EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0282

2013/282/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/784/KE fir-rigward tal-formula ta’ metodu awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Franza (notifikata bid-dokument C(2013) 3437)

ĠU L 161, 13.6.2013, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/282/oj

13.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/10


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2006/784/KE fir-rigward tal-formula ta’ metodu awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Franza

(notifikata bid-dokument C(2013) 3437)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(2013/282/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/784/KE tal-14 ta’ Novembru 2006 li tawtorizza l-metodi għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjali fi Franza (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ seba’ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Franza.

(2)

Franza talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza s-sostituzzjoni tal-formula użata fil-metodu “CSB Image-Meater” għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fuq it-territorju tagħha billi l-metodu preżenti ta’ klassifikazzjoni kellu bżonn adattament tekniku. Franza ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni li tindika l-prinċipji li fuqhom hija bbażata din il-formula l-ġdida, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u l-ekwazzjoni użata biex issir stima tal-perċentwal ta’ laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (3).

(3)

Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ din il-formula ġdida huma ssodisfati. Din il-formula għandha għalhekk tiġi awtorizzata fi Franza.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2006/784/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx jiġu permessi, sakemm ma jkunux awtorizzati espliċitament mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/784/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 17.11.2006, p. 27.

(3)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.


ANNESS

Fil-Parti 6 (CSB Image-Meater) tal-Anness mad-Deċiżjoni 2006/784/KE, il-punti 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

“2.

Is-CSB Image-Meater jikkonsisti partikolarmenti minn vidjowkamera, kompjuter mgħammar b’kard għall-analiżi tal-immaġni, skrin, printer, mekkaniżmu użat għall-kmand, mekkaniżmu għar-rata u sistemi ta’ interazzjoni. L-erba’ varjabbli tal-Image-Meater jitkejlu kollha fuq il-linja ta’ diviżjoni; il-valuri mkejla jiġu ttrasformati f’estimu tal-perċentwali ta’ dgħif minn unità ċentrali.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Formula

fejn:

Ŷ =

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

G3 —

l-iċken ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda) fuq il-muskolu gluteus medius (f’millimetri),

G4 —

il-ħxuna medja tax-xaħam (inkluż il-ġilda) tul l-erba’ vertebri lumbari (imsejħa Va, Vb, VC, Vd) (f’millimetri),

M3 —

l-iċken ħxuna tal-muskolu bejn l-estremità anterjuri tal-muskolu gluteus medius u l-parti dorsali tal-kanal tal-mudullun (f’millimetri),

M4 —

il-ħxuna medja tal-muskolu tul l-erba’ vertebri lumbari (imsejħa Va, Vb, VC, Vd) (f’millimetri).

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 45 u 125 kilogramma.”


Top