Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1255

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2012 tal- 11 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 12, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju Nru 1 u 13, u l-Interpretazzjoni Nru 20 tal-Kumitat Internazzjonali tal-Interpretazzjoni tar-Rappurtar Finanzjarju Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 360, 29.12.2012, p. 78–144 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1255/oj

    29.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 360/78


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1255/2012

    tal-11 ta’ Diċembru 2012

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 12, l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju Nru 1 u 13, u l-Interpretazzjoni Nru 20 tal-Kumitat Internazzjonali tal-Interpretazzjoni tar-Rappurtar Finanzjarju

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008.

    (2)

    Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) ippubblika l-emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (‧IFRS‧) 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju - Iperinflazzjoni Gravi u t-Tneħħija ta’ Dati Fissi għal min Jadottahom għall-Ewwel Darba (minn hawn 'il quddiem “l-emendi għall-IFRS 1”) u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (‧IAS‧) 12 Taxxi fuq l-Introjtu - Taxxa Differita: Irkupru ta’ Assi Sottostanti (minn hawn 'il quddiem "emendi għall-IAS 12"). L-objettiv tal-emendi għall-IFRS 1 huwa li jintroduċu eżenzjoni ġdida fl-ambitu tal-IFRS 1 – jiġifieri, entitajiet li ġew soġġetti għal iperinflazzjoni gravi jitħallew jużaw il-valur ġust bħala l-kost meqjus tal-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom fl-ewwel IFRS tagħhom dwar il-pożizzjoni finanzjarja. Barra minn hekk, dawk l-emendi jissostitwixxu wkoll ir-referenzi għal dati fissi fl-IFRS 1 b’referenzi għad-data ta’ tranżizzjoni. Fir-rigward tal-IAS 12, jippreskrivi t-trattament kontabilistiku għat-taxxi fuq l-introjtu. L-objettiv tal-emendi għall-IAS 12 huwa li jintroduċi eċċezzjoni għall-prinċipju tal-kejl fl-IAS 12 fil-forma ta’ suppożizzjoni konfutabbli li tassumi li l-ammont riportat ta’ proprjetà ta’ investiment imkejjel bil-valur ġust jiġi rkuprat permezz ta’ bejgħ u entità tkun meħtieġa tuża r-rata tat-taxxa applikabbli għall-bejgħ ta’ assi sottostanti.

    (3)

    Fit-12 ta’ Mejju 2011, l-IASB ħareġ l-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust (minn hawn 'il quddiem "IFRS 13"). L-IFRS 13 jistabbilixxi qafas IFRS wieħed għall-kejl tal-valur ġust u jipprovdi gwida komprensiva fuq kif jitkejjel il-valur ġust tal-assi u l-obbligi kemm finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji. L-IFRS 13 japplika meta xi IFRS ieħor jirrikjedi jew jippermetti kejl tal-valur ġust jew divulgazzjoni dwar il-kejl tal-valur ġust.

    (4)

    Fid-19 ta’ Ottubru 2011, l-IASB ħareġ l-Interpretazzjoni 20 tal-Kumitat Internazzjonali tal-Interpretazzjoni tar-Rappurtar Finanzjarju (‧IFRIC‧) Spejjeż għat-Tneħħija tal-Iskart fil-Fażi tal-Produzzjoni ta’ Minjiera tal-Wiċċ ("IFRIC 20"). L-għan tal-IFRIC 20 huwa li jipprovdi gwida dwar ir-rikonoxximent tal-ispejjeż tat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni bħala assi u fuq il-kejl inizjali u sussegwenti tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart sabiex tonqos id-diversità fil-prassi ta’ kif l-entitajiet jikkontabbilizzaw l-ispejjeż tat-tneħħija tal-iskart imġarrba waqt il-fażi tal-produzzjoni ta’ minjiera tal-wiċċ.

    (5)

    Dan ir-Regolament japprova l-emendi għall-IAS 12, l-emendi għall-IFRS 1, l-IFRS 13, l-IFRIC 20 u l-emendi li jirriżultaw għal standards u interpretazzjonijiet oħra. Dawk l-istandards, l-emendi fl-istandards jew fl-interpretazzjonijiet eżistenti fihom xi referenzi għall-IFRS 9, li fil-preżent ma jistax jiġi applikat peress li l-IFRS 9 għadu ma ġiex adottat mill-Unjoni. Għalhekk kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jinqraw bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Barra minn hekk, kwalunkwe amenda konsegwenzjali għall-IFRS 9 li tirriżulta mill-Anness għal dan ir-Regolament ma tistax tiġi applikata.

    (6)

    Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emendi għall-IAS 12 u l-emendi għall-IFRS 1 kif ukoll l-IFRS 13 u l-IFRIC 20 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabbiltà,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 12 Taxxi fuq l-Introjtu għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

    (b)

    L-Interpretazzjoni 21 tal-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjonijiet (SIC) qiegħed jitħassar skont l-emendi fl-IAS 12 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    (c)

    l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

    (d)

    L-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust qiegħed jiddaħħal kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

    (e)

    L-IFRS 1, l-IFRS 2, l-IFRS 3, l-IFRS 4, l-IFRS 5, l-IFRS 7, l-IAS 1, l-IAS 2, l-IAS 8, l-IAS 10, l-IAS 16, l-IAS 17, l-IAS 18, l-IAS 19, l-IAS 20, l-IAS 21, l-IAS 28, l-IAS 31, l-IAS 32, l-IAS 33, l-IAS 34, l-IAS 36, l-IAS 38, l-IAS 39, l-IAS 40, l-IAS 41, l-IFRIC 2, l-IFRIC 4, l-IFRIC 13, l-IFRIC 17 u l-IFRIC 19 huma emendati skont l-IFRS 13 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

    (f)

    L-Interpretazzjoni IFRIC 20 Spejjeż għat-Tneħħija tal-Iskart fil-Fażi tal-Produzzjoni ta’ Minjiera tal-Wiċċ tiddaħħal kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

    (g)

    L-IFRS 1 huwa emendat skont l-IFRIC 20 kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    2.   Kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl.

    3.   Kwalunkwe amenda konsegwenzjali għall-IFRS 9 li tirriżulta mill-Anness għal dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi applikata.

    Artikolu 2

    1.   Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 1(1), mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew wara.

    2.   Kull kumpanija għandha tapplika l-IFRS 13, l-IFRIC 20, u l-emendi konsegwenzjali msemmija fil-punti (d) - (g) tal-Artikolu 1(1), mhux aktar tard, mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-11 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.


    ANNESS

    STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABBILTÀ

    IFRS 1

    L-IFRS 1

    Adozzjoni għall-Ewwel Darba - Iperinflazzjoni Gravi u t-Tneħħija ta’ Dati Fissi għal min Jadottahom għall-Ewwel Darba

    IAS 12

    L-IAS 12

    Taxxi fuq l-Introjtu - Taxxa Differita: Irkupru ta’ Assi Sottostanti

    IFRS 13

    IFRS 13

    Kejl tal-Valur Ġust

    IFRIC 20

    L-Interpretazzjoni IFRIC 20

    Spejjeż għat-Tneħħija tal-Iskart fil-Fażi tal-Produzzjoni ta’ Minjiera tal-Wiċċ

    "Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkupjar għall-użu personali jew skopijiet oħra ta’ kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org"

    EMENDI FL-IFRS 1

    Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju

    Wara l-paragrafu 31B, jiżdiedu intestatura u l-paragrafu 31C.

