This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1048
Commission Implementing Regulation (EU) No 1048/2013 of 28 October 2013 amending Regulation (EC) No 828/2009 laying down detailed rules of application for the marketing years 2009/2010 to 2014/2015 for the import and refining of sugar products of tariff heading 1701 under preferential agreements
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1048/2013 tat- 28 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 li jistipula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1048/2013 tat- 28 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 li jistipula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali
ĠU L 285, 29.10.2013, pp. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
29.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 285/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1048/2013
tat-28 ta’ Ottubru 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 li jistipula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97 u (KE) Nru 1933/2006, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 (2), pajjiż elenkat bħala pajjiż l-inqas żviluppat fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 732/2008 huwa eliġibbli biex jinżied mal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 828/2009. |
|
(2) |
Il-Mjanmar/Burma reġa’ ddaħħal fl-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati fid-19 ta’ Lulju 2013, b’effett retroattiv mit-13 ta’ Ġunju 2012, skont ir-Regolament (UE) Nru 607/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 li jirtira temporanjament l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-Mjanmar/Burma (3). |
|
(3) |
Mjanmar/Burma huwa pajjiż l-inqas żviluppat elenkat bħala pajjiż l-inqas żviluppat fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 732/2008 u talab lill-Kummissjoni biex jiġi elenkat fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 828/2009. Il-Mjanmar/Burma jipproduċi z-zokkor u għalhekk huwa esportatur potenzjali lejn l-Unjoni. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 828/2009 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt I tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 828/2009 qed jinbidel bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali (ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14.)
ANNESS
“Taqsima I: Il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati
|
Titlu tal-grupp |
Pajjiż terz |
Numru ta’ Referenza |
|
NON-AKP-LDC |
il-Bangladexx il-Kambodja il-Laos il-Mjanmar/Burma in-Nepal |
09.4221 |
|
AKP-LDC |
il-Benin Burkina Faso ir-Repubblika Demokratika tal-il-il-Kongo l-Etjopja il-Madagaskar il-Malawi il-Możambik is-Senegal Sjerra Leone is-Sudan it-Tanzanija Togo l-Uganda iż-Żambja |
09.4231” |