Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0768

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 768/2013 tat- 8 ta’ Awwissu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikoltura

    ĠU L 214, 9.8.2013, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/08/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R1366

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/768/oj

    9.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 214/7


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 768/2013

    tat-8 ta’ Awwissu 2013

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 917/2004 dwar ir-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2004 dwar miżuri li jtejbu l-kondizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-apikoltura

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikulari l-Artikolu 110 tiegħu (1), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 917/2004 (2) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tal-apikoltura stipulate fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Skont l-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 917/2004, il-miżuri tal-programm tal-apikoltura stipulati għal kull sena tal-perjodu ta’ tliet snin, għandhom jitwettqu qabel il-31 ta’ Awwissu tas-sena li jkunu relatati magħha u l-pagamenti għandhom isiru matul l-eżerċizzju annwali stabbilit mis-16 ta’ Ottubru tal-istess sena sal-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara. Għalhekk, l-Istati Membri ma jistgħux jimplimentaw miżuri tal-apikoltura bejn l-1 ta’ Settembru tas-sena tal-programm tal-apikoltura u l-15 ta’ Ottubru tal-istess sena.

    (2)

    Sabiex tiġi evitata l-lakuna bejn l-implimentazzjoni u l-finanzjament ta’ miżuri tal-apikoltura, id-dati rilevanti jeħtieġ li jinbidlu sabiex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu implimentati matul is-sena kollha.

    (3)

    Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni għall-programmi nazzjonali tal-apikoltura huwa bbażat fuq iċ-ċensiment tan-naħal/in-numru ta’ doqqajs f’kull Stat Membru kif elenkat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 917/2004.

    (4)

    Skont l-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri ressqu l-programmi tal-apikoltura nazzjonali tagħhom u aġġornaw in-numru ta’ doqqajs kif previst fl-Artikolu 1 (a) tar-Regolament (KE) Nru 917/2004. In-numru aġġornat ta’ doqqajs għandu jkun rifless fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 917/2004.

    (5)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 għandu jiġi emendat skont dan.

    (6)

    L-emendi stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 917/2004 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

    “2.   Kull sena tal-programm tal-apikoltura (“sena tal-apikoltura”) għandha titħaddem għal 12-il xahar konsekuttiv mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Awwissu.

    3.   Il-miżuri tal-programm tal-apikoltura stipulati għal kull sena tal-apikoltura għandhom ikunu eżegwiti b’mod sħiħ fi ħdan is-sena tal-apikoltura kkonċernata.

    Il-pagamenti relatati ma’ miżuri implimentati matul kull sena tal-apikoltura għandhom isiru fi żmien il-perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda fis-16 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena tal-apikoltura u jintemm fil-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.”

    (2)

    L-Anness I jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika b’effett mis-sena tal-apikoltura 2014 li tibda fl-1 ta’ Settembru 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Awwissu 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 163, 30.4.2004, p. 83.


    ANNESS

    “ANNESS I

    Stat Membru

    Ċensiment tan-naħal

    Numru ta’ doqqajs

    BE

    107 800

    BG

    526 014

    CZ

    540 705

    DK

    150 000

    DE

    711 299

    EE

    41 400

    IE

    15 710

    EL

    1 584 206

    ES

    2 459 292

    FR

    1 636 000

    HR

    491 481

    IT

    1 316 774

    CY

    44 953

    LV

    83 801

    LT

    144 969

    LU

    7 804

    HU

    1 088 590

    MT

    3 142

    NL

    80 000

    AT

    376 485

    PL

    1 280 693

    PT

    566 793

    RO

    1 550 000

    SI

    167 000

    SK

    254 859

    FI

    50 000

    SE

    150 000

    Ir-Renju Unit

    274 000

    UE 28

    15 704 270 ”


    Top