This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013Q0504(01)
Revision of the Rules of Procedure of the Committee of the Regions
Reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tar-Reġjuni
Reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 123, 4.5.2013, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 05/03/2014; Impliċitament imħassar minn 32014Q0305(01)
4.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 123/27 |
Reviżjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tar-Reġjuni
Il-Kumitat tar-Reġjuni, matul id-99 sessjoni plenarja tiegħu tal-1 ta’ Frar 2013 iddeċieda li jissostitwixxi l-Artikolu 29 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li ġew adottati fit-3 ta’ Diċembru 2009, fuq il-bażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 306 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ġej:
“Artikolu 29 – Kompożizzjoni tal-Bureau
Il-Bureau huwa magħmul minn:
a) |
il-President; |
b) |
l-ewwel Viċi President; |
c) |
Viċi President għal kull Stat Membru; |
d) |
28 membru ieħor; u |
e) |
il-presidenti tal-gruppi politiċi. |
Is-siġġijiet fil-Bureau (barra mis-siġġijiet tal-President, l-ewwel Viċi President u l-presidenti tal-gruppi politiċi) għandhom jitqassmu fost id-delegazzjonijiet nazzjonali kif ġej:
— |
3 siġġijiet: Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, il-Polonja u r-Renju Unit; |
— |
2 siġġijiet: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Kroazja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, l-Isvezja u l-Ungerija; |
— |
siġġu wieħed: l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta u s-Slovenja.” |
Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ biss abbażi u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, li hija prevista għall-1 ta’ Lulju 2013.