Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0293

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/293/PESK tat- 18 ta' Ġunju 2013 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

    ĠU L 167, 19.6.2013, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/293/oj

    19.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 167/39


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/293/PESK

    tat-18 ta' Ġunju 2013

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK tal-31 ta' Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 3(1) u 5(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta' Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK.

    (2)

    Il-Kunsill wettaq rieżami sħiħ tal-listi ta' persunistipulati fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK, li għaliha japplikaw l-Artikolu 1(1)(b) u l-Artikolu 2(1) u (2) ta' dik id-Deċiżjoni. Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni elenkati fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

    (3)

    Fl-20 ta' Marzu 2013, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, aġġorna l-informazzjoni dwar persuna waħda soġġetta għall-projbizzjoni tal-ivvjaġġar impost skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012).

    (4)

    Id-dettalji dwar dik il-persuna fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jiġu emendati skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK huma b'dan emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ġunju 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. HOGAN


    (1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.


    ANNESS

    Id-dettalji tal-persuna kif jinsabu hawn taħt fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jiġu sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    Isem

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni

    (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

    Raġunijiet għall-elenkar

    Data tal-inklużjoni

    Maġġur Idrissa DJALÓ

    Nazzjonalità: Il-Ginea Bissaw

    D.t.t.: 18 ta' Diċembru 1954

    Kariga uffiċjali: Konsulent ta' protokoll għall-Kap Kmandant tal-Forzi Armati u sussegwentament, Kurunell u Kap tal-Protokoll tal-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati

    Passaport: AAISO40158

    Data tal-ħruġ: 2.10.2012

    Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

    Data ta' skadenza: 2.10.2015

    Punt ta' Kuntatt għall-"Kmand Militari" li refa' r-responsabbiltà għall-kolp ta' stat tat-12 ta' April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-"Kmand Militari", billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta' April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari.

    18.7.2012


    Top