    PREŻENTAZZJONI U DIVULGAZZJONI

    Spjegazzjoni tat-tranżizzjoni għall-IFRSs

    Użu tal-kostijiet preżunti wara iperinflazzjoni gravi

    31C

    Jekk entità tagħżel li tkejjel l-assi u l-obbligazzjonijiet skont il-valur ġust u li tuża l-valur ġust bħala l-kost preżunt fl-ewwel rapport IFRS tagħha tal-pożizzjoni finanzjarja minħabba iperinflazzjoni gravi (ara l-paragrafi D26-D30), l-ewwel rapporti finanzjarji IFRS tal-entità għandhom jiddivulgaw spjegazzjoni ta’ kif u għalfejn l-entità kellha, u mbagħad waqfet ikollha, munita funzjonali li għandha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

    (a)

    mhuwiex disponibbli indiċi tal-prezz ġenerali affidabbli għall-entitajiet kollha bi tranżazzjonijiet u bilanċi fil-munita.

    (b)

    ma teżistix skambjabilità bejn il-munita u munita barranija relativament stabbli.

    Appendiċi B

    Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni retrospettiva ta’ IFRSs oħra

    Il-paragrafu B2 ġie emendat.

    Irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi u obbligazzjonijiet finanzjarji

    B2

    Ħlief kif permess mill-paragrafu B3, min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti tar-irtirar tar-rikonoxximent fl-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li jseħħu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs jew wara. Pereżempju, jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jirtira r-rikonoxximent ta’ assi finanzjarji mhux derivati jew ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivati skont il-GAAP preċedenti tiegħu bħala riżultat ta’ tranżazzjoni li seħħet qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, ma għandux jirrikonoxxi dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet skont l-IFRSs (sakemm ma jkunux jikkwalifikaw għal rikonoxximent bħala riżultat ta’ tranżazzjoni jew avveniment li jseħħ wara).

    Appendiċi D

    Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra

    Il-paragrafi D1 u D20 ġew emendati.

    D1

    Entità tista' tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    (o)

    trasferimenti ta’ assi mingħand klijenti (il-paragrafu D24);

    (p)

    estinzjoni ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta’ strumenti ta’ ekwità u

    (q)

    iperinflazzjoni gravi (il-paragrafi D26-D30).

    Entità ma għandhiex, b'analoġija tapplika dawn l-eżenzjonijiet għal elementi oħra.

    Il-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji jew tal-obbligazzjonijiet finanzjarji fir-rikonoxximent inizjali

    D20

    Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 7 u 9, entità tista' tapplika r-rekwiżiti fl-aħħar sentenza tal-paragrafu AG76 tal-IAS 39, u fil-paragrafu AG76A, b'mod prospettiv għat-tranżazzjonijiet li tidħol għalihom fid-data tat-tranżazzjoni għall-IFRSs jew wara.

    Intestatura u l-paragrafi D26-D30 ġew miżjuda.

    Iperinflazzjoni gravi

    D26

    Jekk entità jkollha munita funzjonali li kienet, jew li hija l-munita ta’ ekonomija b'iperinflazzjoni, l-entità għandha tiddetermina jekk kinitx soġġetta għal iperinflazzjoni gravi qabel id-data tat-tranżazzjoni għall-IFRSs. Dan japplika għal entitajiet li qed jadottaw l-IFRSs għall-ewwel darba, kif ukoll għall-entitajiet li diġà kienu applikaw l-IFRSs.

    D27

    Il-munita ta’ ekonomija b'iperinflazzjoni hija soġġetta għal iperinflazzjoni jekk ikollha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

    (a)

    mhuwiex disponibbli indiċi tal-prezz ġenerali affidabbli għall-entitajiet kollha bi tranżazzjonijiet u bilanċi fil-munita.

    (b)

    ma teżistix skambjabilità bejn il-munita u munita barranija relativament stabbli.

    D28

    Il-munita funzjonali ta’ entità ma tibqax soġġetta għal iperinflazzjoni gravi fid-data tan-normalizzazzjoni tal-munita funzjonali. Din hija d-data meta l-munita funzjonali titlef waħda mill-karatteristiċi, jew it-tnejn li huma, tal-paragrafu D27, jew meta jkun hemm bidla fil-munita funzjonali tal-entità għal munita li ma tkunx soġġetta għal iperinflazzjoni gravi.

    D29

    Meta d-data tat-tranżazzjoni għall-IFRSs tkun l-istess data li fiha tiġi nnormalizzata l-munita funzjonali, jew data wara, l-entità tista' tagħżel li tkejjel l-assi u l-obbligazzjonjiet kollha li kellha qabel id-data tan-normalizzazzjoni tal-munita funzjonali skont il-valur ġust fid-data tat-tranżazzjoni għall-IFRSs. L-entità tista' tuża dak il-valur ġust bħala l-kost preżunt ta’ dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet fl-ewwel rapport IFRS tal-pożizzjoni finanzjarja.

    D30

    Meta d-data tan-normalizzazzjoni tal-munita funzjonali tkun fi żmien perjodu komparattiv ta’ 12-il xahar, il-perjodu komparattiv jista' jkun anqas minn 12-il xahar, sakemm jiġi pprovdut sett sħiħ ta’ rapporti finanzjarji (kif meħtieġa mill-paragrafu 10 tal-IAS 1) għal dak il-perjodu iqsar.

    DATA EFFETTIVA

    Il-paragrafu 39H ġie miżjud.

    39H

    Iperinflazzjoni Gravi u Tneħħija tad-Dati Fissi għal min Jadottahom għall-Ewwel Darba (Emendi fl-IFRS 1), li ħareġ f'Diċembru 2010, emenda l-paragrafi B2, D1 u D20 u żied il-paragrafi 31C u D26-D30. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel.

    EMENDI GĦALL-IFRS 9

    IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (maħruġ f’Novembru 2009)

    Il-paragrafu C2 huwa emendat kif ġej.

    C2

    L-appendiċi B, il-paragrafi B1, B2 u B5 huma emendati, …

    B2

    Ħlief kif permess mill-paragrafu B3, min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti tal-irtirar tar-rikonoxximent fl-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li jseħħu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs jew wara. Pereżempju, jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jirtira r-rikonoxximent ta’ assi finanzjarji mhux derivati jew ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivati skont il-GAAP preċedenti tiegħu bħala riżultat ta’ tranżazzjoni li seħħet qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, ma għandux jirrikonoxxi dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet skont l-IFRSs (sakemm ma jkunux jikkwalifikaw għal rikonoxximent bħala riżultat ta’ tranżazzjoni jew avveniment li jseħħ wara).

    Il-paragrafu C3 huwa emendat billi jiżdied il-paragrafu D20 kif ġej.

    C3

    Fl-Appendiċi D (eżenzjonijiet minn IFRSs oħra), il-paragrafi D19 u D20 huma emendati …

    D20

    Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafi 7 u 9, entità tista' tapplika r-rekwiżiti fl-aħħar sentenza tal-paragrafu AG76 tal-IAS 39, u fil-paragrafu AG76A, b'mod prospettiv għat-tranżazzjonijiet li tidħol għalihom fid-data tat-tranżazzjoni għall-IFRSs jew wara.

    IFRS 9 Strumenti Finanzjarji (maħruġ f’Ottubru 2010)

    Il-paragrafi C2 u C3 huma emendati kif ġej.

