informazzjoni li tkopri kemm kumpaniji elenkati pubblikament kif ukoll kumpaniji mhux elenkati. Barra minn hekk, l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (537) hawn fuq huwa konformi mal-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni stabbilit fil-premessa (509). Għall-kuntrarju, id-dejta pprovduta mill-AFASE fuq il-volumi ta' produzzjoni wriet xejriet differenti fil-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (509) u fl-istatistiki tal-konsum tal-Unjoni ppubblikati mill-EPIA.

(543)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-kapaċità ta' produzzjoni, l-investigazzjoni wriet li s-sejbiet kif stipulati fil-premessa (537) inkludew il-kapaċitajiet ta' produzzjoni ta' kumpaniji li rreġistraw għal insolvenza jew li waqqfu l-produzzjoni matul il-PI, filwaqt li ma kinux biegħu l-impjanti u l-makkinarju ta' produzzjoni tagħhom u b'hekk setgħu jkomplu bil-produzzjoni malajr ħafna. B'mod simili, kif intqal hawn fuq fil-premessa (542), il-figuri fil-premessa (537) inkludew dejta minn kumpaniji mhux elenkati.

(544)

Fl-aħħar, id-dejta pprovduta mill-konsulent indipendenti ġew kontroverifikati u verifikati u nstabu li huma raġonevolment preċiżi. Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, id-dejta pprovduta mill-AFASE bbażata fuq sorsi disponibbli oħrajn instabet li mhux bilfors tikkontradixxi s-sejbiet tar-Regolament antidumping provviżorju.

(545)

Fi kwalunkwe każ, l-aċċettazzjoni tal-figuri pprovduti mill-AFASE ma kienx ikollha impatt fuq is-sejba ġenerali li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali bħax-xejra ta' dawn l-indikaturi, jiġifieri l-produzzjoni tal-Unjoni u l-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni jinħassu saħansitra iktar.

(546)

Importatur mhux relatat li kkoopera minnhom argumenta li l-volum ta' produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità misshom ġew stabbiliti fuq il-bażi tad-dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biss. Madankollu, peress li dawn huma indikaturi makroekonomiċi, misshom ġew stabbiliti fil-livell tal-produtturi kollha tal-Unjoni sabiex tiġi stabbilita stampa siewja u sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(547)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom talbet lill-Kummissjoni biex tikkjarifika kif il-produzzjoni tal-Unjoni annwali kienet ġiet ikkalkolata mill-konsulent. Parti oħra talbet lill-Kummissjoni biex tagħti aktar spjegazzjonijiet li jikkonċernaw ir-rikonċiljazzjoni tad-dejta differenti disponibbli li hija relatata mal-kapaċità totali ta' produzzjoni tal-Unjoni. Parti oħra ssuġġeriet li l-produzzjoni totali tal-Unjoni u l-kapaċità ta' produzzjoni kellhom jinkisbu mill-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun peress li dan kien jagħti riżultat aktar kredibbli. F'dan ir-rigward, kien allegat li d-dejta disponibbli pubblikament kienet impreċiża minħabba l-karattru kunfidenzjali ta' din id-dejta u li kwalunkwe ċentru ta' riċerka jew konsulent kellu jibbaża l-analiżi fuq numru ta' stimi jew suppożizzjonijiet.

(548)

Qiegħed jiġi ċċarat li l-produzzjoni annwali tal-Unjoni kienet ikkalkolata abbażi taċ-ċifri rrapportati mill-produtturi tal-Unjoni lill-konsulent. Meta l-produzzjoni annwali ta' produttur partikolari tal-Unjoni ma tkunx tista' tinkiseb għal sena speċifika, din kienet stmata billi tiġi applikata r-rata ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità mis-sena ta' qabel għall-kapaċità ta' produzzjoni l-ġdida ta' dik is-sena. L-Istituzzjonijiet qabblu wkoll iċ-ċifra miksuba mill-konsulent maċ-ċifri rrapportati fit-tweġibiet tal-industrija tal-Unjoni għall-kwestjonarji permanenti qabel ma jinbdew. Iż-żewġ ċifri huma simili.

(549)

Fir-rigward tat-talba biex jiġu pprovduti spjegazzjonijiet ulterjuri dwar ir-rikonċiljazzjoni tad-dejta differenti disponibbli għall-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni, huwa nnotat li din l-informazzjoni diġà kienet ipprovduta fil-fajl miftuħ għall-ispezzjoni lill-partijiet interessati. Għaldaqstant, din it-talba ġiet rifjutata.

(550)

Fl-aħħar nett, il-produzzjoni tal-Unjoni u l-kapaċità ta' produzzjoni huma indikaturi makroekonomiċi u għalhekk iridu jiġu stabbiliti fil-livell tal-industrija sħiħa tal-Unjoni aktar milli fuq il-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(551)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom argumentat li l-metodoloġija użata biex tinġabar id-dejta dwar il-produzzjoni (prinċipalment l-intervistaturi u l-viżitaturi tas-siti ta' produzzjoni) ma kinitx tippermetti riżultati kredibbli minħabba l-karattru kunfidenzjali ta' din id-dejta bħala konsegwenza tar-riluttanza tal-kumpaniji biex jiddivulgawha. Għaldaqstant, metodoloġija bħal din ma tistax titqies adegwata. Dan kien allegatament ikkonfermat mill-fatt li minkejja li ntuża numru ferm akbar ta' produtturi tal-Unjoni mill-konsulent minn dak li ttieħed kont tiegħu mill-Kummissjoni matul l-eżaminazzjoni tas-sitwazzjoni fl-istadju inizjali, il-volum ta' produzzjoni totali stabbilit mill-konsulent huwa aktar baxx mill-volum ta' produzzjoni totali stabbilit mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-eżaminazzjoni tas-sitwazzjoni. Din il-parti ddikjarat ukoll li konsegwentement, l-informazzjoni relatata ma' dan id-dannu ma tistax titqies bħala evidenza pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(552)

L-ewwel ġie ċċarat li n-numru ta' produtturi li tqiesu mill-konsulent minn naħa u l-Kummissjoni min-naħa l-oħra kienu fil-biċċa l-kbira l-istess u li l-argument li jirriżulta kien inkonsistenti u għalhekk kellu jiġi rifjutat. Qiegħed jiġi mfakkar ukoll li d-dejta miġbura mill-konsulent kienet kontroverifikata ma' sorsi oħrajn kull meta kien possibbli u nstab li l-istimi kienu kredibbli biżżejjed. Huwa għalhekk ikkonfermat li l-informazzjoni dwar id-dejta tal-produzzjoni pprovduta mill-konsulent kienet ikkunsidrata bħala evidenza pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

4.5.2.2.   Volumi ta' bejgħ u sehem mis-suq

(553)

Il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5-a

Moduli — volum ta' bejgħ u sehem mis-suq (f'MW)

 

2009

2010

2011

PI

Il-volum ta' bejgħ fis-suq tal-Unjoni

1 037

1 890

2 683

2 357

Indiċi (2009=100)

100

182

259

227

Sehem mis-suq

19 %

15 %

13 %

13 %

Sors: Europressedienst


Tabella 5-b

Ċelloli — il-volum ta' bejgħ u sehem mis-suq (f'MW)

 

2009

2010

2011

PI

Il-volum ta' bejgħ fis-suq totali

1 470

1 913

2 245

1 545

Indiċi (2009=100)

100

130

153

105

Sehem mis-suq

68 %

57 %

52 %

38 %

Sors: Europressedienst

(554)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta' bejgħ ta' moduli żdied b'127 %. Madankollu, fil-kuntest ta' żieda fil-konsum ta' 221 %, dan ġie ttrasformat f'żieda tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 19 % fl-2009 għal 13 % matul il-PI. Rigward iċ-ċelloli, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied biss b'mod marġinali b'5 % filwaqt li l-konsum żdied b'87 % u dan irriżulta fi tnaqqis fis-sehem mis-suq minn 68 % fl-2009 għal 38 % fil-PI. Bħala tweġiba għal konsum dejjem ikbar, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ta' moduli u ċelloli żdied ferm inqas mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. B'hekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mill-konsum dejjem ikbar. Konsegwentement, l-ishma mis-suq għall-moduli u ċ-ċelloli naqas tul il-perjodu kkunsidrat.

(555)

Parti interessata minnhom iddikjarat li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni għall-moduli diġà kien 19 % biss fl-2009 u li tnaqqis ta' 6 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat ma jistax jitqies li huwa dannu.

(556)

It-tnaqqis fis-sehem mis-suq ta' 6 punti perċentwali tul il-perjodu kkunsidrat irid jitqies fl-isfond ta' żieda fil-konsum tal-Unjoni għall-moduli b'iktar minn 200 % tul l-istess perjodu. Kif intqal hawn fuq, anki fix-xenarju ta' konsum ikbar, ma setgħetx iżżid il-volum ta' bejgħ tagħha bl-istess mod u ġarrbet telf fis-sehem mis-suq. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

(557)

Parti minnhom argumentat li l-metodoloġija użata biex tinġabar id-dejta tal-bejgħ (prinċipalment intervisti u żjarat fis-siti ta' produzzjoni) ma kinitx tippermetti riżultati kredibbli minħabba l-karattru kunfidenzjali ta' din id-dejta u bħala konsegwenza għar-riluttanza tal-kumpaniji biex jiddivulgawha. Għaldaqstant, metodoloġija bħal din ma tistax titqies adegwata. Bl-istess mod, ma jistgħux jitqiesu evidenza pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. Kif intqal hawn fuq fil-premessa (482) ta' hawn fuq, id-dejta miġbura mill-konsulent kienet kontroverifikata ma' sorsi oħrajn kull fejn kien possibbli u nstab li l-istimi kienu suffiċjentement kredibbli. Huwa għalhekk ikkonfermat li l-informazzjoni dwar id-dejta tal-bejgħ ipprovduta mill-konsulent kienet ikkunsidrata bħala evidenza pożittiva skont it-tifsira tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

4.5.2.3.   L-impjiegi u l-produttività

(558)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6-a

Moduli –l-impjiegi u l-produttività

 

2009

2010

2011

PI

Numru ta' impjegati

11 779

15 792

17 505

16 419

(Indiċi 2009 = 100)

100

134

149

139

Produttività

(kW/impjegat)

183

211

247

245

(Indiċi 2009 = 100)

100

115

135

134

Sors: Europressedienst


Tabella 6-b

Ċelloli — l-impjiegi u l-produttività

 

2009

2010

2011

PI

Numru ta' impjegati

5 281

5 937

5 641

4 782

(Indiċi 2009 = 100)

100

112

107

91

Produttività

(kW/impjegat)

319

400

483

423

(Indiċi 2009 = 100)

100

126

151

133

Sors: Europressedienst

(559)

L-impjiegi għall-moduli żdiedu bejn l-2009 u l-PI b'39 %, filwaqt li naqsu b'9 % għaċ-ċelloli. Madankollu, huwa osservat li l-impjiegi żdiedu sal-2011 u mbagħad naqsu matul il-PI għall-moduli. Għaċ-ċelloli, l-impjiegi żdiedu sal-2010 u mbagħad naqsu matul l-2011 u l-PI. Il-produttività totali wriet xejriet pożittivi għall-moduli u ċ-ċelloli billi żdiedet bi 34 % u 33 %. Dan huwa parzjalment dovut għall-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex twieġeb għall-pressjoni tal-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ.

(560)

Għalhekk, b'konformità mat-tnaqqis fil-produzzjoni ta' moduli tal-Unjoni bejn l-2011 u l-PI, l-impjiegi għall-moduli naqsu wkoll matul l-istess perjodu. Għaċ-ċelloli, l-impjiegi żdiedu sal-2010 u mbagħad naqsu fl-2011 u fil-PI filwaqt li l-produzzjoni ta' ċelloli tal-Unjoni żdiedet b'mod kostanti sal-2011 u mbagħad bdiet tonqos.

(561)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom iddikjarat li l-metodoloġija biex jiġu stabbiliti l-impjiegi totali fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat ma kinitx korretta. Din il-parti allegat li kull meta r-rata ta' impjiegi ta' produttur speċifiku tal-Unjoni ma kinitx disponibbli, minflok tqieset il-medja tal-impjiegi ta' dawk il-produtturi tal-Unjoni li għalihom hija disponibbli din l-informazzjoni. Dan kellu jiġi rifjutat peress li l-metodoloġija biex jiġu stabbiliti l-impjiegi totali kienet differenti, jiġifieri f'każ li ma kinitx disponibbli dejta dwar l-impjiegi għal produttur partikolari tal-Unjoni, din iċ-ċifra kienet stmata abbażi tad-dejta tal-istess kumpanija mis-sena/snin ta' qabel. Kif intqal fil-premessa (482), din il-metodoloġija kienet ivverifikata u nstabet raġonevoli. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet rifjutata.

4.5.2.4.   Il-kobor tal-ammont tas-sussidji kumpensabbli u rkupru minn sussidju jew dumping fl-imgħoddi

(562)

Il-marġnijiet tas-sussidju kollha huma sinifikament ogħla mil-livell de minimis. Rigward l-impatt tal-kobor tal-ammont tas-sussidji kumpensabbli fuq l-industrija tal-Unjoni, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, l-impatt jista' jitqies sostanzjali.

(563)

Peress li dan huwa l-ewwel proċediment antisussidji rigward il-prodott ikkonċernat, ma hemm ebda dejta disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta' dumping jew sussidju fl-imgħoddi.

4.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(564)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għal klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7-a

Moduli — prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2009

2010

2011

PI

Prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq ħieles

(EUR/kW)

2 198,75

1 777,15

1 359,35

1 030,83

(Indiċi 2009 = 100)

100

81

62

47

Kost tal-produzzjoni

(EUR/kW)

2 155,02

1 599,44

1 400,13

1 123,60

(Indiċi 2009 = 100)

100

74

65

52

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji


Tabella 7-b

Ċelloli- prezzijiet medji tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2009

2010

2011

PI

Prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq ħieles

(EUR/kW)

1 525,09

1 160,99

777,62

474,91

(Indiċi 2009 = 100)

100

76

51

31

Kost tal-produzzjoni

(EUR/kW)

1 647,10

1 021,67

1 057,56

745,61

(Indiċi 2009 = 100)

100

62

64

45

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji

(565)

Il-prezzijiet tal-bejgħ waqgħu b'mod kostanti bi 53 % għall-moduli u b'69 % għaċ-ċelloli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-bejgħ waqgħu kontinwament matul il-perjodu kkunsidrat, iżda t-tnaqqis fil-prezzijiet inħass l-iktar matul il-PI meta waqgħu f'livelli insostenibbli. Tul il-perjodu kkunsidrat il-kost tal-produzzjoni waqa' bi 48 % għall-moduli u b'55 % għaċ-ċelloli. L-industrija tal-Unjoni la segtħet tibbenefika mill-isforzi kontinwi tagħha biex iżżid il-kosteffiċenza tagħha u lanqas mill-impatt tat-tnaqqis fil-kost tal-materja prima ewlenija, il-polisiliċju. Dan kien dovut l-iktar għall-pressjoni fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati li kienet qiegħda tiżdied u li kellha effett negattiv fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li naqsu saħansitra iktar mill-gwadanji fl-effiċjenza. Dan jista' jidher fix-xejra negattiva tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kif deskritta fil-premessa (579) hawn taħt. B'mod ġenerali kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-prezz medju tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni tal-prodott simili b'effett devastanti fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

(566)

Parti interessata minnhom ikkontestat is-sejbiet li t-tnaqqis tal-prezzijiet medji tal-bejgħ kellu effett devastanti fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Din iddikjarat li l-kost medju tal-industrija tal-Unjoni naqas bl-istess mod u li għaldaqstant, tnaqqis fil-prezz huwa naturali. Madankollu, kif deskritt fil-premessa (565) hawn fuq, l-investigazzjoni stabbilixxiet li l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kompla jonqos iktar mill-kost medju ta' produzzjoni tagħha u b'hekk, it-tali tnaqqis fil-kostijiet ma kienx rifless fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk huwa kkonfermat li t-tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kellu effett devastanti fuq il-profitabilità tal-industrija tal-Unjoni u l-pretensjonijiet f'dan ir-rigward ġew rifjutati.

(567)

Parti oħra kkontestat il-konklużjoni fil-premessa (138) għar-Regolament antidumping provviżorju li l-prezzijiet kienu f'livelli mhux sostenibbli fil-PI, u ddikjarat li dan ikun f'idejn il-forzi tas-suq biex jieħdu deċiżjoni dwaru. L-istess parti oġġezzjonat ukoll għall-konklużjoni fl-istess premessa li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx tista' tibbenefika mit-tnaqqis fl-ispejjeż minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet issussidjati. F'dan ir-rigward, l-Istituzzjonijiet josservaw dan li ġej: “livell mhux sostenibbli” jirreferi għall-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tbigħ b'telf, u għalhekk ma setgħetx tkampa fit-tul. Il-mistoqsija jekk il-livell tal-prezzijiet huwiex sostenibbli hija għalhekk biss mistoqsija dwar ir-relazzjoni bejn l-ispejjeż ta' produzzjoni u l-prezzijiet. Meta jintqal “ma jkunx jista' jittieħed benefiċċju mit-tnaqqis fl-ispejjeż”, issir referenza għall-fatt li l-ispejjeż jonqsu anqas malajr mill-prezzijiet. Dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet huma sostnuti bl-evidenza fil-premessa (138) għar-Regolament antidumping provviżorju. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

4.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(568)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8-a

Moduli- kostijiet lavorattiiv medji għal kull impjegat

 

2009

2010

2011

PI

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat (EUR)

38 194

40 793

41 781

42 977

(Indiċi 2009 = 100)

100

107

110

113

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji


Tabella 8-b

Ċelloli — kost lavorattiv medju għal kull impjegat

 

2009

2010

2011

PI

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat (EUR)

49 677

49 357

49 140

49 350

(Indiċi 2009 = 100)

100

99

99

99

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji

(569)

Bejn l-2009 u l-PI, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat għall-moduli żdied b'mod kontinwu u ġenerali bi 13 %. Rigward iċ-ċelloli, il-kost lavorattiv medju baqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u naqas ftit b'1 % bejn l-2009 u l-2010 iżda mbagħad baqa' stabbli sal-PI. Iż-żieda ġenerali tal-kost lavorattiv tista' tkun spjegata b'mod parzjali miż-żieda simultanja fil-produttività (moduli u ċelloli) u l-evoluzzjoni tal-inflazzjoni.

(570)

Parti interessata minnhom iddikjarat li ma kienx hemm inflazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat u li għalhekk, iż-żieda ġenerali tal-kost lavorattiv ma setgħetx kienet ikkaġunata minn dan il-fattur.

(571)

Għall-kuntrarju ta' dak li ddikjarat il-parti kkonċernata, l-investigazzjoni żvelat li kien hemm inflazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat u li ż-żieda ġenerali fil-kost lavorattiv, li hija limitata għal moduli, tista' tiġi spjegata mill-inflazzjoni u ż-żieda fil-produttività.

(572)

Parti interessata minnhom iddikjarat li s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata miż-żieda fl-ispejjeż tax-xogħol u t-tnaqqis parallel fil-produttività. Madankollu, l-ewwel għandu jiġi nnotat li l-kost lavorattiv baqa' stabbli fil-każ taċ-ċelloli, filwaqt li l-produttività żdiedet kemm għaċ-ċelloli kif ukoll għall-moduli. Għalhekk, iż-żieda ta' dawn tal-aħħar tista' tiġi spjegata minn produttività miżjuda. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-ispejjeż tax-xogħol ma jirrappreżentawx parti sinifikanti mill-ispiża ta' produzzjoni, kif diġà ntqal fil-premessa (203) għar-Regolament antidumping provviżorju. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

4.5.3.3.   Inventarji

(573)

Il-livelli ta' ħażniet tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9-a

Moduli — inventarji

 

2009

2010

2011

PI

Ħażniet tal-Għeluq (f'kW)

28 612

40 479

74 502

65 415

(Indiċi 2009 = 100)

100

141

260

229

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji


Tabella 9-b

Ċelloli — inventarji

 

2009

2010

2011

PI

Ħażniet tal-Għeluq (f'kW)

16 995

23 829

76 889

68 236

(Indiċi 2009 = 100)

100

140

452

402

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji

(574)

Il-ħażniet żdiedu b'mod sinifikanti, jiġfieri b'129 % għall-moduli u bi 302 % għaċ-ċelloli tul il-perjodu kkunsidrat. Rigward il-moduli, il-ħażniet żdiedu kontinwament billi laħqu livelli għoljin ħafna fl-2011 (b'160 %), u filwaqt li naqsu fil-PI iżda xorta kienu għadhom f'livelli ferm għoljin meta mqabbla mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Rigward iċ-ċelloli, l-iżvilupp inħass iktar, b'żieda fil-ħażniet bejn l-2009 u l-2011 ta' iktar minn 350 %. Bl-istess mod, il-ħażniet naqsu matul il-PI iżda baqgħu f'livelli ferm għoljin meta mqabbla mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

(575)

L-investigazzjoni wriet li minħabba s-sitwazzjoni avversa kurrenti, il-produtturi tal-Unjoni jkollhom it-tendenza li jżommu ħażniet limitati għall-prodott simili, billi jibbażaw il-produzzjoni tagħhom fuq l-ordnijiet. Għalhekk, iż-żieda fil-ħażniet għall-prodott simili tul il-perjodu kkunsidrat mhijiex fattur rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali.

(576)

Parti minnhom argumentat li l-preżentazzjoni tal-valuri tal-ħażniet fil-premessa (141) tar-Regolament antidumping provviżorju kienet qarrieqa peress li l-ħażniet kienu espressi f'kW u mhux MW għall-kuntrarju tal-volum ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(577)

Jekk il-ħażniet jingħatawx f'kW jew MW tqies li huwa irrilevanti fid-determinazzjoni ta' jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali. Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat.

(578)

Wara d-divulgazzjoni finali, diversi partijiet iddikjaraw li l-ħażniet kellhom jiġu stabbiliti għall-industrija tal-Unjoni kollha u ċ-ċifri ta' għaxar produtturi tal-Unjoni biss ma kinux rappreżentattivi. Qiegħed jiġi ċċarat li l-ħażniet kienu kkunsidrati bħala indikatur makroekonomiku u għalhekk għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura abbażi ta' kull kumpanija, f'dan il-każ mill-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kkunsidrat bħala rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni kollha. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta' hawn fuq ġiet rifjutata.

4.5.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti, il-ħila ta' żieda tal-kapital

(579)

Il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10–a

Moduli — il- profittabbiltà u l-fluss tal-flus

 

2009

2010

2011

PI

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

2 %

10 %

-3 %

-9 %

Fluss tal-flus

13 %

10 %

12 %

3 %

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji


Tabella 10-b

Ċelloli — il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus

 

2009

2010

2011

PI

Il-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

-8 %

12 %

-36 %

-57 %

Fluss tal-flus

75 %

52 %

-0,3 %

-46 %

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji

(580)

Il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ġiet stabbilita billi ngħata l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, bħala l-perċentwal tal-fatturat tat-tali bejgħ.

(581)

Il-profittabbiltà naqset b'mod kostanti u daret f'telf tul il-perjodu kkunsidrat għall-prodott simili. Il-profittabbiltà waqgħet bi 11-il punt perċentwali għall-moduli u b'49 punt perċentwali għaċ-ċelloli.

(582)

Il-profittabbiltà għall-prodott simili żdiedet bejn l-2009 u l-2010 iżda mbagħad naqset b'mod sinifikanti fl-2011 meta l-industrija tal-Unjoni għamlet telf u kompliet tonqos b'mod sinifikanti fil-PI. It-telf kien partikolarment għoli għaċ-ċelloli.

(583)

Ix-xejra tal-fluss tal-flus nett, li hija l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess, bl-istess mod segwiet xejra negattiva bejn l-2009 u l-PI. B'hekk, filwaqt li naqas b'10 punti perċentwali għall-moduli b'żieda żgħira fl-2011, l-ikbar tnaqqis fil-fluss tal-flus seħħ bejn l-2011 u l-PI. It-tnaqqis tal-fluss tal-flus għaċ-ċelloli nħass iktar mill-moduli u laħaq livelli sinifikament negattivi matul il-PI. Għalhekk, il-fluss tal-flus għall-prodott simili naqas tul il-perjodu kkunsidrat.

(584)

Il-figuri ta' hawn taħt jirrappreżentaw l-evoluzzjoni tal-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fir-rigward tas-suq sħiħ matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11-a

Moduli — investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2009

2010

2011

PI

Investmenti (EUR)

12 081 999

50 105 017

64 643 322

32 730 559

(Indiċi 2009 = 100)

100

415

535

271

Redditu fuq l-investimenti

-15 %

19 %

-15 %

-17 %

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji


Tabella 11-b

Ċelloli — investimenti u redditu fuq l-investiment

 

2009

2010

2011

PI

Investmenti (EUR)

31 448 407

34 451 675

10 234 050

6 986 347

(Indiċi 2009 = 100)

100

110

33

22

Redditu fuq l-investimenti

-4 %

10 %

-20 %

-19 %

Sors: tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji

(585)

It-tabella ta' hawn fuq turi li l-industrija tal-Unjoni żiedet l-investimenti tagħha b'171 % għall-moduli bejn l-2009 u l-PI. Dan kien primarjament marbut maż-żidiet sinifikanti fil-kapaċità. Madankollu, matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni naqqset l-investimenti tagħha bi 78 % għaċ-ċelloli; l-investimenti li saru kienu marbuta mar-R&Ż kif ukoll it-titjib u ż-żamma tat-teknoloġija u l-proċess tal-produzzjoni biex titjieb l-effiċjenza. Peress li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx taffordja tagħmel investimenti addizzjonali għaċ-ċelloli matul il-perjodu kkunsidrat, il-livell tal-investimenti matul il-PI kien kemxejn baxx. Peress li l-investimenti kienu bażikament iffinanzjati mil-fluss tal-flus u self bejn kumpaniji, it-tnaqqis fil-fluss tal-flus ħalla effett immedjat fuq il-livell tal-investimenti li saru.

(586)

Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”) ingħata bħala l-profitt fil-perċentwal tal-valur nett skont il-kotba tal-investimenti. L-ROI tal-prodott simili segwa x-xejriet negattivi simili bħall-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja l-oħrajn bejn l-2009 u l-PI għal kull wieħed mit-tliet tipi tal-prodott. Għaċ-ċelloli, filwaqt li kien hemm żieda fl-2009 u l-2010, l-ROI naqas b'mod sinifikanti fl-2011 u laħaq livelli negattivi. Għall-moduli, l-ROI kien f'livelli negattivi matul il-perjodu kkunsidrat, ħlief fl-2010 meta laħaq id-19 %. B'mod ġenerali, naqas matul il-perjodu kkunsidrat u laħaqis- -17 % fil-PI għaċ-ċelloli, jiġifieri b'1 %, madankollu xorta baqa' f'livelli sinifikament negattivi, jiġifieri -19 %. B'mod ġenerali, l-ROI għall-prodott simili wera xejriet negattivi matul il-perjodu kkunsidrat.

(587)

Il-ħila ta' żieda tal-kapital ġiet analizzata fir-rigward tas-suq sħiħ u nstab li kien hemm deterjorament kostanti fil-ħila tal-industrija tal-Unjoni sabiex tiġġenera flus għall-prodott simili u, għalhekk, iddgħajfet is-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(588)

Parti interessata minnhom allegat li ċ-ċifri tal-investiment kif murija hawn fuq kienu baxxi wisq meta mqabbla mal-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif muri fil-premessa (538). Bħala appoġġ għal din id-dikjarazzjoni, il-parti qalet li hija konxja mill-investiment li sar minn produttur partikolari tal-Unjoni fiż-żidiet fil-kapaċità li kien bi spiża ferm ogħla. Għalhekk, il-parti kkonċernata kkonkludiet li l-kapaċità ta' produzzjoni stabbilita tal-industrija tal-Unjoni probabbilment ġiet stmata żżejjed. Huwa nnotat li din it-talba ma kienet appoġġata minn l-ebda evidenza, b'mod partikolari fir-rigward tal-investiment li sar mill-produttur tal-Unjoni inkwistjoni. B'kuntrast, iċ-ċifri tal-investiment fir-Regolament antidumping provviżorju kienu bbażati fuq informazzjoni attwali u vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Għandu jiġi nnotat li din il-pretensjoni kienet ibbażata fuq it-tqabbil bejn l-investimenti totali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u l-kapaċita' tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni kollha, li ma jistgħux jitqiesu bażi xierqa għat-tqabbil minħabba li mhux l-investimenti totali tal-industrija tal-Unjoni kollha ġew ikkunsidrati. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

4.5.3.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(589)

L-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni wriet xejra ċara ta' deterjorament tal-indikaturi ewlenin tad-dannu. Kontra konsum li żdied b'mod ġenerali, il-produzzjoni ġenerali żdiedet għall-moduli u ċ-ċelloli fil-perjodu kkunsidrat. Għad li l-volum tal-bejgħ żdied, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ċkien fil-PI minħabba ż-żieda ogħla tal-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezz medju tal-bejgħ waqa' b'mod kostanti matul il-perjodu kkunsidrat, u dan ħalla impatt negattiv fuq l-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja kollha bħall-profittabilità, il-fluss tal-flus, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila ta' żieda tal-kapital.

(590)

Tul il-perjodu kkunsidrat, żdied il-volum ta' bejgħ ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, iż-żieda fil-volumi ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien akkumpanjat minn tnaqqis tremend fil-prezz medju tal-bejgħ.

(591)

Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet tal-partijiet interessati mir-RPĊ żdiedu f'termini ta' volumi u sehem mis-suq. Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet naqsu b'mod kontinwu, billi waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(592)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni u b'mod speċifiku l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu sejrin tajjeb. Kien iddikjarat li l-evoluzzjoni ta' ċerti indikaturi, jiġifieri l-volum ta' produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, il-bejgħ u l-impjiegi iżda f'uħud mill-produtturi tal-kampjun anki l-profittabbiltà, kienet tiela' u ma kinitx ser turi dannu materjali. Dawn l-allegazzjonijiet ma kinux ikkonfermati mir-riżultati tal-investigazzjoni, li wriet xejriet ċari ta' deterjorament ta' ħafna mill-indikaturi ta' dannu, rilevanti għall-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali.

(593)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, l-investigazzjoni kkonfermat b'mod partikolari l-fatt li l-prezzijiet tal-bejgħ huma inqas mill-kostijiet ta' produzzjoni, u b'hekk għandhom effett negattiv fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni, tant li laħqu liveli negattivi matul il-PI. Ġie konkluż li jekk l-importazzjonijiet sussidjati jibqgħu jidħlu fis-suq, it-telf tal-industrija tal-Unjoni aktarx li jwassal għall-waqfien permanenti ta' kwalunkwe produzzjoni mdaqqsa f-Unjoni tal-prodott simili. Dan jidher li huwa kkonfermat mill-iżviluppi matul u wara l-PI, jiġifieri xi kumpaniji ddikjaraw insolvenza u/jew waqqfu b'mod temporanju jew permanenti l-produzzjoni.

(594)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, huwa konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Introduzzjoni

(595)

B'konformità mal-Artikolu 8(5) u (6) tar-Regolament bażiku ġie eżaminat jekk id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kienx ikkaġunat mill-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat. Barra minn hekk, fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet sussidjati, li setgħu kienu dannużi għall-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe dannu kkaġunat minn dawk il-fatturi ma jkunx attribwit għall-importazzjonijiet sussidjati.

(596)

Uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li l-kundizzjonijiet tas-suq tal-prodott ikkonċernat ivarjaw għal kull Stat Membru u li għalhekk l-analiżi tal-kawżalità għandha ssir fil-livell ta' kull Stat Membru b'mod separat.

(597)

Skemi nazzjonali ta' appoġġ jiddeterminaw sa ċertu punt id-daqs tas-swieq tal-Istati Membri. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li d-domanda ma tiddependix b'mod esklussiv fuq l-iskemi ta' appoġġ. Skont il-post ġeografiku (espożizzjoni għax-xemx) u l-prezz tal-elettriku f'post partikolari, il-pannelli solari donnhom laħqu, jew tal-inqas kważi laħqu, parità mal-grilja (jiġifieri meta l-kost biex tipproduċi enerġija solari jilħaq il-kost ta' produzzjoni tal-enerġija konvenzjonali), u dan ifisser li ċerti investimenti jseħħu b'mod indipendenti minn skemi ta' appoġġ. Għaldaqstant, ma setax jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet tas-suq jiddependu b'mod esklussiv fuq l-iskemi ta' appoġġ u għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(598)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-analiżi tal-kawżalità mwettqa ma sseparatx, ma ddistingwietx u lanqas ma kkwalifikat l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati mill-effetti ta' fatturi magħrufa oħrajn li fl-istess ħin qegħdin jikkaġunaw dannu għall-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, kien iddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel analiżi kollettiva ta' dawn il-fatturi magħrufa.

(599)

Fit-tweġiba għal din id-dikjarazzjoni, ta' min jinnota li l-Kummissjoni, skont il-prattika stabbilita, l-ewwel eżaminat jekk hemmx rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u d-danni sofruti mill-industrija tal-Unjoni u t-tieni nett eżaminat jekk xi wieħed mill-fatturi magħrufa l-oħrajn kissirx ir-rabta kawżali stabbilita bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet sussidjati. F'din l-analiżi, ġew ivvalutati l-effetti tal-fatturi magħrufa l-oħrajn dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, distinti u separati mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati biex jiġi żgurat li d-danni kkaġunati minn dawn il-fatturi ma kinux attribwiti lill-importazzjonijiet sussidjati. Instab li l-ebda wieħed minnhom ma kellu impatt importanti, jekk kellu impatt affattu, fuq is-sitwazzjoni tal-industrija li seta' jreġġa' lura l-fatt li d-dannu materjali vvalutat irid ikun attribwit lill-importazzjonijiet sussidjati. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argument twarrab.

