EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0274

2013/274/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE fir-rigward ta’ miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Ungerija (notifikata bid-dokument C(2013) 3348) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 159, 11.6.2013, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2013; Imħassar b' 32013D0764

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/274/oj

11.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/14


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE fir-rigward ta’ miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Ungerija

(notifikata bid-dokument C(2013) 3348)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/274/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) tistipula ċerti miżuri ta’ kontroll għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew fir-reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Dik il-lista tinkludi l-kontea ta’ Pest fl-Ungerija.

(2)

L-Ungerija għarrfet lill-Kummissjoni dwar żviluppi riċenti fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer fit-territorju tal-kontea ta’ Pest elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE.

(3)

Dik l-informazzjoni tindika li d-deni klassiku tal-ħnieżer fit-territorju tal-kontea ta’ Pest inqered. Għaldaqstant, il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2008/855/KE ma għandhomx jibqgħu japplikaw għal dik il-kontea u r-referenza għall-kontea ta’ Pest fil-lista stipulata fil-Parti I tal-Anness tagħha għandha titħassar.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/855/KE, il-punt 3 hu mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.


Top