    Fil-paragrafu C2, l-emenda għall-paragrafu B2 hija emendata kif ġej

    B2

    Ħlief kif permess fil-paragrafu B3, min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti tal-irtirar tar-rikonoxximent fl-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji b'mod prospettiv għal tranżazzjonijiet li jseħħu fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs jew wara. Pereżempju, jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jirtira r-rikonoxximent ta’ assi finanzjarji mhux derivati jew ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivati skont il-GAAP preċedenti tiegħu bħala riżultat ta’ tranżazzjoni li seħħet qabel id-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, ma għandux jirrikonoxxi dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet skont l-IFRSs (sakemm ma jkunux jikkwalifikaw għal rikonoxximent bħala riżultat ta’ tranżazzjoni jew avveniment li jseħħ wara).

    Fil-paragrafu C3, l-emenda għall-paragrafu D20 hija emendata kif ġej:

    D20

    Minkejja r-rekwiżiti fil-paragrafi 7 u 9, entità tista' tapplika r-rekwiżiti fl-aħħar sentenza tal-paragrafu B5.4.8 u tal-paragrafu B5.4.9 tal-IFRS 9, b'mod prospettiv għat-tranżazzjonijiet li tidħol għalihom fid-data tat-tranżazzjoni għall-IFRSs jew wara.

    Emendi għall-IAS12

    Taxxi fuq l-introjtu

    Il-paragrafu 52 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 51A. Il-paragrafu 10 u l-eżempji li jsegwu l-paragrafu 51A għandhom jiġu huma emendati. Għandhom jiżdiedu l-paragrafi 51B u 51C u l-eżempju li ġej kif ukoll il-paragrafi 51D, 51E, 98 u99.

    DEFINIZZJONIJIET

    Il-bażi għat-taxxa

    10

    Fejn il-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni ma tkunx ċara minnufih, huwa utli li jiġi kkunsidrat il-prinċipju fundamentali li fuqu huwa bbażat dan l-Istandard: li entità għandha, b’ċerti eċċezzjonijiet limitati tirrikonoxxi obbligazzjoni (assi) ta’ taxxa differita kull meta l-irkupru jew is-saldu tal-ammont miżmum fil-kotba ta’ assi jew obbligazzjoni jrendi l-pagamenti futuri tat-taxxa akbar (iżgħar) milli kienu jkunu kieku tali rkupru jew saldu ma kellu jkollu ebda konsegwenzi fiskali. L-eżempju C li jsegwi l-paragrafu 51A juri ċirkustanzi fejn jista’ jkun utli li jiġi kkunsidrat dan il-prinċipju fundamentali, pereżempju, meta l-bażi għat-taxxa ta’ assi jew obbligazzjoni tkun tiddependi fuq il-mod mistenni li jsir l-irkupru jew is-saldu.

    KEJL

    51A

    F’xi ġuriżdizzjonijiet, il-mod li bih entità tirkupra (ssalda) l-ammont miżmum fil-kotba ta’ xi assi (obbligazzjoni) jista’ jaffettwa waħda minn dawn li ġejjin jew it-tnejn li huma:

    (a)

    ir-rata ta’ taxxa applikabbli meta l-entità tirkupra (ssalda) l-ammont miżmum fil-kotba tal-assi (obbligazzjoni); kif ukoll

    (b)

    il-bażi għat-taxxa tal-assi (obbligazzjoni).

    F’dawn il-każijiet, l-entità tkejjel l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita u l-assi ta’ taxxa differita billi tuża r-rata tat-taxxa u l-bażi għat-taxxa li huma konsistenti mal-mod mistenni li jsir l-irkupru jew is-saldu.

    Eżempju A

    Oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir għandu ammont miżmum fil-kotba ta’ 100 u bażi għat-taxxa ta’ 60. Tapplika rata ta’ taxxa ta’ 20 % jekk l-oġġett jinbiegħ u tapplika rata ta’ taxxa ta’ 30 % għal introjtu ieħor.

    L-entità tirrikonoxxi obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 8 (40 bl-20 %) jekk tistenna li tbigħ l-oġġett mingħajr aktar użu u obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 12 (40 bit-30 %) jekk tistenna li żżomm l-oġġett u li tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba tiegħu permezz tal-użu.

    Eżempju B

    Oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir b’kost ta’ 100 u b’ammont miżmum fil-kotba ta’ 80 huwa rivalutat għal 150. Ma jsir l-ebda aġġustament ekwivalenti għal skopijiet ta’ taxxa. Id-deprezzament kumulattiv għal skopijiet ta’ taxxa huwa 30 u r-rata tat-taxxa hija 30 %. Jekk l-oġġett jinbiegħ għal aktar mill-kost, id-deprezzament kumulattiv relatat mat-taxxa ta’ 30 jiddaħħal fl-introjtu taxxabbli iżda r-rikavat mill-bejgħ li jeċċedi l-kost ma jkunx taxxabbli.

    Il-bażi għat-taxxa tal-oġġett hija 70 u hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 80. Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba billi tuża l-oġġetti, din trid tiġġenera introjtu taxxabbli ta’ 150, iżda tkun tista’ tnaqqas biss deprezzament ta’ 70. Abbażi ta’ dan, hemm obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 24 (80 bit-30 %). Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba billi tbigħ immedjatament l-oġġett għal rikavat ta’ 150, l-obbligazzjoni ta’ taxxa differita tinħadem kif ġej:

     

    Differenza temporanja taxxabbli

    Rata tat-taxxa

    Obbligazzjoni ta’ taxxa differita

    Deprezzament kumulattiv għat-taxxa

    30

    30  %

    9

    Rikavati li jaqbżu l-kost oriġinali

    50

    żero

    Total

    80

     

    9

    (nota: skont il-paragrafu 61A, it-taxxa differita addizzjonali li tirriżulta mir-rivalwazzjoni tiġi rrikonoxxuta f'introjtu komprenżiv ieħor)

    Eżempju C

    Il-fatti huma bħal fl-eżempju B, ħlief li jekk l-oġġett jinbiegħ għal aktar mill-kost, id-deprezzament kumulattiv għat-taxxa jiddaħħal fl-introjtu taxxabbli (intaxxat bit-30 %) u r-rikavat mill-bejgħ jiġi ntaxxat bl-40 %, wara li jitnaqqas il-kost aġġustat għall-inflazzjoni ta’ 110.

    Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba bl-użu tal-oġġett, din għandha tiġġenera introjtu taxxabbli ta’ 150, iżda tkun tista’ tnaqqas biss deprezzament ta’ 70. Fuq din il-bażi, il-bażi għat-taxxa hija ta’ 70, hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 80 u hemm obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 24 (80 bit-30 %), bħal fl-eżempju B.

    Jekk l-entità tistenna li tirkupra l-ammont miżmum fil-kotba billi tbigħ immedjatament l-oġġett għal rikavat ta’ 150, l-entità tkun tista’ tnaqqas il-kost indiċjat ta’ 110. Ir-rikavat nett ta’ 40 jiġi ntaxxat bl-40 %. Barra minn dan, id-deprezzament kumulattiv għat-taxxa ta’ 30 jiddaħħal f'introjtu taxxabbli u jiġi ntaxxat bit-30 %. Fuq din il-bażi, il-bażi għat-taxxa hija ta’ 80 (110 nieqes 30), hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 70 u hemm obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 25 (40 bl-40 % u 30 bit-30 %). Jekk il-bażi għat-taxxa ma toħroġx b’mod ċar mal-ewwel f’dan l-eżempju, ikun ta’ għajnuna jekk wieħed iqis il-prinċipju fundamentali stabbilit fil-paragrafu 10.