(600)

Wara d-divulgazzjoni finali, diversi partijiet interessati tennew l-argumenti ta' hawn fuq. F'dan ir-rigward, kien iddikjarat li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi b'mod espliċitu, permezz ta' spjegazzjoni raġunata u xierqa, li d-dannu kkawżat minn fatturi ħlief l-importazzjonijiet issussidjati mhuwiex attribwibbli għal dawn l-importazzjonijiet.

(601)

F'din l-investigazzjoni, ġie konkluż, wara li ġew eżaminati l-fatti kollha, li l-importazzjonijiet issussidjati meħuda waħedhom, ikkawżaw dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-kwantifikazzjoni tal-effetti ta' fatturi magħrufa oħra ma kinitx possibbli u għalhekk twettqet valutazzjoni kwantitattiva kif stabbilit fil-premessi minn (164) sa (222) għar-Regolament antidumping provviżorju. Bħala konklużjoni, ġie kkonfermat li d-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati. L-effetti ta' fatturi oħra fuq l-iżvilupp tal-industrija tal-Unjoni kienu kkunsidrati limitati. Għandu jiġi nnotat li, skont l-Artikolu 8(5) u (6) tar-Regolament bażiku, ma huwa impost l-ebda obbligu fir-rigward tal-għamla tal-analiżi ta' attribuzzjoni u mhux ta' attribuzzjoni li għandha titwettaq. Għall-kuntrarju, skont l-Artikolu 8(5) u (6) tar-Regolament bażiku, dawk l-analiżijiet għandhom jitwettqu b'tali mod li jippermetti li l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet issussidjati jkunu separati u distinti mill-effetti dannużi kkawżati minn fatturi oħrajn. L-investigazzjoni ma werietx evidenza li l-fatturi kollha magħrufin l-oħrajn li setgħu kkontribwixxew għad-dannu mġarrab, flimkien jew f'iżolament, kissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Abbażi ta' din l-analiżi, ġie kkonferamt li fatturi magħrufin oħrajn ma kinux tali li jaqilbu lura s-sejba li d-dannu materjali sofrut mill-industrija tal-Unjoni għandu jiġi attribwit għall-importazzjonijiet issussidjati. Għal dawn ir-raġunijiet, dawn l-argumenti ġew rifjutati.

(602)

Uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ, l-espożizzjoni għax-xemx u l-prezzijiet tal-elettriku (inkluż drittijiet regolatorji) jvarjaw skont l-Istat Membru u li barra minn hekk, hemm segmenti tas-suq differenti f'kull suq (l-installazzjonijiet residenzjali ta' inqas minn 40 kW, l-installazzjonijiet kummerċjali u industrijali ta' bejn 40 kW u 1 MW u s-segment tas-suq tal-utilitajiet — installazzjonijiet ta' bejn 1 MW u 10 MW). Fid-dawl ta' dan, iddikjaraw li l-analiżi tal-kawżalità għandha ssir b'mod separat għal kull Stat Membru min-naħa, u għall-iskala l-kbira u s-segmenti residenzjali min-naħa l-oħra.

(603)

Wara d-divulgazzjoni finali, xi partijiet interessati tennew id-dikjarazzjoni tagħhom li l-analiżi tal-kawżalità għandha titwettaq abbażi ta' kull Stat Membru, mingħajr madankollu ma tipprovdi argumenti ulterjuri jew evidenza ġdida f'dan ir-rigward.

(604)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-bejgħ u importazzjoni huma simili madwar l-Unjoni. Għalhekk jista' jiġi kkunsidrat li hemm suq wieħed għall-prodott li qiegħed jiġi investigat. L-investigazzjoni lanqas ma żvelat li l-produtturi f'kull Stat Membru jew reġjun ikkonċentraw l-attivitajiet tagħhom f'dan is-suq speċifiku jew li l-importazzjonijiet issussidjati kkonċentraw fi Stat Membru jew reġjun partikolari. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma argumentat li s-sussidju u d-dannu għandhom jiġu analizzati abbażi ta' kull Stat Membru, li madankollu tkun prekundizzjoni għat-twettiq ta' analiżi tal-kawżalità separata għal kull Stat Membru. L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li dan kien ikun approċċ xieraq, b'mod partikolari peress li kien hemm prezzijiet simili madwar l-Unjoni tal-prodott taħt kunsiderazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, huwa nnotat li l-espożizzjoni għax-xemx tista' tkun differenti f'reġjuni differenti tal-Istati Membri, pereżempju n-Nofsinhar ta' Franza għandha iktar xemx mit-Tramuntana ta' Franza, jew reġjuni differenti fi ħdan Stat Membru wieħed jista' jkollhom skemi ta' appoġġ differenti (pereżempju l-Belġju) u li għalhekk, l-impatt ta' dawn il-fatturi fuq id-domanda jista' jvarja bejn reġjun u ieħor fi ħdan l-istess Stat Membru. Madankollu, id-differenzi fil-qafas regolatorju ta' kull Stat Membru u/jew reġjun u d-differenzi fil-kundizzjonijiet bħall-espożizzjoni għax-xemx ma jiggarantixxux analiżi tal-kawżalità, u b'hekk jisseparaw l-analiżi tad-dannu u s-sussidju. Għaldaqstant, dawn l-argumenti kellhom jiġu rifjutati.

(605)

Parti interessata oħra argumentat li filwaqt li fatturi oħrajn huma rilevanti, l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ għadhom il-fattur ewlieni fid-determinazzjoni tad-domanda. L-istess parti kkontestat ukoll li l-parità mal-grilja ntlaħqet f'tal-inqas ċerti postijiet billi argumentat li l-prezzijiet tal-moduli żdiedu minn żmien il-PI filwaqt li l-prezzijiet tal-elettriku naqsu. Kompliet targumenta li, xorta waħda, tal-inqas f'ċerti Stati Membri, il-kundizzjonijiet regolatorji, ekonomiċi u tekniċi ma jippermettux li jsir kollegament mal-grilja u għalhekk, għal dawk l-Istati Membri kien irrilevanti jekk intlaħqitx parità mal-grilja. Madankollu, din il-parti ma pprovdiet ebda evidenza ta' sostenn għall-allegazzjonijiet ta' hawn fuq. Xorta waħda, l-argumenti ta' hawn fuq jikkonfermaw li s-sitwazzjoni fir-rigward tal-iskemi nazzjonali ta' appoġġ kif ukoll il-parità mal-grilja jistgħu jkunu differenti sa ċertu punt bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, ebda parti mill-informazzjoni sottomessa ma kienet ta' xorta li turi li tkun iġġustifikata analiżi separata għal kull Stat Membru. Għaldaqstant, l-argumenti ġew rifjutati.

(606)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti interessata tenniet id-dikjarazzjoni u pprovdiet xi informazzjoni li allegatament turi l-kundizzjonijiet differenti tas-suq għal kull Stat Membru u għal kull segment. Madankollu, l-informazzjoni sottomessa tista' tiġi kkunsidrata bħala konklużiva peress li kienet tikkonsisti fi preżentazzjoni bil-power point mingħajr ebda evidenza ta' sostenn, u għalhekk, ma wrietx li analiżi b'mod separat għal kull Stat Membru tkun iggarantita. Għaldaqstant, il-pretensjoni ta' din il-parti ġiet rifjutata.

(607)

Abbażi ta' dan, ġie konkluż li analiżi tal-kawżalità għal kull Stat Membru u/jew reġjun u għal kull segment ma tikkorispondix għar-realtà tas-suq.

(608)

Il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni wettqet l-analiżi tal-kawżalità b'mod inkonsistenti peress li l-analiżi tad-dannu saret b'mod separat għall-moduli u ċ-ċelloli, filwaqt li l-analiżi tal-kawżalità ma sseparatx bejn it-tipi ta' prodotti. F'dan ir-rigward, huwa nnotat li filwaqt li l-indikaturi tad-dannu kienu murija b'mod separat għal kull tip ta' prodott, il-konklużjonijiet milħuqa għal kull indikatur jirreferu għall-prodott li kien qiegħed jiġi investigat b'mod globali. Huwa mfakkar li l-moduli u ċ-ċelloli huma prodott uniku waħdieni u għalhekk l-analiżi tal-kawżalità twettqet fuq din il-bażi. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet rifjutata.

5.2.   L-effett tal-importazzjonijiet sussidjati

(609)

L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ żdiedu b'mod drastiku tul il-perjodu kkunsidrat, billi żdiedu l-volumi tagħhom b'mod sinifikanti b'madwar 300 % għall-moduli u madwar 400 % għaċ-ċelloli u s-sehem mis-suq tagħhom minn [60 % — 65 %] fl-2009 sa [78 % — 83 %] fil-PI għall-moduli, u minn [5 % — 10 %] fl-2009 sa [22 % — 27 %] fil-PI għaċ-ċelloli. Għaldaqstant, huwa kkonfermat li l-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq għall-prodott ikkonċernat żdiedu b'mod drastiku matul il-perjodu kkunsidrat. Kien hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet sussidjati u t-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li, kif stipulat fil-premessa (527) hawn fuq, l-importazzjonijiet sussidjati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

(610)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati naqsu b'64 % għall-moduli u bi 42 % għaċ-ċelloli matul il-perjodu kkunsidrat u wasslu għal żieda tat-twaqqigħ fil-prezzijiet. Kontra din il-pressjoni fuq il-prezzijiet, l-industrija tal-Unjoni għaddiet minn sforz konsiderevoli biex tnaqqas il-kostijiet ta' produzzjoni tagħha. Minkejja dawn l-isforzi, il-livell eċċezzjonalment baxx tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tkompli tnaqqas il-prezz tal-bejgħ tagħha għal livelli mhux profittabbli. B'hekk, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset b'mod drastiku matul il-perjodu kkunsidrat u wriet telf matul il-PI.

(611)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li l-preżenza tal-importazzjonijiet Ċiniżi u ż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ bi prezzijiet li b'mod kostanti waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni kellha rwol determinanti fid-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, u dan huwa rifless b'mod partikolari fis-sitwazzjoni finanzjarja magħkusa tagħha u fid-deterjorament ta' ħafna mill-indikaturi ta' dannu.

(612)

Parti interessata minnhom ikkontestat li kien hemm biżżejjed korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Kien argumentat li dan ikun appoġġat, min-naħa, mill-fatt li mill-2009 sal-2010, il-marġni ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni għaċ-ċelloli żdied b'mod sinifikanti (minn telf għal 12 % profitt) filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu pprezzati 36 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u rdoppjaw is-sehem mis-suq tagħhom matul l-istess perjodu. Min-naħa l-oħra, bejn l-2010 u l-2011 l-importazzjonijiet Ċiniżi kisbu biss 6 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, anki jekk il-konsum żdied ħafna iktar matul l-istess perjodu, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni xorta għamlet telf ta' 36 %. Din il-parti argumentat ukoll li, fir-rigward tal-PI, l-importazzjonijiet ta' ċelloli minn pajjiżi terzi oħrajn kienu fl-istess livell ta' prezz bħall-importazzjonijiet Ċiniżi iżda kisbu iktar sehem mis-suq li jikkorrispondi għat-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

(613)

L-investigazzjoni wriet li kien hemm żieda kostanti fis-sehem Ċiniż mis-suq għall-moduli u ċ-ċelloli tul il-perjodu kkunsidrat (17-il punt perċentwali għall-moduli, 17-il punt perċentwali għaċ-ċelloli). Tabilħaqq, kif intqal hawn fuq fil-premessa (609), l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ żdiedu b'mod sinifikanti filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet naqsu. B'mod parallel, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq tul il-perjodu kkunsidrat u, kif deskritt fil-premessi minn (589) sa (593) hawn fuq, l-indikaturi kollha ewlenin tad-dannu wrew xejra negattiva. Għaldaqstant, huwa kkonfermat li hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet sussidjati u t-telf fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni.

(614)

Il-korrelazzjoni msemmija hawn fuq fiż-żmien ġiet stabbilita għat-tipi kollha tal-prodotti b'mod separat. Barra minn hekk, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet fuq il-marġni ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni b'mod separat għal kull sena tal-perjodu kkunsidrat ma ġġibx riżultati importanti peress li m'hemmx għaliex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' sussidju u dannu materjali kif ukoll rabta kawżali bejniethom għal kull sena b'mod separat. Il-korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu materjali tintwera biżżejjed meta jiġu analizzati l-iżviluppi tul il-perjodu kkunsidrat.

(615)

Huwa osservat ukoll li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni hija wieħed mill-fatturi msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku li għandhom ikunu investigati meta jiġi eżaminat l-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-fatt waħdu li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel profitt matul sena speċifika mhux bilfors ifisser li ma ġarrbet ebda dannu materjali. Barra minn hekk, it-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ma għandux jikkorrispondi bl-eżatt maż-żieda tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati biex tkun stabbilita rabta kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet sussidjati. Fl-aħħar nett, fatturi oħrajn (pereżempju importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi oħrajn jew żvilupp tal-konsum) li seta' kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni ġew eżaminati u indirizzati b'mod separat fil-premessi minn (619) sa (732) hawn isfel.

(616)

Il-koinċidenza bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet sussidjati fi kwantitajiet sinifikanti, li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u, is-sitwazzjoni dejjem iktar prekarja tal-industrija tal-Unjoni hija indikatur ċar ta' kawża f'dan il-każ, kif stabbilit fil-premessi minn (609) sa (611) hawn fuq. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet fir-rigward tan-nuqqas ta' xi korrelazzjoni bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ġew rifjutati.

(617)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti interessata kompliet tikkontesta l-analiżi tal-kawżalità peress li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ma ġietx analizzata b'mod speċifiku fir-rigward ta' ċerti snin (b'mod partikolari l-2010), iżda għall-perjodu kollu kkunsidrat.

(618)

F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li ma jistgħu jinsiltu l-ebda konklużjonijiet validi dwar il-kawżalità billi titneħħa sena speċifika tal-perjodu kkunsidrat filwaqt li jiġu injorati l-iżviluppi tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkunsidrat u l-korrelazzjonijiet tiegħu bl-iżvilupp tal-importazzjonijiet issussidjati. Tali analiżi tista' twassal biss għal stampa parzjali u ma tista' tinstilet l-ebda konklużjoni soda minnha. Għalhekk, ir-rati ta' profittabbiltà li xprunaw ukoll indikaturi finanzjarji oħrajn li l-industrija tal-Unjoni laħqet matul l-2010, kienu għoljin minħabba l-qabża partikolarment qawwija fil-konsum tal-Unjoni, xprunata minn skemi ta' sostenn ġenerużi ħafna, li ppermettew lill-Industrija tal-Unjoni jkollha l-aktar titjib b'saħħtu fil-bejgħ tagħha dik l-istess sena, iżda biss ta' natura temporanja u fi kwalunkwe każ mhux sostenibbli għal din it-tip ta' industrija. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

5.3.   Effett ta' fatturi oħrajn

5.3.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(619)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu kkunsidrat għall-moduli żdied b'19 % filwaqt li s-sehem mis-suq naqas tul il-perjodu kkunsidrat minn 18,4 % għal 6,8 %. It-Tajwan huwa t-tieni l-ikbar esportatur wara r-RPĊ.

(620)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn għaċ-ċelloli żdied b'186 % matul il-perjodu kkunsidrat li fisser żieda tas-sehem mis-suq minn madwar 24 % fl-2009 għal madwar 36 % matul il-PI. Bħal fil-każ taċ-ċelloli, it-Tajwan huwa t-tieni l-ikbar esportatur wara r-RPĊ, u jaqbeż sew il-kwantitajiet ta' importazzjonijiet u l-ishma mis-suq mill-pajjiżi terzi oħrajn, iżda xorta inqas minn dawk tar-RPĊ.

(621)

Bħala medja, il-prezzijiet tal-importazzjoni ta' pajjiżi terzi ta' moduli u ċelloli kienu ogħla mill-prezz medju ta' unità tal-importazzjonijiet Ċiniżi. L-informazzjoni disponibbli fir-rigward ta' importazzjonijiet mit-Tajwan turi li l-prezz medju tal-importazzjonijiet għall-moduli kien ogħla mill-prezz medju Ċiniż ta' importazzjoni għall-moduli, filwaqt li l-prezz medju tal-importazzjonijiet għaċ-ċelloli kien fl-istess medda bħall-prezz medju Ċiniż ta' importazzjoni għaċ-ċelloli. Madankollu, peress li ma kien hemm disponibbli l-ebda informazzjoni dettaljata dwar il-prezzijiet għal kull tip ta' prodott, it-tqabbil tal-prezzijiet fuq bażi ta' medji jista' jintuża biss bħala indikazzjoni iżda ma tista' tinħareġ ebda konklużjoni soda fuq din il-bażi. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet ta' ċelloli mit-Tajwan żdied kontinwament, u dan irriżulta fi gwadann tas-sehem mis-suq ta' madwar 14-il punt perċentwali. Għaldaqstant, anki jekk huwa rikonoxxut li l-importazzjonijiet ta' ċelloli mit-Tajwan setgħu kkontribwixxew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, ma jistax jiġi konkluż li kissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, peress li l-volum tal-importazzjonijiet ta' ċelloli mir-RPĊ kien ftit ogħla mill-importazzjoni mit-Tajwan. F'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet, għad li l-prezzijiet medji indikattivi huma fl-istess medda, ma tista' tinħareġ l-ebda konklużjoni fuq din il-bażi peress li ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar it-tipi speċifiċi taċ-ċelloli importati. Madankollu, b'mod ġenerali, għall-prodott investigat, minkejja ż-żieda tagħhom fis-sehem mis-suq, il-volumi kien inqas mir-RPĊ u l-livelli tal-prezzijiet tagħhom kienu ġeneralment ogħla bl-eċċezzjoni taċ-ċelloli matul il-PI. Għal dawn ir-raġunijiet, b'mod partikolari fid-dawl tal-volumi tal-importazzjonijiet u l-ishma mis-suq minn pajjiżi terzi oħrajn kif ukoll il-livelli tal-prezzijiet tagħhom, li bħala medja huma simili jew ogħla minn dawk mill-industrija tal-Unjoni, jista' jiġi konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma kissrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(622)

Diversi partijiet interessati għamlu kummenti wara d-divulgazzjoni finali fir-rigward tas-sejbiet dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn. Madankollu, dawn il-partijiet ma ressqu l-ebda informazzjoni jew evidenza ta' sostenn ġdida li setgħet bidlet is-sejbiet rilevanti.

(623)

Dawn il-partijiet enfasizzaw, b'mod partikolari, il-volum ta' importazzjonijiet ta' ċelloli mit-Tajwan. Madankollu, il-volum assolut ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Tajwan (1 132 MW) jirrappreżenta biss sehem żgħir ħafna (anqas minn 5 %) tal-konsum globali tal-Unjoni (21 559 MW) u meta mqabbel mal-importazzjonijiet mir-RPĊ (15 005 MW). Għalhekk, l-importazzjonijiet mit-Tajwan, jekk xejn, ikkontribwew biss marġinalment għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, u ma kissrux ir-rabta kawżali.

Tabella 12

Importazzjonijiet u ishma mis-suq minn pajjiżi terzi oħrajn

MODULI

2009

2010

2011

PI

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha (MW)

1 003

1 702

1 385

1 195

(Indiċi 2009 = 100)

100

169

138

119

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha

18,4 %

14,0 %

7,0 %

6,8 %

Prezz medju ta' importazzjoni EUR/kW

2 385,34

1 852,23

1 430,90

1 218,41

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

60

51

Volum ta' importazzjonijiet mit-Tajwan (MW)

49

144

140

135

(Indiċi 2009 = 100)

100

294

286

276

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan

0,9 %

1,2 %

0,7 %

0,8 %

Prezz medju ta' importazzjoni EUR/kW

2 102,04

1 659,72

1 350,00

1 125,93

(Indiċi 2009 = 100)

100

79

64

54

Volum ta' importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika (MW)

140

180

51

60

(Indiċi 2009 = 100)

100

129

36

43

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika

2,6 %

1,5 %

0,3 %

0,3 %

Prezz medju ta' importazzjoni EUR/kW

2 400,00

1 872,22

1 431,37

1 233,33

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

60

51

Volum tal-importazzjonijiet mill-bqija tal-Asja (MW)

720

1.140

1.029

879

(Indiċi 2009 = 100)

100

158

143

122

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-bqija tal-Asja

13,2 %

9,3 %

5,2 %

5,0 %

Prezz medju ta' importazzjoni EUR/kW

2 400,00

1 870,18

1 440,23

1 229,81

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

60

51

Volum tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-Dinja (MW)

94

238

165

121

(Indiċi 2009 = 100)

100

253

176

129

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-Dinja

1,7 %

2,0 %

0,8 %

0,7 %

Prezz medju ta' importazzjoni EUR/kW

2 404,26

1 869,75

1 442,42

1 231,40

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

60

51

Sors: Europressedienst


ĊELLOLI

2009

2010

2011

PI

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha (MW)

510

884

1 100

1 457

(Indiċi 2009 = 100)

100

173

216

286

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha

23,7 %

26,6 %

25,5 %

36,2 %

Prezz medju ta' importazzjoni EUR/kW

1 166,67

1 072,40

751,82

553,88

(Indiċi 2009 = 100)

100

92

64

47

Volum ta' importazzjonijiet mit-Tajwan (MW)

235

400

540

997

(Indiċi 2009 = 100)

100

170

230

424

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Tajwan

10,9 %

12,0 %

12,5 %

24,8 %

Prezz medju ta' importazzjoni EUR/kW

948,94

1 100,00

670,37

514,54

(Indiċi 2009 = 100)

100

116

71

54

Volum ta' importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika (MW)

40

40

40

33

(Indiċi 2009 = 100)

100

100

100

83

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika

1,9 %

1,2 %

0,9 %

0,8 %

Prezz medju ta' importazzjoni EUR/kW

1 350,00

1 050,00

825,00

636,36

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

61

47

Volum tal-importazzjonijiet mill-Ġappun (MW)

60

154

170

145

(Indiċi 2009 = 100)

100

257

283

242

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun

2,8 %

4,6 %

3,9 %

3,6 %

Prezz medju ta' importazzjoni EUR/kW

1 350,00

1 051,95

829,41

641,38

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

61

48

Volum tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja (MW)

175

290

350

282

(Indiċi 2009 = 100)

100

166

200

161

Sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-bqija tad-dinja

8,1 %

8,7 %

8,1 %

7,0 %

Prezz medju ta' importazzjoni EUR/kW

1 348,57

1 051,72

831,43

638,30

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

62

47

Sors: Europressedienst

5.3.2.   Importazzjonijiet mhux sussidjati mir-RPĊ

(624)

L-importazzjonijiet mhux sussidjati mir-RPĊ ġew analizzati bir-reqqa u ma nstabx li għandhom xi impatt sinifikanti fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li jkun suxxettibbli li jkisser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.3.3.   Żvilupp tal-konsum tal-Unjoni

(625)

Kif stipulat fil-premessa (509) hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied b'221 % għall-moduli u b'87 % għaċ-ċelloli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-konsum laħaq l-ogħla livell fl-2011 u waqa' matul il-PI filwaqt li xorta baqa' ferm ogħla mil-livell tal-bidu tal-perjodu kkunsidrat fl-2009. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika minn din iż-żieda fil-konsum peress li s-sehem mis-suq tagħha naqas minn 19 % għal 13 % għall-moduli u minn 68 % għal 38 % għaċ-ċelloli matul l-istess perjodu. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tar-RPĊ kien qiegħed jiżdied b'mod kostanti, sal-2011 u mbagħad baqa' stabbli f'livell sinifikament ogħla matul il-PI, meta naqas il-konsum. Għaldaqstant, fid-dawl tal-fatt li, minkejja tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni fil-PI, l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ jew żammew is-sehem mis-suq (moduli) tagħhom jew żiduh (ċelloli) għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni tul il-perjodu kkunsidrat, ma jistax jiġi konkluż li dan it-tnaqqis fil-konsum kien tali li jkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li, peress li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni xorta kienet ferm inqas mil-livelli ta' konsum, il-konsum li naqas fil-PI ma setax kellu impatt fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni.

(626)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, diffiċli jiġi stabbilit kemm id-domanda hija mmexxija mill-iskemi ta' appoġġ tal-Istati Membri. Tabilħaqq, kif stipulat hawn isfel fil-premessa (632) teżisti firxa ta' skemi ta' appoġġ u l-interazzjoni bejniethom u d-domanda hija ferm kumplessa u għalhekk diffiċli jiġi kkwantifikat l-impatt preċiż tagħhom. Madankollu, l-evidenza disponibbli tindika wkoll li anki fin-nuqqas ta' skemi ta' appoġġ, id-domanda għall-enerġija solari se tibqa' teżisti u se tikber ukoll maż-żmien, għad li f'livelli inqas mill-kuntest tal-iskemi ta' appoġġ. F'dan il-kuntest, bosta partijiet argumentaw li l-parità mal-grilja diġà kienet intlaħqet jew kważi ntlaħqet f'ċerti reġjuni tal-Unjoni.

(627)

Parti interessata minnhom argumentat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ma koprewx iż-żieda sħiħa fil-konsum u li, filwaqt li fil-każ tal-moduli l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq bejn l-2009 u l-2010, xorta żiedet il-profittabbiltà tagħha matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, kien argumentat li fl-2009, meta l-importazzjonijiet għaċ-ċelloli mir-RPĊ kellhom biss 8 % tas-sehem mis-suq, l-industrija tal-Unjoni xorta ġarrbet telf ta' 8 %.

(628)

Kif diġà ntqal fil-premessi minn (609) sa (616), minkejja t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni fil-PI, l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ żammew is-sehem mis-suq (moduli) tagħhom jew żiduh (ċelloli) għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni tul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż li t-tnaqqis fil-konsum kien tali li jkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li peress li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni xorta waħda kienet ferm inqas mil-livelli tal-konsum, il-konsum dejjem inqas fil-PI ma setax kellu impatt fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(629)

Parti interessata oħra kkontestat li d-domanda fl-Unjoni se tibqa' teżisti anki fin-nuqqas tal-iskemi nazzjonali ta' appoġġ. Din il-parti argumentat li hemm korrelazzjoni bejn id-domanda u l-iskemi ta' appoġġ u li fin-nuqqas ta' skemi bħal dawn, il-proġetti fis-settur PV ma jibqgħux profittabbli u għalhekk, id-domanda għall-pannelli solari se tgħib ukoll. Madankollu, il-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza li tmeri s-sejbiet ta' hawn fuq fil-premessa (626). Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni ġdida f'dan ir-rigward, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(630)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-fatt li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni fi kwalunkwe każ ma ssodisfatx id-domanda tal-Unjoni huwa irrilevanti peress li l-volum ta' bejgħ ta' moduli tal-industrija tal-Unjoni naqas f'konformità mat-tnaqqis fil-konsum u tenna li t-tnaqqis fil-konsum bejn l-2011 u l-PI ikkawża d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li tabilħaqq bejn l-2011 u l-PI, il-konsum tal-Unjoni naqas u l-volum ta' bejgħ ta' moduli naqas b'xejra simili, dan għandu jitqies fir-rigward tal-iżvilupp tal-prezzijiet sussidjati Ċiniżi, li jwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u dan iġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tbigħ b'telf. F'dan ir-rigward, qiegħed jiġi mfakkar, kif diġà ntqal fil-premessa (111) għar-Regolament antidumping provviżorju, li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żammew is-sehem fis-suq (moduli) tagħhom jew żiduh (ċelloli) meta l-konsum kien qed jonqos. Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b'mod sinifikanti u waqqgħu b'mod sostanzjali l-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

5.3.4.   Tariffi “feed-in” (“FITs”) bħala l-eżempju ewlieni ta' skemi ta' appoġġ

(631)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kienet marbuta mat-tnaqqis fit-tariffi “feed-in” implimentati mill-Istati Membri. Dak it-tnaqqis allegatament wassal għal tnaqqis fl-installazzjonijiet solari u domanda mnaqqsa għall-prodott investigat fis-suq tal-Unjoni, u b'hekk ikkaġuna dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni.

(632)

L-Istati Membri introduċew FITs, obbligi ta' kwota b'ċertifikati ekoloġiċi negozjabbli, għotjiet ta' investimenti u inċentivi tat-taxxa biex jappoġġaw il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli. L-appoġġ jingħata wkoll f'ċerti Stati Membri minn fondi strutturali tal-UE. L-iktar strumenti ta' appoġġ implimentati spiss għall-enerġija solari kienu FITs. L-analiżi tal-Kummissjoni ffokat fuq dan it-tip ta' skema ta' appoġġ.

(633)

FITs huma strument ta' appoġġ finanzjarju bil-għan li jintlaħqu miri nazzjonali obbligatorji għall-użu tal-enerġija rinnovabbli, kif preskritti mid-Direttiva 2009/28/KE (102) dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Il-livell ta' appoġġ u l-mod li bih joperaw l-FITs ivarjaw bejn Stat Membru u ieħor. Permezz tal-FITs, l-operaturi tal-grilja huma obbligati jixtru enerġija solari bi prezzijiet li jiżguraw li l-produtturi tal-enerġija solari (normalment is-sidien tal-installazzjonijiet solari) jirkupraw l-ispejjeż tagħhom u jaqilgħu rati ta' redditu raġonevoli. F'ħafna każijiet, l-FITs, kif ukoll skemi ta' appoġġ oħrajn, huma soġġetti wkoll għal kontroll tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107, 108 TFUE, u dan jiżgura n-nuqqas ta' kumpens żejjed għall-produtturi tal-elettriku.

(634)

Minkejja d-differenzi nazzjonali, jistgħu jkunu osservati tliet fenomeni fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-FITs fl-Unjoni: (i) it-tnaqqis tar-rati tal-FITs, (ii) is-sospensjoni tal-iskema tal-FITs inġenerali (Spanja) u (iii) l-introduzzjoni tal-livelli limitu tal-kapaċità (“limiti massimi”) għall-installazzjonijiet eliġibbli għal finanzjament kif ukoll limiti massimi ġenerali fuq il-kapaċità appoġġata ġdida installata b'mod annwali fil-livell tal-Istati Membri. Fir-rigward tal-limiti massimi, jidher li ddaħħlu l-iktar matul l-2012 u, aktarx li għaldaqstant ma kellhom l-ebda effett fuq il-konsum matul il-PI. Konsegwentement, l-analiżi ffokat fuq is-sospensjonijiet riċenti tal-FITs fi Spanja u t-tnaqqis tar-rati tal-FITs f'ħafna Stati Membri. Ġie analizzat jekk kellhomx impatt fuq id-domanda fis-suq tal-Unjoni u jekk dan setax ikkaġuna d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, tqies li l-impatt tal-evoluzzjoni tal-FITs fir-rigward tad-domanda tal-moduli kien jirrappreżenta wkoll is-sitwazzjoni fir-rigward taċ-ċelloli. Tabilħaqq, peress li ċ-ċelloli huma indispensabbli għall-produzzjoni ta' moduli u peress li ma jintużawx fi proċessi ta' produzzjoni oħrajn, tnaqqis fid-domanda għall-moduli awtomatikament iġib miegħu tnaqqis fid-domanda għaċ-ċelloli.

(635)

Filwaqt li l-investigazzjoni kkonfermat ir-rabta bejn l-evoluzzjoni tal-FITs u l-konsum, l-investigazzjoni stabbilixxiet li t-tnaqqis fil-konsum bejn l-2011 u l-PI ma kkontribwixxiex sabiex ikisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kif deskritt f'detall fil-premessa (625) hawn fuq. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li filwaqt li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet sejra għall-agħar, il-produtturi esportaturi rnexxielhom iżommu l-ishma mis-suq għoljin tagħhom għall-moduli (80 %) u saħansitra żiedu l-ishma mis-suq tagħhom bi ftit għaċ-ċelloli (minn 20 % fl-2011 għal 22 % matul il-PI). Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-prezz medju tal-moduli mitlub mill-industrija tal-Unjoni naqas bi 53 % tul il-perjodu kkunsidrat, l-iktar minħabba ż-żieda importanti fl-importazzjonijiet sussidjati u l-pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet li eżerċitaw fuq is-suq tal-Unjoni. Għalhekk, it-telf fil-profittabbiltà mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma jistax ikun primarjament attribwit għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-FITs.

(636)

Konsegwentement, huwa rikonoxxut li l-FITs iġġeneraw domanda għall-enerġija solari u li s-sospensjonijiet riċenti tal-FITs (bħal fi Spanja) u t-tnaqqis fi Stati Membri oħrajn baxxew il-konsum għall-prodott investigat matul il-PI, u b'hekk possibbilment ikkontribwixxew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, it-tnaqqis fil-konsum matul il-PI ma kienx tali li jkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(637)

Bosta partijiet argumentaw li t-tnaqqis tal-FITs renda l-opportunitajiet ta' investiment solari mhux attraenti għall-investituri u b'hekk baxxa d-domanda għall-prodott ikkonċernat fl-Unjoni.

