Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013B0613

    2013/613/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta’ April 2013 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011

    ĠU L 308, 16.11.2013, p. 333–333 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 308, 16.11.2013, p. 79–79 (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/613/oj

    16.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 308/333


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tas-17 ta’ April 2013

    dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011

    (2013/613/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembu 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Procedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0065/2013),

    1.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea GNSS għas-sena finanzjarja 2011;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea GNSS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Martin SCHULZ

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 208.

    (2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (4)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11.

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    Top