Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013B0615

    2013/615/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2011

    ĠU L 308, 16.11.2013, p. 81–81 (HR)
    ĠU L 308, 16.11.2013, p. 339–339 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/615/oj

    16.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 308/339


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tas-17 ta’ April 2013

    dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2011

    (2013/615/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Artemis għas-sena finanzjarja 2011,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Artemis għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05755/2013 — C7–0040/2013),

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-“Impriża Konġunta Artemis” għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0087/2013),

    1.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2011;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Artemis, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Martin SCHULZ

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 6, 10.1.2013, p. 1.

    (2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    Top