(638)

Filwaqt li l-investigazzjoni kkonfermat rabta bejn ir-rati tal-FITs u l-livell tal-investimenti fl-industrija solari, hija uriet ukoll li l-investimenti fl-enerġija solari huma inqas dipendenti f'reġjuni b'espożizzjoni għolja għax-xemx fejn il-produzzjoni ta' enerġija solari hija iktar effiċjenti u f'reġjuni bi prezzijiet għoljin tal-elettriku. Tabilħaqq, hija uriet li għadhom qegħdin isiru investimenti (pereżempju fi Spanja) minkejja s-sospensjoni tal-iskema tal-FITs. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-opportunitajiet ta' investiment fl-enerġija solari baqgħu attraenti anki b'rati inqas tal-FITs. Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, din il-pretensjoni ġiet rifjutata.

(639)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-opportunitajiet ta' investiment fl-enerġija solari baqgħu attraenti anki b'rati inqas tal-FITs. Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, din il-pretensjoni ġiet rifjutata. Bosta partijiet iddikjaraw li l-iżviluppi fl-FITs eżerċitaw pressjoni qawwija 'l isfel fuq il-prezzijiet u, għalhekk, fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Parti interessata minnhom iddikjarat li huwa biss l-impatt tal-iżvilupp tal-FITs fuq id-domanda li ġie analizzat, filwaqt li l-impatt fuq il-prezzijiet kellu jkun analizzat ukoll. Fl-istess kuntest, bosta partijiet interessati argumentaw li ħafna mill-Istati Membri implimentaw tnaqqis qawwi diġà fl-2010 u b'hekk xeħtu pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet għall-moduli.

(640)

Fid-dawl ta' din id-dikjarazzjoni, ta' min jinnota li l-Istati Membri implimentaw tnaqqis tal-FITs f'waqtiet differenti u b'rapidità differenti u li t-tfassil ta' stampa ġenerali għall-Unjoni sħiħa huwa kemxejn diffiċli. Irrispettivament mill-mument meta r-rati tal-FITs laħqu livelli baxxi ħafna, it-tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-Unjoni u l-profittabbiltà matul il-perjodu kkunsidrat ma jistgħux ikunu spjegati biss jew primarjament mit-tnaqqis tal-FITs. L-ewwel nett, fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura għall-Ġermanja u l-Italja li flimkien kienu jirrappreżentaw madwar 75 % tal-konsum tal-Unjoni fl-2011, il-waqgħa fil-prezz medju tal-bejgħ inħass iktar mit-tnaqqis fir-rati tal-FITs matul il-PI. It-tieni nett, l-evidenza miġbura turi li, għal ċerti pajjiżi bħall-Italja, anki fil-kuntest ta' rati tal-FITs ferm ġenerużi, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas sew il-prezzijiet tagħha. Fl-aħħar nett, matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni kellha tbigħ bi prezzijiet inqas mill-kost ta' produzzjoni tagħha, li fil-parti l-kbira kienet konsegwenza tal-fatt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi kellhom 80 % tal-konsum tal-Unjoni u, għaldaqstant, is-setgħa li jinfluwenzaw il-mekkaniżmu ta' tfassil tal-prezzijiet.

(641)

L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li sal-2011, l-ogħla rati tal-FITs flimkien mat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-moduli fl-Unjoni għamlu l-investimenti fl-enerġija solari estremament attraenti peress li l-investituri kienu qegħdin jaqilgħu lura rati għoljin ħafna. Għaldaqstant, dan irriżulta f'numru għoli ta' investimenti u konsegwentement, domanda għolja għall-pannelli solari. Minħabba d-domanda ikbar, l-ammont totali ta' FITs imħallsa żdied b'mod sinifikanti u ħafna mill-Istati Membri rrevedew u naqqsu l-iskemi tal-FITs eżistenti biex, fost l-oħrajn, jevitaw żieda fl-ispejjeż tal-elettriku. Dan juri li t-tnaqqis tal-FITs seta' kien ikkaġunat ukoll mit-tnaqqis fil-prezzijiet u mhux viċi versa. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(642)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom iddikjarat li kien hemm kontradizzjoni bejn il-premessa (640) ta' hawn fuq, li valutazzjoni tad-domanda għall-Unjoni b'mod globali hija diffiċli, u l-premessa (608) ta' hawn fuq li tiddikjara li l-analiżi tal-kawżalità għal kull Stat Membru ma twassalx għal riżultati sinifikanti. F'dan ir-rigward, qiegħed jiġi ċċarat li fil-valutazzjoni li saret kif deskritt fil-premessa (640) ta' hawn, issir referenza għad-diffikultà li titfassal stampa ġenerali tal-iżviluppi FIT għall-Unjoni kollha u mhux għad-domanda tal-Unjoni kif iddikjarat mill-parti interessata. Bħala konsegwenza, jirriżulta li teżisti kontradizzjoni bejn iż-żewġ premessi u għalhekk id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(643)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom iddikjarat li anki fil-kuntest ta' rati FIT għoljin, il-prezz tal-modulu jista' jonqos b'mod sinifikanti minħabba l-iżvilupp teknoloġiku, l-ekonomiji ta' daqs kbir, it-tnaqqis fl-ispejjeż u l-kapaċità ta' produzzjoni globali li qiegħda tikber. Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, huwa nnotat li l-evidenza miġbura turi li l-produtturi Taljani kellhom inaqqsu l-prezzijiet tagħhom taħt l-ispiża tal-produzzjoni anke meta r-rati FIT kienu għoljin. Filwaqt li l-fatturi msemmija hawn fuq seta' kellhom impatt fuq l-ispejjeż medji, ma jistgħux jispjegaw għaliex il-produtturi tal-Unjoni kellhom inaqqsu l-prezzijiet tagħhom taħt l-ispiża tal-produzzjoni. Għalhekk, ġie konkluż li prinċipalment kienu l-importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ li taw spinta lill-prezzijiet għal livelli mhux sostenibbli u din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(644)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti waħda saħqet li l-konklużjoni li ttieħdet mill-premessa (641) hawn fuq, li t-tnaqqis tal-FITs seta' kien ikkaġunat ukoll mit-tnaqqis fil-prezzijiet u mhux viċi versa, ma hija appoġġata minn l-ebda evidenza.

(645)

Huwa nnotat li l-konklużjonijiet mfassla fil-premessa (641) ta' hawn fuq kienu bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli matul l-investigazzjoni u x-xenarju deskritt kien ikkunsidrat bħala raġonevoli fid-dawl taċ-ċirkostanzi f'dan is-suq speċifiku. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(646)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti minnhom ma qablitx mal-konklużjoni li l-pressjoni negattiva tal-prezzijiet fuq il-produtturi tal-Unjoni kienet prinċipalment eżerċitata mill-importazzjonijiet issussidjati u ddikjarat li, għall-kuntrarju, kien it-tnaqqis FIT li ġiegħel lill-produtturi tal-Unjoni jnaqqsu l-prezzijiet tagħhom. L-istess parti tenniet li meta tnaqqsu l-FITs, il-prezzijiet tas-sistema PV naqsu f'konformità mat-tnaqqis fl-FITs biex b'hekk l-ispejjeż għall-iżviluppi tal-proġett ma jiżdidux, u fl-aħħar mill-aħħar dan ikkawża l-pressjoni tal-prezzijiet fuq il-produtturi tal-Unjoni.

(647)

Peress li ma tressqet l-ebda evidenza bħala appoġġ ta' dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni żammet l-analiżi u l-konklużjonjiet kif iddikjarat fil-premessi minn (640) sa (641) ta' hawn fuq.

(648)

L-istess parti tenniet li s-swieq huma mmexxija mill-iżvilupp tal-FITs u pprovdiet informazzjoni li turi n-numru ta' installazzjonijiet PV għas-snin 2012 u 2013 fir-Renju Unit. L-informazzjoni pprovduta minn din il-parti kienet pubblikazzjoni tal-gvern tar-Renju Unit ibbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet ta' kull ġimgħa fir-Reġistru Ċentrali tal-FITs (CFR) tar-Renju Unit. Huwa nnotat li l-informazzjoni prinċipalment kienet relatata ma' perjodu li ma jaqax fil-PI u semmiet biss Stat Membru wieħed, filwaqt li l-investigazzjoni kurrenti ffokat fuq is-sitwazzjoni tas-suq tal-Unjoni kollu kemm hu. Fi kwalunkwe każ, mhuwiex ikkontestat li l-livelli FIT jinfluwenzaw id-domanda, peress li l-profittabbiltà tal-investimenti f'postijiet b'anqas radjazzjoni solari tiddependi fuq il-livell FIT. Madankollu, sabiex jintwera li l-livell li kien stabbilit fih l-FIT matul il-PI ikkawża d-dannu, il-partijiet interessati kellhom juru li żieda fil-prezz tal-produtturi tal-Unjoni għal-livell mhux dannuż kienet tfisser li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux jistgħu jbigħu l-prodott ikkonċernat peress li l-investimenti fis-sistemi PV ma kinux ikunu vijabbli f'dawk il-livelli ta' prezzijiet. Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza bħal din. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(649)

Bosta partijiet iddikjaraw li fil-kuntest tar-rati inqas tal-FITs, l-investimenti fi proġetti PV kienu ekonomikament vijabbli biss meta forniti b'pannelli solari bi prezzijiet inqas importati mir-RPĊ. Għaldaqstant, kien argumentat li t-tnaqqis fl-FITs ikkaġuna dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Parti oħra argumentat li l-livell tar-rata tal-FITs jinfluwenza l-mekkaniżmi ta' tfassil tal-prezzijiet għall-moduli.

(650)

Ta' min jinnota li l-kost ta' modulu li bih proġett xorta jkun għadu ekonomikament vijabbli jvarja minn Stat Membru jew reġjun għal ieħor fil-funzjoni ta' bosta fatturi bħall-FITs, inċentivi regolatorji oħrajn, espożizzjoni għax-xemx, prezzijiet konvenzjonali tal-elettriku, eċċ. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-installazzjonijiet kurrenti saru jiddependu dejjem inqas fuq l-FITs peress li l-parità mal-grilja PV aktarx li ntlaħqet għal ċerti tipi ta' installazzjonijiet f'bosta reġjuni fl-Ewropa, bħal parti kbir mill-Italja, Spanja, il-Portugall, in-Nofsinhar ta' Franza u l-Greċja. Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet li saru f'dan ir-rigward ġew rifjutati.

(651)

Parti interessata minnhom iddikjarat li l-Kummissjoni ma investigatx jekk l-industrija tal-Unjoni naqsitx milli tantiċipa li l-iskemi ta' appoġġ mill-gvernijiet jintemmu jew jitnaqqsu f'daqqa. Ma tressaq l-ebda argument b'appoġġ ta' din id-dikjarazzjoni. Madankollu, ta' min jinnota li, fuq il-bażi tal-evidenza miġbura, ma hemm ebda informazzjoni li tindika li l-industrija tal-Unjoni wieġbet għas-sinjali tas-suq (jiġifieri żvilupp fil-konsum) u informazzjoni oħra għad-dispożizzjoni (jiġifieri tnaqqis fl-iskemi ta' appoġġ) b'tali mod li jmur kontra r-raġuni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(652)

Parti interessata minnhom argumentat li t-tnaqqis tal-FITs ikkaġuna li jonqos il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għaliex l-investimenti kienu vijabbli biss bil-prezzijiet affordabbli Ċiniżi. L-evidenza miġbura turi biss tnaqqis ċkejken fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI, għall-kuntrarju ta' dak li jkun mistenni li kieku l-proġetti PV kienu fattibbli biss b'moduli Ċiniżi. Għall-kuntrarju, il-bejgħ ta' modulu tal-industrija tal-Unjoni żdiedu sal-2011 u mbagħad naqsu ftit fil-PI, hekk kif segwew l-istess xejra bħall-konsum. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(653)

Parti interessata minnhom argumentat li t-tnaqqis fl-FITs ġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tagħha biex iżżomm l-interessi tal-investituri fl-enerġija PV u tibqa' tiżviluppa d-domanda u t-tkabbir.

(654)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni bilfors kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha l-iktar minħabba l-pressjoni tal-importazzjonijiet sussidjati u mhux it-tnaqqis tal-FITs. Dan huwa indikat mill-fatt li l-iktar tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni seħħ fl-2010 u l-2011, qabel ma seħħ it-tnaqqis qawwi tal-FITs. Tabilħaqq, iż-żieda fl-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ li waqqgħu sew il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġiegħlet lill-industrija tal-Unjoni tqaċċat il-prezzijiet tagħha sa livelli dejjem iktar baxxi. Minħabba dawn ir-raġunijiet, id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(655)

Parti interessata oħra argumentat li s-sejbiet kif stabbiliti fil-premessi (174) u (175) għar-Regolament antidumping provviżorju li l-bidliet fl-FITs ma kissrux ir-rabta kawżali ma għandhom ebda bażi fattwali jew ġuridika u huma inkonsistenti mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku għaliex il-Kummissjoni naqset milli tivvaluta l-livell tad-dannu kkaġunat mit-tnaqqis tal-FITs u għaliex qieset li t-tnaqqis importanti fil-prezz tal-industrija tal-Unjoni kien konsegwenza tal-importazzjonijiet sussidjati Ċiniżi biss. L-istess parti argumentat li t-tnaqqis fil-prezz tal-moduli u ċ-ċelloli kien fenomenu globali u mhux dovut għall-pressjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(656)

Fid-dawl tad-dikjarazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta l-livell tad-dannu kkaġunat mit-tnaqqis tal-FITs, issir referenza għall-premessi (628) u (629) hawn fuq kif ukoll (640) u (641), fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li la t-tnaqqis fid-domanda u lanqas l-impatt tal-FITs fuq il-prezzijiet tal-Unjoni ma kienu tali li jkissru r-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ, irrispettivament jekk u kemm possibbilment kienu kkaġunati mit-tnaqqis tal-FITs. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni li s-sejbiet tal-Kummissjoni ma għandhom ebda bażi fattwali ġiet rifjutata. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li t-tnaqqis fil-prezz tal-moduli u ċ-ċelloli kien fenomenu globali, issir referenza għall-premessi minn (619) sa (621) hawn fuq fejn huma vvalutati l-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi oħrajn minbarra r-RPĊ. Filwaqt li tabilħaqq hemm xejra globali ta' tnaqqis fil-prezzijiet tal-moduli u ċ-ċelloli, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ għarrqu x-xejra ta' tnaqqis sa livelli ta' telf. Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, din il-pretensjoni ġiet rifjutata.

(657)

Fil-qosor, l-FITs kienu fattur importanti għall-iżvilupp tas-suq PV fl-Unjoni u l-evoluzzjoni tal-konsum tal-prodott investigat kienet influwenzata mill-eżistenza tal-FITs. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-konsum ma naqasx b'mod sinifikanti minkejja tnaqqis importanti fl-FITs. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-Unjoni ma seħħx l-iktar minħabba t-tnaqqis fl-FITs. Għaldaqstant, huwa konkluż li l-iżviluppi tal-FITs ma kinux tali li jkissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.3.5.   Appoġġ finanzjarju ieħor mogħti lill-industrija tal-Unjoni

(658)

Uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għal tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju mogħti lill-industrija tal-Unjoni. B'appoġġ għal din id-dikjarazzjoni, l-informazzjoni kienet ipprovduta fuq il-bażi ta' sussidji mogħtija lil wieħed mill-produtturi tal-Unjoni qabel il-perjodu kkunsidrat (bejn l-2003 u l-2006).

(659)

L-evidenza pprovduta ma żvelat l-ebda rabta bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju allegat riċevut minn wieħed mill-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu qabel il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, peress li din l-informazzjoni hija datata għal qabel il-perjodu kkunsidrat, tidher li hija irrilevanti. Għaldaqstant, ma setgħet tiġi stabbilita l-ebda rabta bejn kwalunkwe sussidju allegat riċevut mill-industrija tal-Unjoni u d-dannu materjali mġarrab. Għal din ir-raġuni, l-argument ġie rifjutat.

5.3.6.   Kapaċità żejda

(660)

Ġie ddikjarat li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għal kapaċità żejda fis-suq tal-Unjoni u fis-suq globali inġenerali. Kien argumentat ukoll li l-kapaċità żejda fis-suq globali wasslet għall-konsolidazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li bħalissa qiegħda sseħħ u li kwalunkwe dannu mġarrab kien konsegwenza ta' faċilitajiet ta' produzzjoni żejda. Barra minn hekk, bosta partijiet interessati ddikjaraw li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien marbut mal-espansjoni żejda tal-kapaċità li l-industrija tal-Unjoni ġabet b'idejha stess. Għall-kuntrarju, uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa dovut għan-nuqqas tal-industrija tal-Unjoni milli tagħmel l-investimenti neċessarji fiż-żidiet fil-kapaċità.

(661)

Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tabilħaqq żiedet il-kapaċità ta' produzzjoni tagħha, il-volum totali ta' produzzjoni tagħha ma kienx ikopri l-livelli ta' konsum li kienu qegħdin jiżdiedu fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. B'hekk, iż-żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet raġonevoli u segwiet l-iżviluppi tas-suq, jiġifieri ż-żieda fil-konsum. Għaldaqstant, ma tistax titqies li hija kawża tad-dannu mġarrab.

(662)

Bl-istess mod, fuq din il-bażi, l-argument li l-industrija tal-Unjoni ma investietx fl-espansjoni tal-kapaċità ma kienx ikkonfermat matul l-investigazzjoni. Madankollu, għall-kuntrarju, kif intqal hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità b'mod progressiv u kellha għad-dispożizzjoni tagħha kapaċità eċċessiva matul il-perjodu kkunsidrat, u dan jindika li kienet kapaċi taqdi domanda addizzjonali. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

(663)

Uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li l-operaturi kollha fis-suq, inklużi dawk fis-setturi downstream u upstream kienu f'sitwazzjoni diffiċli li kienet dovuta għall-kapaċità żejda fis-suq globali u l-bidla li rriżultat tas-suq. F'dan ir-rigward, kien argumentat li l-prodott investigat sar komodità fejn il-produtturi individwali ma setgħux jibqgħu jfasslu l-prezzijiet iżda fejn il-prezzijiet saru soġġetti għad-domanda u l-provvista madwar id-dinja. Kien allegat li din is-sitwazzjoni kkaġunat id-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni u mhux l-importazzjonijiet sussidjati.

(664)

L-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza ta' kapaċità żejda fis-suq globali, l-iktar dik li oriġinat mir-RPĊ. Rigward il-bidla tas-suq li allegatament tibdel il-prodott investigat f'komodità, din ma tiġġustifikax imġiba inġusta fil-prezzijiet u prattiki tan-negozjar inġusti. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-industrija tal-Unjoni ilha tipproduċi u tbigħ il-prodott investigat għal iktar minn 20 sena, filwaqt li l-industrija tar-RPĊ tal-prodott ikkonċernat żviluppat biss dan l-aħħar (lejn nofs id-deċennju li għadda), attirata l-iktar mit-tariffi “feed-in” u inċentivi ta' politiki oħrajn fl-Unjoni u ż-żieda sussegwenti fid-domanda. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argumenti ta' hawn fuq ġew rifjutati.

(665)

Parti interessata minnhom iddikjarat li l-kapaċità żejda wasslet għal razzjonalizzazzjoni tal-prezzijiet. F'dan ir-rigward ta' min jinnota li, minn naħa, il-kapaċità żejda wasslet għal “ġirja lejn l-iktar livell baxx” u t-tniżżil tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, li bħala medja qabeż it-tnaqqis tal-kostijiet ta' produzzjoni. Min-naħa l-oħra, iż-żidiet fil-kapaċità mill-industrija tal-Unjoni segwew l-iżviluppi tas-suq u tqiesu raġonevoli. Barra minn hekk, iż-żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni ta' ċelloli kienet f'livell inqas mill-moduli. Għaldaqstant, f'dan ir-rigward, id-dikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.

(666)

Parti interessata oħra ddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa dovut għall-enfasi uniku tal-industrija tal-Unjoni fuq investimenti speċjalizzati u n-nuqqas tagħha milli tagħmel l-investimenti neċessarji fiż-żidiet tal-kapaċità u t-tnaqqis tal-kostijiet. Bl-istess mod, din id-dikjarazzjoni ma setgħetx tkun ikkonfermata mis-sejbiet tal-investigazzjoni li wrew li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità ta' produzzjoni u l-effiċjenza tagħha matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(667)

Barra minn hekk, parti interessata ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-kapaċità ta' produzzjoni tagħha minkejja rati diġà baxxi ta' użu tal-kapaċità, u b'hekk ġabet id-dannu b'idejha. Madankollu, din id-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq it-tqabbil bejn ix-xejra tal-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u x-xejra tal-użu tal-kapaċità tal-industrija sħiħa tal-Unjoni, xi ħaġa li mhijiex bażi xierqa għat-tqabbil. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx espandiet il-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħha fuq skala li taqbeż l-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni, u għaldaqstant dan l-argument ġie rifjutat.

(668)

Barra minn hekk, l-evidenza miġbura tindika li permezz tal-investimenti f'makkinarju ġdid, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tnaqqas il-kost ta' produzzjoni tagħha u ssir iktar kompetittiva fil-kostijiet. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

(669)

Wara d-divulgazzjoni finali, xi partijiet interessati kkontestaw li ż-żidiet fil-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni kienu raġonevoli u segwew l-iżviluppi tas-suq u b'mod partikolari l-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni. Madankollu, fir-rigward tal-kapaċità ta' produzzjoni, din żdiedet b'106 % filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b'221 % matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri aktar mid-doppju. Bl-istess mod, fir-rigward taċ-ċelloli, il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet b'39 % filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied b'87 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan juri li ż-żieda fil-kapaċità kienet sostanzjalment taħt iż-żieda fil-konsum u tista' għalhekk ma tkunx ikkunsidrata bħala mhux raġonevoli fid-dawl li qatt ma kien hemm kapaċità żejda fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-analiżi jekk iż-żidiet fil-kapaċità kinux raġonevoli ma għandhiex tiġi bbażata fuq analiżi ta' sena b'sena, iżda għandha tieħu inkunsiderazzjoni x-xejra matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Għalhekk, iż-żidiet fil-kapaċità ġeneralment se jsiru operattivi b'mod sħiħ wara ċertu perjodu ta' żmien wara li jsir l-investiment u l-analiżi waħedha ta' sena tista' twassal għal stampa mhux ċara. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

5.3.7.   Impatt tal-prezzijiet tal-materja prima

(670)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien marbut mal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-polisiliċju, il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-wejfers. Kien argumentat li l-industrija tal-Unjoni kkonkludiet kuntratti ta' provvista bi prezz fiss fit-tul u għaldaqstant ma setgħetx tibbenefika mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisiliċju matul il-perjodu kkunsidrat.

(671)

L-investigazzjoni wriet li għad li l-industrija tal-Unjoni kellha kuntratti ta' provvista fit-tul għall-polisiċilju, it-termini ta' dawn il-kuntratti kienu fil-parti l-kbira negozjati mill-ġdid fuq il-bażi tal-iżviluppi tal-prezzijiet tal-polisiliċju u l-prezzijiet tal-kuntratti laħqu livelli qrib jew xi kultant saħansitra inqas mill-prezzijiet fis-suq spot.

(672)

Uħud mill-partijiet interessati argumentaw li l-industrija tal-Unjoni jew tal-inqas parti minnha ma setgħetx tibbenefika mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisiliċju, matul il-PI, minħabba kuntratti fit-tul għal materja prima. Dawn il-partijiet iddikjaraw li n-negozjati mill-ġdid jew it-terminazzjoni ta' kuntratti fit-tul ta' polisiliċju u/jew wejfers irriżultaw f'penali. Biex jappoġġaw dan l-argument, dawn il-partijiet ipprovdew artikli mill-istampa li wħud mill-produtturi tal-Unjoni kienu qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' litigazzjoni jew li temmew il-kuntratti tagħhom. Uħud mill-partijiet ipprovdew informazzjoni li allegatament tikkonferma li l-kuntratti fit-tul ma setgħux jerġgħu jiġu nnegozjati.

(673)

Il-polisiliċju huwa l-materja prima ewenija għall-produtturi ta' wejfers. L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-polisiliċju żdiedu fl-2008 meta laħqu l-ogħla livell tagħhom ta' madwar USD 500/kg, iżda naqsu mill-ġdid fl-2009 u laħqu madwar USD 50-55/kg fi tmiem l-2009 b'xejra minima ta' żieda fl-2010 u kmieni fl-2011. Il-prezzijiet waqgħu sew matul il-PI u dan irriżulta fi USD 30/kg (Rapporti Xjentifiċi u Politiki tal-JRC, Rapport dwar l-Istatus tal-PV 2012). Ta' min jinnota li l-impatt tal-prezzijiet tal-polisiliċju fuq l-industrija tal-Unjoni seta' jkun kemxejn marġinali biss peress li kwalunkwe effett fuq il-kost tal-produzzjoni ta' ċelloli u moduli kien dilwit tul il-katina tal-valur. Barra minn hekk, l-artikli mill-istampa msemmija hawn fuq irreferew għall-iżviluppi ta' wara l-PI, li ma affettwawx is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kkonċernata matul il-PI, u għaldaqstant ma jistgħux jiġu kkunsidrati. Jista' jiġi kkonfermat li l-industrija tal-Unjoni tabilħaqq setgħet tinnegozja mill-ġdid mhux biss il-prezzijiet tal-kuntratti fit-tul iżda anki kwalunkwe penali kuntrattwali relatati ma' dawn il-kuntratti fit-tul.

(674)

Waħda mill-partijiet interessati argumentat ukoll li huwa biżżejjed li wħud biss mill-produtturi tal-Unjoni kienu affettwati mill-kuntratti fit-tul u li s-sitwazzjoni tal-industrija ġenerali tal-Unjoni hija irrilevanti. Din iddikjarat li kostijiet ogħla mhux bilfors jaffettwaw l-operaturi kollha bl-istess mod. Dan l-argument jinjora s-sejba li b'mod ġenerali, għall-industrija tal-Unjoni, il-prezzijiet medji tal-polisiliċju f'ħafna każijiet ma nstabux li kienu ogħla mill-prezzijiet tas-suq jew mill-prezzijiet spot u li għalhekk, il-kwistjoni dwar jekk kostijiet ogħla jaffettwawx lill-operaturi kollha jew ftit minnhom ma tqisitx rilevanti. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(675)

Parti interessata oħra talbet sabiex il-Kummissjoni tissepara, tiddistingwi u tikkwantifika l-effetti ta' kull fattur b'impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni; b'mod partikolari, l-effett tat-tnaqqis importanti fil-prezzijiet tal-polisiliċju għandu jiġi kkunsidrat b'mod separat. F'dan ir-rigward, kien argumentat li kien it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisiliċju u mhux il-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi li kkaġuna t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ. F'dak li għandu x'jaqsam mal-industrija tal-Unjoni, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tagħha naqsu ferm iktar mit-tnaqqis tal-kost medju tal-produzzjoni, li fuqu seta' kellu impatt it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(676)

Wara d-divulgazzjoni finali, xi partijiet interessati tennew li l-impatt tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisiliċju fuq l-ispiża tal-industrija tal-Unjoni ma kienx limatat jew mifrux fil-katina tal-valur kif konkluż fl-investigazzjoni. Madankollu, kif diġà ntqal fil-premessa (255) ta' hawn fuq, il-polisiliċju huwa l-materja prima prinċipali għall-produtturi tal-wajfers, u għalhekk kwalunkwe impatt fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni taċ-ċelloli jew il-moduli nstab li nfirex fil-katina tal-valur. Il-partijiet interessati ma pprovdew l-ebda evidenza li setgħet meriet din is-sejba. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisiliċju matul il-perjodu kkunsidrat kien rifless fin-nefqa medja tal-produzzjoni taċ-ċelloli u l-moduli tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun li naqqset għal grad simili bħall-prezzijiet tal-polisiliċju. Parti interessata minnhom qajmet dubju dwar l-impatt tal-penali li l-industrija tal-Unjoni kellha tħallas minħabba n-negozjati mill-ġdid tal-kuntratti tal-fornituri. F'dan ir-rigward, ma jistax jiġi eskluż li l-istess produtturi jaf kellhom iħallsu penali għall-kanċellazzjoni tal-kuntratti ta' provvista tal-wejfers matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, il-Kummissjoni ma sabitx evidenza li dawn il-penali seta' kellhom xi effett fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni b'mod globali jew ikunu rappreżentattivi. Tali evidenza ma ġietx ipprovduta wkoll mill-parti interessata inkwistjoni. Għalhekk, filwaqt li ma jistax jiġi eskluż għal kollox li l-penali seta' kellhom ċertu impatt negattiv fuq numru limitat ta' produtturi tal-Unjoni, l-impatt ġenerali tal-industrija tal-Unjoni huwa, l-aktar, wieħed marġinali u għaldaqstant ma setax ikisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kollha. Għaldaqstant, dawn l-argumenti kellhom jiġu rifjutati.

(677)

Parti interessata oħra ddikjarat li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat fl-Unjoni huwa dovut għat-tnaqqis fil-prezz tal-polisiliċju. Madankollu, f'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-investigazzjonijiet urew li l-importazzjonjiet mir-RPĊ kienu ssussidjati u jnaqqsu b'mod sostanzjali l-prezzijiet tal-Unjoni. Għalhekk, it-tnaqqis fil-prezz imur lil hinn mit-tnaqqis fl-ispejjeż ta' produzzjoni li jista' jiġi spjegat mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima. Jekk il-prezz jonqos, dan ikun sempliċement l-effett tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx imġiegħla tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ taħt in-nefqa tal-produzzjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ li din il-pretensjoni tiġi rifjutata.

(678)

Parti interessata oħra tenniet li l-litigazzjoni ta' produttur minnhom tal-Unjoni wara l-PI jaf affettwat is-sitwazzjoni ta' mill-anqas dan il-produttur tal-Unjoni diġà matul il-PI. Madankollu, din il-parti ma spjegatx kif u sa liema punt tali avveniment li seħħ wara l-PI seta' kellu effett fuq is-sitwazzjoni tal-produttur matul il-PI. Bl-istess mod, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza li turi effetti bħal dawn. Għaldaqstant, din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata.

(679)

Barra minn hekk, l-istess parti interessata qajmet dubju dwar is-sejbiet imsemmija hawn fuq, peress li allegatament ma ntweriet l-ebda evidenza. Madankollu, is-sejbiet tal-investigazzjoni kienu bbażati fuq fatti u evidenza pożittiva, li l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tagħhom kienu disponibbli għall-partijiet interessati kollha.

(680)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li anki jekk uħud mill-produtturi speċifiċi tal-Unjoni setgħu kienu affettwati minn kuntratti fit-tul, l-industrija tal-Unjoni, b'mod ġenerali, ma batietx minn dawn il-kuntratti fit-tul u rnexxilha tibbenefika bis-sħiħ mit-tnaqqis tal-prezz fil-prezzijiet tal-materja prima. Għaldaqstant, il-kuntratti fit-tul ma nstabux li jiksru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.3.8.   Dannu awtoinflitt: impatt tal-awtomatizzazzjoni, daqs, ekonomiji tal-kobor, konsolidazzjoni, innovazzjoni, kosteffiċjenza, importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni

(681)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għall-grad għoli ta' awtomatizzazzjoni tal-proċess ta' produzzjoni. Kien iddikjarat li l-produtturi fuq skala żgħira kellhom żvantaġġ meta mqabbla mal-produtturi ikbar integrati vertikalment u għaldaqstant, kwalunkwe dannu mġarrab mill-produtturi ta' skala żgħira ma jistax ikun attribwit għall-importazzjonijiet sussidjati. F'dan il-kuntest, kien iddikjarat ukoll li fi kwalunkwe każ, b'mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni kienet ta' daqs żgħir u għaldaqstant, ma setgħetx tibbenefika mill-ekonomiji tal-kobor.

(682)

L-investigazzjoni wriet li anki l-produtturi fuq skala żgħira fis-suq tal-Unjoni kellhom livell għoli ta' awtomatizzazzjoni fil-proċess ta' produzzjoni tagħhom b'effett pożittiv fuq il-kostijiet ta' produzzjoni tagħhom. Ħafna mill-produtturi tal-Unjoni speċjalizzaw f'parti mill-proċess ta' produzzjoni (ċelloli jew moduli), li, permezz tal-ispeċjalizzazzjoni, żiditilhom il-kompetittività tagħhom fir-rigward tat-tip ta' prodott speċifiku li kienu qegħdin jipproduċu. Għaldaqstant, l-argument li l-impatt tal-awtomatizzazzjoni ta' grad għoli kkaġuna dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kellu jiġi rifjutat.

(683)

Uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li l-pressjoni fuq il-prezzijiet irriżultat fil-konsolidazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-industrija Ċiniża, b'din tal-aħħar li hija l-kawża tad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-konsolidazzjoni kienet minflok konsegwenza tal-importazzjonijiet sussidjati u l-prattiki kummerċjali inġusti. Barra minn hekk, din il-parti ma sostniet bl-ebda evidenza kemm il-proċess ta' konsolidazzjoni seta' kien il-kawża tad-dannu mġarrab.

(684)

Barra minn hekk, ġie iddikjarat li n-nuqqas ta' integrazzjoni vertikali tal-industrija tal-Unjoni huwa l-kawża tad-dannu mġarrab. B'mod ġenerali, il-produtturi integrati vertikalment f'kundizzjonijiet normali tas-suq għandu jkollhom sigurtà ikbar fuq il-katina tal-provvista tagħhom. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-vantaġġ tal-integrazzjoni vertikali minn parti tal-industrija tal-Unjoni li kienet integrata vertikalment ma setax jiġi sfruttat bis-sħiħ peress li l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet sussidjati kienet estremament għolja. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni, anki l-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment, minħabba l-importazzjonijiet sussidjati, ma setgħux jibbenefikaw bis-sħiħ mir-rati għoljin ta' użu tal-kapaċità biex jilħqu ekonomiji tal-kobor. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelat ebda korrelazzjoni bejn integrazzjoni vertikali u rati ta' profittabbiltà aħjar, peress li l-pressjoni għolja fuq il-prezzijiet bidlet din il-korrelazzjoni.

