Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0811

2013/811/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li tiddetermina għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill l-awtorità bis-setgħa ta' ħatra u l-awtorità bis-setgħa ta' konklużjoni tal-kuntratti ta' reklutaġġ u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/444/UE

ĠU L 355, 31.12.2013, p. 91–91 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2017; Imħassar b' 32017D0262

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/811/oj

31.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 355/91


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li tiddetermina għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill l-awtorità bis-setgħa ta' ħatra u l-awtorità bis-setgħa ta' konklużjoni tal-kuntratti ta' reklutaġġ u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/444/UE

(2013/811/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea, kif stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 ta' dawk il-Kondizzjonijiet ta' Impjieg,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 240 (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jaqa' taħt ir-responsabbilità ta' Segretarju Ġenerali.

(2)

Fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li introduċa grupp ta' funzjoni ġdid AST/SC, għandha tiġi adottata deċiżjoni ġdida li tiddetermina għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill l-awtorità bis-setgħa ta' ħatra u l-awtorità bis-setgħa ta' konklużjoni tal-kuntratti ta' reklutaġġ, u d-Deċiżjoni 2006/491/KE, Euratom (3) għandha tiġi mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolamenti tal-Persunal”) lill-Awtorità bis-Setgħa ta' Ħatra, u mill-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (“il-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg”) u lill-Awtorità kompetenti biex tikkonkludi kuntratti ta' impjieg, għandhom, fir-rigward tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jiġu eżerċitati:

a)

mill-Kunsill għas-Segretarju Ġenerali;

b)

mill-Kunsill, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għall-applikazzjoni lid-Diretturi Ġenerali tal-Artikoli 1a, 30, 34, 41, 49, 50 u 51 tar-Regolamenti tal-Persunal;

c)

mis-Segretarju Ġenerali fil-każijiet l-oħra.

Is-Segretarju Ġenerali huwa awtorizzat li jiddelega lid-Direttur Ġenerali tal-Amministrazzjoni s-setgħat kollha tiegħu, jew xi wħud minnhom, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg u l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali fil-gruppi ta’ funzjoni AST u AST/SC, ħlief għas-setgħat ta' ħatra u ta' tmiem tas-servizz tal-uffiċjali u ta' reklutaġġ ta' aġenti oħra.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/444/EU, Euratom hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

(2)  Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2006 li tiddetermina għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill is-setgħa ta' ħatra u s-setgħa ta' konklużjoni ta' kuntratti ta' reklutaġġ (ĠU L 194, 14.7.2006, p. 29).


Top