Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1006

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2013 tat- 18 ta’ Ottubru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L ċistina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 279, 19.10.2013, pp. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/03/2025; Imħassar b' 32025R0272

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1006/oj

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/59


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1006/2013

tat-18 ta’ Ottubru 2013

dwar l-awtorizzazzjoni tal-L ċistina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-ċistina bħala addittiv tal-ikel fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom” Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-ċistina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Marzu 2013 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, l-L-ċistina ma għandux effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu tiegħu jista’ jitqies bħala effikaċi biex jikkontribwixxi għar-rekwiżiti għall-amminoaċidi li jkun fihom il-kubrit fl-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi ‘addittivi nutrittivi’ u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   The EFSA Journal 2013; 11(4):3173.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom

3c391

—

L-ċistina

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Trab kristallin prodott permezz ta’ idrolisi tal-keratina naturali mir-rix tat-tjur b’kontenut minimu tal-L-ċistina ta’ 98,5 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isem tal-IUPAC: (2R)-2-ammino-3-[(2R)-2-ammino-3-idrossi-3-oksopropil] aċidu disulfanil-propanojku

Numru CAS: 56-89-3

Formula kimika: C6H12N2O4S2

 

Metodi analitiċi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-L-ċistina fl-addittiv tal-għalf:

Titrimetry, European Pharmacopoeia (Ph. Eur. 6.0, metodu 01/2008-0998).

Għad-determinazzjoni taċ-ċistina fil-pretaħlitiet, f’għalf kompost u f’materjali tal-għalf:

Metodu ta’ kromatografija ta’ skambju joniku b’derivatizzazzjoni post-kolonna u detezzjoni fotometrika: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) (Anness III, F).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

Għas-sigurtà tal-utent: Għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet tas-sikurezza u ngwanti waqt l-użu.

2.

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u l-pretaħlitiet:

—

L-istabbiltà tal-ipproċessar u l-kundizzjonjiet tal-ħażna.

—

Supplimentazzjoni bl-L-ċistina għandha tiddependi fuq ir-rekwiżiti tal-annimali mmirati għal aċidi amminiċi li jkun fihom il-kubrit u l-livell ta’ aċidi amminiċi oħra li jkun fihom il-kubrit fir-razzjon.

It-8 ta’ Novembru 2023


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej:http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/authorisation/evaluation_reports/Pages/index.aspx.

(2)   ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.


Top