(685)

Uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni kellha nuqqas ta' innovazzjoni teknika kif ukoll investimenti f'teknoloġija ġdida. Madankollu, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda evidenza fattwali li tikkonferma dawn l-allegazzjonijiet. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni wriet li l-maġġoranza tal-investimenti li saru mill-industrija tal-Unjoni kienet iddedikata għal makkinarju ġdid u R&Ż u li ma kien hemm ebda differenza sinifikanti fit-teknoloġija bejn il-prodotti madwar id-dinja.

(686)

Barra minn hekk, parti interessata minnhom iddikjarat li d-dannu materjali mġarrab huwa dovut għall-eżekuzzjoni batuta tal-proġetti (proġetti li fallew). F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li l-argument ma kienx sostanzjat. Barra minn hekk, kwalunkwe proġett li falla jista' jitqies bħala konsegwenza tal-importazzjonijiet sussidjati minflok. Għaldaqstant, l-argument kellu jiġi rifjutat.

(687)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tirrazzjonalizza l-ispejjeż tagħha fil-ħin sabiex twieġeb għall-iżviluppi fis-suq dinji. Partijiet oħrajn iddikjaraw li l-kost lavorattiv u l-ispejjeż ġenerali huma ogħla fl-Unjoni milli fir-RPĊ.

(688)

L-investigazzjoni wriet li l-kost ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien qiegħed jonqos b'mod kostanti matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produttività żdiedet għall-moduli u ċ-ċelloli. Kif intqal hawn fuq, minħabba ż-żieda tal-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u l-pressjoni sinifikanti konsegwenti fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tibbenefika mit-tnaqqis fil-kost.

(689)

Ġie osservat li l-produtturi esportaturi fir-RPĊ ma jgawdu minn ebda vantaġġ komparattiv fir-rigward tal-materja prima (polisiliċju) u l-makkinarju użat peress li t-tnejn kienu importati mill-Unjoni fil-parti l-kbira. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kost lavorattiv u l-ispejjeż ġenerali, inkluż id-deprezzament, bħala medja dawn kienu jirrappreżentaw inqas minn 10 % tal-kost totali ta' modulu fil-PI u ma jitqisux li kellom xi rwol importanti. F'dak li għandu x'jaqsam ma' kostijiet tal-elettriku, bħala medja dawn irrappreżentaw inqas minn 1 % tal-kost totali ta' moduli fil-PI u ma jitqisux li kellhom xi rwol importanti. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni li ċ-Ċiniżi kienu qegħdin jużaw l-aħħar tagħmir ma kinitx sostanzjata.

(690)

Barra minn hekk, kien iddikjarat li wħud mill-produtturi tal-Unjoni ġabu ċelloli u/jew moduli mill-pajjiż ikkonċernat, u reġgħu biegħu dawk il-prodotti fis-suq tal-Unjoni bħallikieku kienu tagħhom stess. Id-dannu li rriżulta minn dawn it-tranżazzjonijiet ma għandux ikun attribwit lill-importazzjonijiet sussidjati. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat kienu kumplimentari fl-għamla tagħhom kif ukoll limitati f'termini tal-volum meta mqabbla mal-produzzjoni totali tal-Unjoni u għaldaqstant, l-effett tagħhom, jekk għandhom effett affattu, ikun biss marġinali u ma jistax jitqies li jkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(691)

Għaldaqstant, sabiex tlaħħaq max-xejra ta' tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni kellha tagħmel sforzi konsiderevoli biex tirrazzjonalizza l-kost tal-produzzjoni tagħha. Minkejja l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni, din ir-razzjonalizzazzjoni tal-kostijiet ma setgħetx tkun riflessa fil-prezz tal-bejgħ minħabba t-tnaqqis sinifikanti tal-prezzijiet eżerċitat mill-importazzjonijiet sussidjati.

(692)

Ċerta parti interessata ddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għan-nuqqas ta' ekonomiji tal-kobor suffiċjenti tal-industrija tal-Unjoni. Kien argumentat li l-produtturi fuq skala żgħira kellhom żvantaġġ meta mqabblin ma' produtturi ikbar integrati vertikalment u għaldaqstant, kwalunkwe dannu mġarrab minn dawn il-produtturi ma jistax ikun attribwit għall-importazzjonijiet sussidjati. Parti interessata oħra argumentat li l-awtomatizzazzjoni tal-proċess ta' produzzjoni jiswa l-flus u li għalhekk, l-ekonomiji tal-kobor huma saħansitra iktar importanti biex jonqos il-kost tal-produzzjoni.

(693)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni, anki l-produtturi ikbar u integrati vertikalment, minħabba l-importazzjonijiet sussidjati, ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mir-rati ogħla ta' użu tal-kapaċità biex tikseb ekonomiji tal-kobor. Xorta waħda, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda korrelazzjoni bejn id-daqs, l-integrazzjoni vertikali u r-rati aħjar ta' profittabbiltà, peress li l-pressjoni għolja fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet sussidjati biddlet din il-korrelazzjoni. L-investigazzjoni wriet li l-benefiċċju tal-ekonomiji tal-kobor ma għadux jeżisti f'suq fejn ir-rati ta' użu kienu baxxi, u dan kien minnu wkoll għall-produtturi Ċiniżi. Għaldaqstant, dawn l-argumenti ġew rifjutati.

(694)

Barra minn hekk, parti interessata minnhom iddikjarat li l-investituri u l-banek ma jiffinanzjawx proġetti jekk il-manifattur tal-moduli jkun żgħir wisq, peress li l-produtturi l-kbar jipprovdu garanziji aħjar u huma iktar “bankabbli”. F'termini oħrajn, l-investituri u l-banek jaqtgħu qalbhom milli jiffinanzjaw proġetti relatati mal-PV li jużaw moduli prodotti fl-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li kwalunkwe preferenza possibbli tal-investituri u l-banek biex jiffinanzjaw lill-produtturi Ċiniżi li għandhom kapaċitajiet ta' produzzjoni ikbar hija r-riżultat tat-tfixkil li l-importazzjonijiet sussidjati ħolqu fis-suq tal-Unjoni. Kif intqal hawn fuq, id-daqs tal-linji ta' produzzjoni ma għandux rwol jekk ir-rati ta' użu jibqgħu baxxi. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(695)

Parti interessata minnhom iddikjarat li l-industrija tal-Unjoni kellha struttura tal-kostijiet mhux favorevoli meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, peress li dawn tal-aħħar gawdew minn kost lavorattiv, tal-elettriku u ta' deprezzament inqas, u barra minn hekk kellhom l-aħħar tagħmir. Madankollu, il-parti kkonċernata ma rnexxilhiex tipprovdi xi informazzjoni jew evidenza ta' sostenn ġdida li setgħet tmeri s-sejbiet ta' din l-investigazzjoni f'dan ir-rigward. B'mod partikolari, id-dikjarazzjoni li l-produtturi Ċiniżi kienu qegħdin jużaw l-aħħar tagħmir kienet indirizzata mis-sejbiet fil-premessa (203) għar-Regolament antidumping provviżorju, fejn hemm iddikjarat li l-produtturi esportaturi fir-RPĊ ma gawdew minn l-ebda vantaġġ komparattiv, b'mod partikolari għaliex il-makkinarju u t-tagħmir kienu importati mill-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, id-dikjarazzjonijiet ta' hawn fuq ġew rifjutati.

(696)

Parti oħra ddikjarat li ċ-Ċiniżi kienu jgawdu minn vantaġġ komparattiv rigward il-prezzijiet tal-polisiliċju u l-ekonomiji tal-kobor li rriżultaw f'inqas spejjeż tal-makkinarju. Din il-parti ma pprovdiet l-ebda informazzjoni jew evidenza ta' sostenn ġdida f'dan ir-rigward. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ta' din il-parti kellha tiġi rifjutata.

(697)

Barra minn hekk, parti interessata minnhom iddikjarat li wħud mill-produtturi tal-Unjoni ġabu ċelloli u/jew moduli mill-pajjiż ikkonċernat, u reġgħu biegħu dawk il-prodotti fis-suq tal-Unjoni bħallikieku kienu tagħhom stess. Din talbet sabiex id-dannu li jirriżulta minn dawn it-tranżazzjonijiet ma jiġix attribwit lill-importazzjonijiet sussidjati. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat kienu komplimentari fl-għamla tagħhom kif ukoll limitati f'termini ta' volum meta mqabbla mal-produzzjoni totali tal-Unjoni u b'hekk, jekk ikollhom effett, dan ikun marġinali u ma setax jitqies li jkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(698)

Importatur mhux relatat minnhom argumenta li l-fatt li n-numru ta' impjegati żdied għandu jiġi kkunsidrat fl-analiżi. Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, ta' min jinnota li l-impjiegi żdiedu bejn l-2009 u l-2011 għall-moduli u mbagħad naqsu matul il-PI. Għaċ-ċelloli, l-impjiegi żdiedu sal-2010 u mbagħad naqsu fl-2011 u komplew jonqsu fil-PI. Huwa osservat ukoll li għall-moduli, l-impjiegi segwew ix-xejra tal-produzzjoni tal-Unjoni. Għaċ-ċelloli, peress li l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu s-sehem mis-suq tagħhom matul il-perjodu sħiħ għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mill-konsum dejjem ikbar kif mistenni. Għaldaqstant, it-tnaqqis fl-impjiegi fl-2011 u fil-PI jikkorrispondi għall-kumpaniji li saru insolventi jew li waqqfu l-produzzjoni tagħhom ta' ċelloli.

(699)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata waħda saħqet li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għall-iskala żgħira u n-nuqqas ta' ekonomiji ta' skala kbira. Kif diġà spjegat fil-premessa (682) ta' hawn fuq u fil-premessi (195) u (196) għar-Regolament antidumping provviżorju, anki fis-suq globali, id-daqs u għalhekk il-benefiċċju tal-ekonomiji ta' daqs kbir ma jistgħux jibqgħu jeżistu fejn ir-rati ta' utilizzazzjoni kienu ġeneralment baxxi, u fejn kienu jeżistu kapaċitajiet żejda enormi fid-dinja. Għaldaqstant, din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata.

(700)

Barra minn hekk, l-istess parti saħqet li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għan-nuqqas ta' abilità tal-industrija tal-Unjoni li toħloq kwalunkwe vantaġġ fil-kost. Din il-parti ddikjarat li dan kien b'mod partikolari dovut għall-fatt li l-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni kienu integrati vertikalment. Madankollu, din il-parti ma pprovdiet ebda informazzjoni ulterjuri sa liema punt il-fatt li l-prodotturi huma integrati vertikalment jista' jkollu impatt negattiv fuq l-istruttura tal-ispiża tagħhom. Għaldaqstant, din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata.

(701)

Għal dawn ir-raġunijiet, l-argumenti kollha msemmija hawn fuq kellhom jiġu rifjutati.

5.3.9.   Kompetizzjoni minn prodotti PV b'rita rqiqa u teknoloġiji PV oħrajn

(702)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat mill-kompetizzjoni mill-prodotti PV b'rita rqiqa u teknoloġiji PV oħrajn, peress li dawn it-teknoloġiji kienu interkambjabbli u bl-istess użu finali. Kien argumentat ukoll li r-rita rqiqa kienet qiegħda tikkompeti mal-prodott investigat speċjalment għal sistemi mmuntati fuq l-art u dawk kummerċjali/industrijali fuq il-bjut, li jikkostitwixxu parti sostanzjali mis-suq PV sħiħ tal-Unjoni.

(703)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti PV b'rita rqiqa huma prodotti minn materja prima differenti u ma jużawx wejfers tas-siliċju kristallin. B'mod ġenerali, għandhom effiċjenzi tal-konverżjoni ferm iktar baxxi u output tal-wattage iktar baxx meta mqabbla mal-moduli tas-siliċju kristallin. Minħabba dan, ma jistgħux jintużaw f'żoni ristretti bħal bjut, jiġifieri mhumiex kompletament interkambjabbli mal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni wriet ukoll li minkejja li l-prodotti PV b'rita rqiqa jiswew inqas mill-prodott investigat, koprew biss sehem limitat mis-suq solari totali tal-Unjoni, matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, għad li jista' jkun hemm xi kompetizzjoni bejn il-prodotti b'rita rqiqa u l-prodott ikkonċernat, din il-kompetizzjoni titqies li hija limitata.

(704)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom tenniet li l-kompetizzjoni mill-produtti ta' rita rqiqa x'aktarx li kkawżat id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-parti ppreżentat li fil-Ġermajna, is-sehem tas-suq tal-produtturi ta' rita rqiqa fis-sehem solari totali kien sostanzjali matul il-biċċa l-kbira tal-PI u naqas biss lejn it-tmiem tal-2012.

(705)

L-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet medji tal-prodotti ta' rita rqiqa kienu f'livelli aktar baxxi mil-livelli tal-prezz medju tal-prodott li kien qiegħed jiġi investigat.

(706)

Madankollu, kif stabbilit fil-premessa (703) ta' hawn fuq, il-prodotti ta' rita rqiqa għandhom effiċjenzi fil-konverżjoni ferm aktar baxxi u output ta' wattage aktar baxxi mill-moduli tas-siliċju kristallin u għalhekk il-kompetizzjoni bejn dawn il-prodotti, jekk xejn, ma setgħetx tikkontribwixxi għad-dannu tal-industrija tal-Unjoni, peress li l-moduli tas-siliċju kristallin huma t-teknoloġija dominanti fis-suq solari tal-Unjoni. Ir-Rapport tal-Istat tal-PV tal-JRC għall-2012 iddikjara li bħala konsegwenza tat-tnaqqis fil-prezzijiet tal-polisiliċju, ir-rita rqiqa fl-aħħar snin tilfet sehem tas-suq għall-moduli tas-siliċju kristallin.

(707)

Għal dawn ir-raġunijiet, dawn l-argumenti ġew rifjutati.

5.3.10.   Il-kriżi finanzjarja u l-effetti tagħha

(708)

Ġie ddikjarat li l-kriżi finanzjarja u r-riċessjoni ekonomika kellhom effett negattiv fuq l-aċċess għall-finanzjament għall-industrija tal-Unjoni u b'hekk ikkaġunaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(709)

Il-ħila tal-industrija tal-Unjoni sabiex iżżid kapital naqset b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Peress li l-industrija solari hija intensiva fl-użu tal-kapital, il-ħila ta' żieda tal-kapital hija kruċjali. Ir-riċessjoni ekonomika kellha ċertu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li minkejja t-tkabbir tas-suq tal-Unjoni bejn l-2009 u l-2011, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar minħabba l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ li waqqgħu sew il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, kien konkluż li l-effetti potenzjali tal-kriżi finanzjarja kienu aggravati miż-żieda tal-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u li l-aċċess limitat għall-finanzjament kien fil-parti l-kbira tiegħu konsegwenza tal-klima negattiva tas-suq, is-sitwazzjoni u l-prospetti tal-industrija tal-Unjoni konsegwenza tal-importazzjonijiet sussidjati.

(710)

Barra minn hekk, ġie eżaminat jekk id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kienx dovut għan-nuqqas tal-industrija tal-Unjoni milli tikseb finanzjament xieraq meta kienet profittabbli. L-investigazzjoni wriet li, pereżempju fl-2010, l-industrija tal-Unjoni kienet għadha profittabbli, il-livell tal-investimenti żdied għall-moduli bi 315 % meta mqabbel mal-2009, kif ukoll fl-istess ħin għaċ-ċelloli b'10 %. Peress li l-industrija PV hija intensiva fl-użu tal-kapital, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni kontinwament tfittex finanzjament xieraq sabiex ittejjeb il-kosteffiċjenza tagħha u tikkompeti mal-importazzjonijiet sussidjati inġusti. Għaldaqstant, ġie konkluż li, in-nuqqas ta' aċċess għall-finanzjament kien riżultat tas-sitwazzjoni mfixkla u mhux il-kawża.

(711)

Wara d-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom tenniet li l-effetti dannużi tal-kriżi finanzjarja għandhom jiġu separati u distinti u mhux attribwiti għall-importazzjonijiet sussidjati. Din il-parti rreferiet għall-informazzjoni disponibbli pubblikament li tindika li tal-anqas produttur wieħed tal-Unjoni ħass li l-kriżi finanzjarja hija l-kawża ewlenija għas-sitwazzjoni dannuża. L-investigazzjoni kurrenti bbażat is-sejbiet tagħha fuq dejta dwar kumpaniji speċifiċi li tmur lil hinn b'mod sinifikanti mid-dikjarazzjonijiet disponibbli pubblikament ta' kumpaniji speċifiċi. Għalhekk, id-dikjarazzjoni disponibbli pubblikament li għaliha saret referenza, ma tistax tiddevalwa s-sejbiet li filwaqt li l-kriżi finanzjarja kellha ċertu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma setgħetx tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din il-pretensjoni kellha tiġi rifjutata.

(712)

Parti interessata oħra ddikjarat li l-aċċess differenti għal finanzjament bejn l-industrija tal-Unjoni meta mqabbel mal-produtturi esportaturi Ċiniżi għandu jittieħed inkunsiderazzjoni. Din il-parti ddikjarat li dan kien wieħed mill-fatturi ewlenin li kkawżaw id-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni u mhux l-importaturi sussidjati. Madankollu, l-aċċess preferenzjali għall-finanzjament ta' numru ta' prodotturi esportaturi Ċiniżi nstab li jfixkel is-suq u jista' jkun raġuni waħda ewlenija li jippermetti lill-produtturi esportaturi Ċiniżi jesportaw il-prodott ikkonċernat bi prezzijiet sussidjati. Għaldaqstant, dan il-fattur ma jistax ikisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet issussidjati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(713)

Għal dawn ir-raġunijiet, kien konkluż li, filwaqt li l-kriżi finanzjarja kellha ċertu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma setgħetx tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-argumenti ġew rifjutati.

5.3.11.   Prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni

(714)

Uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li l-bejgħ esportat tal-industrija tal-Unjoni waqa' b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u speċjalment bejn l-2009 u l-2011 għall-moduli u bejn l-2009 u l-ewwel trimestru tal-2012 għaċ-ċelloli u li dan ikkaġuna d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(715)

Madankollu, kif muri fit-tabella ta' hawn taħt, il-volumi tal-esportazzjonijiet għall-moduli għadhom sinifikanti minkejja tnaqqis żgħir fil-PI u l-livelli tal-prezz medju matul il-PI kienu ogħla mill-kostijiet medji tal-moduli matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, dan ma setax ikkaġauna d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Bħal fil-każ taċ-ċelloli, il-volumi ta' esportazzjoni kienu jirrappreżentaw madwar 12 % biss tal-volum totali ta' produzzjoni ta' ċelloli. Għaldaqstant, minkejja l-prezzijiet baxxi matul il-PI, dan seta' kellu impatt limitat biss fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-argumenti f'dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati.

Tabella 13-a

Moduli

 

2009

2010

2011

PI

Volumi ta' moduli ta' esportazzjoni f'MW

989

1 279

1 157

1 148

(Indiċi 2009 = 100)

100

129

117

116

Prezz medju ta' esportazzjoni (EUR/kW)

2 500

1 900

1 470

1 230

(Indiċi 2009 = 100)

100

76

59

49

Sors: Europressedienst


Tabella 13-b

Ċelloli

 

2009

2010

2011

PI

Volumi ta' ċelloli ta' esportazzjoni f'MW

62

320

315

238

(Indiċi 2009 = 100)

100

516

508

384

Prezz medju ta' esportazzjoni (EUR/kW)

1 350

1 050

830

640

(Indiċi 2009 = 100)

100

78

61

47

Sors: Europressedienst

(716)

Għal dawn ir-raġunijiet, instab li l-impatt tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kienx tali li jikkontribwixxi għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-argumenti tal-partijiet f'dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati.

5.3.12.   L-iskoperta ta' depożiti ta' gass tax-shale fl-Unjoni

(717)

Parti interessata minnhom iddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat mill-iskoperta ta' depożiti ta' gass tax-shale fl-Unjoni u l-prospettiva ta' żieda tal-produzzjoni ta' gass tax-shale rħis fl-Unjoni naqqas l-investimenti pubbliċi u privati fi proġetti tal-enerġija rinnovabbli.

(718)

L-investigazzjoni sabet li l-konsum għall-prodott investigat żdied b'mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat, kif diġà ntqal fil-premessa (509) hawn fuq. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda evidenza fattwali li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għall-iskopertura ta' depożiti tal-gass tax-shale fl-Unjoni. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

5.3.13.   L-Iskema tal-Unjoni Ewropea għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS)

(719)

L-istess parti ddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat mill-investimenti baxxi fil-produzzjoni tal-enerġija solari minħabba l-prezzijiet baxxi tas-suq għall-krediti ta' emissjonijiet tal-karbonju tal-Iskema tal-Unjoni Ewropea għan-Negozjar ta' Emissjonijiet ta' CO2.

(720)

Madankollu ma kienet ipprovduta l-ebda evidenza u l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda ċirkustanza fattwali li tikkonferma dawn l-allegazzjonijiet. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-prodott investigat kien qiegħed jiżdied b'mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat. Għal dawn ir-raġunijiet, il-pretensjoni ġiet rifjutata.

5.3.14.   Deċiżjonijiet maniġerjali

(721)

Uħud mill-partijiet interessati ddikjaraw li d-dannu materjali mġarrab minn tal-inqas wieħed mill-produtturi tal-Unjoni kien ikkaġunat minn deċiżjonijiet maniġerjali ħżiena. Dawn l-allegazzjonijiet kienu bbażati fuq il-kontijiet annwali, xi informazzjoni li tinsab f'ittra mibgħuta minn azzjonist tal-kumpanija lill-azzjonisti l-oħrajn u artiklu mill-istampa.

(722)

L-ebda parti mill-informazzjoni fil-fajl ma weriet li xi waħda mid-deċiżjonijiet maniġerjali tal-kumpanija kkonċernata kienet mhux tas-soltu jew imprudenti jew kellha impatt fuq l-industrija sħiħa tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-argumenti f'dan ir-rigward ġew rifjutati.

5.3.15.   Politiki oħrajn tal-gvern

(723)

Parti interessata minnhom iddikjarat li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat minn politiki oħrajn tal-gvern bħal politiki dwar l-enerġija rinnovabbli, politiki mmirati għat-tħeġġiġ tal-innovazzjoni, politiki ta' tnaqqis tal-burokrazija, politiki ta' tħaffif tan-negozjar u regolamenti dwar l-aċċess għall-grilja, peress li dawn il-politiki jibbenefikaw lill-produtturi esportaturi. Madankollu, anki li kieku kien minnu li wħud mill-politiki ddikjarati setgħu ħaffew l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn u t-tkabbir ġenerali tal-industrija solari, dawn il-politki kienu jibbenefikaw ukoll l-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn il-politiki ma għandhomx ikunu jfissru li t-tali importazzjonijiet fl-Unjoni jsiru bi prezzijiet sussidjati dannużi. Għaldaqstant, l-argumenti f'dan ir-rigward ġew rifjutati.

5.3.16.   Argumenti oħrajn

(724)

Parti interessata minnhom iddikjarat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għall-iżvantaġġ tal-imgħoddi u n-nuqqas ta' appoġġ politiku mill-Kummissjoni Ewropea fis-snin ta' qabel. Din il-parti ddikjarat ukoll li minbarra l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ, anki l-popolazzjoni, il-PDG, il-konsum tal-elettriku, l-opportunitajiet ta' finanzjament u l-kollegabbiltà mal-grilja huma fatturi importanti f'kull suq. Madankollu, il-parti ta' hawn fuq ma rnexxilhiex tissostanzja d-dikjarazzjonijiet tagħha li għaldaqstant ġew rifjutati.

(725)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti interessata saħqet li d-dannu sofrut mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għall-iżvantaġġ preċedenti. Madankollu, il-pretensjoni la ġiet analizzata u lanqas sostanzjata, għaldaqstant kellha tiġi rifjutata.

5.4.   Valutazzjoni kumulattiva ta' dawk il-fatturi l-oħrajn li nstabu li jikkontribwixxu għal dannu

(726)

L-investigazzjoni wriet li l-fatturi l-oħrajn li ġejjin jaf ikkontribwew għad-dannu: L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mit-Tajwan; It-tnaqqis fil-livell tal-FIT; Il-kuntratti tal-polisiliċju għal terminu twil ta' numru limitat ta' produtturi tal-Unjoni; il-kriżi finanzjarja u ekonomika.

(727)

Kif intwera hawn fuq fit-Taqsimiet 5.3.1 rispettivament 5.3.7, il-kontribuzzjoni possibbli tal-importazzjonijiet mit-Tajwan u ta' kuntratti tal-polisiliċju għal terminu twil ta' numru limitat ta' produtturi tal-Unjoni huma, l-aktar, marġinali, peress li kwalunkwe impatt tagħhom kien mifrux ulterjorment tul il-katina tal-valur.

(728)

Fir-rigward tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-investigazzjoni wriet li r-raġuni ewlenija għad-diffikultajiet tal-industrija tal-Unjoni fl-aċċess għall-kapital meħtieġ għall-investimenti kienet l-importazzjonijiet issussidjati, li ma ħallewx lill-industrija tal-Unjoni tbigħ il-prodotti tagħha bi prezzijiet profittabbli meta s-suq tal-Unjoni wera rati ta' tkabbir b'saħħithom (2009-2011).

(729)

Fir-rigward tal-FIT, il-partijiet terzi ma setgħux juru li l-livelli FIT matul il-PI kienu jkunu daqshekk baxxi li ma kinux iħallu lill-produtturi tal-Unjoni jbigħu l-prodott ikkonċernat bi prezzijiet mhux dannużi. L-Istituzzjonijiet huma tal-fehma li t-tnaqqis fil-livelli tal-FIT jista' jispjega d-domanda mnaqqsa, peress li l-investimenti f'ċerti postijiet ma baqgħux vijabbli. Madankollu, ma jistgħux ikissru r-rabta kawżali, anki jekk jittieħdu flimkien ma' fatturi oħrajn li nstabu li jikkontribwixxu għad-dannu, peress li kienu għadhom f'livell fejn, mingħajr l-importazzjonijiet issussidjati, il-produtturi tal-Unjoni setgħu jbigħu l-prodotti tagħhom bi prezzijiet mhux dannużi.

(730)

Għalhekk, anki jekk l-effett kumulattiv tal-erba' fatturi l-oħra li possibbilment jikkontribwixxu għad-dannu huwa vvalutat, ir-rabta kawżali bejn is-sussidju u d-dannu mhijiex miksura.

5.5.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(731)

L-investigazzjoni stabbiliet rabta kawżali bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet issusidjati mir-RPĊ. Kawżi possibbli oħrajn ta' dannu, bħal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, importazzjonijiet mhux sussidjati mir-RPĊ, il-konsum, it-tariffi “feed-in”, appoġġ finanzjarju ieħor mogħti lill-industrija tal-Unjoni, kapaċità żejda, l-impatt tal-prezzijiet tal-materja prima, dannu awtoinflitt, kompetizzjoni minn rita rqiqa, il-kriżi finanzjarja u l-effetti tagħha, il-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni, l-iskoperta ta' depożiti ta' gass tax-shale fl-Unjoni, deċiżjonijiet maniġerjali, l-Iskemi tal-Unjoni Ewropea għan-Negozjar ta' Emissjonijiet, politiki oħrajn tal-gvernijiet ġew analizzati u l-ebda kawża minnhom ma nstabet li hija tali li tkisser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(732)

L-effetti kollha tal-fatturi ta' dannu ħlief l-importazzjonijiet issussidjati ġew analizzati b'mod individwali u kollettiv. Għaldaqstant, qiegħed jiġi konkluż li l-valutazzjoni kollettiva tal-fatturi kollha li seta' kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni (jiġifieri, importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, FITs, impatt tal-prezzijiet tal-materja prima, kriżi finanzjarja) kollettivament tonqos milli tispjega d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni b'mod partikolari f'termini ta' prezzijiet baxxi u telf finanzjarju minħabba l-penetrazzjoni ta' importazzjonijiet bi prezz baxx fi kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. Fuq il-bażi tal-analiżi ta' hawn fuq, li kif xieraq għamlet distinzjoni u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet sussidjati, għalhekk kien konkluż li kien hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-PI.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Kummenti preliminari

(733)

B'konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja s-sejbiet ta' hawn fuq dwar is-sussidju dannuż, kinux jeżistu raġunijiet validi għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri kompensatorji f'dan il-każ partikolari. Għal dan l-għan, u b'konformità mal-Artikolu 31(1) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, kumpaniji fis-swieq upstream u downstream għas-settur PV, l-importaturi, l-utenti u l-konsumaturi tal-prodott ikkonċernat.

(734)

Madwar 150 operatur għarrfu bil-preżenza tagħhom wara l-bidu tal-investigazzjoni antidumping parallela u ġew ikkunsidrati kif xieraq fil-qafas tal-investigazzjoni kurrenti. Intbagħtu kwestjonarji speċifiċi lil importaturi mhux relatati, operaturi upstream (inkluż produttur tal-materja prima u fornituri tat-tagħmir tal-produzzjoni għall-prodott investigat), operaturi downstream (inklużi żviluppaturi ta' proġetti u installaturi) u BEUC, organizzazzjoni tal-konsumatur. Tliet assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw bosta operaturi (l-industrija tal-Unjoni, operaturi upstream u downstream) fis-settur PV issottomettew informazzjoni.

(735)

Ġie ddikjarat li l-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni ma kinitx ibbażata fuq numru rappreżentattiv ta' operaturi.

(736)

Il-Kummissjoni kkuntattjat l-operaturi differenti b'dan il-mod li ġej.

(737)

Fir-rigward ta' operaturi upstream u downstream: kif intqal hawn fuq fil-premessa (734), il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji speċifiċi lil madwar 150 operatur inklużi dawk l-importaturi mhux relatati li għarrfu bil-preżenza tagħhom wara l-bidu tal-investigazzjoni, u li għalhekk kellhom l-opportunità li jipprovdu d-dejta rilevanti lill-Kummissjoni. Daħlu wieħed u għoxrin tweġiba għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, mhux biss it-tweġibiet tal-kwestjonarji ttieħdu inkunsiderazzjoni fl-investigazzjoni, iżda anki kummenti u sottomissjonijiet verifikabbli u sostanzjati kif suppost ipprovduti minn partijiet interessati sad-dati ta' skadenza, irrispettivament jekk dawn il-partijiet weġbux għall-kwestjonarju jew le. B'mod partikolari, l-AFASE bagħtet kummenti lill-Kummissjoni f'isem il-membri tagħha — l-operaturi PV li kienu analizzati wkoll.

(738)

Rigward l-importaturi mhux relatati, kif stipulat fil-premessa (25) hawn fuq, il-Kummissjoni kkuntattjat lil kull wieħed mill-250 importatur mhux relatat imsemmija mill-ilmentatur u għażlet kampjun provviżorju b'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku biex tkopri l-ikbar volum rappreżentattiv ta' importazzjonijiet li raġonevolment seta' jiġi investigat matul iż-żmien għad-dispożizzjoni. Madankollu, waħda biss mill-kumpaniji magħżula b'mod provviżorju kienet, wara l-verifika, ikkonfermata bħala importatur mhux relatat. F'fażi aktar tard tal-investigazzjoni, importaturi mhux relatati oħrajn, li għall-ewwel issottomettew formola ta' kampjunar fl-istadju tal-bidu iżda li ma kinux fil-kampjun, kienu mistiedna jikkooperaw iktar fl-investigazzjoni. Sitta minnhom qablu u rċevew kwestjonarju, u ħamsa ssottomettew tweġiba li tlieta minnhom kienu kkunsidrati bħala kompluti b'mod suffiċjenti. Il-kampjun definittiv tal-importaturi mhux relatati għalhekk jinkludi erba' importaturi mhux relatati, li jirrappreżentaw firxa ta' 2 % sa 5 % tal-importaturi tal-prodott ikkonċernat. Fir-rigward ta' dak il-perċentwal baxx, wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ġewwa l-Unjoni ma seħħewx permezz ta' importaturi mhux relatati.

(739)

Fi ftit kliem, għall-analiżi tal-interess tal-Unjoni, bħala bażi ntużat l-informazzjoni li ġejja:

it-tweġibiet għall-kwestjonarju riċevuti minn tmien prodotturi tal-Unjoni fil-kampjun u erba' importaturi mhux relatati kif ukoll ir-risposti għall-kwestjonarju speċifiku riċevuti minn tmien operaturi upstream u tlettax-il operatur downstream (seba' żviluppaturi/installaturi tal-proġetti; sitt fornituri tas-servizzi li huma attivi wkoll fis-settur PV) minn 150 operatur li resqu wara l-bidu u rċevew il-kwestjonarji speċifiċi;

id-dejta vverifikata matul il-verifika fuq il-post ta' tmien produtturi tal-Unjoni, importatur mhux relatat wieħed, żewġ operaturi upstream, erba' operaturi downstream (żviluppaturi/installaturi tal-proġett) u assoċjazzjonii waħda (ara l-premessa (17) għar-Regolament antidumping provviżorju u l-premessa (29) ta' hawn fuq)

id-dejta dwar l-interess tal-Unjoni sottomessa minn partijiet interessati oħrajn, inkluż l-assoċjazzjonijiet, kif ukoll dejta disponibbli pubblikament dwar l-evoluzzjoni tas-suq tal-PV fl-Ewropa, b'mod partikolari: Il-Prospetti tas-Suq Globali għall-Fotovoltaċji 2013-2017 (Global Market Outlook for Photovoltaics 2013-2017) tal-EIPA.

