This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0342
Commission Implementing Regulation (EU) No 342/2013 of 16 April 2013 amending Regulation (EC) No 589/2008 laying down detailed rules for implementing Council Regulation (EC) No 1234/2007 as regards marketing standards for eggs
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2013 tas- 16 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 589/2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2013 tas- 16 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 589/2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd
ĠU L 107, 17.4.2013, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 27/11/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2465
|
17.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 342/2013
tas-16 ta’ April 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 589/2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u partikolarment l-Artikolu 121(d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 (2) l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bajd ikun iċċekkjat fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, li jista’ jinftiehem bħala l-verifika tal-konformità ma’ kull rekwiżit mogħti fir-Regolament f’kull stadju tal-katina tal-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(2) |
Madankollu, ċerti rekwiżiti mogħtija fir-Regolament japplikaw fi stadju speċifiku tal-katina tal-kummerċjalizzazzjoni u għaldaqstant għandhom jiġu ċċekkjati f’dak l-istadju. Pereżempju, ċerti rekwiżiti jridu jiġu ċċekkjati fis-sit tal-produzzjoni jew fiċ-ċentru tal-ippakkjar, waqt li rekwiżiti oħrajn iridu jiġu ċċekkjati fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut, skont kif ikun xieraq. |
|
(3) |
Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, jeħtieġ li tiġi żgurata ċerta flessibbiltà fir-rigward tal-verifiki li għandhom jitwettqu fi stadji differenti tal-katina tal-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 589/2008 għandu jigi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 589/2008 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“2. Is-servizzi tal-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiċċekkjaw il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament fl-istadji differenti tal-kummerċjalizzazzjoni, skont kif ikun xieraq. Minbarra l-verifiki permezz tat-teħid ta’ kampjuni aleatorji, għandhom isiru verifiki abbażi ta’ analiżi tar-riskji, filwaqt li jitqiesu t-tip u l-ammont ta’ materjal ipproċessat fl-istabbiliment ikkonċernat, kif ukoll ir-reġistri tal-passat tal-operatur rigward il-konformità man-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO