Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0957

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 957/2013 tal- 4 ta’ Ottubru 2013 għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bamberger Hörnla/Bamberger Hörnle/Bamberger Hörnchen (IĠP)]

ĠU L 263, 5.10.2013, pp. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/957/oj

5.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 263/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 957/2013

tal-4 ta’ Ottubru 2013

għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bamberger Hörnla/Bamberger Hörnle/Bamberger Hörnchen (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment il-paragrafu 2 tal-Artikolu 52 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2).

(2)

Skont l-Artikolu 6, il-paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Ġermanja biex tiddaħħal fir-reġistru d-denominazzjoni «Bamberger Hörnla»/«Bamberger Hörnle»/«Bamberger Hörnchen», ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

L-Assoċjazzjoni «Arche Noah», li tinsab f'Schiltern fl-Awstrija, opponiet ir-reġistrazzjoni ta' din id-denominazzjoni. B'konformità mal-Artikolu 7, il-paragrafu 3, tar-Regolament (KE) nru 510/2006, il-Kummissjoni madankollu, qieset li din l-oppożizzjoni hija inammissibbli, minħabba li ġiet ippreżentata direttament lill-Kummissjoni, bi ksur għalhekk il-Paragrafu 2 tal-Artikolu 7, it-tieni subparagrafu tal-istess regolament, li jirrikjedi preżentazzjoni permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(4)

Id-denominazzjoni «Bamberger Hörnla»/«Bamberger Hörnle»/«Bamberger Hörnchen» għalhekk trid tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(3)   ĠU C 283, 19.9.2012, p. 18.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Il-kategorija 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

IL-ĠERMANJA

Bamberger Hörnla/Bamberger Hörnle/Bamberger Hörnchen (IGP)


Top