EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0792

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2013 tad- 19 ta’ Awwissu 2013 li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

ĠU L 222, 20.8.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/792/oj

20.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 792/2013

tad-19 ta’ Awwissu 2013

li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“ir-Regolament dwar l-OKS unika”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numri tal-ordni 09.4319 u 09.4320 ġie sospiż mis-27 ta’ Settembru 2012 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 879/2012 tas-26 ta’ Settembru 2012 li jiffissa l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni li saret applikazzjoni għalihom mit-8 sal-14 ta’ Settembru 2012 għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji bħal dawn (3), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009.

(2)

Wara n-notifiki dwar liċenzji mhux użati u/jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għal dawk in-numri tal-ordni. Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sospensjoni stipulata permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 879/2012 tat-tressiq ta’ appplikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numri tal-ordni 09.4319 u 09.4320 mis-27 ta’ Settembru 2012 qed tiġi irtirata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(3)  ĠU L 259, 27.9.2012, p. 3.


Top