6.2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(740)

L-industrija tal-Unjoni tħaddem direttament madwar 21 000 ruħ fil-PI fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili.

(741)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkaġunat mill-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat matul il-PI. Huwa mfakkar li numru ta' indikaturi tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod partikolari, l-indikaturi tad-dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, bħall-profittabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti kienu affettwati bis-serjetà. Il-produtturi tal-Unjoni ta' moduli u ċelloli kienu qegħdin jagħmlu t-telf fl-2011 u fil-PI. Konsegwentement, uħud mill-produtturi tal-Unjoni diġà kellhom jagħlqu l-faċilitajiet ta' produzzjoni tagħhom filwaqt li oħrajn ħabbtu wiċċhom ma' insolvenza. Fin-nuqqas ta' miżuri, tgħarriq ulterjuri fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni jidher li huwa ferm probabbli.

(742)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' dazji ta' miżuri kompensatorji se jreġġa' lura l-kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni, u dan jippermetti lill-industrija tal-Unjoni sabiex tallinja l-prezzijiet tal-prodott simili biex jirriflettu l-kostijiet tal-produzzjoni u b'hekk ittejjeb il-profittabbiltà tagħha. Jista' jkun mistenni li l-impożizzjoni ta' miżuri kompensatorji tkun tippermetti lill-industrija tal-Unjoni sabiex terġa' tikseb tal-inqas parti mis-sehem mis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b'impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tagħha. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni għandu jkollha aċċess aħjar għall-kapital u tkompli tinvesti fir-R&Ż u l-innovazzjoni fis-suq PV. Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni indikat ukoll il-possibbiltà ta' bidu ġdid għall-attività kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni li kellhom iwaqqfu l-produzzjoni minħabba l-pressjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi. B'mod ġenerali, f'dan ix-xenarju, mhux talli l-21 000 impjieg eżistenti tal-industrija tal-Unjoni (fil-PI) ikunu salvagwardjati iżda jkun hemm ukoll prospett raġonevoli għal espansjoni ulterjuri fil-produzzjoni u żieda fl-impjiegi.

(743)

Jekk ma jkunux imposti miżuri, huwa mistenni telf ulterjuri fis-sehem mis-suq b'tgħarriq ulterjuri tal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni. Dan ma jkunx sostenibbli fit-terminu qasir sa medju. Bħala konsegwenza, minbarra n-numru kbir tal-produtturi tal-Unjoni li diġà kienu mġiegħla joħorġu mis-suq, produtturi oħrajn jistgħu jkunu qegħdin jaffaċċjaw insolvenza li fit-terminu qasir sa medju twassal għall-għibien probabbli tal-industrija tal-Unjoni bl-impatt sinifikanti konsegwenti tal-impjiegi eżistenti.

(744)

Uħud mill-partijiet interessati kkontestaw li l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tibbenefika minn kwalunkwe miżura kompensatorja billi argumentat li (i) il-miżuri se jbaxxu d-domanda għal prodotti PV fl-Unjoni u għaldaqstant, l-industrija tal-Unjoni mhux ser jirnexxilha żżid il-bejgħ tagħha, (ii) l-industrija tal-Unjoni għandha faċilitajiet ta' produzzjoni żgħar u għaldaqstant, mhijiex se tkun kapaċi tlaħħaq mad-domanda għal ċerti tipi ta' installazzjonijiet bħal installazzjonijiet kummerċjali fuq il-bjut u dawk kbar immuntati fuq l-art, (iii) il-produtturi tal-Unjoni mhumiex “bankabbli” (iv) l-impożizzjoni ta' dazji fuq ċelloli se żżid de facto l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni ta' moduli u tagħmilhom inqas attraenti għall-konsumaturi, (v) fil-każ ta' tnaqqis sinifikanti tal-importazzjonijiet Ċiniżi, il-produtturi minn pajjiżi terzi oħrajn aktarx li se jisfruttaw il-vantaġġ ta' inqas importazzjonijiet mir-RPĊ.

(745)

Rigward id-dikjarazzjoni li l-miżuri se jbaxxu d-domanda għal prodotti PV fl-Unjoni u, għaldaqstant, l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun kapaċi żżid il-bejgħ tagħha, ġie osservat li l-partijiet ma kienu kapaċi jipprovdu l-ebda evidenza dwar l-eżistenza ta' rabta diretta bejn l-impożizzjoni ta' miżuri u t-tnaqqis fid-domanda għal prodott PV li mas-snin uriet li hija influwenzata minn bosta fatturi.

(746)

Bi tweġiba għad-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni għandha faċilitajiet ta' produzzjoni żgħar u għaldaqstant mhijiex kapaċi tlaħħaq mad-domanda għal ċerti tipi ta' installazzjonijiet bħal installazzjonijiet kummerċjali fuq il-bjut u dawk kbar immuntati fuq l-art, ta' min jinnota li l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni għandha l-kapaċità li tforni kemm l-installazzjonijiet kummerċjali u industrijali (bejn 40 kW u 1 MW) kif ukoll l-installazzjonijiet tas-segment tas-suq tal-utilitajiet (1 MW u 10 MW). Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma wrietx li l-prodotti forniti mill-manifatturi differenti ma jistgħux jintużaw fl-istess proġett. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(747)

L-argument li l-industrija tal-Unjoni ma tibbenefikax mill-miżuri għaliex il-produtturi tal-Unjoni mhumiex “bankabbli” u li l-fondi tal-investimenti ma jaċċettawx li jiffinanzjaw proġetti li jużaw moduli magħmula fl-UE ma kienx sostanzjat. Xorta waħda, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' miżuri se treġġa' lura kundizzjonijiet ġusti tas-suq li għandhom iserrħu ras l-investituri, inkluż mis-settur bankarju dwar il-ħila tal-industrija tal-Unjoni sabiex tiżviluppa proġetti vijabbli. Għal dawn ir-raġunijiet, dan l-argument ġie rifjutat.

(748)

B'referenza għad-dikjarazzjoni li l-impożizzjoni ta' dazji fuq ċelloli se żżid de facto l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi ta' moduli tal-Unjoni u tagħmilhom inqas attraenti għall-konsumaturi, filwaqt li mhuwiex eskluż li ċerta żieda fil-prezzijiet tista' sseħħ wara l-impożizzjoni tad-dazji, għandu jiġi kkunsidrat ukoll li s-sorsi pubblikament disponibbli jindikaw li x-xejra tal-prezzijiet tal-moduli u ċ-ċelloli nieżla 'l isfel. B'hekk, anki jekk il-kost taċ-ċelloli jaf jiżdied minħabba l-miżuri, ix-xejra ġenerali ta' tnaqqis tal-prezzijiet għandha tirriżulta f'inqas kostijiet tal-moduli. Il-produtturi involuti jistgħu jiddeċiedu li joriġinaw iċ-ċelluli tagħhom fl-Unjoni, u mhux aktar mir-RPĊ. Fl-aħħar nett, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' miżuri se ssaħħaħ l-użu tal-kapaċità tal-produtturi taċ-ċelloli fl-Unjoni u b'hekk iżżid l-ekonomiji tal-kobor tagħhom u b'hekk jonqsu l-kostijiet. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(749)

L-argument li f'każ ta' tnaqqis sinifikanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi wara l-impożizzjoni ta' miżuri, il-pajjiżi terzi l-oħrajn aktarx se jisfruttaw dan il-vantaġġ minflok l-industrija tal-Unjoni ma kienx ikkonfermat mill-investigazzjoni. L-investigazzjoni ma sabet l-ebda indikazzjoni ċara li l-pajjiżi terzi l-oħrajn imbagħad jidderieġu l-esportazzjonijiet tagħhom bil-qawwa lejn is-suq tal-Unjoni, speċjalment jekk tittieħed inkunsiderazzjoni l-espansjoni probabbli ta' swieq ta' pajjiżi terzi oħrajn, speċjalment l-Asja, kif imbassar mis-sorsi pubblikament disponibbli. Fl-aħħar nett, ma hemm l-ebda indikazzjoni li anki jekk l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn jiżdiedu minħabba tnaqqis tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, l-industrija tal-Unjoni mhijiex se tkun kapaċi tikkompeti mal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi.

(750)

Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali, xi partijiet argumentaw li mhuwiex realistiku li tkun mistennija l-feġġa ta' industrija tal-Unjoni sostenibbli li timmanifattura moduli u ċelloli minħabba li ma hemm l-ebda investitur razzjonali li jinvesti fil-produtturi tal-Unjoni li allegatament ibatu minn struttura ta' spejjeż mhux favorevoli u għalhekk ma jistgħux jipproduċu bi prezzijiet kompetittivi. L-investigazzjoni ma kkonfermatx li l-industrija tal-Unjoni qiegħda ssofri minn struttura tal-ispejjeż mhux favorevoli, kif spjegat fil-premessi (202) u (203) għar-Regolament antidumping provviżorju. Għalhekk, in-nuqqas ta' importazzjonijiet issussidjati u l-użu tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni b'mod prevalenti għandhom iġibu ekonomiji ta' daqs kbir u jippermettu l-ħolqien ta' industrija tal-Unjoni sostenibbli. Minħabba dan ta' hawn fuq, l-argument ġie rifjutat.

(751)

Parti minnhom argumentat li d-domanda fl-Unjoni hija mmexxija mill-iżvilupp tal-FITs u r-redditu mistenni fuq l-investiment mill-investituri huwa marbut ma' dan l-iżvilupp. B'mod partikolari, din iddikjarat li jekk il-prezzijiet jiżdiedu fl-Unjoni, minħabba d-dazji, u l-FITs ma jsegwux din iż-żieda wkoll, id-domanda se tonqos u l-industrija tal-Unjoni mhux se tibbenefika mid-dazji imposti.

(752)

Bi tweġiba għad-dikjarazzjoni ta' hawn fuq, ġie osservat li minkejja l-korrelazzjoni bejn il-livell ta' FITs u d-domanda għall-installazzjonijiet tal-PV, l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni tindika li d-domanda fil-ġejjieni se tkun dejjem inqas dipendenti fuq l-FITs u skemi ta' appoġġ oħrajn peress li l-parità mal-grilja aktarx li se tkun intlaħqet minn ċerti tipi ta' installazzjonijiet f'bosta postijiet fl-Unjoni. Barra minn hekk, ir-redditu mistenni fuq l-investiment għandu jkun ibbażat fuq prezzijiet tas-suq ekwu. Fl-aħħar nett, filwaqt li mhuwiex eskluż li jista' jkun hemm ċerta żieda fil-prezzijiet wara l-impożizzjoni tal-miżuri, ta' min jinnota li s-sorsi disponibbi pubblikment jindikaw li x-xejra ġenerali tal-prezzijiet hija waħda ta' tnaqqis. Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat.

(753)

Il-partijiet interessati indikaw li minħabba li d-domanda għall-pannelli solari hija mmexxija minn skemi ta' sostenn, b'mod partikolari FIT, u mil-livell tal-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumatur finali (li jiddeterminaw il-parità mal-grilja), l-elastiċità tal-prezzijiet tad-domanda tista' tkun għolja ħafna. Billi huwa korrett li żieda importanti fil-prezzijiet tista' twassal għal tnaqqis importanti fid-domanda peress li n-natura partikolari tas-suq indikata minn dawk il-partijiet interessati, l-argument irid jiġi rifjutat peress li ma tantx huwa probabbli li ż-żidiet fil-prezzijiet ikkawżati mill-miżuri jkunu importanti, għar-raġunijiet li ġejjin. L-ewwel nett, is-sorsi disponibbli kollha jikkonfermaw li t-tnaqqis importanti fil-prezzijiet għall-prodott ikkonċernat matul il-PI u mill-PI sa llum se jkomplu. It-tieni nett, l-effett ekonomiku tal-impriża li tkun ġiet aċċettata mill-Kummissjoni huwa li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jfornu l-prodott ikkonċernat bi prezz minimu ta' importazzjoni ta' anqas minn 60 c/W, li huwa ferm aktar baxx milli ġie osservat matul il-PI, b'volum li jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għas-sehem tas-suq kurrenti. F'dan il-livell ta' prezzijiet, huwa diffiċli li d-domanda tonqos b'mod sinifikanti, peress li dak il-livell ta' prezzijiet jiżgura domanda suffiċjenti kemm taħt il-livell kurrenti ta' sostenn ipprovdut mill-iskemi ta' sostenn kif ukoll taħt il-livell kurrenti ta' parità mal-grilja. Barra minn hekk, il-prezz tal-elettriku għall-konsumaturi finali huwa mistenni li jiżdied, billi l-prezz tal-prodott ikkonċernat huwa mistenni li jonqos. Permezz ta' formula ta' indiċizzazzjoni, l-impriża tiżgura li jitqies it-tnaqqis ulterjuri fil-prezz tal-prodott ikkonċernat għall-prezz minimu ta' importazzjoni. Għalhekk, dawn l-argumenti jridu jiġu rifjutati.

(754)

Bosta partijiet interessati argumentaw li l-interess tal-industrija tal-Unjoni mhuwiex sinifikanti peress li l-valur miżjud maħluq mill-industriji upstream u downstream huwa ferm iktar sinifikanti mill-valur miżjud maħluq mill-industrija tal-Unjoni fil-katina tal-valur PV. L-argument li l-bosta segmenti fis-settur PV għandhom valur miżjud mhijiex ikkontestata. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkaġunat minn prattiki kummerċjali inġusti. Tabilħaqq, uħud mill-produtturi tal-Unjoni diġà kienu mġiegħla jieqfu u fin-nuqqas ta' miżuri, jidher li żgur se jkun hemm iktar tgħarriq. Minħabba li s-segmenti kollha fis-settur PV huma relatati mill-qrib, l-għibien tal-produzzjoni tal-Unjoni tkun ta' dannu għas-settur PV sħiħ li jsir kompletament dipendenti fuq provvista esternalizzata. Għaldaqstant, għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista, l-argument ġie rifjutat.

(755)

Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali, parti interessata minnhom tenniet id-dikjarazzjoni li l-valur miżjud ogħla maħluq mill-industrija downstream u upstream, meta mqabbel mal-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat, hija rilevanti dwar jekk għandhomx jiġu imposti dazji kumpensatorji. F'dan ir-rigward, huwa kkonfermat li fil-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni, l-Istituzzjonijiet sabu bilanċ bejn il-konsegwenzi pożittivi u negattivi, li jista' jkollhom id-dazji fuq id-diversi operazzjonijiet ekonomiċi. Billi l-impatt fuq l-industrija upstream u downstream huwa limitat, il-miżuri se jagħtu l-opportunità lill-industrija tal-Unjoni biex tirkupura minn sussidju dannuż.

(756)

Parti minnhom ikkontestat in-numru ta' impjiegi li jkunu salvagwardjati mill-impożizzjoni ta' miżuri. Din iddikjarat li l-industrija tal-Unjoni tħaddem madwar 6 000 persuna, u mhux 25 000 kif irrapportat fil-premessa (229) għar-Regolament antidumping Provviżorju.

(757)

Madankollu ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza biex issostni d-dikjarazzjoni ta' hawn fuq, u għalhekk twarrbet. Ġie ċċarat li fid-dawl tal-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott, l-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni ammontaw għal madwar 21 000 impjegat matul il-PI. Il-partijiet interessanti ma pprovdew l-ebda prova li n-numru ta' impjegati fl-industrija tal-Unjoni tbiddel b'mod sinifikanti wara l-PI.

(758)

Bħala konklużjoni, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni batiet danni materjali minħabba l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ, hekk kif ma rnexxilhiex tirkupra l-investiment permezz ta' bejgħ profittabbli. Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' miżuri se treġġa' lura l-kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni, u dan se jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tikkompeti f'sitwazzjoni fejn kulħadd ikun indaqs. It-tnaqqis probabbli fl-importazzjonijiet mir-RPĊ għandu jippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżid il-bejgħ tagħha fl-Unjoni u b'hekk tuża aħjar il-kapaċitajiet ta' produzzjoni disponibbli fit-terminu qasir. Min-naħa l-oħra, dan jista' jġib miegħu ekonomiji tal-kobor. Filwaqt li huwa possibbli li l-prezzijiet tal-prodott simili jiżdiedu f'perjodu qasir ta' żmien minħabba l-miżuri, ix-xejra ġenerali ta' tnaqqis tal-prezzijiet aktarx li tinżamm anki għaliex se jkun hemm, minn naħa, it-tnaqqis ulterjuri tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott investigat, u, min-naħa l-oħra, il-pressjoni kompetittiva mill-produtturi ta' pajjiżi terzi, li jkunu qegħdin jikkompetu wkoll fis-suq tal-Unjoni.

(759)

Għaldaqstant, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta' miżuri kompensatorji definittivi tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   L-interess ta' importaturi mhux relatati

(760)

Kif stipulat fil-premessa (26) hawn fuq, ġiet analizzata s-sitwazzjoni tal-importaturi fil-kampjun.

(761)

B'mod ġenerali, matul il-PI, l-attività tal-erba' importaturi mhux relatati li kkooperaw li huma relatati mal-prodott ikkonċernat varjat bejn 60 % u 100 % tan-negozju totali tagħhom. Barra minn hekk, l-erba' importaturi mhux relatati li kkooperaw ġabu mir-RPĊ bejn 16 % sa 100 % tal-importazzjonijiet ta' moduli totali tagħhom, b'wieħed biss li ġab esklussivament mill-pajjiż ikkonċernat. Bħala medja, l-profittabbiltà tal-erba' importaturi mhux relatati li kkooperaw li hija relatata mal-prodott ikkonċernat kienet ta' 2,3 % fil-PI.

(762)

Tressaq argument li l-impożizzjoni ta' miżuri fuq il-prodott ikkonċernat se taffettwa b'mod negattiv l-attività kummerċjali tal-importaturi. L-ewwel nett, l-impożizzjoni ta' dazji ma għandhiex tirriżulta fl-eliminazzjoni tal-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ. It-tieni nett, għad li jista' jkun mistenni li l-impożizzjoni ta' miżuri jista' jkollha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi li jimportaw biss mir-RPĊ, fid-dawl taż-żieda possibbli fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, l-importaturi li jġibu mir-RPĊ għandhom ikunu fil-pożizzjoni li jibdlu s-sorsi tal-provvista tagħhom.

(763)

Parti interessata minnhom argumentat li l-impatt tad-dazji fuq l-importaturi mhux relatati kien sottovalutat peress li ma hemm ebda sors alternattiv immedjat ta' provvista li jista' jieħu post l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat jekk jiġu imposti dazji u l-bidla ta' sors tal-provvista hija diffiċli fid-dawl tal-fatt li l-produzzjoni l-kbira hija bbażata fir-RPĊ u dan ikun jinvolvi kostijiet sinifikanti addizzjonali.

(764)

F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li l-impożizzjoni ta' miżuri ma għandhiex tirriżulta fl-għibien tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ. L-investigazzjoni indikat li t-tnaqqis possibbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ se jkollu impatt b'mod partikolari fuq dawk l-importaturi li jġibu l-prodott ikkonċernat esklussivament mir-RPĊ, li huwa l-każ ta' wieħed minn kull erba' importaturi mhux relatati li kkooperaw biss. Rigward l-impatt tal-miżuri fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi mhux relatati, ma ġiex eskluż li dan jista' jkun negattiv, iżda ġie konkluż li fil-parti l-kbira dan se jiddependi fuq il-kapaċità tagħhom li jibdlu s-sorsi tal-provvista jew li jgħaddu tal-inqas parti miż-żieda possibbli fil-prezzijiet lill-klijenti tagħhom. Għall-operaturi li jimportaw il-prodott anki minn sorsi oħrajn minbarra r-RPĊ jew li jimportaw ukoll prodotti oħrajn minbarra l-prodott ikkonċernat, l-impatt se ikompli jiġi limitat. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li minkejja li x'aktarx ikun hemm impatt negattiv fuq l-importaturi tal-prodott ikkonċernat, dan l-impatt, bħala medja, se jibqa' limitat.

(765)

Importatur mhux relatat minnhom argumenta li jeħtieġ żmien tax-xogħol u investiment finanzjarju sinifikanti qabel jaċċetta l-prodotti ta' fornitur ġdid. F'dan ir-rigward, saret dikjarazzjoni bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali li ġiet ipprovduta evidenza rilevanti lit-tim ta' verifika meta saret iż-żjara fuq il-post fuq ir-rekwiżit ta' ttestjar twil li importatur għandu jagħmel qabel ma jieħu d-deċiżjoni li jforni minn esportatur partikolari.

(766)

Ġie rikonoxxut li t-twaqqif ta' relazzjoni ġdida bejn importatur u fornitur jista' jinvolvi kostijiet addizzjonali u investiment ta' żmien (pereżempju fl-ittestjar tal-prodott). Madankollu, dan ma jegħlibx il-bżonn li titreġġa' lura kompetizzjoni ġusta fis-suq. Fl-istess ħin, il-bidla tal-fornituri tidher li hija riskju normali kkalkolat f'attività professjonali tal-importatur u hija relatata mal-fatt li s-suq tal-PV qiegħed jimmatura u b'hekk għaddej minn bidliet kostanti (pereżempju fallimenti, konsolidazzjonijiet) li jeħtieġu l-bidla għal fornituri ġodda. Barra minn hekk, wieħed jista' jassumi li tipi ġodda ta' moduli li jilħqu s-suq fuq bażi kostanti (li jkun fihom pereżempju karatteristiċi ta' effiċjenza ġodda) jeħtieġu li jiġu ttestjati wkoll. F'dan ir-rigward, l-ittestjar ta' prodott ġdid (anki mill-istess fornitur) jidher li huwa xi ħaġa normali aktar milli attività mhux tas-soltu. Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat.

(767)

Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali, żewġ partijiet tennew id-dikjarazzjoni li l-interess tal-importaturi mhux relatati ma kienx ikkunsidrat bix-xieraq. Parti minnhom tenniet li n-nuqqas tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-importaturi addizzjonali li jikkooperaw ma ppermettietx valutazzjoni xierqa mill-partijiet. Għalhekk, hemm dubju dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-possibbiltà li importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi oħrajn fl-Unjoni jiżdiedu u b'hekk jippermettu lill-importaturi jibdlu l-fornituri tagħhom, abbażi tal-allegazzjoni li swieq terzi oħrajn qegħdin jiffjorixxu. Għal dan il-għan, il-parti ddikjarat li tali suppożizzjoni tmur kontra din il-konklużjoni stabbilita fil-premessa (749) ta' hawn fuq, jiġifieri li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma jkunux kbar ħafna. Parti oħra qajmet dubju dwar jekk il-Kummissjoni rrispettatx il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni peress li l-proċeduri tal-Unjoni ngħataw aktar prominenza fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni mill-operaturi l-oħrajn.

(768)

L-ewwel nett, ġie kkonfermat li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tar-risposti għall-kwestjonarji riċevuti wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament antidumping provviżorju mill-importaturi addizzjonali li jikkooperaw kienet inkluża fil-fajl għal konsultazzjoni mal-partijiet interessati. It-tieni nett, ma hemm l-ebda kontradizzjoni bejn is-suppożizzjoni li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn jistgħu jiżdiedu meta mqabbla ma' importazzjonijiet aktar baxxi mir-RPĊ u li tali żieda ma għandhiex tkun kbira ħafna fid-dawl tad-domanda dejjem tikber għal installazzjonijiet PV madwar id-dinja. Fl-istess ħin, peress li l-industrija tal-Unjoni hija mistennija li tieħu lura xi parti mis-sehem tas-suq li qabel kienet miżmuma mill-prodotti mir-RPĊ, ma jistax jiġi eskluż xi telf għal importaturi mhux relatati. Madankollu, ġie osservat li d-daqs globali tas-suq tal-PV huwa mistenni li jkompli jikber fit-tul, hekk kif tintlaħaq parità mal-grilja f'aktar u aktar postijiet. Fl-aħħar nett, qiegħed jiġi ċċarat li, bħal f'kull investigazzjoni ta' difiża kummerċjali oħra, filwaqt li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kinet ivvalutata sabiex jiġi stabbilit jekk sofrietx dannu materjali minħabba l-importazzjonijiet issussidjati, fil-kuntest tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni, l-interess tal-industrija tal-Unjoni ġie vvalutat fuq bażi ugwali għall-operaturi ekonomiċi l-oħrajn, inkluż importaturi mhux relatati. Qiegħed jiġi ċċarat ukoll li l-investigazzjoni dwar jekk l-industrija tal-Unjoni sofrietx jew le dannu materjali hija rregolata b'mod partikolari bl-Artikolu 8(4) għar-Regolament bażiku li jistabbilixxi l-istandards minimi ta' tali investigazzjoni. L-interess tal-Unjoni huwa analizzat biss ladarba tkun saret determinazzjoni pożittiva tas-sussidju dannuż skont l-istandards stabbiliti fl-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku. Bħala riżultat, kien ikkunsidrat li l-impatt negattiv probabbli tal-miżuri fuq ċerti importaturi, b'mod partikolari dawk li s-sorsi esklussivi tagħhom huma mir-RPĊ, ma kienx jaqbeż il-benefiċċji tal-miżuri għall-industrija tal-Unjoni u l-benefiċċji għal terminu medju u twil għas-suq tal-PV tal-Unjoni li jirriżulta minn kompetizzjoni ġusta.

(769)

Għaldaqstant, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta' miżuri fil-livell propost jista' jkollha ċertu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat.

6.4.   Interess tal-operaturi upstream

(770)

L-operaturi upstream huma primarjament attivi fil-produzzjoni ta' materja prima u fil-produzzjoni u l-inġinerija tat-tagħmir ta' manifattura għall-prodott investigat. Daħlu tmien tweġibiet għall-kwestjonarji mill-operaturi upstream. Saru żewġ żjarat ta' verifika li jkopru produttur tal-materja prima u produttur tat-tagħmir tal-manifattura.

(771)

B'mod ġenerali, matul il-PI, l-attività tat-tmien operaturi upstream li kkooperaw relatata mal-prodott investigat varjat fil-proporzjon għall-attività totali tagħhom u għal kumpanija li kkooperat waħda biss kienet tirrappreżenta 100 % tan-negozju tagħha, filwaqt li għall-oħrajn varjat bejn 6 % u 80 %. Bħala medja, fil-PI, l-attività relatata mal-prodott ikkonċernat kienet tirrappreżenta madwar 41 % tal-attività totali tal-operaturi li kkooperaw. F'termini ta' impjiegi, it-tmien operaturi upstream li kkooperaw kienu jħaddmu madwar 4 200 ruħ fil-PI. Il-profittabbiltà varjat skont is-segment u l-kumpaniji individwali minn rati għoljin sa ftit negattivi ta' profittabbiltà. L-investigazzjoni wriet li dawk l-operaturi bi profittabbiltà negattiva batew mis-sitwazzjoni mgħarrqa tal-industrija tal-Unjoni, peress li wħud mill-klijenti li tilfu kienu produtturi tal-Unjoni tal-prodott investigat, u mit-tnaqqis fil-konsum. Wara l-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott, il-produtturi fl-Unjoni ta' dan il-prodott għandhom jibbenefikaw mill-impożizzjoni ta' dazji, peress li l-industrija tal-Unjoni hija mistennija żżid il-produzzjoni ta' ċelloli u moduli tagħha.

(772)

Il-bejgħ tal-operaturi upstream tal-Unjoni kopra l-Unjoni, ir-RPĊ u pajjiżi terzi oħrajn. Fil-PI, it-tqassim tal-bejgħ kien jikkorrispondi bħala medja għal madwar 20 % tal-bejgħ fl-Unjoni, kważi 50 % għar-RPĊ u madwar 30 % għal pajjiżi terzi oħrajn.

(773)

Uħud mill-partijiet fis-settur upstream iddikjaraw li l-impożizzjoni ta' miżuri kompensatorji kienet se taffettwa l-attivitajiet kummerċjali tagħhom b'mod negattiv peress li r-RPĊ hija s-suq ta' esportazzjoni ewlieni tagħhom. Kien argumentat li d-dazji kienu se jillimitaw b'mod serju l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ lejn l-Unjoni u, minħabba dan, ir-RPĊ tillimita l-importazzjonijiet ta' polisiliċju u tagħmir ta' produzzjoni mill-Unjoni. Konsegwentement, l-operaturi upstream tal-Unjoni fl-Unjoni allegatament ikollhom inaqqsu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom u l-impjiegi.

(774)

Ġie osservat li l-għan tad-dazju mhuwiex li jiġu eliminati l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat iżda li jitreġġgħu lura kundizzjonijiet ekwi. B'hekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi għandhom jibqgħu jfornu s-suq tal-Unjoni sa ċertu grad, iżda bi prezzijiet ġusti. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-operaturi upstream tal-Unjoni huma preżenti globalment fi swieq nazzjonali differenti u għaldaqstant ma jiddependux b'mod esklussiv fuq l-esportazzjonijiet tagħhom lejn ir-RPĊ. B'hekk, huwa raġonevoli li jiġi supponut li fis-suq PV globali, l-operaturi upstream tal-Unjoni aktarx li se jkunu jistgħu jikkumpensaw għat-tnaqqis eventwali fl-esportazzjoni lejn ir-RPĊ permezz tal-esportazzjoni lejn swieq oħrajn li skont l-istudji pubblikament disponibbli dwar is-swieq huma mistennija jikbru. Xorta waħda, is-suq PV Ċiniż diġà qiegħed jaffaċċja kapaċità żejda importanti ta' produzzjoni u għaldaqstant hemm dubju dwar jekk il-produtturi tal-makkinarji tal-Unjoni jbigħux ferm iktar mit-tagħmir tal-manifattura fit-terminu qasir sa medju fir-RPĊ.

(775)

Il-partijiet interessati argumentaw li maġġoranza tal-inputs fil-katina tal-valur PV ġejja mill-Unjoni u li t-tali sitwazzjoni vantaġġuża tista' ma tibqax teżisti jekk jiġu imposti dazji. Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali, parti minnhom indikat li l-miżuri f'dan il-każ jistgħu jattivaw miżuri oħrajn li r-RPĊ tista' timponi fuq il-prodotti tal-Unjoni.

(776)

F'dan ir-rigward, l-importazzjonijiet Ċiniżi huma mistennija jkomplu jfornu s-suq tal-Unjoni anki bid-dazji fis-seħħ. Barra minn hekk, bosta sorsi pubblikament disponibbli fis-settur PV, bħall-Prospetti tas-Suq Globali għall-Fotovoltaiċi 2013-2017 (Global Market Outlook fpr Photovoltaics 2013-2017) tal-EPIA, ibassru li t-tiċkin possibbli fid-domanda fl-Unjoni għandu jseħħ biss fit-terminu qasir (fl-2013 u l-2014) u li l-konsum fl-Unjoni ser jerġa' jiżdied fis-snin ta' wara. Barra minn hekk, l-indirizzar ta' prattiki ta' kummerċ inġust aktarx li jippermettu sabiex jinbena tkabbir sostenibbli fis-suq PV fl-Unjoni fit-terminu medju u twil, li minnu għandhom jibbenefikaw l-operaturi kollha fl-Unjoni. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument dwar ir-ritaljazzjoni possibbli tar-RPĊ bi tweġiba għall-miżuri f'dan il-każ, huwa mfakkar li r-RPĊ, bħal kull membru ieħor tad-WTO, tista' tirrikorri għall-investigazzjonijiet ta' difiża kummerċjali biss f'ċirkostanzi ġġustifikati u kwalunkwe investigazzjoni bħal din trid tkun konformi mar-regoli stretti tad-WTO. Il-Kummissjoni tissorvelja kwalunkwe investigazzjoni bħal din biex tiżgura li r-regoli tad-WTO huma rispettati. Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat.

(777)

Uħud mill-partijiet ikkontestaw l-argument li t-tnaqqis fl-esportazzjonijiet ta' operaturi upstream PV tal-Unjoni lejn ir-RPĊ jista' jkun ikkumpensat minn esportazzjonijiet lejn swieq oħrajn billi argumentaw li d-dazji se jnaqqsu d-domanda dinjija għall-prodott.

(778)

F'dan ir-rigward, l-ewwel nett ta' min jinnota li l-importazzjonijiet Ċiniżi mhumiex mistennija jieqfu għal kollox minħabba d-dazji. Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni ma stabbilixxiet ebda korrelazzjoni bejn l-iżvilupp tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn swieq oħrajn. Barra minn hekk, sorsi pubblikament disponibbli, bħall-Prospetti tas-Suq Globali għall-Fotovoltaiċi 2013-2017 (Global Market Outlook fpr Photovoltaics 2013-2017) tal-EPIA, ibassru li s-suq PV dinji se jikber fis-snin li ġejjin. F'dak li għandu x'jaqsam mas-suq PV Ċiniż, hemm indikazzjonijiet li l-konsum domestiku fir-RPĊ se jiżdied sostanzjalment (pereżempju kif indikat mill-EPIA). Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, l-esportazzjonijiet tal-operaturi upstream tal-Unjoni lejn ir-RPĊ mhumiex mistennija jonqsu b'mod sinifikanti minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri.

