Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0530(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta' Mejju 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

ĠU C 151, 30.5.2013, pp. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2016

30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta' Mejju 2013

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

2013/C 151/08

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1922/2006 jipprevedi, inter alia, li l-Kunsill għandu jaħtar 18-il membru, kif ukoll il-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għal perjodu ta' tliet snin.

(2)

Tmintax-il Stat Membru (Bulgarija, Danimarka, Estonja, Irlanda, Greċja, Italja, Ċipru, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Malta, Pajjiżi l-Baxxi, Awstrija, Polonja, Rumanija, Slovakkja, Finlandja u Renju Unit) huma mistennija jinnominaw il-membri u l-membri supplenti għall-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Mejju 2016.

(3)

Il-Gvernijiet ta' dawk l-Istati Membri kollha ppreżentaw listi ta' kandidati lill-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri u membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Mejju 2016:

RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Supplenti

Bulgarija

Is-Sinjura Irina IVANOVA

Is-Sinjura Ginka MASHOVA

Danimarka

Is-Sinjura Kira APPEL

Is-Sinjur Søren FELDBÆK WINTER

Estonja

Is-Sinjura Käthlin SANDER

Is-Sinjura Helena PALL

Irlanda

Is-Sinjura Pauline M. MOREAU

Is-Sur Patrick O'LEARY

Greċja

Is-Sinjura Fotini ZIGOURI

Is-Sinjura Maria EYTHIMIOY

Italja

Is-Sinjura Patrizia DE ROSE

 

Ċipru

Is-Sinjura Kalliope AGAPIOU-JOSEPHIDES

Is-Sur Demetris MICHAELIDES

Latvja

Is-Sinjura Diāna JAKAITE

Is-Sinjura Agnese GAILE

Litwanja

Is-Sinjura Vanda JURŠĖNIENĖ

Is-Sinjura Dalia LEINARTĖ

Lussemburgu

Is-Sinjura Maryse FISCH

Is-Sinjura Isabelle SCHROEDER

Malta

Is-Sinjura Romina BARTOLO

Is-Sinjura Therese SPITERI

Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sinjura Carlien SCHEELE

Is-Sinjura Jantina WALRAVEN

Awstrija

Is-Sinjura Vera JAUK

Is-Sur Dietmar HILLBRAND

Polonja

Is-Sinjura Monika KSIENIEWICZ

Is-Sinjura Aleksandra DUDA

Rumanija

Is-Sinjura Andra Cristina CROITORU

Is-Sinjura Daniela COZMA

Slovakkja

Is-Sinjura Oľga PIETRUCHOVÁ

Is-Sur Andrej KURUC

Finlandja

Is-Sinjura Tarja HEINILÄ-HANNIKAINEN

Is-Sinjura Riitta MARTIKAINEN

Renju Unit

Is-Sur Charles RAMSDEN

Is-Sur Paul HOWARTH

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BRUTON


(1)  ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.


Top