Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0013

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 13/2013 tal- 11 ta’ Jannar 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2012 li jiffissa l-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2012/2013 u li jirrevoka r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 931/2012

    ĠU L 8, 12.1.2013, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/13/oj

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 8/8


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 13/2013

    tal-11 ta’ Jannar 2013

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2012 li jiffissa l-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2012/2013 u li jirrevoka r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 931/2012

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 61 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor u l-isoglokożju prodotti matul sena tas-suq li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss skont il-limitu kwantitattiv li għandu jiġi ffissat.

    (2)

    Regoli dettaljati tal-implimentazzjoni għall-esportazzjonijiet barra mill-kwota, b’mod partikolari rigward il-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni, huma stipulati bir-Regolament (KE) Nru 951/2006.

    (3)

    Għas-sena tas-suq 2012/2013, kien inizjalment smat li l-iffissar tal-limitu kwantitattiv għal 650 000 tunnellata, f’ekwivalent ta’ zokkor abjad, għal esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota, ikun se jikkorrispondi għad-domada tas-suq. Tali limitu kien iffissat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 394/2012 (3). Madankollu, skont l-iktar stimi riċenti, il-produzzjoni ta’ zokkor barra mill-kwota hija mistennija li tilħaq livell sostanzjali ta’ 5 300 000 tunnellata. Għaldaqstant, għandhom ikunu żgurati postijiet addizzjonali tas-suq għal zokkor barra mill-kwota.

    (4)

    B’kunsiderazzjoni li l-livell massimu tad-WTO għall-esportazzjonijiet għas-sena tas-suq 2012/2013 ma ntuzax kollu, xieraq li jiżdied il-limitu kwantitattiv tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota b’700 000 tunnellata, sabiex ikunu pprovduti opportunitajiet kummerċjali addizzjonali għall-produtturi taz-zokkor tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-produtturi tal-Unjoni ta’ zokkor barra mill-kwota jkunu jistgħu jisfruttaw l-opportunitajiet tas-suq fuq is-swieq tal-esportazzjoni tagħhom, xieraq li l-kwantitajiet miżjuda ikunu disponibbli mill-14 ta’ Jannar 2013.

    (5)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 394/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Sabiex ikun possibbli t-tressiq ta’ liċenzji tal-esportazzjonijiet ta’ zokkor barra mill-kwota, għandha titneħħa s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ipprovduta fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2012 tal-10 ta’ Ottubru 2012 li jistipula perċentwali ta’ aċċettazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni li jirrifjuta applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota (4). Billi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 931/2012 eżawrixxa l-effetti tiegħu, xieraq li jiġi rrevokat.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 394/2012 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    "1.   Għas-sena tas-suq 2012/2013, il-limitu kwantitattiv imsemmi fl-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun 1 350 000 tunnellata għal esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta’ zokkor abjad barra mill-kwota li jaqa’ fil-kamp tal-Kodici tan-Nomenklatura CN 1701 99."

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (UE) Nru 931/2012 huwa mħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-14 ta’ Jannar 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

    (3)  ĠU L 123, 9.5.2012, p. 30.

    (4)  ĠU L 277, 11.10.2012, p. 7.


    Top