(779)

Ta' min jinnota wkoll li t-tiċkin tad-domanda fl-Unjoni fl-2013 u l-2014 jista' jħalli impatt negattiv fuq l-operaturi upstream. Madankollu dan ma jistax ikun marbut, għallinqas mhux fil-parti maġġuri tiegħu, mad-dazji. Barra minn hekk, dwar il-produtturi tal-Unjoni ta' makkinarju għall-industrija PV, minħabba l-kapaċità żejda ta' riżerva sostanzjali fir-RPĊ, huwa improbabbli li l-esportazzjonijiet tagħhom lejn ir-RPĊ tista' tiżdied b'mod sinifikanti anki f'każ li l-produtturi Ċiniżi jżidu l-volum ta' produzzjoni tagħhom. Fl-aħħar nett, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni indikat li l-produtturi ta' makkinarju jistgħu jkunu affettwati wkoll mit-12-il pjan ta' ħames snin għall-Industrija Solari Fotovoltajka li jbassar li sal-2015 80 % tat-tagħmir ta' manifattura għaċ-ċelloli għandu jiġi mir-RPĊ. Sakemm tintlaħaq din il-bidla fil-konformità mar-regoli tad-WTO, dan jaf jillimita ulterjorment il-possibbiltà tal-manifatturi tal-makkinarju fl-Unjoni biex jikkompetu fis-suq Ċiniż. Għaldaqstant, l-argument ta' hawn fuq ġie rifjutat.

(780)

Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li t-12-il pjan ta' ħames snin għall-Industrija Fotovoltakja Solari joffri biss xi prinċipji ta' gwida ġenerali li mhumiex vinkolanti peress li ma huma previsti l-ebda setgħat ta' infurzar, u li għalhekk ma għandux jitqies bħala indikazzjoni li l-possibbiltà tal-manifatturi tal-makkinarju fl-Unjoni biex jikkompetu fis-suq Ċiniż se tkun limitata. F'dan ir-rigward, qiegħed jiġi nnotat li l-GTĊ inkluda l-industrija PV fost l-industriji strateġiċi fit-12-il Pjan ta' Ħames Snin u ħareġ ukoll pjan speċifiku għall-industrija fotovoltajika solari. Fil-pjan tiegħu, il-GTĊ esprima l-appoġġ tiegħu għal “impriżi superjuri” u “impriżi ewlenin”, u impenja ruħu li “jippromwovi l-implimentazzjoni ta' bosta politiki li jappoġġaw l-industrija fotovoltajka”, u li “jsawwar tħejjija ġenerali ta' politiki ta' appoġġ fuq l-industrija, il-finanzi, it-taxxa …”. Barra minn hekk, peress li l-pjan jinkludi direttivi essenzjali li għandhom jiġu ssodisfati mill-industrija Ċiniża matul il-perjodu ta' ħames snin, dan għandu impatt fuq l-isfond tan-negozju, kemm fir-RPĊ kif ukoll f'pajjiżi li jagħmlu negozju mar-RPĊ. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, hemm indikazzjonijiet ċari li l-libertà ta' għażla tal-manifatturi Ċiniżi ta' ċelloli u l-pressjoni kompetittiva tal-produtturi tal-Unjoni tat-tagħmir ta' manifattura li jesportaw lejn is-suq Ċiniż hija ristretta mill-pjan. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(781)

Produttur minnhom tal-materja prima li kkoopera kkontesta l-prospett ta' kumpens ta' swieq oħrajn għat-tnaqqis fil-produzzjoni mis-suq Ċiniż, fid-dawl tal-kapaċità ta' produzzjoni installata sostanzjali fir-RPĊ, li mhux faċli tinbena xi mkien ieħor. Dan l-argument huwa mwarrab peress li ma hemm l-ebda indikazzjoni tal-allegat tnaqqis fil-produzzjoni fis-suq Ċiniż.

(782)

Parti interessata minnhom ikkontestat in-numru ta' impjegati fis-settur upstream ikkwotat fil-premessa (236) għar-Regolament antidumping provviżorju. Ġie ċċarat li n-numru ta' 4 200 impjegat jirreferi biss għall-operaturi upstream li kkooperaw, bħal manifatturi ta' tagħmir u fornituri ta' polisiliċju, fuq il-bażi tat-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarji, u mhux għas-settur sħiħ.

(783)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li l-impatt tal-miżuri kompensatorji fuq il-produtturi ta' makkinarji ma jkunx sinifikanti, filwaqt li l-impatt fuq il-fornitur tal-materja prima jista' jkun negattiv fit-terminu qasir fid-dawl tat-tnaqqis possibbli ta' bejgħ lejn ir-RPĊ.

6.5.   L-interess tal-operaturi downstream

(784)

L-operaturi downstream huma primarjament attivi fl-iżvilupp ta' proġetti, il-kummerċjalizzazzjoni, il-komunikazzjonijiet u l-installazzjonijiet PV. Daħlu tlettax-il tweġiba għall-kwestjonarji downstream mill-operaturi downstream, jiġifieri sebgħa minn operaturi li l-attività tagħhom hija relatata direttament mal-prodott simili (jiġifieri l-iżviluppaturi tal-proġetti u installaturi u sitta minn fornituri tas-servizzi fis-settur PV (loġistika, trasport, relazzjonijiet pubbliċi, eċċ.) operaturi li l-attività tagħhom mhijiex relatata direttament mal-prodott li qiegħed jiġi investigat. Dawn it-tweġibiet għall-kwestjonarji inkludew it-tweġiba riċevuta minn importatur wieħed mhux relatat li spiċċa jikkwalifika bħala operatur downstream, peress li l-attività ewlenija tiegħu hija l-installazzjoni (ara l-premessa (25) hawn fuq).

(785)

Fil-premessa (242) tar-Regolament antidumping provviżorju, ġie vvalutat li b'mod ġenerali, l-attività tal-operaturi downstream (installaturi u żviluppaturi ta' proġetti) fir-rigward tal-prodott investigat kienet tvarja meta mqabbla mal-attività totali tagħhom. Bħala medja, fl-PI, kienet tirrappreżenta 41 %. Bħala medja, il-profittabbiltà tal-operaturi li kkooperaw li kienet relatata mal-prodott kienet ta' madwar 11 %, fl-PI. F'termini ta' impjiegi, fl-PI is-seba' operaturi downstream li kkooperaw ħaddmu madwar 550 ruħ.

(786)

Bosta partijiet ikkontestaw ir-rappreżentattività tad-dejta li tikkonċerna l-operaturi downstream dwar il-fatturat, il-profittabbiltà u l-impjiegi miġjuba mill-Kummissjoni mit-tweġibiet għall-kwestjonarji mis-seba' operaturi downstream. L-AFASE ssottomettiet “stħarriġ” imwettaq fost il-membri tagħha (installaturi) biex turi li għall-biċċa l-kbira tal-installaturi, in-negozju PV jikkostitwixxi sors primarju tad-dħul. L-AFASE kompliet tallega wkoll li l-operaturi downstream, b'mod partikolari l-installaturi, għall-kuntrarju tas-sejbiet stipulati fil-premessa (242) għar-Regolament antidumping provviżorju jibdew jagħmlu biss marġnijiet ta' profitt b'figura waħda li ma jippermettu li jiġi assorbit l-ebda dazju.

(787)

Fir-rigward tar-rappreżentattività tad-dejta użata fir-Regolament antidumping provviżorju, il-Kummissjoni użat id-dejta kollha pprovduta minn dawk l-operaturi downstream li mlew il-kwestjonarju speċifiku, kif ukoll is-sottomissjonijiet ipprovduti mill-AFASE, kif spjegat fil-premessa (737) hawn fuq.

(788)

Rigward id-dikjarazzjoni li n-negozju PV jikkostitwixxi sors primarju ta' introjtu għall-installaturi, analiżi ulterjuri tat-tweġibiet għall-kwestjonarji sottomessi mis-seba' operaturi downstream (installaturi u żviluppaturi ta' proġetti) ikkonfermat li l-attività direttament relatata mal-prodott simili taħt investigazzjoni tirrappreżenta bħala medja madwar 42 % tal-attività kollha ta' dawn l-operaturi u l-profitabilità kienet ugwali għal 11 % bħala medja. Madankollu, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll l-attivitajiet tagħhom (mhux relatati direttament mal-prodott li qiegħed jiġi investigat), l-importanza ġenerali tagħhom tiżdied b'mod sostanzjali għal tlieta mis-seba' operaturi. Minħabba dan, il-proporzjon korrispondenti jvarja bejn madwar 45 % sa 100 % matul il-PI. Barra minn hekk, għas-seba' operaturi (installaturi u żviluppaturi tal-proġett), il-profittabbiltà tal-attività tal-PV inkluż l-attività li mhijiex marbuta direttament mal-prodott li qiegħed jiġi investigat tammonta għal 9 % bħala medja. F'dak li għandu x'jaqsam mal-impjiegi, l-attività tal-PV inkluż l-attivitajiet li mhumiex marbuta direttament mal-prodott li qiegħed jiġi investigat tammonta għal madwar 660 impjieg full-time fl-PI għal seba' operaturi. Minbarra proġetti u installazzjonijiet PV, dawn l-operaturi kienu attivi wkoll f'installazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ u l-produzzjoni ta' tagħmir elettriku.

(789)

Ġie meqjus li kwalunkwe impatt tal-miżuri fuq l-operaturi downstream irid ikun ivvalutat primarjament fuq l-attività tagħhom direttament relatata mal-prodott investigat li fil-PI laħaq profitabilità ta' 11 % bħala medja. Madankollu, anki jekk hija vvalutata fuq il-bażi tal-attività PV ġenerali mhux direttament relatata mal-prodott taħt investigazzjoni, il-konklużonijiet mhumiex se jinbidlu b'mod sinifikanti peress li, b'mod ġenerali, il-bosta fatturi kkunsidrati, jiġifieri l-profittabbiltà u l-possibbiltà ta' assorbiment ta' parti mid-dazju, ma jvarjawx b'mod sinifikanti (il-profitabilità tonqos minn 11 % bħala medja għal 9 % bħala medja). Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali, parti minnhom, li l-Kummissjoni għamlet żjara ta' verifika fis-sit tagħha, ikkontestat ir-rappreżentanza tal-konklużjoni dwar il-profittabbiltà tal-installaturi u l-iżviluppaturi, li, sa fejn huwa kkonċernat, tkun allegatament ibbażata fuq tranżazzjoni waħda. Dan l-argument huwa miċħud peress li l-Kummissjoni kkalkolat il-profittabbiltà tal-operaturi downstream, abbażi tad-dejta sottomessa mill-operaturi downstream fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarji.

(790)

Rigward l-istħarriġ konkluż mill-AFASE fost il-membri tagħha, l-ewwel nett ġie osservat li l-operaturi kollha kellhom l-opportunità li jgħarrfu bil-preżenza tagħhom fil-bidu tal-investigazzjoni u jwieġbu għall-kwestjonarju speċifiku mfassal għall-operaturi downstream li jitlob l-informazzjoni neċessarja għall-valutazzjoni tal-impatt tad-dazji fuq dawn l-operaturi. It-tieni nett, l-identità tal-installaturi ma kinitx ipprovduta fl-istħarriġ, u dan ma ppermettiex li ssir verifika ta', pereżempju, ir-rilevanza u l-kredibbiltà tad-dejta pprovduta. It-tielet nett, filwaqt li numru ta' mistoqsijiet li saru f'dan l-istħarriġ kien jikkonċerna l-kapaċità tal-installaturi sabiex jassorbu d-dazji possibbli, l-istħarriġ kien nieqes minn kwalunkwe referenza għall-profitt li sar minn dawn l-installaturi fil-PI, u b'hekk ma kellux element importanti għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-miżuri. Konsegwentement, ma setgħet tinħareġ l-ebda konklużjoni importanti mill-istħarriġ ipprovdut.

(791)

Tressaq argument li l-miżuri mhumiex fl-interess tal-Unjoni peress li se jżidu l-prezzijiet tal-moduli, u b'hekk jaqtgħu qalb l-utenti finali/il-konsumaturi milli jagħmlu l-installazzjonijiet. Konsegwentement, l-operaturi downstream ikollhom ferm inqas ordnijiet u jkollhom iċekknu n-negozji tagħhom. Din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq studju li saru minn Prognos dwar it-telf possibbli ta' impjiegi sottomess matul l-investigazzjoni. L-istudju jipprevedi li l-maġġoranza assoluta tal-impjiegi fis-suq PV tal-Unjoni hija fil-periklu, jekk ikunu imposti dazji. L-istudju juża stima mill-EPIA li, skont din, in-numru totali ta' impjiegi diretti li jeżistu fl-2011 fl-istadji kollha tas-suq PV tal-Unjoni inklużi produtturi tal-Unjoni, importaturi, l-operaturi upstream u downstream huwa ta' 265 000. Billi bħala punt tat-tluq ħa l-istima tal-2011 dwar l-impjiegi totali diretti fl-industrija PV, l-istudju minn Prognos ikkonkluda li minn 265 000 impjieg, sa 242 000 minnhom se jintilfu fi żmien tliet snin, skont il-livell tad-dazji. Ħafna minn dan it-telf ta' impjiegi se jseħħ allegatament fis-suq downstream, li fl-2011 Prognos qalet li jħaddem madwar 220 000 ruħ.

(792)

L-investigazzjoni ma kkonfermatx ix-xenarju ta' hawn fuq u indikat numru ferm inqas ta' impjiegi diretti li jeżistu fis-suq PV tal-Unjoni fl-2011, matul il-PI u fl-2012.

(793)

L-ewwel nett, l-investigazzjoni qajmet dubju dwar il-preċiżjoni tan-numru totali ta' impjiegi diretti fl-industrija PV kif stmat mill-EPIA. B'mod partikolari, matul iż-żjara ta' verifika fl-EPIA, deher li d-dejta sottostanti li wasslet għall-konklużjoni ta' 265 000 kienet impreċiża u ma ppermettietx li tinħareġ it-tali konklużjoni. L-informazzjoni miksuba matul iż-żjara ta' verifika tindika li n-numru ta' impjiegi diretti fl-industrija PV ikkalkolat għall-2011 kien ikollu marġni ta' żball li jasal sa 20 %. Barra minn hekk, l-istima tinkludi l-impjiegi f'pajjiżi Ewropej oħrajn barra l-Unjoni kif ukoll l-impjiegi relatati mal-prodott b'rita rqiqa, li jaqgħu barra l-ambitu ta' din l-investigazzjoni.

(794)

Ġie ċċarat li l-marġni ta' żball ta' 20 % fin-numru totali ta' impjiegi diretti fl-industrija PV kif stmat mill-assoċjazzjoni PV Ewropea, li jista' japplika 'l fuq jew 'l isfel, beda jidher matul iż-żjara ta' verifika fl-EPIA. Dan juri d-diffikultà li jiġu vvalutati figuri preċiżi fuq l-impjiegi fis-settur downstream peress li hemm biss ftit sorsi, li spiss jikkontradixxu lil xulxin, għall-ġbir ta' dejta.

(795)

Minkejja dawn id-dubji, anki li kieku ntużat l-istima oriġinali tal-impjiegi biex jiġi analizzat l-impatt fuq il-miżuri, iridu jsiru l-kummenti li ġejjin. L-istima tkopri l-impjiegi Ewropej fl-industrija PV fl-2011, li kien korrelatat ma' numru ferm għoli ta' installazzjonijiet PV fl-Unjoni dik is-sena (madwar 20 GW). Huwa raġonevoli li jiġi supponut li fid-dawl tat-tnaqqis fl-installazzjonijiet li laħqu madwar 17,5 GW fil-PI u 15 GW fl-2012, in-numru ta' impjiegi downstream b'mod partikolari, kif korrelatati direttament mal-livell ta' installazzjonijiet naqas ukoll. Għal dan l-għan, artikli mill-istampa speċjalizzata pubblikament disponibbli indikaw li fil-Ġermanja, l-ikbar suq nazzjonali, bejn l-2011 u l-2012, l-impjiegi fis-settur PV naqsu minn 128 000 għal 100 000, inklużi l-impjiegi min-naħa tal-produtturi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni qajmet dubji serji dwar jekk il-figura kinitx tinkludi biss impjiegi full time iddedikati biss għall-industrija PV. Għal dan l-għan, l-investigazzjoni skopriet li, speċjalment fis-suq downstream (installazzjonijiet) l-attività PV hija ġeneralment parti biss minn attività kummerċjali ferm usa', bl-attività kummerċjali primarja li tkun installazzjonijiet tat-tisħin jew tal-elettriku, plumbing eċċ.

(796)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, aktarx li l-impożizzjoni ta' miżuri tista' twassal għal żieda fil-prezzijiet fl-Unjoni tal-prodott investigat u b'hekk possibbilment jiġu ġġenerati inqas installazzjonijiet PV fit-terminu qasir. Minkejja dan, l-impjiegi f'din il-parti tas-suq jistgħu jkunu affettwati b'mod negattiv biss sa ċertu punt fid-dawl ta' dan li ġej. L-ewwel nett, l-attività relatata mal-PV għal tal-inqas uħud mill-installaturi għadha tikkostitwixxi biss parti mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom u hija staġonali wkoll. Għaldaqstant, l-installaturi għandhom ikunu jistgħu jwettqu attivitajiet oħrajn f'sitwazzjoni ta' domanda mnaqqsa għall-installazzjonijiet PV. Peress li l-għanijiet tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza enerġetika maqbula fil-livell tal-Unjoni huma legalment vinkolanti fuq l-Istati Membri, huwa mistenni li d-domanda mnaqqsa għall-installazzjonijiet solari se tfisser domanda ikbar għal forom oħrajn ta' elettriku rinnovabbli u effiċjenza enerġetika. Ħafna mill-impjegati fis-settur downstream aktarx li jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex jibbenefikaw miż-żieda fid-domanda f'dawn is-setturi simili. It-tieni nett, fid-dawl tal-profitti eżistenti fis-suq downstream (ara l-premessa (785) hawn fuq) l-installaturi għandhom ikunu kapaċi jassorbu parti miż-żieda fil-prezzijiet u b'hekk jillimitaw l-impatt fuq il-prezzijiet finali u fuq id-domanda għal installazzjonijiet PV.

(797)

B'mod indipendenti mill-impożizzjoni ta' dazji, it-tbassir pubblikament disponibbli fuq id-domanda għall-installazzjonijiet PV jindikaw tiċkin probabbli fid-domanda fl-2013, bl-installazzjonijiet annwali ta' bejn 9,8 GW u 16,5 GW fl-2013, li aktarx li xorta waħda jkollhom impatt negattiv fuq in-numru ta' impjiegi fis-suq downstream.

(798)

Fl-aħħar nett, ġie mfakkar li ż-żieda possibbli tal-prezzijiet PV aktarx li sseħħ xorta waħda hekk kif il-produzzjoni tar-RPĊ li tforni s-suq tal-Unjoni tidher li qiegħda tagħmel telf fil-parti l-kbira, u din hija sitwazzjoni insostenibbli.

(799)

F'dak li għandu x'jaqsam ma' telf ta' impjiegi, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni kkonfermat li s-settur downstream kien qiegħed jara telf ta' impjiegi minħabba t-tiċkin tad-domanda għal installazzjonijiet PV fl-Unjoni ta' madwar 5 GW bejn l-2011 u l-2012. Dan it-telf ta' impjiegi ma jistax ikun marbut mal-miżuri peress li dawn irriflettew evoluzzjoni tas-suq. Barra minn hekk, fl-2013 u l-2014 huwa previst tiċkin ulterjuri tad-domanda u aktarx li dan se jirriżulta f'iktar telf ta' impjiegi fis-settur PV. B'mod simili, it-tali evoluzzjoni tad-domanda tbassret minn ċentri kbar ta' riċerka qabel il-bidu tal-investigazzjoni u, għaldaqstant, it-tali telf ta' impjiegi ma jistax ikun attribwit għall-impożizzjoni ta' miżuri.

(800)

L-industrija tal-Unjoni ssottomettiet studju mill-konsulent PriceWaterHouseCoopers (PWC) dwar l-impatt possibbli ta' miżura fuq impjiegi relatati mal-industrija PV. L-istudju ta' PWC jirreferi għall-istudju minn Prognos, li bassar telf qawwi ta' impjiegi fis-suq PV li jirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri, li kien sottomess minn l-AFASE qabel l-impożizzjoni ta' dazji antidumping provviżorji u li kien indirizzat fil-premessa (791) hawn fuq. L-istudju ta' PWC ikkritika l-istudju ta' Prognos li indika li t-telf totali ta' impjiegi stmat minn Prognos kien jaqbeż in-numru totali ta' impjiegi PV eżistenti fl-Unjoni. Rigward l-impatt tad-dazji fis-suq tal-Unjoni, PWC laħqet konklużjonijiet kuntrarji għal dawk ta' Prognos, billi bassret impatt nett pożittiv fuq l-impjiegi fl-Unjoni u li l-benefiċċji jegħlbu l-effetti negattivi possibbli tad-dazji (pereżempju fuq id-domanda).

(801)

AFASE argumentat li l-Kummissjoni ma ddivulgatx is-sors tal-marġini ta' żball ta' 20 % għax-xogħlijiet tal-PV diretti kkalkolat għall-2011 mill-EPIA.

(802)

Dan il-marġni ta' żball ta' 20 %, li jista' japplika 'l fuq jew 'l isfel, beda jidher matul iż-żjara ta' verifika fl-EPIA. Dan juri d-diffikultà li jiġu vvalutati figuri preċiżi fuq l-impjiegi fis-settur downstream peress li hemm biss ftit sorsi, li spiss jikkontradixxu lil xulxin, għall-ġbir ta' dejta.

(803)

Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali xi partijiet iddikjaraw li l-analiżi tal-Kummissjoni ma qalet xejn dwar il-fatt li d-dazji se jwasslu għal aktar telf ta' impjiegi li jirriżultaw min-numru iżgħar ta' installazzjonijiet PV wara l-2011. Ġie argumentat li tali telf ta' impjiegi, b'mod partikolari fis-settur downstream, kien marbut mill-qrib mal-fatt li l-installaturi PV jiddependu fuq l-installazzjonijiet solari. Barra minn hekk, l-AFASE kkritikat lill-Kummissjoni talli ma kkunsidratx b'mod xieraq l-istħarriġ li wettqet fost il-membri tagħha u stħarriġ simili mwettaq minn Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Solari tar-Renju Unit, li allegatament wera t-tali dipendenza.

(804)

Fir-rigward tal-allegat silenzju tal-Kummissjoni fir-rigward tal-impatt tad-dazji fuq l-impjiegi, issir referenza għall-premessi (799) u (800) ta' hawn fuq, fejn id-dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw l-impatt tal-miżuri fuq l-impjiegi fis-settur PV huma indirizzati u fejn ġie rikonoxxut li l-impjiegi fis-settur downstream jistgħu jiġu affettwati fit-terminu qasir minħabba l-miżuri.

(805)

Fir-rigward tal-istħarriġ imwettaq mill-AFASE u l-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Solari tar-Renju Unit, bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali ġiet ipprovduta l-identità tal-kumpaniji li pparteċipaw fl-intervista. Madankollu, l-istħarriġ baqa' defiċjenti, peress li pereżempju ċerti tweġibiet ma kinux kompluti. L-analiżi tal-istħarriġ uriet dan li ġej. Fir-rigward tal-istħarriġ mill-AFASE, l-ewwel ġie nnotat li l-maġġoranza tal-50 installatur li wieġbu għall-intervista ddikjaraw li huma esklussivament attivi fis-suq tal-PV. 15 minn 50 installatur iddikjaraw li huma attivi wkoll f'attivitajiet mhux tal-PV oħrajn bħat-tisħin, l-installazzjonijiet tal-elettriku, u r-riħ sa ċertu punt. Fil-każ tal-istħarriġ tar-Renju Unit, 21 minn 31 kumpanija tar-Renju Unit li wieġbu għall-intervista kellhom ukoll attivitajiet tal-PV oħrajn differenti. Dan ir-riżultat juri li fir-rigward ta' kważi nofs l-iżviluppaturi u l-installaturi tal-proġett, is-sejba stabbilita fil-premessa (247) għar-Regolament antidumping provviżorju dwar il-kapaċità li jitwettqu attivitajiet bħal tal-installazzjonijiet tal-elettriku u tat-tisħin, il-plumbing u installazzjonijiet ta' enerġiji ekoloġiċi oħrajn, hija korretta. Madankollu, ġie rikonoxxut li din il-kapaċità tista' teżisti sa ċertu punt inqas milli wieħed jassumi fir-Regolament antidumping provviżorju. L-impatt ta' mitigazzjoni tagħha fuq it-telf ta' impjiegi jista' għaldaqstant ikun anqas importanti milli wieħed jassumi fil-bidu. It-tieni nett, xi wħud mill-operaturi mistħarrġa mill-AFASE u l-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Solari tar-Renju Unit kienu qegħdin jużaw prodotti magħmulin fl-Unjoni u xi wħud jipprevedu x-xiri ta' prodotti mhux Ċiniżi wara l-miżuri biex tiġi evitata żieda fil-prezz.

Għalhekk, id-dipendenza tagħhom fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-impatt tal-miżuri huwa mistenni li jitnaqqas hekk kif ikunu jistgħu jaċċessaw prodotti magħmula fl-Unjoni. It-tielet nett, l-istima tal-impatt tal-miżuri fuq in-negozji tal-operazzjonijiet kollha mistħarrġa ma ppermettietx li jkun hemm konklużjonijiet sodi peress li l-valutazzjoni tagħhom kienet varjata ħafna. Xi kumpaniji saħansitra ma setgħux jivvalutaw tali impatt. Ir-raba' nett, anki t-tweġibiet għall-mistoqsija dwar in-numru ta' proġetti tal-PV li jirriskjaw il-kanċellazzjoni f'każ ta' dazji li jvarjaw minn “mhux ħafna” għall-“proġetti kollha” fl-istħarriġ tar-Renju Unit. Xi operaturi ma setgħux jagħmlu stima. Fl-aħħar nett, iż-żewġ stħarriġiet ma investigawx il-profittabbiltà tal-operaturi ekonomiċi intervistati, li hija importanti għall-valutazzjoni tal-assorbiment possibbli taż-żieda fil-prezz, jekk xejn, li tirriżulta mid-dazju.

(806)

Bosta partijiet iddikjaraw li l-installaturi ma tantx jistgħu jibdlu faċilment l-attivitajiet tagħhom jew jaqilbu għal installazzjonijiet tal-enerġija ekoloġika oħra minħabba t-teknoloġiji u l-għarfien ferm differenti involuti. Għaldaqstant, jekk ikunu imposti d-dazji, dawn ikollhom jagħlqu. Wara d-divulgazzjoni finali, din id-dikjarazzjoni ġiet imtennija minn parti interessata waħda, fejn argumentat li l-installaturi investew riżorsi sostanzjali fl-ispeċjalizzazzjoni fil-PV, bħal taħriġ speċifiku, li juri li l-fokus ewlieni tagħhom huwa fuq is-settur PV u li ma jkunux jistgħu jaqilbu faċilment għal attivitajiet oħrajn.

(807)

Dan l-argument ma ġiex sostanzjat b'mod suffiċjenti peress li ma ntweriex biżżejjed x'għarfien preċiż installatur kien ikollu bżonn jikseb u kemm hu diffiċli u kemm jiswa flus biex jinkiseb. Xorta waħda, l-istituzzjonijiet jagħrfu li l-installaturi żviluppaw għarfien speċifiku għall-installazzjoni tal-moduli PV. Madankollu, l-iżvilupp ta' dan l-għarfien huwa relattivament riċenti u jżid mal-ħila primarja tal-installaturi kemm ta' installazzjonijiet tal-elettriku kif ukoll tas-sħana, mogħdija ta' pajpijiet tal-ilma eċċ. Dan żviluppa wkoll b'rispons għal prattika inġusta, jiġifieri bl-influss massiv ta' importazzjonijiet issussidjati mir-RPĊ. B'mod indipendenti mill-ħiliet speċjalizzati tal-impjegati tal-installaturi, l-argument irid jiġi kkunsidrat b'mod parallel mal-analiżi li saret fil-premessi minn (792) sa (800) hawn fuq dwar is-sitwazzjoni tal-impjiegi fis-settur downstream li, fuq perjodu ta' żmien qasir, jista' jintlaqat ħażin, iżda li, grazzi għall-kummerċ sostenibbli, twassal għal żieda fl-impjiegi ta' installaturi fuq perjodu ta' żmien medju għal twil. Għalhekk, l-argument ġie rifjutat.

(808)

Bosta partijiet ikkontestaw l-abbiltà tal-operaturi downstream sabiex jassorbu anki b'mod parzjali ż-żieda possibbli fil-prezzijiet. Dan l-argument ma kienx sostanzjat biżżejjed u b'hekk ma setax jiġi vvalutat kemm hija preċiża din l-allegazzjoni. Il-profittabbiltà tal-operaturi downstream li kkooperaw relatata direttament mal-prodott ikkonċernat, ġiet ivvalutata għal madwar 11 % bħala medja u dan iħalli għall-operaturi inkwistjoni l-possibbiltà li jassorbu tal-inqas parzjalment parti miż-żieda fil-prezzijiet, jekk din isseħħ. F'dan il-kuntest, huwa mfakkar li x-xejra ġenerali tal-prezzijiet hija negattiva.

(809)

Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali, xi partijiet interessati tennew id-dikjarazzjoni tar-riskju serju ta' kontrazzjoni tad-domanda għall-prodotti solari fl-Unjoni bħala riżultat tal-miżuri, li skont dawn il-partijiet jitkellmu kontra l-miżuri. Parti minnhom argumentat li l-enerġija solari bħalissa għandha elastiċità tal-prezz tad-domanda għolja u anki żieda limitata fil-prezz tal-prodotti solari tirriżulta f'kontrazzjoni severa tad-domanda. Din il-parti stmat li dazju kumpensatorju fil-firxa ta' 30 % jista' jkompli jnaqqas id-domanda bi 8 GW filwaqt li dazju ta' 50 % inaqqas id-domanda b'10 GW. Fuq l-istess linja, l-AFASE rreferiet għal studju li sar minn analista tas-suq, li jipprevedi wkoll kontrazzjoni tad-domanda li tista' tilħaq 2 GW fl-2013 bħala riżultat ta' dazju ta' 50 %, b'hekk kontradizzjoni ta' daqs ferm iżgħar.

(810)

Minkejja li ġew sottomessi xenarji ta' kontrazzjoni differenti mill-partijiet matul l-investigazzjoni flimkien ma' dawk imsemmija hawn fuq, ma kellhomx riżultati paragunabbli. Filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li d-dazji jistgħu jwasslu għal kontradizzjoni fid-domanda għall-installazzjonijiet PV, il-kwantifikazzjoni ta' tali effetti hija diffiċli biex tiġi stabbilita fid-dawl tad-diversi elementi li jinfluwenzaw l-attrazzjoni tal-installazzjonijiet PV fl-Unjoni. Barra minn hekk, jekk ikun hemm tali kontrazzjoni f'terminu qasir, il-benefiċċji f'terminu medju u f'terminu twil li jirriżultaw minn kummerċ ġust huma mistennija li jaqbżu l-impatt negattiv f'terminu qasir. Fl-aħħar nett, l-AFASE nnifisha rrikonoxxiet li l-valutazzjoni tar-rabta diretta bejn id-domanda u d-dmirijiet tkun disponibbli biss ladarba jiddaħħlu fis-seħħ id-dazji. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(811)

Kif stipulat fil-premessa (784) hawn fuq, daħlu sitt tweġibiet għall-kwestjonarji minn fornituri tas-servizzi fis-settur PV (loġistika, trasport, relazzjonijiet pubbliċi, eċċ.) b'hekk operaturi li l-attività tagħhom mhijiex relatata direttament mal-prodott investigat. Dawn it-tweġibiet instabu li jipprovdu indikazzjonijiet dwar l-importanza relattiva tal-attività relatata mal-industrija PV meta mqabbla mal-attività totali tal-operaturi kkonċernati li kkooperaw. Minkejja ċerti nuqqasijiet fit-tweġibiet, id-dejta fil-kwestjonarji ppermettiet li jiġi vvalutat li l-attività relatata mal-industrjia PV ta' dawn l-operaturi hija marġinali meta mqabbla mal-attività totali tagħhom. Tabilħaqq, bħala medja, l-attività relatata mal-industrija PV kienet tirrappreżenta biss madwar 5 % tal-fatturat totali tagħhom u madwar 8 % tal-impjiegi totali. Rigward il-profittabbiltà, bħala medja din kienet ta' madwar 7 %. Madankollu, ġie osservat li d-dejta dwar il-profittabbbiltà ma kinitx kompluta, peress li mhux l-operaturi kollha rrapportaw fuq din l-entrata. Għaldaqstant, ġie konkluż li, kwalunkwe impatt possibbli tal-miżuri fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-fornituri tas-servizzi fis-settur PV aktarx li ma jkunx sinifikanti.

(812)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li l-impatt tal-miżuri fuq l-operaturi downstream ikun sa ċertu punt limitat negattiv fit-terminu qasir, fid-dawl tal-konċentrazzjoni ogħla fl-installazzjonijiet milli f'xenarju kontrafattwali mingħajr dazji mbassra minn ċentri ta' riċerka kbar u sal-punt li d-dazju ma jistax ikun assorbit mill-operaturi downstream. Minkejja t-tnaqqis possibbli fid-domanda għal installazzjonijiet PV, l-installaturi għandhom ikunu jistgħu jwettqu attivitajiet oħrajn, kemm jekk relatati ma' sorsi tal-enerġija ekoloġika oħra jew l-attività kummerċjali ewlenija tal-installaturi, kif imsemmi hawn fuq. Fid-dawl tad-dejta pprovduta, ġie konkluż li kwalunkwe impatt possibbli tal-miżuri fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-fornituri tas-servizzi fis-settur PV aktarx li ma jkunx sinifikanti.