    (nota: skont il-paragrafu 61A, it-taxxa differita addizzjonali li tirriżulta mir-rivalwazzjoni tiġi rrikonoxxuta f'introjtu komprenżiv ieħor)

    51B

    Jekk obbligazzjoni ta’ taxxa differita jew assi ta’ taxxa differita jirriżulta minn assi li mhuwiex deprezzabbli mkejjel skont il-mudell ta’ rivalwazzjoni fl-IAS 16, il-kejl tal-obbligazzjoni tat-taxxa differita jew tal-assi tat-taxxi differita għandhom jirriflettu l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru tal-ammont miżmum fil-kotba tal-assi li mhuwiex deprezzabbli peremzz ta’ bejgħ, irrispettivament mill-bażi tal-kejl tal-ammont miżmum fil-kotba ta’ dak l-assi. Għaldaqstant, jekk il-liġi tat-taxxa tispeċifika rata ta’ taxxa applikabbli għall-ammont taxxabbli derivat mill-bejgħ ta’ assi li tkun differenti mir-rata ta’ taxxa applikabbli għall-ammont taxxabbli derivat mill-użu ta’ assi, tiġi applikata l-ewwel rata meta titkejjel l-obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita relatata ma’ assi li mhuwiex deprezzabbli.

    51C

    Jekk obbligazzjoni jew assi ta’ taxxa differita tirriżulta minn proprjetà għall-investiment li titkejjel permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40, ikun hemm suppożizzjoni konfutabbli li l-ammont miżmum fil-kotba tal-proprjetà tal-investiment se jiġi rkuprat mill-bejgħ. Skont dan, sakemm is-suppożizzjoni ma tiġix kkonfutata, il-kejl tal-obbligazzjoni tat-taxxa differita jew tal-assi tat-taxxi differita għandu jirrifletti l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru kollu tal-ammont miżmum fil-kotba tal-proprjetà tal-investiment mill-bejgħ. Din is-suppożizzjoni tiġi kkonfutata jekk il-proprjetà tal-investiment tkun deprezzabbli u tinżamm f'mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jkun li jiġu kkunsmati l-benefiċċji ekonomiċi kollha li jkunu jinsabu fil-proprjetà tal-investiment matul iż-żmien, minflok mill-bejgħ. Jekk is-supożizzjoni tiġi kkonfutata, għandhom jiġi segwiti r-rekwiżiti tal-paragrafu 51 u 51A.

    Eżempju li jispjega l-paragrafu 51C

    Proprjetà tal-investiment għandha kost ta’ 100 u valur ġust ta’ 150. Titkejjel permezz tal-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40. Hija magħmula minn art b'kost ta’ 40 u valur ġust ta’ 60 u minn bini b'kost ta’ 60 u valur ġust ta’ 90. L-art għandha ħajja utli bla limitu.

    Id-deprezzament kumulattiv tal-bini għall-iskopijiet ta’ taxxa huwa 30. Tibdiliet l ma jseħħux fil-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment ma jaffettwawx il-profitt taxxabbli. Jekk il-proprjetà tal-investiment tinbiegħ għal aktar mill-kost, ir-rivers tad-deprezzament kumulattiv tat-taxxa ta’ 30 jiddaħħal fil-profitt taxxabbli u jkun intaxxat b'rata ordinarja ta’ 30 %. Għar-rikavat mill-bejgħ ogħla mill-kost, il-liġi tat-taxxa tispeċifika rati tat-taxxa ta’ 25 % għall-assi miżmuma għal anqas minn sentejn u ta’ 20 % għal assi miżmuma għal sentejn jew aktar.

    Peress li l-proprjetà tal-investiment titkejjel bil-mudell tal-valur ġust fl-IAS 40, teżisti suppożizzjoni konfutabbli li l-entità ser tirkupra l-ammont kollu miżmum fil-kotba tal-proprjetà tal-investiment mill-bejgħ. Jekk din is-suppożizzjoni ma tiġix ikkonfutata, it-taxxa differita tirrifletti l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru kollu tal-ammont miżmum fil-kotba permezz tal-bejgħ, anki jekk l-entità tistenna li ddaħħal introjtu mill-kiri tal-proprjetà qabel il-bejgħ.

    Il-bażi tat-taxxa tal-art jekk tinbiegħ hija 40 u hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 20 (60-40). Il-bażi tat-taxxa tal-bini jekk jinbiegħ hija 30 (90-30) u hemm differenza temporanja taxxabbli ta’ 60 (90-30). Bħala riżultat, id-differenza temporanja taxxabbli totali marbuta mal-proprejtà tal-investiment hija 80 (20+60).

    Skont il-paragrafu 47, ir-rata tat-taxxa hija r-rata li hija mistennija tapplika għall-perjodu meta titneħħa l-proprjetà tal-investiment. Għalhekk, l-obbligazzjoni tat-taxxa differita li tirriżulta tinħadem kif ġej, jekk l-entità tistenna li tbigħ il-proprjetà wara li żżommha għal aktar minn sentejn:

     

    Differenza Temporanja Taxxabbli

    Rata tat-Taxxa

    Obbligazzjoni ta’ Taxxa Differita

    Deprezzament kumulattiv għat-taxxa

    30

    30  %

    9

    Rikavati li jaqbżu l-kost oriġinali

    50

    20  %

    10

    Total

    80

     

    19

    Jekk l-entità tistenna li tbigħ il-proprjetà wara li żżommha għal anqas minn sentejn, il-komputazzjoni ta’ hawn fuq tiġi emendata b'tali mod li tapplika rata ta’ taxxa ta’ 25 %, minflok 20 %, għar-rikavat li jaqbeż il-kost.

    Jekk, minflok, l-entità żżomm il-bini skont mudell kummerċjali li l-għan tiegħu jkun li jiġu kkunsmati sostanzjalment il-benefiċċji ekonomiċi kollha li jkunu jinsabu fil-bini matul iż-żmien, minflok mill-bejgħ, din is-suppożizzjoni tiġi kkonfutat għall-bini. Madankollu, l-art mhijex deprezzabbli. Għalhekk is-suppożizzjoni tal-irkupru mill-bejgħ ma tiġix ikkonfutata għall-art. Isegwi li l-obbligazzjoni tat-taxxa differita tkun tirriffletti l-konsegwenzi fiskali tal-irkupru tal-ammont miżmum fil-kotba tal-bini mill-użu u l-ammont miżmum fil-kotba tal-art mill-bejgħ.

    Il-bażi tat-taxxa tal-bini jekk jintuża hija 30 (60-30) u hemm differenza taxxabbli temporanja ta’ 60 (90-30), li tirriżulta f'obbligazzjoni ta’ taxxa differita ta’ 18 (60 b'30 %).

    Il-bażi tat-taxxa tal-art jekk tinbiegħ hija 40 u hemm differenza taxxabbli temporanja ta’ 20 (60-40), li tirriżulta f'obbligazzjoni tat-taxxa differita ta’ 4 (20 b'20 %).

    Bħala riżultat, jekk is-suppożizzjoni tal-irkupru mill-bejgħ tiġi kkonfutata għall-bini, l-obbligazzjoni tat-taxxa differita marbuta mal-proprejtà tal-investiment hija 22 (18 + 4).

    51D

    Is-suppożizzjoni konfutabbli fil-paragrafu 51C tapplika wkoll meta obbligazzjoni ta’ taxxa differita jew assi ta’ taxxa differita jirriżulta mill-kejl tal-proprjetà tal-investiment f'kombinazzjoni ta’ negozju jekk l-entità ser tuża l-mudell tal-valur ġust meta sussegwentament tkejjel dik il-proprjetà tal-investiment.

