Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1113

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1113/2013 tas- 7 ta’ Novembru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal- Lactobacillus plantarum NCIMB 40027, il- Lactobacillus buchneri DSM 22501, il- Lactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323, il- Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138, u l- Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 298, 8.11.2013, pp. 29–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/06/2026; Imħassar b' 32026R1146

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1113/oj

8.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1113/2013

tas-7 ta’ Novembru 2013

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 40027, il-Lactobacillus buchneri DSM 22501, il-Lactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323, il-Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138, u l-Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, moqri b’rabta mal-paragrafi minn (1) sa (4) tal-Artikolu 10 tiegħu, jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-għalf fiż-żmien li daħal fis-seħħ ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjonijiet tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 40027, il-Lactobacillus buchneri DSM 22501, il-Lactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323, il-Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138, u l-Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494 kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi fl-Għalf bħala prodotti eżistenti li jappartjenu għall-grupp funzjonali tal-addittivi tas-silaġġ, għall-ispeċijiet kollha tal-annimali.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 b’rabta mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqu applikazzjonijiet biex dawk il-preparazzjonijiet jiġu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha, u ntalab li dawn l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tal-furrajna [silaġġ]”. Dawk l-applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tal-12 ta’ Marzu 2013 (2) u s-16 ta’ April 2013 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjonijiet ikkonċernati ma għandhom ebda effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 40027 għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni tas-silaġġ billi żżid l-kontenut tal-aċidu lattiku u l-preżervazzjoni tal-materja niexfa billi tnaqqas il-pH u tnaqqas ukoll it-taħsir tal-proteina, fil-każ ta’ tip ta’ foraġġ li jinħadem f’silaġġ b’mod faċli jew b’daqsxejn diffikultà bl-użu ta’ 1 × 108 CFU/Kg ta’ materjal frisk (tal-Lactobacillus) u fil-każ ta’ foraġġ għall-ispeċi kollha li jkun diffiċli biex jinħadem f’silaġġ bl-użu ta’ 1 × 109 CFU/Kg ta’ materjal frisk. Ikkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri DSM 22501 għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni tas-silaġġ billi jitnaqqas il-pH u n-nitroġenu tal-ammonja u bil-preservazzjoni tal-materja niexfa, minn foraġġ li jinħadem f’silaġġ b’mod faċli, b’daqsxejn diffikultà u b’mod diffiċli; il-preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323 għandha l-potenzjal li ttejjeb l-istabbilità erobika ta’ foraġġ li huwa faċli, daqsxejn diffiċli u diffiċli biex jinħadem f’silaġġ u l-preparazzjonijiet tal-Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138, u tal-Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494 għandhom il-potenzjal li jtejbu l-istabbilità erobika ta’ foraġġ faċli biex jinħadem f’silaġġ għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ikkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Konsegwentement, l-użu ta’ dawn il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju biex jippreparaw lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li fih dawn il-preparazzjonijiet, li huma manifatturati u ttikkettjati qabel it-28 ta’ Mejju 2014 skont ir-regoli applikabbli qabel it-28 ta’ Novembru 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm il-ħażniet eżistenti jispiċċaw.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   The EFSA Journal 2013; 11(4):3168.

(3)   The EFSA Journal 2013; 11(5):3205.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: additivi tas-silaġġ

1k20743

Lactobacillus plantarum NCIMB 40027

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 40027 li fiha minimu ta’ 1 × 1011 CFU/g ta’ addittiv.

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 40027.

 

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787).

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ:

1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk f’materjal faċli għal materjal dqasxejn diffiċli biex jinħadem f’silaġġ (2).

1 × 109 CFU/kg ta’ materjal frisk f’materjal diffiċli biex jinħadem f’silaġġ (3).

3.

Għas-sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

It-28 ta’ Novembru 2023

1k20738

 

Lactobacillus buchneri DSM 22501

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri DSM 22501 li fiha minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus buchneri DSM 22501

 

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

Identifikazzjoni Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

 

 

 

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta ma jintużax ma’ taħlita ta’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għas-sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

 

1k20739

Lactobacillus buchneri

NCIMB 40788/CNCM I -4323

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323 li fiha minimu ta’ 3 × 109 CFU/g ta’ addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus buchneri NCIMB 40788/CNCM I-4323

 

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

Identifikazzjoni Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

It-28 ta’ Novembru 2023

1k20740

Lactobacillus buchneri

LN 40177/ATCC PTA-6138

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138 li jkollha minimu ta’1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus buchneri LN 40177/ATCC PTA-6138.

 

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787).

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli biex jinħadem f’silaġġ (4).

4.

Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

It-28 ta’ Novembru 2023

1k20741

Lactobacillus buchneri

LN 4637/ATCC PTA-2494

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni tal-Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494 li jkollha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g ta’ addittiv.

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus buchneri LN 4637/ATCC PTA-2494.

 

Metodu analitiku  (1)

Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787).

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikro-organiżmi oħrajn bħala addittivi tas-silaġġ: 1 × 108 CFU/kg ta’ materjal frisk.

3.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli biex jinħadem f’silaġġ (4).

4.

Għal finijiet ta’ sigurtà: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

It-28 ta’ Novembru 2023


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

(2)  Foraġġ li faċli jinħadem f’silaġġ: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Foraġġ li huwa daqsxejn diffiċli biex jinħadem f’silaġġ: 1,5 % — 3,0 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk. Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(3)  Foraġġ li huwa diffiċli biex jinħadem f’silaġġ: > 1,5 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).

(4)  Foraġġ li faċli jinħadem f’silaġġ: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).


Top