This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0774
Commission Implementing Regulation (EU) No 774/2013 of 12 August 2013 concerning the authorisation of a preparation of Lactobacillus kefiri DSM 19455 as a feed additive for all animal species Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2013 tat- 12 ta’ Awwissu 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus kefiri DSM 19455 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 774/2013 tat- 12 ta’ Awwissu 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus kefiri DSM 19455 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 217, 13.8.2013, pp. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/05/2024; Imħassar b' 32024R1196
|
13.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 217/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 774/2013
tat-12 ta’ Awwissu 2013
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus kefiri DSM 19455 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus kefiri DSM 19455. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus kefiri DSM 19455 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, li għandu jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tad-13 ta’ Marzu 2013 (2) li skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-preparazzjoni ma tħallix effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumaturi jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni ttejjeb l-istabbilità erobika tal-ħżin tal-ħaxix billi żżid il-produzzjoni tal-aċidu aċetiku u billi tnaqqas il-pH tal-għalf iffermentat minn materjali faċli għal materjal diffiċli mhux ħażin biex jinħażnu. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ikkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Konsegwentement, l-użu ta’ dawn il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tas-silaġġ”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) The EFSA Journal 2013; 11(4):3177.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
|
CFU/kg ta’ materjal frisk |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tas-silaġġ. |
|||||||||||||||||||||||||||
|
1k20742 |
— |
Lactobacillus kefiri DSM 19455 |
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-2 ta’ Settembru 2023 |
||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
(2) Foraġġ li hu faċli biex jinħażen: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Foraġġ li hu b’mod moderat diffiċli biex jinħażen: 1,5-3,0 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Kif iddefinit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).