    51E

    Il-paragrafi 51B–51D ma jibdlux ir-rekwiżiti li jiġu applikati l-prinċipji fil-paragrafi 24–33 (differenzi temporanji deduċibbli) u l-paragrafi 34–36 (telf ta’ taxxa mhux użat u krediti ta’ taxxa mhux użati) ta’ dan l-Istandard meta jiġu rrikonoxxuti u jitkejlu l-assi tat-taxxa differiti.

    DATA EFFETTIVA

    98

    Il-paragraph 52 ġie rrinumerat 51A, il-paragrafu 10 u l-eżempji li jsegwu l-paragrafu 51A ġew emendati, u l-paragrafi 51B u 51C u l-eżempju sussegwenti u l-paragrafi 51D, 51E u 99 żdiedu bit-Taxxa Differita: Irkupru tal-Assi Sottostanti, maħruġ f'Diċembru 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara. Hija permessa applikazzjoni abkar. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu abkar, hija għandha tiddivulga dak il-fatt.

    IRTIRAR TAL-SIC -21

    99

    L-emendi li saru mit-Taxxa Differita: Irkupru tal-Assi Sottostanti, maħruġ f'Diċembru 2010, jieħu post l-Interpretazzjoni 21 tas-SIC Taxxi fuq l-introjtu—Irkuprar ta’ Assi Rivalutati Mhux Deprezzabbli.

    STANDARD INTERNAZZJONALI TAR-RAPPORTAR FINANZJARJU 13

    Kejl tal-valur ġust

    GĦAN

    1

    Dan l-IFRS:

    (a)

    jiddefinixxi l-valur ġust;

    (b)

    jistabilixxi f’IFRS wieħed qafas għall-kejl tal-valur ġust; u

    (c)

    jitlob divulgazzjoni dwar il-kejl tal-valur ġust.

    2

    Il-valur ġust huwa kejl ibbażat fuq is-suq, mhux kejl speċifiku għall-entità. Għal xi assi u obbligazzjonijiet, jistgħu jkunu disponibbli tranżazzjonijiet osservabbli tas-suq jew informazzjoni tas-suq. Għal assi u obbligazzjonijiet oħrajn, tranżazzjonijiet osservabbli tas-suq jew informazzjoni tas-suq jistgħu ma jkunux disponibbli. Madankollu, l-għan tal-kejl tal-valur ġust fiż-żewġ każijiet huwa l-istess — li jiġi stmat il-prezz li bih isseħħ tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-assi jew għat-trasferiment tal-obbligazzjoni bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq (jiġifieri prezz ta’ ħruġ fid-data tal-kejl mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jkollu l-assi jew li minnu tkun dovuta l-obbligazzjoni).

    3

    Meta ma jkunx osservabbli prezz għal assi jew obbligazzjoni identika, entità għandha tkejjel il-valur ġust permezz ta’ teknika oħra ta’ valwazzjoni li tagħmel l-aħjar użu minn inputs osservabbli u tnaqqas l-użu ta’ inputs mhux osservabbli. Minħabba li l-valur ġust huwa kejl ibbażat fuq is-suq, dan jitkejjel permezz tas-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni, inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju. B’hekk, l-intenzjoni ta’ entità li żżomm xi assi jew li ssalda jew tissodisfa mod ieħor l-obbligazzjoni ma tkunx rilevanti meta jitkejjel il-valur ġust.

    4

    Id-definizzjoni ta’ valur ġust tiffoka fuq assi u obbligazzjonijiet minħabba li huma suġġett primarju tal-kejl kontabilistiku. Barra minn hekk, dan l-IFRS għandu jiġi applikat għall-istrumenti azzjonarji tal-entità stess imkejla skont il-valur ġust.

    AMBITU

    5

    Dan l-IFRS japplika meta IFRS ieħor ikun jeħtieġ jew jippermetti kejl tal-valur ġust jew divulgazzjonijiet dwar il-kejl tal-valur ġust (u kejl, bħall-valur ġust wara li jitnaqqsu l-kostijiet tal-bejgħ, ibbażat fuq il-valur ġust jew id-divulgazzjonijiet dwar dak il-kejl), ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 6 u 7.

    6

    L-obbligi ta’ kejl u divulgazzjoni ta’ dan l-IFRS ma japplikawx f’dan li ġej:

    (a)

    tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma fl-ambitu tal-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-ishma;

    (b)

    tranżazzjonijiet ta’ kiri fl-ambitu tal-IAS 17 Kuntratti ta’ kera; u

    (c)

    kejl li jkollu xi similaritajiet mal-valur ġust iżda li ma jkunx il-valur ġust, bħall-valur nett realizzabbli fl-IAS 2 Inventarjus jew il-valur użat fl-IAS 36 Indeboliment tal-Assi.

    7

    Id-divulgazzjonijiet meħtieġa minn dan l-IFRS ma jkunux meħtieġa għal dawn li ġejjin:

    (a)

    assi tal-pjan imkejla skont il-valur ġust skont l-IAS 19 Benefiċċji tal-impjegati;

    (b)

    investimenti fi pjan ta’ benefiċċji tal-irtirar imkejla skont il-valur ġust skont l-IAS 26 Kontabilità u Rapportar minn Pjanijiet ta’ Benefiċċju tal-Irtirar; u

    (c)

    assi li għalihom l-ammont rekuperabbli jkun l-valur ġust wara li jitnaqqsu l-kostijiet tad-disponiment skont l-IAS 36.

    8

    Il-qafas tal-kejl tal-valur ġust deskritt f’dan l-IFRS japplika kemm għall-kejl inizjali kif ukoll dak sussegwenti jekk il-valur ġust ikun meħtieġ jew permess minn IFRS oħrajn.

    KEJL

    Definizzjoni ta’ valur ġust

    9

    Dan l-IFRS jiddefinixxi l-valur ġust bħala l-prezz irċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl.

    10

    Il-paragrafu B2 jiddeskrivi l-approċċ kumplessiv tal-kejl tal-valur ġust.

    L-assi jew l-obbligazzjoni

    11

    Il-kejl tal-valur ġust huwa għal assi jew obbligazzjoni partikolari. Għalhekk, meta tkun qiegħda tkejjel il-valur ġust entità għandha tikkunsidra l-karatteristiċi tal-assi jew tal-obbligazzjoni jekk il-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw dawk il-karatteristiċi meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni fid-data tal-kejl. Dawn il-karatteristiċi jinkludu, pereżempju, dawn li ġejjin:

    (a)

    il-kundizzjoni u l-post tal-assi; u

    (b)

    ir-restrizzjonijiet, jekk ikun hemm, fuq il-bejgħ u l-użu tal-assi.

    12

    L-effett ta’ karatteristika partikolari fuq il-kejl ivarja skont kif dik il-karatteristika tiġi kkunsidrata mill-parteċipanti fis-suq.

    13

    L-assi jew l-obbligazzjoni mkejla skont il-valur ġust jista’ jkun wieħed minn dawn:

    (a)

    assi jew obbligazzjoni awtonomi (eż. strument finanzjarju jew assi mhux finanzjarju); jew

    (b)

    grupp ta’ assi, grupp ta’ obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet (eż. unità li tiġġenera l-flus jew negozju).

    14

    Jekk l-assi jew l-obbligazzjoni jkunux assi jew obbligazzjoni awtonomi, grupp ta’ assi, grupp ta’ obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet għall-finijiet ta’ rikonoxximent jew divulgazzjoni jiddependi fuq l-unità tal-kont tiegħu. L-unità tal-kont għall-assi jew għall-obbligazzjoni għandha tkun stabilita skont l-IFRS li jeħtieġ jew jippermetti l-kejl tal-valur ġust, għajr kif ipprovdut f’dan l-IFRS.

