This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0954
Commission Implementing Regulation (EU) No 954/2013 of 4 October 2013 correcting the Czech and Polish language versions of Regulation (EC) No 828/2009 laying down detailed rules of application for the marketing years 2009/2010 to 2014/2015 for the import and refining of sugar products of tariff heading 1701 under preferential agreements
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 954/2013 tal- 4 ta’ Ottubru 2013 li jikkoreġi l-verżjonijiet biċ-Ċek u bil-Pollakk tar-Regolament (KE) Nru 828/2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 954/2013 tal- 4 ta’ Ottubru 2013 li jikkoreġi l-verżjonijiet biċ-Ċek u bil-Pollakk tar-Regolament (KE) Nru 828/2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali
ĠU L 263, 5.10.2013, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
5.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 954/2013
tal-4 ta’ Ottubru 2013
li jikkoreġi l-verżjonijiet biċ-Ċek u bil-Pollakk tar-Regolament (KE) Nru 828/2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 156 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (2), u partikolarment l-Artikolu 9(5) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (3), u partikolarment l-Artikolu 18(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Hemm żball fil-verżjonijiet biċ-Ċek u bil-Pollakk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 (4), u b’mod aktar preċiż fl-Artikolu 11(1) tiegħu. |
(2) |
Hemm żball ieħor fil-verżjoni bil-lingwa Pollakka ta’ dak ir-Regolament, b’mod iktar preċiż fil-Parti II tal-Anness I tiegħu. |
(3) |
Dawn l-iżbalji għandhom jiġu kkoreġuti b’effett mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 828/2009. L-obbligu impost mill-Artikolu 11(1) tal-verżjonijiet ta’ dak ir-Regolament biċ-Ċek u bil-Pollakk fuq kull detentur ta’ liċenzja tal-importazzjoni għaz-zokkor għandu jiġi rtirat b’mod retroattiv minħabba li dan għandu jiġi limitat għad-detentur oriġinali tal-liċenzja biss. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 828/2009 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan jikkonċerna biss il-verżjonijiet biċ-Ċek u bil-Pollakk.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika b’effett mill-14 ta’ Settembru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali (ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14).