6.6.   Interess tal-utenti finali (konsumaturi)

(813)

L-ebda parti li tirrappreżenta direttament l-interessi tal-utenti finali bħal assoċjazzjonijiet ta' konsumaturi ma għamlet xi rappreżentazzjoni. F'dan il-każ, issir referenza għal żewġ tipi ta' utenti finali: konsumaturi (unitajiet domestiċi) u utenti finali oħrajn (pereżempju istituzzjonijiet, investituri oħrajn). L-investigazzjoni wriet li kienu biss kwart mill-installazzjonijiet PV eżistenti fl-Unjoni (l-hekk imsejħa installazzjonijiet iżgħar fuq il-bjut) li kienu ordnati minn konsumaturi. L-installazzjonijiet l-oħrajn (industrijali u kummerċjali mmuntati fuq l-art ta' skala ferm ikbar) kienu ordnati minn utenti finali oħrajn.

(814)

Bosta partijiet iddikjaraw li jekk ikunu imposti miżuri, il-konsumaturi jbatu minn żieda fil-prezz tal-moduli PV. Filwaqt li minħabba d-dazji, il-prezzijiet tal-moduli PV fis-suq tal-Unjoni jistgħu jkunu mistennija li jiżdiedu kemxejn, aktarx li l-konsumaturi u l-utenti finali l-oħrajn ikunu affettwati biss sa ċertu punt limitat għaliex l-investigazzjoni wriet li l-prezz ta' moduli jirrappreżenta sa 50 % tal-kostijiet totali ta' installazzjonijiet PV. Fid-dawl tal-marġnijiet ta' profitt miksuba mill-iżviluppaturi ta' proġetti u installaturi, huwa raġonevoli li jiġi supponut li ż-żieda eventwali fil-prezzijiet ta' moduli għall-konsumatur tista' tal-inqas f'parti minnha tkun assorbita u għaldaqstant mitigata. Fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, ġie konkluż li l-miżuri bil-livell ta' dazju propost se jittieħdu tal-inqas b'mod parzjali fil-katina tal-provvista u, għaldaqstant, mhux bilfors jirriżultaw fi prezzijiet ogħla għall-konsumatur fil-livell tal-konsumaturi.

(815)

Ġie osservat ukoll li jekk ma jiddaħħlux dazji, l-għibien probabbli tal-industrija tal-Unjoni jista' jħalli lill-konsumaturi b'sors wieħed biss ta' provvista ta' moduli fil-ġejjieni. F'dan ix-xenarju, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkunu f'pożizzjoni li jkomplu jsaħħu l-pożizzjoni ferm b'saħħitha tagħhom fis-suq u dan jista' jirriżulta wkoll f'żidiet fil-prezzijiet fit-terminu qasir sa medju għad-dannu tal-konsumaturi/utenti finali. Xorta waħda, kif intqal hawn fuq, iż-żieda fil-prezzijiet aktarx li sseħħ xorta fid-dawl tal-fatt li l-produzzjoni tar-RPĊ qiegħda tagħmel it-telf.

(816)

Uħud mill-partijiet argumentaw li d-dazji jżidu l-prezz tal-prodott investigat. Konsegwentement, ikun hemm tnaqqis fid-domanda għal installazzjonijiet PV peress li jsiru jiswew wisq għall-konsumaturi u ma jattirawx investituri oħrajn biżżejjed.

(817)

Kif diġà ntqal fil-premessa (752) anki jekk jista' jkun hemm żieda temporanja tal-prezzijiet minħabba l-impożizzjoni ta' miżuri, ix-xejra ġenerali tal-prezzijiet hija negattiva kif ikkonfermat minn bosta sorsi pubbliċi. Għaldaqstant, l-argument huwa mwarrab. Filwaqt li diffiċli tikkwantifika ż-żieda possibbli eżatta fil-prezzijiet li tirriżulta mill-miżuri u tiċkin possibbli konsegwenti tad-domanda, jitfakkru bosta elementi. L-ewwel nett, il-prodott investigat jikkostitwixxi sa 50 % tal-kost totali ta' installazzjoni PV u għalhekk, id-dazju jista' jkun assorbit tal-inqas f'parti minnu. It-tieni nett, il-kompetizzjoni tal-industrija tal-Unjoni mal-produtturi ta' pajjiżi terzi, diġà preżenti fis-suq tal-Unjoni, aktarx li żżomm il-prezzijiet baxxi. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni għandu jirnexxilha tikseb riżultati finanzjarji aħjar bis-saħħa tal-ekonomiji tal-kobor li jirriżultaw minn użu aħjar tal-impjanti ta' produzzjoni u l-kost imnaqqas tal-produzzjoni. It-tielet nett, id-domanda għal installazzjonijiet PV mhijiex korrelatata biss mal-livelli tal-prezzijiet tal-prodott investigat iżda anki mal-livell tal-FITs. Fil-livelli baxxi ta' domanda ta' żmienna, meta mqabbla ma' dawk miksuba fl-2011 u fil-PI, huwa mistenni li l-FITs ma għandhomx jonqsu tant malajr bħal fil-perjodu kkunsidrat, u dan għandu jippermetti li jkun hemm investiment kontinwu fi proġetti PV. Għalhekk, l-argument ġie rifjutat.

(818)

Bi tweġiba għad-divulgazzjoni finali, parti minnhom ikkontestat ir-raġunament ta' hawn fuq. Din iddikjarat li x-xejra negattiva tal-prezz ma tistax tinżamm wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Il-parti fakkret li l-miżuri jirrappreżentaw żieda sinifikanti ħafna fin-nefqa li ma tistax tiġi kkumpensata mit-tnaqqis fin-nefqa u/jew l-importazzjoni mill-pajjiżi terzi. Barra minn hekk, kien imtenni li l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun tista' twettaq investimenti ġodda fl-impjanti u l-makkinarju u l-operaturi downstream jistgħu jassorbu xi ftit jekk il-profitt tagħhom huwa ta' 11 %. Fl-aħħar nett, ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-FITs jistgħu jikkumpensaw għaż-żieda fil-prezz.

(819)

Ġie mfakkar li għall-kuntrarju ta' din id-dikjarazzjoni, mhuwiex mistenni li ż-żieda fil-prezz mill-miżuri tiġi kkumpensata b'mod sħiħ iżda aktar li tkun possibbli żieda temporanja fil-prezz wara l-miżuri (ara l-premessa (247) għar-Regolament antidumping provviżorju). Tali żieda fil-prezz tista' tirriżulta mid-differenza fil-livell tal-prezz bejn il-prezzijiet sussidjati Ċiniżi u l-prodotti mhux Ċiniżi. Madankollu, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni tippemetti li ssir id-dikjarazzjoni li ż-żieda eventwali fil-prezz tista' tiġi assorbita parzjalment minn numru ta' fatturi fid-dawl tal-profitti fis-settur downstream fil-livell ta' 11 % bħala medja. Fl-aħħar nett, fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-FITs jistgħu jikkumpensaw iż-żieda fil-prezz, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-FITs se jiġu aġġustati matul iż-żmien f'konformità mal-iżvilupp tal-prezzijiet għall-proġetti.

(820)

Parti minnhom iddikjarat li minn Marzu 2013, il-prezzijiet tal-moduli żdiedu b'20 % fl-Unjoni u li hemm nuqqas qawwi ta' ħażniet mill-2013. L-argument ma ġiex sostanzjat u għall-kuntrarju, is-sorsi ta' informazzjoni pubblika jikkonfermaw stabbiltà relattiva tal-prezzijiet fit-tieni trimestru tal-2013. Anki jekk l-informazzjoni kienet korretta, din tirrifletti biss il-fatt li wara r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, ir-riskju ta' dazju kumpensatorju ġie meqjus fil-prezz. Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat.

(821)

Parti oħra ddikjarat li l-proġetti PV ma jiġġenerawx redditu għal investitur jekk it-tnaqqis fl-FITs mhuwiex korrelatat mal-ispejjeż tal-proġetti li qegħdin jonqsu, inkluż il-prezz tal-moduli, peress li jirrappreżentaw sehem importanti mill-kostijiet fi proġett partikolari. Għal dan l-għan, ġie iddikjarat li d-dazji jixħtu f'periklu l-vijabbiltà ta' ħafna proġetti PV peress li jżidu l-prezz.

(822)

Kif stipulat fil-premessa (752) hawn fuq, ix-xejra ġenerali tal-prezzijiet tal-prodott investigat tidher li hija negattiva. Barra minn hekk, l-importanza tal-FITs fir-rigward tas-suq qiegħda tonqos hekk kif f'bosta reġjuni aktarx li tintlaħaq il-parità mal-grilja. Għal dawn ir-raġunijiet, l-argument li l-prezz tal-moduli PV jista' jkollu impatt negattiv fuq il-proġetti PV inkluża l-kwistjoni tal-vijabbiltà tagħhom ġie rifjutat.

(823)

Parti interessata minnhom ipprovdiet mudellar intern biex turi li l-vijabbiltà ta' ħafna proġetti PV kienet ipperikolata li kieku jiġu applikati d-dazji.

(824)

Dan l-immudellar ma ppermettiex li ssir kwantifikazzjoni xierqa ta' kemm tista' tonqos l-attraenza tal-investiment fl-installazzjonijiet PV (pereżempju r-redditu fuq l-investiment) f'każ ta' żidiet fil-prezzijiet tal-prodott investigat. Minkejja dan, is-suppożizzjonijiet li xi dazju jingħadda kompletament lill-utenti finali jew konsumaturi, użati fit-tali mmudellar, huwa improbabbli fid-dawl tal-marġnijiet ta' profitt eżistenti tal-operaturi downstream. Barra minn hekk, deċiżjoni ta' investiment mhijiex ibbażata biss fuq il-prezz ta' moduli iżda tiddependi wkoll fuq ħafna fatturi oħrajn inkluż, fost l-oħrajn, l-eżistenza ta' qafas ġenerali favorevoli għal installazzjonijiet PV f'pajjiż partikolari, il-livell ta' appoġġ rispettivament, il-prezz tal-elettriku (għall-parità mal-grilja). Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

(825)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta' miżuri jkollha impatt limitat b'mod ġenerali fuq il-konsumaturi u l-utenti finali l-oħrajn. Dan huwa irrilevanti mir-rwol tal-iskemi nazzjonali ta' appoġġ fl-istimulazzjoni tad-domanda għall-PV. Jekk l-iskemi nazzjonali ta' appoġġ jiġu adattati għal prezzijiet ogħla għall-pannelli solari (permezz ta' FITs ogħla), l-impatt fuq il-konsumaturi jista' jkun ineżistenti.

6.7.   Argumenti oħrajn

(826)

Uħud mill-partijiet argumentaw li l-industrija tal-Unjoni mhijiex kapaċi tforni lis-suq tal-UE bil-kwantitajiet meħtieġa u b'hekk, jekk jiġu imposti d-dazji kompensatorji, hemm riskju serju ta' nuqqas fl-Unjoni, u dan jista' jwassal għal iktar żidiet fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat.

(827)

L-investigazzjoni sabet li dan l-argument mhuwiex iġġustifikat. L-industrija tal-Unjoni ilha tuża inqas mill-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħha mill-2009. Fil-PI, ir-rata ta' użu tal-kapaċità ta' produzzjoni ta' moduli tal-Unjoni kienet ta' 41 % b'kapaċità żejda addizzjonali ta' madwar 5,7 GW; ir-rata ta' użu tal-kapaċità ta' produzzjoni ta' ċelloli tal-Unjoni kienet ta' 63 %, b'kapaċità żejda addizzjonali ta' madwar 1,2 GW. Għaldaqstant, bis-saħħa tal-kapaċità żejda, l-industrija tal-Unjoni jirnexxilha tikkompeti għal sehem addizzjonali tas-suq fit-terminu qasir. Anki fit-terminu medju, huwa raġonevoli li jiġi supponut li l-industrija tal-Unjoni se tespandi l-kapaċità ta' produzzjoni tagħha biex tkun tista' tikseb ekonomiji tal-kobor aħjar u tippermetti li jkun hemm tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet. Barra minn hekk, hemm ukoll sorsi oħrajn ta' provvista fid-dinja, li huma preżenti fis-suq tal-Unjoni u li se jkunu jistgħu jikkompetu fis-suq tal-Unjoni f'każ ta' tnaqqis fl-importazzjonijiet tal-prodotti Ċiniżi. L-investigazzjoni skopriet li l-kapaċità żejda eżistenti tal-produzzjoni mhux Ċiniża barra l-Unjoni fil-PI kienet ta' 5,6 GW għall-moduli u 6 GW għaċ-ċelloli. Għaldaqstant, ġie konkluż li l-kapaċità żejda totali tal-Unjoni u produtturi terzi barra l-Unjoni hija biżżejjed biex tpatti fit-terminu qasir għat-tnaqqis potenzjali fl-importazzjonijiet Ċiniżi fid-dawl tad-domanda għal installazzjonijiet PV fl-UE kif imbassra għall-2013 (bejn 9,8 GW u 16,5 GW) u l-2014 (9 GW u 17,1 GW) minn ċentri kbar ta' riċerka bħall-EPIA.

(828)

Anki jekk issir suppożizzjoni iktar konservattiva fuq il-kapaċità ta' produzzjoni tal-Unjoni (ara l-premessa (545) hawn fuq), il-kapaċità konġunta bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi tkun biżżejjed biex tpatti għat-tnaqqis potenzjali fit-terminu qasir tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Fit-terminu medju wkoll, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-industrija tal-Unjoni se tespandi l-kapaċità ta' produzzjoni tagħha biex tkun tista' tilħaq ekonomiji tal-kobor, li min-naħa tagħhom jippermettu li jkomplu jonqsu l-prezzijiet. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(829)

Uħud mill-partijiet argumentaw ukoll li l-impożizzjoni ta' dazji fuq il-prodott ikkonċernat se tkun ta' dannu għall-iżvilupp tas-suq PV fl-Ewropa u b'hekk l-objettivi tal-Aġenda 2020 tal-UE dwar is-sorsi rinnovabbli tal-enerġija u tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra mhumiex se jintlaħqu.

(830)

L-ewwel nett, l-objettivi tal-2020 ma jiddependux fuq l-enerġija solari b'mod esklussiv. Daqstant ieħor huma importanti enerġiji ekoloġiċi oħrajn bħal: riħ, bijomassa, idro, eċċ. Peress li ma huwa attribwit l-ebda perċentwal partikolari għall-enerġija solari għall-objettivi tal-2020, numru ftit inqas ta' installazzjonijiet PV mhuwiex mistenni li jżid il-kost ġenerali tal-Aġenda 2020. Barra minn hekk, il-prezz tal-pannelli solari huwa biss wieħed minn ħafna fatturi li huma vitali għall-iżvilupp tal-industrija PV fl-Unjoni. Daqstant ieħor huma importanti: qafas ġuridiku u finanzjarju favorevoli fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, aċċess imtejjeb għall-finanzjament ta' proġetti ta' enerġiji rinnovabbli u l-investiment fir-R&Ż. Rigward il-finanzjament tal-investimenti solari, l-impożizzjoni ta' dazji se jsaħħaħ is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tas-settur PV sħiħ. B'hekk, aktarx li ssaħħaħ ukoll l-aċċess għall-kapital kemm għall-industrija tal-Unjoni kif ukoll għall-investituri fis-settur PV. Fl-aħħar nett, huwa mfakkar li l-għan tad-dazju mhuwiex li jelimina l-importazzjonijiet Ċiniżi iżda li jreġġa' lura lejn kompetizzjoni ġusta. Jekk il-prezz tal-prodott ikkonċernat jogħla, l-evidenza fuq il-profitti miksuba fis-suq downstream tippermetti li jiġi supponut li ż-żieda fil-prezzijiet se tkun assorbita f'parti minnha mill-operaturi fis-suq downstream. Għaldaqstant, il-prezz tal-moduli ma għandux jiżdied b'mod sinifikanti għall-utenti finali/konsumaturi u d-domanda għal installazzjonijiet solari tista' tinżamm fil-medda mbassra.

(831)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ġie konkluż li, b'mod ġenerali, l-impożizzjoni ta' miżuri ma tħallix impatt avvers sinifikanti fuq politiki oħrajn tal-UE.

6.8.   Konklużjoni fuq l-interess tal-Unjoni

(832)

L-effetti pożittivi ġenerali għall-industrija tal-Unjoni jegħlbu l-impatt negattiv probabbli fuq operaturi oħrajn fis-suq PV inklużi l-utenti finali (konsumaturi).

(833)

Fid-dawl ta' dak ta' hawn fuq, ġie konkluż li fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess tal-Unjoni, ma hemm l-ebda raġuni valida kontra l-impożizzjoni ta' miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ.

7.   MIŻURI KOMPENSATORJI DEFINITTIVI

(834)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tas-sussidju, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri kompensatorji definittivi sabiex jiġi evitat iktar dannu kkaġunat lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet sussidjati.

7.1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

(835)

Għall-fini ta' determinazzjoni tal-livell ta' dawn il-miżuri, ittieħdu inkunsiderazzjoni l-marġnijiet ta' sussidju u l-ammont ta' dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni, bla ma jinqabżu l-marġnijiet tas-sussidju li nstabu.

(836)

Meta ġie kkalkolat l-ammont tad-dazju neċessarju biex jitneħħew l-effetti tas-sussidju dannuż, tqies li kwalukwe miżura għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni sabiex tkopri l-kostijiet ta' produzzjoni tagħha u sabiex tagħmel profitt qabel it-taxxa li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli minn din l-industrija f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet sussidjati, fuq bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. B'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, it-tali profitt huwa dak li jsir fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, jiġifieri qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet sussidjati. Għaldaqstant, il-profitt fil-mira kien stabbilit għal 8 % fuq il-bażi tal-profitt medju ponderat li sar mill-industrija tal-UE fl-2009 u l-2010 għall-moduli u ċ-ċelloli meta profittabbli.

(837)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-industrija tal-Unjoni ddikjarat li l-profittabbiltà tas-sena 2012 għandha tintuża bħala l-livell ta' profittabbiltà li l-industrija tal-Unjoni tista' tilħaq b'mod raġonevoli fin-nuqqas ta' importazzjonijiet issussidjati aktar milli l-marġni tal-profitt medju tas-snin 2009 u 2010. F'dan ir-rigward, kien argumentat li, l-profittabbiltà fl-2009 ma kinitx suffiċjenti u ċ-ċirkostanzi f'dawn is-sentejn kienu distinti b'mod ċar b'mod partikolari fid-dawl tal-iżvilupp fil-konsum fl-2010 li taffew l-effetti tas-sussidju f'dik is-sena F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li mhuwiex rilevanti jekk il-marġni medju tal-profitt realizzat mill-industrija tal-Unjoni kienx “suffiċjenti” meta jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu. Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu għandu jiġi bbażat fuq il-profitt li jista' jintlaħaq b'mod raġonevoli fin-nuqqas ta' importazzjonijiet issussidjati. Hija l-prattika tal-Awtoritajiet Investigattivi li jikkunsidraw li dan il-livell intlaħaq fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Bħal fil-każ tal-industrija tal-Unjoni, it-telf realizzat fir-rigward tal-bejgħ ta' ċelloli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat fl-2009, din il-metodoloġija ma kinitx xierqa u kien meqjus aktar kredibbli li d-determinazzjoni tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu tiġi bbażata fuq il-marġni ta' profitt medju tal-ewwel u t-tieni sena tal-perjodu kkunsidrat. F'dan ir-rigward, ġie kkunsidrat ukoll li huwa irrilevanti li ċ-ċirkostanzi kienu differenti f'dawn is-sentejn.

(838)

Parti interessati oħra tenniet li l-profitti fil-mira differenti għandhom jiġu stabbiliti għall-moduli u ċ-ċelloli, peress li l-profittabbiltà ta' dawn it-tipi ta' prodotti wriet xejriet differenti matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li l-indikaturi ntwerew b'mod separat għal kull tip ta' prodott, il-konklużjonijiet imfassla għal kull indikatur jirreferu għall-prodott li kien qiegħed jiġi investigat b'mod globali. Qiegħed jiġi mfakkar ukoll li l-moduli u ċ-ċelloli huma prodott uniku wieħed u għalhekk il-marġnijiet ta' sussidju u l-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu ġew stabbiliti fuq din il-bażi.

(839)

Fuq din il-bażi, ġie kkalkolat prezz mhux dannuż għall-industrija tal-Unjoni għall-prodott simili. Il-prezz mhux dannuż inkiseb billi żdied il-marġni ta' profitt imsemmi hawn fuq ta' 8 % tal-kost ta' produzzjoni matul il-PI tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(840)

Imbagħad, iż-żieda neċessarja fil-prezzijiet kienet iddeterminata fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw fir-RPĊ, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, aġġustata kif xieraq għall-kostijiet ta' importazzjoni u d-dazji doganali mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-PI. Imbagħad, kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur ta' importazzjoni medju ponderat tas-CIF.

(841)

Parti minnhom argumentat li l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kien iffokat fuq is-suq ta' livell għoli, bħas-settur residenzjali/kummerċjali żgħir, li kien jattira FITs ogħla u ssuġġeriet li, għalhekk, il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għandu jiġi aġġustat kif suppost. Ta' min jinnota li din id-dikjarazzjoni ma għandhiex tkun deċiżiva għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu, peress li l-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Unjoni ma kinux profittabbli.

7.2.   Miżuri definittivi

(842)

Fid-dawl ta' dak li ntqal s'issa, u b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-RPĊ fil-livell inferjuri tal-marġnijiet tas-sussidju jew tad-dannu li nstabu, skont ir-regola dwar l-inqas dazju. F'dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tiġi kkalkolata kif stipulat fil-livell tal-marġnijiet ta' sussidju li nstabu.

(843)

Minħabba r-rata għolja ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, id-dazju tal-“kumpaniji l-oħrajn kollha” ġie stabbilit għal-livell tal-ogħla dazju li għandu jkun impost fuq il-kumpaniji, rispettivament, fil-kampjun jew li kkooperaw fl-investigazzjoni. Id-dazju tal-“kumpaniji l-oħrajn kollha” se jiġi applikat fuq dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(844)

Għall-kumpaniji Ċiniżi mhux fil-kampjun li kkooperaw elenkati fl-Anness, ir-rata ta' dazju definittiva hija stabbilita bil-medja ponderata tar-rati tal-kumpaniji fil-kampjun.

(845)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rati li bihom jiġu imposti s-sussidji huma stabbiliti kif ġej:

Isem il-Kumpanija

Marġni tas-Sussidju

Marġni tad-Dannu

Dazju Kompensatorju

Wuxi Suntech Power Co. Ltd

Suntech Power Co. Ltd

Wuxi Sunshine Power Co. Ltd

Luoyang Suntech Power Co. Ltd

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

4,9 %

46,3 %

4,9 %

Yingli Energy (Ċina) Co. Ltd;

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd;

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

6,3 %

41,8 %

6,3 %

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd;

Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd;

Changzhou Youze Technology Co. Ltd;

Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd;

Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd

3,5 %

48,2 %

3,5 %

JingAo Solar Co. Ltd;

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd,

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd;

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd,

Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd;

5,0 %

56,5 %

5,0 %

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd;

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd;

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd,

11,5 %

58,2 %

11,5 %

LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd

11,5 %

58,2 %

11,5 %

Delsolar (Wujiang) Co. Ltd,

de minimis

64,9 %

0,0 %

Renesola Jiangsu Ltd

Renesola Zhejiang Ltd

4,6 %

80,1 %

4,6 %

Jinko Solar Co. Ltd

Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

6,5 %

60,1 %

6,5 %

Kumpaniji elenkati fl-Anness

6,4 %

51,1 %

6,4 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

11,5 %

80,1 %

11,5 %

(846)

Il-miżuri kompensatorji definittivi ta' hawn fuq kif stabbiliti fil-forma ta' dazji ad valorem.

(847)

Ir-rati ta' dazju kompensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. B'hekk, dawn ir-rati ta' dazju (għall-kuntrarju tad-dazju madwar il-pajjiżi applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma applikabbli b'mod esklussiv għal importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti mill-kumpaniji u b'hekk mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati prodotti minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fl-Artikolu 1 b'isimha u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jkunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(848)

Kwalunkwe dikjarazzjoni li titlob l-applikazzjoni ta' rata tad-dazju kompensatorju individwali għal kumpanija (pereżempju wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda ta' produzzjoni jew bejgħ) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (103) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjat ma', pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta' produzzjoni jew bejgħ. Jekk xieraq, imbagħad dan ir-Regolament se jiġi emendat kif xieraq billi jaġġorna l-lista ta' kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta' dazju individwali.

(849)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju kompensatorju, il-livell ta' dazju residwu ma għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx iżda anki għal dawk il-produtturi li ma kellhom ebda esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PI.

(850)

Il-miżuri huma imposti biex il-produtturi fl-Unjoni jkunu jistgħu jirkupraw mill-effett dannuż tas-sussidju. Meta jkun hemm xi żbilanċ inizjali bejn il-benefiċċju potenzjali għall-produtturi fl-Unjoni u l-kost għall-operaturi ekonomiċi l-oħrajn fl-Unjoni, dan l-iżbilanċ jista' jkun ikkumpensat permezz ta' żieda u/jew bidu mil-ġdid tal-produzzjoni fl-Unjoni. Madankollu, ix-xenarju previst ta' produzzjoni miżjuda fl-Unjoni jista' ma jkunx konformi mal-iżvilupp tas-suq f'dan is-suq volatili. Il-konsum ta' moduli tal-Unjoni żdied b'264 % bejn l-2009 u l-2011, biex imbagħad naqas bi 43 punt perċentwali matul il-perjodu ta' sitt xhur bejn l-2011 u l-PI. Il-volatilità tinħass saħansitra iktar meta tħares lejn il-perjodu 2006-2011, fejn il-konsum tal-Unjoni ta' moduli żdied minn inqas minn 1 GW sa kważi 20 GW jew żieda ta' madwar 2000 % f'temp ta' ħames snin biss. Din il-volatilità hija mistennija tibqa', u tbassir ippubblikat minn assoċjazzjonijiet kummerċjali juri differenzi ta' 100 % u iktar bejn ix-xenarji differenti anki għall-perjodu tat-terminu medju tal-2014-2015.

(851)

Għal dawn ir-raġunijiet, jitqies xieraq li, f'ċirkustanzi eċċezjonali bħal dawn, tiġi limitata d-durata tal-miżuri għal perjodu ta' sentejn biss.

(852)

Dan il-perjodu għandu jkun biżżejjed sabiex il-produtturi fl-Unjoni jżidu u/jew jerġgħu jibdew il-produzzjoni tagħhom, filwaqt li fl-istess ħin ma jipperikolax wisq is-sitwazzjoni ta' operaturi ekonomiċi oħrajn fl-Unjoni. Huwa meqjus li l-perjodu ta' sentejn se jkun l-iktar wieħed xieraq biex jiġi analizzat jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tabilħaqq kellhiex l-effett li żżid il-produzzjoni tal-Unjoni u b'hekk tibbilanċja l-effetti negattivi fuq l-operaturi ekonomiċi l-oħrajn fl-Unjoni.

(853)

Wara d-divulgazzjoni finali, produttur tal-Unjoni minnhom qajjem l-argument li l-perjodu limitat ta' sentejn huwa qasir wisq biex wieħed jirkupra mid-dannu mġarrab. Minbarra dan, kien argumentat li perjodu ta' sentejn ma jippermettix lill-produtturi tal-Unjoni jippreżentaw pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju għas-sena finanzjarja kurrenti u dik li ġejja. F'dan ir-rigward, huwa nnotat li t-tul tal-miżuri sa Diċembru 2015, li għandu jkun suffiċjenti għall-produtturi tal-Unjoni biex jippreżentaw il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju sal-2015.

(854)

Barra minn hekk, il-produttur tal-Unjoni ma kkontestax ir-raġunijiet għaliex il-perjodu kien limitat għal sentejn, b'mod partikolari l-volatilità tas-suq. Il-produttur apprezza espliċitament reviżjoni f'każ li l-miżuri jkunu jridu jiġu sostitwiti minħabba l-bidla fis-sitwazzjoni tas-suq. Peress li l-probabbiltà ta' bidla fiċ-ċirkostanzi tas-suq fi żmien sentejn hija tabilħaqq għolja f'dan is-suq volatili, huwa kkunsidrat xieraq li jiġu limitati l-miżuri għal sentejn mill-bidu nett.

(855)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur argumenta li sentejn mhumiex biżżejjed biex isir investiment fil-produzzjoni, billi rrefera għall-premessa (852). Madankollu, minħabba l-kapaċità żejda sostanzjali tal-industrija tal-Unjoni, żieda fil-produzzjoni tista' ssir permezz tal-utilizzazzjoni aħjar tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni attwali, li għandha tkun fattibbli mingħajr investimenti addizzjonali sinifikanti.

(856)

L-ilmentatur argumenta ulterjorment li impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji għal perjodu ta' sentejn mhijiex suffiċjenti għall-Industrija tal-Unjoni biex tirkupra mill-effetti dannużi tas-sussidjar tal-imgħoddi. Madankollu, l-impożizzjoni ta' dazji kumpensatorji ma tistax tħares biss lejn l-interessi tal-Industrija tal-Unjoni, iżda teħtieġ li tibbilanċja l-benefiċċju potenzjali għall-produtturi fl-Unjoni u l-kost għall-operaturi ekonomiċi l-oħrajn fl-Unjoni. Abbażi ta' dan, inżammet id-deċiżjoni li l-miżuri jiġu limitati għal sentejn.

(857)

Il-partijiet kollha kienu mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta' dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin u ċ-ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli PV tas-siliċju kristallin, li joriġinaw jew jintbagħtu mir-RPĊ (divulgazzjoni finali). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw fuq id-divulgazzjoni finali.

(858)

Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu meta kien xieraq.

7.3.   Reġistrazzjoni u retroattività

(859)

Kif stipulat fil-premessa (7) hawn fuq, fl-1 ta' Marzu 2013 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Nru 182/2013 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni mis-6 ta' Marzu 2013.

(860)

Mis-6 ta' Ġunju 2013, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-fini ta' protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping intemmet permezz tar-Regolament antidumping provviżorju. F'dak li għandu x'jaqsam ma' din l-investigazzjoni antisussidji u fid-dawl tas-sejbiet ta' hawn fuq, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-fini tal-investigazzjoni antisussidji b'konformità mal-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku għandha tintemm ukoll.

(861)

Fir-rigward ta' applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri kompensatorji, iridu jiġu evalwati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku. Skont dan l-artikolu, dazju kompensatorju definittiv jista' jiġi impost fuq prodotti li ddaħħlu għall-konsum mhux iktar minn 90 jum qabel id-data ta' applikazzjoni tal-miżuri provviżorji iżda mhux qabel il-bidu tal-investigazzjoni.

(862)

F'dan il-każ, ma ġiet applikata l-ebda miżura kompensatorja provviżorja. Konsegwentement, huwa deċiż li d-dazju kompensatorju definittiv ma għandux ikun impost b'mod retroattiv.

8.   GĦAMLA TA' MIŻURI

(863)

Sussegwentement għall-adozzjoni tal-miżuri antidumping provviżorji fl-investigazzjoni antidumping parallela (104), grupp ta' produtturi esportaturi li kkooperaw, inkluż il-kumpaniji relatati tagħhom fir-RPĊ u fl-Unjoni Ewropea, u flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”) offrew impenn konġunt tal-prezzijiet skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament antidumping bażiku (105). L-offerta tal-impriża ġiet appoġġata wkoll mill-awtoritajiet Ċiniżi. Il-Kummissjoni eżaminat l-offerta, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE (106) aċċettat din l-offerta tal-impriża.

(864)

Sussegwentement għad-Deċiżjoni 2013/423/UE, il-produtturi esportaturi flimkien ma' CCCME ssottomettew notifika biex jemendaw l-offerta inizjali tal-impriża tagħhom. Huma talbu li jirrevedu l-impriża sabiex tieħu f'kunsiderazzjoni l-esklużjoni tal-wejfers mill-ambitu tal-prodott deskritt fil-premessi (46) u (99). Barra minn hekk, numru ta' esportaturi addizzjonali, sad-data ta' skadenza fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament antidumping bażiku, talbu li jiġu inklużi fl-impriża.

(865)

L-istess grupp ta' produtturi esportaturi, flimkien mas-CCCME, sad-data ta' skadenza speċifikata fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku (107), talab li t-termini ta' dik l-Impriża jiġu aċċettati mill-Kummissjoni biex jiġi eliminat kwalunkwe effett dannuż anki tal-importazzjoni sussidjati. Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, il-Kummissjoni aċċettat din l-offerta fir-rigward tad-dazji definittivi.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Bil-preżenti huwa impost dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (iċ-ċelloli għandhom ħxuna li ma taqbiżx l-400 mikrometru), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex8501 31 00, ex8501 32 00, ex8501 33 00, ex8501 34 00, ex8501 61 20, ex8501 61 80, ex8501 62 00, ex8501 63 00, ex8501 64 00 u ex8541 40 90 (kodiċijiet TARIC 8501310081, 8501310089, 8501320041, 8501320049, 8501330061, 8501330069, 8501340041, 8501340049, 8501612041, 8501612049, 8501618041, 8501618049, 8501620061, 8501620069, 8501630041, 8501630049, 8501640041, 8501640049, 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) u li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sakemm mhumiex fi transitu skont it-tifsira tal-Artikolu V GATT.