    It-tranżazzjoni

    15

    Kejl tal-valur ġust jassumi li l-assi jew l-obbligazzjoni titpartat fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq għall-bejgħ tal-assi jew it-trasferiment tal-obbligazzjoni fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

    16

    Kejl tal-valur ġust jassumi li t-tranżazzjoni għall-bejgħ tal-assi jew it-trasferiment tal-obbligazzjoni jseħħ jew:

    (a)

    fis-suq prinċipali għall-assi jew għall-obbligazzjoni; jew

    (b)

    fl-assenza ta’ suq prinċipali, fl-iktar suq vantaġġuż għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

    17

    Entità m’għandhiex għalfejn tagħmel riċerka eżawrjenti tas-swieq kollha possibbli sabiex tidentifika s-suq prinċipali jew, fl-assenza ta’ suq prinċipali, l-aktar suq vantaġġuż, iżda għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha li tkun raġonevolment disponibbli. Fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja, is-suq li fih normalment l-entità tidħol fi tranżazzjoni sabiex tbigħ l-assi jew tittrasferixxi l-obbligazzjoni jkun preżunt li jkun s-suq prinċipali jew, fl-assenza ta’ suq prinċipali, l-aktar suq vantaġġuż.

    18

    Jekk ikun hemm suq prinċipali għall-assi jew għall-obbligazzjoni, il-kejl tal-valur ġust għandu jirrappreżenta l-prezz f’dak is-suq (kemm jekk il-prezz ikun osservabbli b’mod dirett jew stmat permezz ta’ teknika oħra ta’ valwazzjoni), anki jekk il-prezz f’suq differenti jkun potenzjalment aktar vantaġġuż fid-data tal-kejl.

    19

    L-entità għandu jkollha aċċess għas-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) fid-data tal-kejl. Minħabba li entitajiet differenti (u negozji f’dawk l-entitajiet) b’attivitajiet differenti jistgħu jkollhom aċċess għal swieq differenti, is-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-istess assi jew obbligazzjoni jista’ jkun differenti għal entitajiet differenti (u negozji f’dawk l-entitajiet). Għaldaqstant, is-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) (u għalhekk, il-parteċipanti fis-suq) għandu jkun ikkunsidrat mill-perspettiva tal-entità, biex b’hekk jikkunsidra differenzi bejn u fost l-entitajiet b’attivitajiet differenti.

    20

    Għalkemm entità għandha tkun tista’ taċċessa s-suq, l-entità m’għandhiex għalfejn tkun tista’ tbigħ l-assi partikolari jew titrasferixxi l-obbligazzjoni partikolari fid-data tal-kejl sabiex tkun tista’ tkejjel il-valur ġust fuq il-bażi tal-prezz f’dak is-suq.

    21

    Anki meta ma jkunx hemm suq osservabbli li jipprovdi informazzjoni dwar l-ipprezzar dwar il-bejgħ ta’ assi jew it-trasferiment ta’ obbligazzjoni fid-data tal-kejl, kejl tal-valur ġust għandu jassumi li tranżazzjoni sseħħ f’dik id-data, ikkunsidrata mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jkollu assi jew li minnu tkun dovuta l-obbligazzjoni. Dik it-tranżazzjoni preżunta tistabilixxi bażi għall-istima tal-prezz għall-bejgħ tal-assi jew għat-trasferiment tal-obbligazzjoni.

    Parteċipanti fis-suq

    22

    Entità għandha tkejjel il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni bis-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni, jekk wieħed jassumi li l-parteċipanti fis-suq jaġixxu fl-aħjar interess ekonomiku tagħhom.

    23

    Fl-iżvilupp ta’ dawk is-suppożizzjonijiet, entità ma jkollhiex għalfejn tidentifika parteċipanti fis-suq speċifiċi. Minflok, l-entità jkollha tidentifika karatteristiċi li jiddistingwu l-parteċipanti fis-suq b’mod ġenerali, filwaqt li tikkunsidra fatturi speċifiċi għal dawn kollha:

    (a)

    l-assi jew l-obbligazzjoni;

    (b)

    is-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew l-obbligazzjoni; u

    (c)

    il-parteċipanti fis-suq ma’ min l-entità tidħol fi tranżazzjoni f’dak is-suq.

    Il-prezz

    24

    Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas sabiex tiġi ttrasferita obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata fis-suq prinċipali (jiġifieri prezz ta’ ħruġ) irrispettivament minn jekk dak il-prezz huwiex osservabbli b’mod dirett jew stmat permezz ta’ teknika ta’ valwazzjoni oħra.

    25

    Il-prezz fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) użat sabiex jitkejjel il-valur ġust tal-assi jew tal-obbligazzjoni m’għandux ikun aġġustat għall-kostijiet tat-tranżazzjoni. Il-kostijiet tat-tranżazzjoni għandhom ikunu spjegati skont IFRS oħrajn. Il-kostijiet tat-tranżazzjoni ma jkunux karatteristika ta’ assi jew obbligazzjoni; pjuttost, ikunu speċifiċi għal tranżazzjoni u jvarjaw skont kif entità tidħol fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

    26

    Il-kostijiet tat-tranżazzjoni ma jinkludux l-kostijiet tat-trasport. Jekk il-post ikun karatteristika tal-assi (kif jista’ jkun il-każ, pereżempju, għal komodità), il-prezz fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għandu jkun aġġustat għall-kostijiet, jekk ikun hemm, li jridu jsiru biex l-assi jiġi ttrasportat mill-post kurrenti tiegħu lejn dak is-suq.

    Applikazzjoni għal assi mhux finanzjarji

    L-ogħla u l-aħjar użu għal assi mhux finanzjarji

    27

    Il-kejl tal-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju jikkunsidra l-kapaċità ta’ parteċipant fis-suq li jiġġenera benefiċċji ekonomiċi billi juża l-assi fl-ogħla u l-aħjar użu tiegħu jew billi jbigħuh lil parteċipant ieħor li juża l-assi fl-ogħla u l-aħjar użu tiegħu.

    28

    L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jikkunsidra l-użu li jkun fiżikament possibbli, legalment permissibbli u finanzjarjament vijabbli tal-assi, kif ġej:

    (a)

    Użu li jkun fiżikament possibbli jikkunsidra l-karatteristiċi fiżiċi tal-assi li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi (eż. il-post jew id-daqs tal-proprjetà).

    (b)

    Użu li jkun legalment permissibbli jikkunsidra kwalunkwe restrizzjoni legali fuq l-użu tal-assi li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi (eż. ir-regolamenti dwar it-tqassim f’żoni applikabbli għal proprjetà).

    (c)

    Użu li jkun finanzjarjament fattibbli jikkunsidra jekk l-użu tal-assi li jkun fiżikament possibbli u legalment permissibbli jiġġenerax introjtu adegwat jew flussi ta’ flus (filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kostijiet ta’ konverżjoni tal-assi f’dak l-użu) sabiex jipproduċi redditu fuq l-investiment li l-parteċipanti fis-suq ikunu jeħtieġu minn investiment f’dak l-assi mqiegħed għal dak l-użu.

    29

    L-ogħla u l-aħjar użu jiġi ddeterminat mill-perspettiva tal-parteċipanti fis-suq, anki jekk l-entità jkollha l-intenzjoni ta’ użu differenti. Madankollu, l-użu kurrenti ta’ entità ta’ assi mhux finanzjarju jitqies li jkun l-ogħla u l-aħjar użu sakemm is-suq jew fatturi oħrajn ma jissuġġerixxux li użu differenti minn parteċipanti fis-suq jimmassimizza l-valur tal-assi.

    30

    Sabiex tipproteġi l-pożizzjoni kompetittiva, jew għal raġunijiet oħrajn, entità jista’ jkollha l-intenzjoni li ma tużax b’mod attiv assi mhux finanzjarju miksub jew jista’ jkollha l-intenzjoni li ma tużax l-assi skont l-ogħla u l-aħjar użu tiegħu. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ ta’ assi intanġibbli miksub li l-entità tippjana li tuża b’mod difensiv billi ma tħallix lil oħrajn jużawh. Madankollu, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju billi tassumi l-ogħla u l-aħjar użu tiegħu mill-parteċipanti fis-suq.

    Premessa ta’ valwazzjoni għall-assi mhux finanzjarji

    31

    L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jistabilixxi l-premessa ta’ valwazzjoni użata biex jitkejjel il-valur ġust tal-assi, kif ġej:

    (a)

    L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jista’ jipprovdi valur massimu lill-parteċipanti fis-suq permezz tal-użu tiegħu flimkien ma’ assi oħrajn bħala grupp (kif stallati jew ikkonfigurati mod ieħor għall-użu) jew ikkombinat ma’ assi jew obbligazzjonijiet oħra (eż. negozju).

    (i)

    Jekk l-ogħla u l-aħjar użu tal-assi jkun li l-assi jintuża flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn, il-valur ġust tal-assi jkun il-prezz li jkun riċevut fi tranżazzjoni kurrenti għall-bejgħ tal-assi jekk wieħed jassumi li l-assi ser jintuża ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra u li dawk l-assi u obbligazzjonijiet (jiġifieri l-assi komplimentari tiegħu u l-obbligazzjonijiet assoċjati) ikunu disponibbli għall-parteċipanti fis-suq.

    (ii)

    L-obbligazzjonijiet assoċjati mal-assi u mal-assi komplimentari jinkludu obbligazzjonijiet li jiffinanzjaw il-kapital operatorju, iżda ma jinkludux obbligazzjonijiet użati sabiex jiffinanzjaw assi li ma jkunux fil-grupp tal-assi.

    (iii)

    Suppożizzjonijiet dwar l-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju għandhom ikunu konsistenti għall-assi kollha (li għalihom l-ogħla u l-aħjar użu jkun rilevanti) tal-grupp ta’ assi jew tal-grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet li fih ser jintuża l-assi.

    (b)

    L-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jista’ jipprovdi valur massimu lill-parteċipanti fis-suq fuq bażi awtonoma. Jekk l-ogħla u l-aħjar użu tal-assi jkun li l-assi jintuża fuq bażi awtonoma, il-valur ġust tal-assi jkun il-prezz li jkun riċevut fi tranżazzjoni kurrenti għall-bejgħ tal-assi lill-parteċipanti fis-suq li jużaw l-assi fuq bażi awtonoma.

    32

    Il-kejl tal-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju jassumi li l-assi jinbiegħ b’mod konsistenti mal-unità tal-kont speċifikat f’IFRS oħrajn (li jista’ jkun assi individwali). Dan ikun il-każ anki meta dak il-kejl tal-valur ġust jassumi li l-ogħla u l-aħjar użu tal-assi jkun li jintuża flimkien ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn minħabba li l-kejl tal-valur ġust jassumi li l-parteċipant fis-suq diġà jkollu l-assi komplimentari u l-obbligazzjonijiet assoċjati.

    33

    Il-paragrafu B3 jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-kunċett tal-premessa tal-valwazzjoni għall-assi mhux finanzjarji.

    Applikazzjoni għall-obbligazzjonijiet u l-istrumenti azzjonarji proprji ta’ entità

    Prinċipji ġenerali

    34

    Il-kejl tal-valur ġust jassumi li obbligazzjoni finanzjarja jew mhux finanzjarja jew l-istrument azzjonarju tal-entità stess (eż. interessi azzjonarji maħruġa bħala korrispettiv f’kombinament ta’ negozju) jiġi ttrasferit lil parteċipant fis-suq fid-data tal-kejl. It-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju tal-entità stess jassumi dan li ġej:

    (a)

    Obbligazzjoni tibqa’ pendenti u d-destinatarju tat-trasferiment tal-parteċipant fis-suq ikun meħtieġ li jissodisfa l-obbligu. L-obbligazzjoni ma tissaldax lill-kontroparti jew inkella tiġi estinta fid-data tal-kejl.

    (b)

    L-istrument azzjonarju tal-entità stess jibqa’ pendenti u d-destinatarju tat-trasferiment tal-parteċipant fis-suq jassumi d-drittijiet u r-responsabilitajiet assoċjati mal-istrument. L-istrument ma jitħassarx jew inkella jiġi estint fid-data tal-kejl.

    35

    Anki meta ma jkunx hemm suq osservabbli li jipprovdi informazzjoni dwar l-ipprezzar tat-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju tal-entità stess (eż. minħabba li restrizzjonijiet kuntrattwali jew legali oħrajn ma jippermettux it-trasferiment ta’ oġġetti bħal dawn), jista’ jkun hemm suq osservabbli għal oġġetti bħal dawn jekk ikunu miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi (eż. rabta ta’ korporazzjoni jew opzjoni ta’ xiri fuq l-ishma ta’ entità).

    36

    Fi kwalunkwe każ, entità għandha tagħmel l-aħjar użu minn inputs osservabbli rilevanti u tnaqqas l-użu ta’ inputs mhux osservabbli sabiex tilħaq l-għan ta’ kejl ta’ valur ġust, li jkun li tistma l-prezz li fih isseħħ tranżazzjoni ordinata għat-trasferiment tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

    Obbligazzjonijiet u strumenti azzjonarji oħrajn miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi

    37

    Meta ma jkunx disponibbli prezz kwotat għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni identika jew simili jew għall-istrument azzjonarju tal-entità stess u l-oġġett identiku jkun miżmum minn parti oħra bħala assi, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jżomm oġġett identiku bħala assi fid-data tal-kejl.

    38

    F’każijiet bħal dawn, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju kif ġej:

    (a)

    billi tuża l-prezz kwotat f’suq attiv għall-oġġett identiku miżmum minn parti oħra bħala assi, jekk dak il-prezz ikun disponibbli.

    (b)

    jekk dak il-prezz ma jkunx disponibbli, tuża inputs osservabbli oħrajn, bħall-prezz kwotat f’suq li ma jkunx attiv għall-oġġett identiku miżmum minn parti oħra bħala assi.

    (c)

    jekk il-prezzijiet osservabbli f’(a) u (b) ma jkunux disponibbli, għandha tuża teknika oħra ta’ valwazzjoni, bħal:

    (i)

    approċċ tal-introjtu (eż. teknika ta’ valur preżenti li tikkunsidra l-flussi ta’ flus futuri li parteċipant fis-suq jistenna li jirċievi miż-żamma tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju bħala assi; ara l-paragrafi B10 u B11).

    (ii)

    approċċ tas-suq (eż. bl-użu ta’ prezzijiet kwotati għal obbligazzjonijiet jew strumenti azzjonarji simili miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi; ara l-paragrafi B5–B7).