It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

ċarġers solari li jikkonsistu f'inqas minn sitt ċelloli, huma portabbli u jfornu elettriku f'apparati jew jiċċarġjaw batteriji,

prodotti fotovoltajċi b'rita rqiqa,

prodotti fotovoltajċi tas-siliċju kristallin li huma integrati b'mod permanenti fi prodotti elettriċi, fejn il-funzjoni tal-prodotti elettriċi hija differenti mill-ġenerazzjoni tal-enerġija, u fejn dawn il-prodotti elettriċi jikkunsmaw l-elettriku ġġenerat miċ-ċellola/i fotovoltajka/ċi integrata/i tas-siliċju kristallin,

moduli jew pannelli b'vultaġġ ta' output li ma jaqbiżx 50 V DC u output ta' enerġija li ma jaqbiżx 50 W unikament għal użu dirett bħala ċarġers tal-batteriji f'sistemi bl-istess vultaġġ u karatteristiċi ta' enerġija.

2.   Ir-rata tad-dazju kompensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn isfel tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata tad-dazju

kodiċi TARIC addizzjonali

Wuxi Suntech Power Co. Ltd;

Suntech Power Co. Ltd;

Wuxi Sunshine Power Co. Ltd;

Luoyang Suntech Power Co. Ltd;

Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd; Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd,

4,9 %

B796

Yingli Energy (Ċina) Co. Ltd;

Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd;

Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd;

Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd

6,3 %

B797

Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd;

Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd;

Changzhou Youze Technology Co. Ltd;

Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd;

Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd

3,5 %

B791

JingAo Solar Co. Ltd;

Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd,

JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd;

Hefei JA Solar Technology Co. Ltd,

Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd

5,0 %

B794

Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd;

LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd;

LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd,

11,5 %

B793

LDK Solar Hi-Tech (Hefei) Co. Ltd

11,5 %

B927

Delsolar (Wujiang) Ltd

0 %

B792

Renesola Jiangsu Ltd

Renesola Zhejiang Ltd

4,6 %

B921

Jinko Solar Co. Ltd

Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

6,5 %

B845

Kumpaniji elenkati fl-Anness

6,4 %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

11,5 %

B999  (108)

3.   Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   L-importazzjonijiet ddikjarati biex jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera għal prodotti li bħalissa jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM (kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) li huma fatturati minn kumpaniji li minnhom huma aċċettati impriżi mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, jiġu eżentati mid-dazju antisussidji impost mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:

(a)

kumpanija elenkata fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE immanifatturat, bagħtet u ffatturat b'mod dirett il-prodotti msemmija hawn fuq jew permezz tal-kumpanija relatata tagħha li hija elenkata wkoll fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE jew il-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni li jaġixxu bħala importatur u li jikklirjaw l-oġġetti għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew l-ewwel klijent indipendenti li jaġixxi bħala importatur u li jikklirja l-oġġetti għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni;

(b)

tali importazzjonijiet huma akkumpanjati minn fattura ta' impriża li hija fattura kummerċjali li jkun fiha tal-anqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulata fl-Anness 2 ta' dan ir-Regolament;

(c )

tali importazzjonijiet huma akkumpanjati minn Ċertifikat ta' Impenn ta' Esportazzjoni skont l-Anness 3 ta' dan ir-Regolament; u

(d)

l-oġġetti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu b'mod preċiż għad-deskrizzjoni dwar il-fattura ta' impriża.

2.   Id-dejn doganali jiġġarrab meta tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera:

(a)

kull meta jkun stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet elenkati f'dak il-paragrafu mhumiex sodisfatti; jew

(b)

meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tagħha tal-impriża skont l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 f'Regolament jew Deċiżjoni li tirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara l-fatturi ta' impriża rilevanti bħala invalidi.

Artikolu 3

Il-kumpaniji li minnhom huma aċċettati l-impriżi mill-Kummissjoni u l-ismijiet tagħhom huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE u soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet speċifikati fih, se joħorġu wkoll fattura għal tranżazzjonijiet li mhumiex eżentati mid-dazji antisussidji. Din il-fattura għandha tkun fattura kummerċjali li tkun tinkludi għallinqas l-elementi stipulati fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet li tirriżulta mir-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni ma jibqax fis-seħħ.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jiskadi fil-7 ta’ Diċembru 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GUSTAS


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)  ĠU C 340, 8.11.2012, p. 13.

(3)  ĠU C 269, 6.9.2012, p. 5.

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 tal- 4 ta' Ġunju 2013 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 152, 5. 6.2013, p. 5).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 182/2013 tal- 1 ta' Marzu 2013 li jagħmel l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli u wejfers) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 61, 5.3.2013, p. 2).

(6)  Ara l-paġna 214 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  Rapport tal-Korp tal-Appell, Komunitajiet EwropejMiżuri li Jaffettwaw l-Asbestos u Prodotti li fihom l-Asbestos, (traduzzjoni mhux uffiċjali) WT/DS135/AB/R, adottat fil-5 ta' April 2001.

(8)  Il-Kawża T-401/06 Brosmann Footwear (HK) Ltd u oħrajn vs il-Kunsill; il-Kawża T-314/06 Whirlpool Europe vs il-Kunsill.

(9)  Ilbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 553/2006 tat-23 ta' Marzu 2006 (prov.); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 (def.).

(10)  Il-Kawża T-401/06, Brosmann Footwear (HK) Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, para. 133.

(11)  Il-Kawża T-401/06, Brosmann Footwear (HK) Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-para. 135.

(12)  Il-Kapitolu 10, it-Taqsima 1, tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin: “Fl-industrija tal-enerġija l-ġdida, enfasi fuq l-iżvilupp ta'… … użu tal-enerġija solari, ġenerazzjoni tal-enerġija fotovoltajka u fototermali”.

(13)  It-Taqsima III.ii.1 tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari.

(14)  It-Taqsima III.iii.1 tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari.

(15)  It-Taqsima III.ii.3 tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari.

(16)  It-Taqsima VI tat-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari.

(17)  Il-Kapitolu Orjentazzjoni u Prijoritajiet tar-Ristrutturar Industrijali, l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgamazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Temporanji fuq il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

(18)  Il-Kapitolu III, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgamazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Temporanji fuq il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

(19)  L-Artikoli 7.1 u 7.3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat tal-10 ta' Ottubru 2010 għat-tħeġġiġ tal-iżvilupp ta' seba' industriji strateġiċi ġodda.

(20)  It-Taqsima VII, Kapitoli 1 u 5 tal-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u Twil (2006 — 2020).

(21)  L-Artikolu 18 tal-Liġi dwar il-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku.

(22)  Ibid.

(23)  L-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku.

(24)  Bl-eċċezzjoni ta' ċerti istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat.

(25)  Il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u Twil (2006-2020); Katalogu tal-Prodotti Ċiniżi tat-Teknoloġija Avvanzata għal Esportazzjoni; Lista ta' esportazzjoni ta' prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida; Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82 tal-President tar-RPĊ); Regolamenti Provviżorji dwar il-Ġestjoni tal-Pjan Xjentifiku u Teknoloġiku Nazzjonali u Miżura Provviżorja dwar il-Ġestjoni tal-Proġett tal-Pjan Xjentifiku u Teknoloġiku Nazzjonali.

(26)  Pereżempju l-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u Twil (2006-2020) jidentifika l-industrija Solari bħala qasam ewlieni u jipprevedi li “jagħti l-ewwel prijorità lill-finanzjament tal-politika” jew “iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jagħtu appoġġ ta' kreditu preferenzjali lil proġetti ta' industrijalizzazzjoni nazzjonali kbar fix-xjenza u t-teknoloġija” jew jissuġġerixxi xi politiki ta' taxxa preferenzjali li tabilħaqq intużaw mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. Anki l-Katalogi tal-Prodotti Ċiniżi tat-Teknoloġija Avvanzata għal Esportazzjoni u l-Lista ta' Esportazzjoni ta' Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida huma ferm rilevanti għall-industrija PV peress li ħafna mill-produtturi esportaturi fil-kampjun huma detenturi taċ-ċertifikat ta' Impriża tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida. Rigward il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku, din fost l-oħrajn, tordna lill-istituzzjonijiet finanzjarji orjentati lejn il-Politiki sabiex jagħtu prijorità lill-Industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida (fejn tappartjeni wkoll l-industrija PV). Anki r-Regolamenti Provviżorji dwar il-Ġestjoni tal-Pjan Xjentifiku u Teknoloġiku Nazzjonali u l-Miżura Provviżorja dwar il-ġestjoni tal-proġett tal-pjan Xjentifiku u teknoloġiku nazzjonali huma direttament involuti fl-organizzazzjoni u l-funzjonament ta' ċerti proġetti PV.

(27)  Pereżempju China Bohai Bank, Guangdong Development Bank, Huishang Bank, il-Bank of Shanghai, Shenzhen Development Bank.

(28)  L-ittra ta' qabel il-verifika tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2013, paġna 7: “Il-Kummissjoni se tfittex spjegazzjonijiet dwar l-informazzjoni mitluba fl-Appendiċi A tal-kwestjonarju. Il-kwistjonijiet imqajma matul il-verifika se jkopru l-punti minn a) sa r) tal-Appendiċi A”. Punt g) tal-Appendiċi A: Elenka kull azzjonist tal-bank/istituzzjoni finanzjarja li kien sid ta' tal-inqas 1 % tal-ishma jew tal-valur tal-kumpanija u elenka l-attivitajiet ta' dawn l-azzjonisti fit-tabella tal-Excel Appendiċi A–1.

(29)  Artikolu 33 tal-Liġi tar-RPĊ dwar ir-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni fuq l-Industrija Bankarja: Fid-dawl tal-bżonn li twettaq dmirijietha, l-awtorità regolatorja bankarja għandu jkollha s-setgħa li teħtieġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-industrija bankarja jissottomettu, skont ir-regolamenti rilevanti, il-karti bilanċjali, id-dikjarazzjonijiet tal-profitt, dikjarazzjonijiet kontabilistiċi finanzjarji oħrajn, rapporti statistiċi u informazzjoni dwar operazzjonijiet kummerċjali u l-ġestjoni, kif ukoll ir-rapporti tal-awditjar tagħhom imħejjija minn kontabilisti pubbliċi ċċertifikati.

(30)  L-ittra ta' defiċenza tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2013, mistoqsija C-III-A.A.

(31)  Mhux mimlija mill-Bank of China, iżda mill-GTĊ f'isimhom.

(32)  Iż-żjara ta' verifika kienet oriġinarjament skedata bejn il-15 u d-19 ta' April 2013.

(33)  Preambolu tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina.

(34)  Dokument WT/DS379/AB/R, il-11 ta' Marzu 2011.

(35)  Para 317 tar-rapport AB.

(36)  Para. 290 tar-rapport AB.

(37)  Para. 297 tar-rapport AB.

(38)  http://www.dbresearch.com/PROD/DBR_INTERNET_EN-PROD/PROD0000000000204417.PDF.

(39)  Id-Dokument WT/TPR/S/230 p. 79, April 2010.

(40)  Id-Dokument WT/TPR/S/264 p. 122, Lulju 2012.

(41)  Ibid.

(42)  L-Artikolu 15 tal-Artikolu ta' Assoċjazzjoni taċ-China Development Bank (CDB) jiddikjara li l-iskop kummerċjali tas-CDB huwa fost l-oħrajn“li jservi għall-istrateġija ta' żvilupp fit-terminu medju u twil tal-ekonomija nazzjonali”. Barra minn hekk, id-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji tas-CDB għas-sena finanzjarja 2011 jiddikjaraw “Il-Bank u s-sussidjarji tiegħu (flimkien, il-‘Grupp’) huma ddedikati għall-missjoni ta' tisħiħ tal-kompetittività taċ-Ċina u t-titjib tal-istandards tal-għajxien tal-poplu tagħha b'appoġġ tal-istrateġiji u l-politiki ewlenin fit-terminu medju sa twil tal-Istat, permezz tal-attivitajiet ta' self, investiment, titoli u kiri fit-terminu medju sa twil tagħhom” u “Bħala tweġiba għas-sejħa tal-Istat sabiex l-impriżi domestiċi jitħeġġu ‘Jsiru Globali’ u Bħala tweġiba għas-sejħa tal-Istat sabiex l-impriżi domestiċi ‘Jsiru Globali’, il-Grupp jimpenja ruħu wkoll f'firxa wiesgħa ta' attivitajiet iffokati fuq il-kooperazzjoni internazzjonali”.

(43)  Riċerka ta' Deutsche Bank, China's Banking Sector: Ripe for the next stage, is-7 ta' Diċembru 2006.

(44)  Analiżi tal-Politiki tad-WTO dwar iċ-Ċina WT/TPR/S/264, p. 122, il-premessa 98.

(45)  China 2030 Building a modern, harmonious, and creative society (Ċina 2030 Bini ta' soċjetà moderna, armonjuża u kreattiva), Il-Bank Dinji u ċ-Ċentru ta' Riċerka għall-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Istat, ir-RPĊ, paġni 28-29, 125.

(46)  Stħarriġ Ekonomiku tal-OECD: Ċina 2010, p. 55 “l-iskop primarju tal-minimu tar-rata ta' għoti b'self tal-PBoC u l-massimu tar-rata ta' depożitu huwa li jissalvagwardjaw il-profittabbiltà tas-settur bankarju predominantement tal-Istat. Bit-twessigħ progressiv tal-marġni bejn il-punti ta' riferiment tar-rati tas-self u d-depożiti, il-PBoC xeħet b'mod effettiv parti mill-kost tar-ristrutturar tal-bank fuq il-mutwatarji u l-faddala Ċiniżi, għad li naqqas dak id-distakk fl-2008-09. Madankollu, ir-rati ta' riferiment idgħajfu l-inċentiv għall-banek kummerċjali biex jipprezzaw ir-riskju kif xieraq u jxekklu l-kompetizzjoni fis-settur bankarju”.

(47)  Informazzjoni miksuba mir-Riċerka tal-2006 ta' Deutsch Bank dwar is-settur bankarju taċ-Ċina, paġni 3-4.

(48)  Informazzjoni miksuba mir-Rapport Monetarju taċ-Ċina, it-Tieni Trimestru, 2010 tal-Grupp ta' Analiżi tal-Politika Moneterja tal-People's Bank of China, datat il-5 ta' Awwissu 2010, paġna 10.

(49)  Informazzjoni sottomessa mill-GTĊ, informazzjoni miksuba mill-Artikoli ta' Assoċjazzjoni u r-Rapporti Annwali ta' ċerti banek u informazzjoni miksuba mill-internet (pereżempju http://www.fas.org/sgp/crs/row/R42380.pdf).

(50)  Il-premessa 169 tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta' Marzu 2013.

(51)  Il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (l-Artikolu 34).

(52)  Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgamazzjoni u l-Implimentazzjoni ta' Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

(53)  Il-Liġi tar-RPĊ dwar Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82).

(54)  Dokument ta' Ħidma tal-IMF, “Progress in China's Banking Sector Reform: Has Bank Behaviour Changed?” (Progress fir-Riforma tas-Settur Bankarju taċ-Ċina: Inbidlet l-Imġiba tal-Banek?), WP/06/71, Marzu 2006, (ara l-paġni 3-4, 13, 18-20).

(55)  Dokument ta' Ħidma tal-FMI, “Interest Rate Liberalization in China” (Liberalizzazzjoni tar-Rata tal-Imgħax fiċ-Ċina), WP/09/171, Awwissu 2009, (ara l-paġni 3-4, 21-23).

(56)  IMF Country Report, RPĊ (Rapport dwar il-Pajjiżi tal-IMF, ir-RPĊ): 2010 l-Artikolu IV Konsultazzjoni, Nru 10/238, Lulju 2010, (ara l-paġni 22, 24 u 28-29).

(57)  OECD 2010 Economic Survey of China (L-Istħarriġ Ekonomiku tal-OECD 2010 dwar iċ-Ċina), Frar 2010, (ara l-Kapitolu 3, paġni 71, 73-81, 97).

(58)  OECD China's Financial Sector Reforms (Riformi fis-Settur Finanzjarju taċ-Ċina tal-OECD), Dokument ta' Ħidma tad-Dipartiment Ekonomiku tal-OECD Nru OECD China's Financial Sector Reforms (Riformi fis-Settur Finanzjarju taċ-Ċina tal-OECD), Dokument ta' Ħidma tad-Dipartiment Ekonomiku tal-OECD Nru 747, ECO/WKP (2010) 3, l-1 ta' Frar 2010, (ara l-paġni 2, 8-15, 36).

(59)  Ara s-sejba dwar il-korpi pubbliċi fil-paragafu tal-premessa 53.

(60)  L-Artikolu VII tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat tal-10 ta' Ottubru 2010 biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' seba' industriji strateġiċi ġodda.

(61)  Il-Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp Xjentifiku u Teknoloġiku fit-Terminu Medju u Twil (2006-2020), Taqsima III, kapitolu 1.

(62)  Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82 tal-President tar-RPĊ), l-Artikolu 18.

(63)  Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82 tal-President tar-RPĊ), l-Artikolu 34.

(64)  L-Artikolu 34 tal-Liġi tal-Ibbankjar Kummerċjali.

(65)  Dokument WT/TPR/S/264 p. 122, Lulju 2012.

(66)  Il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (l-Artikolu 34).

(67)  Id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgamazzjoni u l-Implimentazzjoni ta' Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

(68)  Il-Liġi tar-RPĊ dwar Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82).

(69)  http://english.caixin.com/2012-04-19/100381773.html.

(70)  Ir-regolatur tal-banek taċ-Ċina (CBRC) iddeċieda li l-Banek Kummerċjali fiċ-Ċina jistgħu jixtru bonds tas-CDB (dan japplika għal bonds tas-CDB biss) u jassenjaw ponderazzjoni ta' riskju żero għal dawn l-assi. Effettivament dan ifisser li l-banek mhumiex meħtieġa jistabbilixxu ebda kapital kontra dawn l-assi bħala prekawzjoni għar-riskju meta jżommu dawn il-bonds, u dan għandu impatt fuq l-aċċess tal-bank għal kapital u jipprovdi aċċess għal flus irħas. Normalment, ir-redditu fuq bonds tas-CDB ikun ogħla mir-rati ta' depożitu ta' riferiment iżda inqas mir-rata ta' għoti b'self u r-riżultat huwa li l-banek kummerċjali Ċiniżi jistgħu jagħmlu flus billi jixtru bonds tas-CDB bla riskju. Peress li dan huwa sors kostanti ta' dħul, il-banek jistgħu jaffordjaw li jisilfu lil ċerti industriji b'rati preferenzjali għaliex ser jikkumpensaw il-profitti mitlufa permezz tal-mekkaniżmu spjegat.

(71)  Rapport relevanti tal-Panil, Komunitajiet Ewropej u Ċerti Stati Membri — Measures Affecting Trade in Large Civil Aircraft (Miżuri li Jaffettwaw in-Negozju f'Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar), WT/DS316/R (30/06/2010), para. 7.735-7.738.

(72)  http://www.gov.cn/ldhd/2009-05/27/content_1326023.htm.

(73)  Rapport tal-Korp tal-Appell USAnti-Dumping and Countervailing Duties (China) (Stati UnitiDazji Antidumping u Kompensatorji (Ċina)), para. 317.

(74)  Rapport tal-Korp tal-Appell USAnti-Dumping and Countervailing Duties (China) (Stati UnitiDazji Antidumping u Kompensatorji (Ċina)), para. 318.

(75)  Sorsi: http://en.wikipedia.org/wiki/China_Export_ %26_Credit_Insurance_Corporation u http://uk.reuters.com/article/2011/05/26/china-cic-sinosure-idUKL3E7GQ10720110526.

(76)  http://www.gov.cn/ldhd/2009-05/27/content_1326023.htm.

(77)  http://www.stewartlaw.com/Article/ViewArticle/608, Stewart and Stewart, How trade rules can help level the export financing playing field: New developments and a path forward for 2013:“Sinosure, l-aġenzija uffiċjali taċ-Ċina għall-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, topera b'telf kumulattiv sinifikanti għall-gvern, xi ħaġa li tindika li l-appoġġ tagħha huwa ferm sussidjat ukoll” u Analiżi tar-rapporti annwali ta' Sinosure mill-2002 sal-2011 turi telf operatorju kumulattiv ta' RMB 3,3 biljun.

(78)  Sors: http://en.wikipedia.org/wiki/US-Exim_Bank.

(79)  Il-premessa 116 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta' Mejju 2011 li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta' karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18);

(80)  Il-premessa 226 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar miksija b'materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16).

(81)  It-Tħabbira dwar Stedina għall-Offerti għall-Assenjament ta' Art tal-Kostruzzjoni Urbana tal-Istat f'Yangzhou għal Użu Industrijali bid-Dritt ta' Użu tal-Art (Numri tal-Plott 2008G017, 2008G018 u 2008G019, Uffiċċju Muniċipali tar-Riżorsi tal-Art ta' Yangzhou, it-30 ta' Jannar 2008.

(82)  In-Notifika dwar it-trasferiment tad-Dritt ta' Użu tal-Art tal-Istat (2009-02) f'Tianwei maħruġa mill-Uffiċċju tal-Art tal-Belt ta' Baoding, l-Artikolu 7.

(83)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2013, il-premessa 116.

(84)  George E. Peterson, Land leasing and land sale as an infrastructure-financing option (Kiri ta' art u bejgħ ta' art bħala alternattiva ta' finanzjament tal-infrastruttura), Dokument ta' Ħidma 4043 tar-Riċerka fuq Politiki tal-Bank Dinji, fis-7 ta' Novembru 2006, Dokument ta' Ħidma tal-FMI (WP/12/100), An End to China's Imbalances (Tmiem l-Iżbilanċi taċ-Ċina), April 2012, p.12

(85)  Dokument ta' Ħidma tal-FMI (WP/12/100), An End to China's Imbalances (Tmiem l-Iżbilanċi taċ-Ċina), April 2012, p.12

(86)  Rapport tal-AB Messiku-Ross (traduzzjoni mhux uffiċjali), par. 289 u 293. Rapport tal-Bord, Ċina-GOES, par. 7.296 u 7.302

(87)  L-istatistiki tal-banek intalbu fit-taqsima III.A.A tal-kwestjonarju inizjali, paġna 4 tal-Anness 1 għall-ittra ta' defiċenza u l-paġna 7 tal-ittra ta' qabel il-verifika.

(88)  Rapport tal-Korp tal-Appell US-Anti-Dumping and Countervailing Duties (China), para. 356.

(89)  Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni kif diġà ntalbet fil-kwestjonarju, u fi kwalunkwe każ tal-inqas għandek tipprovdi xorta waħda dawk li fihom il-GTĊ għandu interess azzjonarju dirett jew indirett.

(90)  It-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Industrija Fotovoltajka Solari, Daħla.

(91)  It-12-il pjan ta' ħames snin għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, Parti XVI u l-Kapitolu 61

(92)  Rapport tal-Korp tal-Appell, US-Definitive Anti-Dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China (Dazji Antidumping u Kompensatorji Definittivi tal-Istati Uniti fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina) Rapport tal-Korp tal-Appell, Stati Uniti-Azzar Illaminat bis-Sħana, para.

(93)  Rapport tal-Panil, Stati UnitiAzzar Illaminat bis-Sħana, para. 99

(94)  Rapport tal-Panil, USDefinitive Anti-Dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China (Stati Uniti — Dazji Antidumping u Kompensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), para. 16.9

(95)  Rapport tal-Bord, KE-Salamun, para. 7.358

(96)  L-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009; ĠU L 188, 18.7.2009

(97)  L-Artikolu 32 tal-Kostituzzjoni tas-CCP

(98)  L-Artikolu 19 tal-Liġi tal-Kumpaniji tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, http://www.china.org.cn/china/LegislationsForm2001-2010/2011-02/11/content_21898292.htm

(99)  Bord ta' KE-Inġenji tal-Ajru Para. 7.743

(100)  http://www.chinaafricarealstory.com/2011/08/china-development-banks-3-billion-line.html, “It-termini tal-linja ta' kreditu tas-CDB ivarjaw fiż-żewġ pagamenti akkont tagħha. L-ewwel segment ta' USD 1,5 biljun se jkollhom maturità ta' 20 sena inkluż perjodu ta' grazzja ta' ħames snin. Ir-rata tal-imgħax se tkun il-LIBOR (Rata Offruta tal-Interbank ta' Londra) ta' sitt xhur flimkien ma' marġini ta' 2,95 %, b'tariffa ta' impenn ta' 1 % u tariffa bil-quddiem ta' 0,25 %. It-termini tat-tieni segment ta' USD 1,5bn huma maturità ta' 15-il sena inkluż perjodu ta' grazzja ta' ħames snin, rata tal-imgħax ta' LIBOR ta' sitt xhur flimkien ma' marġini ta' 2,28 %, u probabbilment l-istess tariffi”

(101)  Rapport tal-Panil, US — Definitive Anti-Dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China (Stati Uniti — Dazji Antidumping u Kompensatorji Definittivi fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), para. 10.187

(102)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(103)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, B-1049 Brussels.

(104)  Regolament (UE) Nru 513/2013,

(105)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(106)  2013/423/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta' Awwissu 2013 li taċċetta impenn offrut b'rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26).

(107)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009; ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93

(108)  Il-kumpaniji elenkati fl-Anness II għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali) dwar l-antidumping parallel ikollhom il-kodiċi TARIC addizzjonali msemmi fih.


ANNESS 1

Isem il-Kumpanija

TARIC kodiċi addizzjonali

Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

B801

Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B802

Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc.

Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc.

CSI Cells Co. Ltd

CSI Solar Power (China) Inc.

B805

Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

B807

CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD

B808

CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

B809

Chint Solar (Zhejiang) Co. Ltd

B810

ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

B811

ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD

CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD

HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD

B812

CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd

B813

CSG PVtech Co. Ltd

B814

DCWATT POWER Co. Ltd

B815

Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

B816

EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

B817

Era Solar Co. Ltd

B818

ET Energy Co. Ltd

ET Solar Industry Limited

B819

GD Solar Co. Ltd

B820

Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

B822

Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

B824

Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology Co. Ltd

Zhejiang Jinbest Energy Science and Technology Co. Ltd

B825

Hanwha SolarOne Co. Ltd

B929

Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

B826

Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

B827

HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD

B828

Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

B829

Jetion Solar (China) Co. Ltd

Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd

Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd

B830

Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

B831

Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

B832

Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B833

Jiangsu Runda PV Co. Ltd

B834

Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

B835

Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd

B836

Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B837

Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

B838

Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

B839

Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

B840

Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

B841

Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

Taicang Hareon Solar Co. Ltd

Hareon Solar Technology Co. Ltd

Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd

Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd

Altusvia Energy (Taicang) Co, Ltd

B842

Jinggong P-D Shaoxing Solar Energy Tech Co. Ltd

B844

Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

B795

Juli New Energy Co. Ltd

B846

Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

B847

Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

B849

GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

GCL Solar System (Suzhou) Limited

GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

Konca Solar Cell Co. Ltd

Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

B850

Lightway Green New Energy Co. Ltd

Lightway Green New Energy (Zhuozhou) Co. Ltd

B851

Motech (Suzhou) Renewable Energy Co. Ltd

B852

Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

B853

LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

NICE SUN PV CO. LTD

B854

Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

B857

Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

B858

Ningbo Osda Solar Co. Ltd

B859

Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance Co. Ltd

B860

Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

B861

Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

B862

Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

B863

Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

B864

Perlight Solar Co. Ltd

B865

Phono Solar Technology Co. Ltd

Sumec Hardware & Tools Co. Ltd

B866

RISEN ENERGY CO. LTD

B868

SHANDONG LINUO PHOTOVOLTAIC HI-TECH CO. LTD

B869

SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

B870

BYD(Shangluo)Industrial Co.Ltd

Shanghai BYD Co. Ltd

B871

Shanghai Chaori International Trading Co. Ltd

Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

B872

Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

B873

Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

B875

Jiangsu ST-Solar Co. Ltd

Shanghai ST-Solar Co. Ltd

B876

Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

B877

Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

B878

Leshan Topray Cell Co. Ltd

Shanxi Topray Solar Co. Ltd

Shenzhen Topray Solar Co. Ltd

B880

Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

Sopray Energy Co. Ltd

B881

Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

B882

TDG Holding Co. Ltd

B884

Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

B885

Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

B886

Winsun New Energy Co. Ltd

B887

Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

B889

Wuxi Saijing Solar Co. Ltd

B890

Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

B892

Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd

Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

B893

Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

B896

Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd

Xi'an LONGi Silicon Materials Corp.

B897

Years Solar Co. Ltd

B898

Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd

Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd

B899

Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd

B900

Yunnan Tianda Photovoltaic Co. Ltd

B901

Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

B902

Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd

B904

Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

B905

Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd

Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

B906

Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

B907

Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

B908

Zhejiang Longbai Photovoltaic Tech Co. Ltd

B909

Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

B910

Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

B911

Zhejiang Shinew Photoeletronic Technology Co. Ltd

B912

Zhejiang SOCO Technology Co. Ltd

B913

Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

B914

Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

B916

Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

B917

Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

B918

Zhejiang Xiongtai Photovoltaic Technology Co. Ltd

B919

ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

B920

Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

B922

ZNSHINE PV-TECH CO. LTD

B923

Zytech Engineering Technology Co. Ltd

B924


ANNESS 2

L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta' oġġetti li huma soġġetti għall-Impriża:

1.

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-OĠĠETTI SOĠĠETTI GĦAL IMPRIŻA”.

2.

L-isem tal-Kumpanija li qed toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3.

In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5.

Il-kodiċi TARIC addizzjonali li permezz tiegħu l-oġġetti fuq il-fattura għandhom jiġu rilaxxati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-deskrizzjoni eżatta f'lingwaġġ sempliċi tal-oġġetti u:

in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN),

speċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN,

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

Kodiċi NM,

il-kwantità (li għandha tingħata f'unitajiet espressi f'Watts).

7.

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, inkluż:

il-prezz għal kull unità (Watt),

it-termini ta' ħlas applikabbli,

it-termini ta' kunsinna applikabbli,

l-iskonti u s-sussidji totali.

8.

L-isem tal-Kumpanija li taġixxi bħala importatur li tinħareġ direttament il-fattura lilha mill-Kumpanija.

9.

L-isem tal-uffiċjal tal-Kumpanija li ħareġ il-Fattura Kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jien, is-sottoskritt/a, niċċertifika li l-bejgħ għal esportazzjoni diretta lejn l-Unjoni Ewropea tal-oġġetti koperti minn din il-fattura qiegħed isir taħt il-kamp ta' applikazzjoni u skont it-termini tal-Impriża offerta minn [KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta fuq din il-fattura hija kompluta u korretta.”


ANNESS 3

ĊERTIFIKAT TA' IMPRIŻA TA' ESPORTAZZJONI

L-elementi li ġejjin jiġu indikati fiċ-Ċertifikat tal-Impriża ta' Esportazzjoni li għandu jinħareġ mis-CCCME għal kull Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea ta' oġġetti li huma soġġetti għall-Impriża:

1.

L-isem, l-indirizz, il-faks u n-numru tat-telefown tal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni tal-Makkinarju u l-Prodotti Elettroniċi (CCCME).

2.

L-isem tal-kumpanija msemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE li toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3.

In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5.

Il-kodiċi TARIC addizzjonali li permezz tegħu l-oġġetti fuq il-fattura għandhom jiġu kklirjati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-deskrizzjoni eżatta tal-oġġetti, inkluż:

in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN),

l-ispeċifikazzjoni teknika tal-oġġetti, in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC) (jekk ikun applikabbli),

Kodiċi NM,

7.

Il-kwantità preċiża f'unitajiet esportati espressi f'Watts.

8.

In-numru u d-data ta' skadenza (tliet xhur wara l-ħruġ) taċ-ċertifikat.

9.

L-isem tal-uffiċjal tas-CCCME li ħareġ iċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jien, is-sottoskritt/a, niċċertifika li dan iċ-ċertifikat huwa mogħti għal esportazzjonijiet diretti lejn l-Unjoni Ewropea tal-oġġetti koperti mill-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ li sar soġġett għall-impriża u li l-ċertifikat jinħareġ taħt il-limiti tal-kamp ta' applikazzjoni u skont it-termini tal-impriża offerta minn [KUMPANIJA] u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat hija korretta u l-kwantità koperta minn dan iċ-ċertifikat ma taqbiżx il-limitu tal-impriża.”

10.

Data.

11.

Il-firma u s-siġill tas-CCCME.


ANNESS 4

L-elementi li ġejjin jiġu indikati fil-Fattura Kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-Kumpanija lill-Unjoni Ewropea tal-oġġetti li huma soġġetti għal dazji antisussidji:

1.

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-OĠĠETTI SOĠĠETTI GĦAL ANTIDUMPING U DAZJI KUMPENSATORJI”.

2.

L-isem tal-Kumpanija li qed toħroġ il-Fattura Kummerċjali.

3.

In-numru tal-Fattura Kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-Fattura Kummerċjali.

5.

Il-kodiċi TARIC addizzjonali li permezz tiegħu l-oġġetti fuq il-fattura għandhom jiġu rilaxxati mid-dwana fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-deskrizzjoni eżatta f'lingwaġġ sempliċi tal-oġġetti u:

in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN),

speċifikazzjonijiet tekniċi tal-PCN,

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

Kodiċi NM,

il-kwantità (li għandha tingħata f'unitajiet espressi f'Watts).

7.

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, inkluż:

il-prezz għal kull unità (Watt),

it-termini ta' ħlas applikabbli,

it-termini ta' kunsinna applikabbli,

l-iskonti u s-sussidji totali.

8.

L-isem u l-firma tal-uffiċjal tal-Kumpanija li ħareġ il-Fattura Kummerċjali.


Top