    39

    Entità għandha taġġusta biss il-prezz kwotat ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju tal-entità stess miżmum minn parti oħra bħala assi jekk hemm fatturi speċifiċi għall-assi li ma jkunux applikabbli għall-kejl tal-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju. Entità għandha tiżgura li l-prezz ta’ assi ma jirriflettix l-effett ta’ restrizzjoni li ma tippermettix il-bejgħ ta’ dak l-assi. Ċerti fatturi li jistgħu jindikaw li l-prezz kwotat tal-assi għandu jkun aġġustat jinkludu dawn li ġejjin:

    (a)

    Il-prezz kwotat għall-assi jkun relatat ma’ obbligazzjoni jew strument azzjonarju simili (iżda mhux identiku) miżmum minn parti oħra bħala assi. Pereżempju, l-obbligazzjoni jew l-istrument azzjonarju jista’ jkollu karatteristika partikolari (eż. il-kwalità tal-kreditu tal-emittent) li tkun differenti minn dik riflessa fil-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju simili miżmum bħala assi.

    (b)

    L-unità tal-kont għall-assi mhijiex l-istess għall-obbligazzjoni jew l-istrument azzjonarju. Pereżempju, fil-każ tal-obbligazzjonijiet, f’ċerti każijiet il-prezz għal assi jirrifletti prezz ikkombinat għal pakkett li jinkludi kemm l-ammonti dovuti mill-emittent kif ukoll titjib fil-kreditu ta’ parti terza. Jekk l-unità tal-kont għall-obbligazzjoni ma tkunx għall-pakkett ikkombinat, l-għan ikun li jitkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni tal-emittent, mhux il-valur ġust tal-pakkett ikkombinat. Għalhekk, f’każijiet bħal dawn, l-entità taġġusta l-prezz osservat għall-assi sabiex teskludi l-effett tat-titjib fil-kreditu tal-parti terza.

    Obbligazzjonijiet u strumenti azzjonarji oħrajn mhux miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi

    40

    Meta ma jkunx disponibbli prezz kwotat għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni identika jew simili jew għall-istrument azzjonarju tal-entità stess u l-oġġett identiku ma jkunx miżmum minn parti oħra bħala assi, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju permezz ta’ teknika ta’ valwazzjoni mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jkollu l-obbligazzjoni jew li ħareġ it-talba fuq l-ekwità.

    41

    Pereżempju, meta tapplika teknika tal-valur preżenti entità tista’ tikkunsidra xi wieħed minn dawn:

    (a)

    il-flussi ta’ flus futuri ħerġin li parteċipant fis-suq jistenna li jkollu fil-qadi tal-obbligu, inkluż il-kumpens li parteċipant fis-suq ikun jeħtieġ sabiex jassumi l-obbligu (ara l-paragrafi B31–B33).

    (b)

    l-ammont li parteċipant fis-suq jirċievi sabiex jidħol fi jew joħroġ obbligazzjoni jew strument azzjonarju identiku, bl-użu tas-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-oġġett identiku (eż. li jkollu l-istess karatteristiċi ta’ kreditu) fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-ħruġ ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju bl-istess termini kuntrattwali.

    Riskju ta’ nonprestazzjoni

    42

    Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jirrifletti l-effett ta’ riskju ta’ nonprestazzjoni. Ir-riskju ta’ nonprestazzjoni jinkludi, iżda mhux bilfors ikun limitat għal, ir-riskju tal-kreditu tal-entità stess (kif iddefinit fl-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet). Ir-riskju ta’ nonprestazzjoni jkun meqjus l-istess qabel u wara t-trasferiment tal-obbligazzjoni.

    43

    Meta tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni, entità għandha tikkunsidra l-effett tar-riskju tal-kreditu tagħha (qagħda tal-kreditu) u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jaffettwa l-probabilità li l-obbligu jitwettaq jew le. Dak l-effett jista’ jvarja skont l-obbligazzjoni, pereżempju:

    (a)

    jekk l-obbligazzjoni tkun obbligu ta’ kunsinna ta’ flus (obbligazzjoni finanzjarja) jew obbligu ta’ kunsinna ta’ oġġetti jew servizzi (obbligazzjoni mhux finanzjarja).

    (b)

    it-termini tat-titjib fil-kreditu relatati mal-obbligazzjoni, jekk ikun hemm.

    44

    Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jirrifletti l-effett tar-riskju ta’ nonprestazzjoni fuq il-bażi tal-unità tal-kont tagħha. L-emittent ta’ obbligazzjoni maħruġa b’titjib fil-kreditu ta’ parti terza mhux separabbli li jkun spjegat b’mod separat mill-obbligazzjoni m’għandux jinkludi l-effett tat-titjib fil-kreditu (eż. garanzija ta’ dejn ta’ parti terza) fil-kejl tal-valur ġust tal-obbligazzjoni. Jekk it-titjib fil-kreditu jkun spjegat b’mod separat mill-obbligazzjoni, l-emittent għandu jikkunsidra l-qagħda tal-kreditu tiegħu stess u mhux dik tal-garanti parti terza meta jkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni.

    Restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju tal-entità stess

    45

    Meta tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju tal-entità stess, entità m’għandhiex tinkludi input separat jew aġġustament ta’ inputs oħrajn relatati mal-eżistenza ta’ restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment tal-oġġett. L-effett ta’ restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju tal-entità stess ikun inkluż b’mod impliċitu jew espliċitu fl-inputs l-oħrajn fil-kejl tal-valur ġust.

    46

    Pereżempju, fid-data tat-tranżazzjoni, kemm il-kreditur kif ukoll l-obbligatur aċċettaw il-prezz tat-tranżazzjoni għall-obbligazzjoni b’għarfien sħiħ li l-obbligu jinkludi restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment tagħha. Minħabba li r-restrizzjoni tkun inkluża fil-prezz tat-tranżazzjoni, mhux meħtieġ input separat jew aġġustament ta’ input eżistenti fid-data tat-tranżazzjoni sabiex ikun rifless l-effett tar-restrizzjoni fuq it-trasferiment. Bl-istess mod, mhux meħtieġ input separat jew aġġustament ta’ input eżistenti f’dati ta’ kejl sussegwenti sabiex ikun rifless l-effett tar-restrizzjoni fuq it-trasferiment.

    Obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ domanda

    47

    Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ domanda (eż. depożitu liberu) ma jkunx inqas mill-ammont pagabbli fuq domanda, skontat mill-ewwel data meta l-ammont jista’ jkun meħtieġ jitħallas.

    Applikazzjoni għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji b’pożizzjonijiet ta’ tpaċija f’riskji tas-suq jew riskju tal-kreditu tal-kontroparti

    48

    Entità li żżomm grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji tkun esposta għar-riskji tas-suq (kif iddefiniti fl-IFRS 7) u għar-riskju tal-kreditu (kif iddefinit fl-IFRS 7) ta’ kull kontroparti. Jekk l-entità timmaniġja dak il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-iskopertura netta tagħha għar-riskji tas-suq jew għar-riskju tal-kreditu, l-entità tista’ tapplika eċċezzjoni għal dan l-IFRS għall-kejl tal-valur ġust. Dik l-eċċezzjoni tippermetti lil entità li tkejjel il-valur ġust ta’ grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-prezz li jkun riċevut biex tinbiegħ pożizzjoni twila netta (jiġifieri assi) għal skopertura partikolari għar-riskju jew biex tkun trasferita pożizzjoni bin-nieqes netta (jiġifieri obbligazzjoni) għal skopertura partikolari għar-riskju fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Għaldaqstant, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji b’mod konsistenti ma’ kif il-parteċipanti fis-suq jipprezzaw l-iskopertura netta għar-riskju fid-data tal-kejl.

    49

    Entità tista’ tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 biss jekk l-entità tagħmel dan kollu li ġej:

    (a)

    timmaniġja l-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-iskopertura netta tal-entità għal riskju (jew riskji) partikolari tas-suq jew għar-riskju tal-kreditu ta’ kontroparti partikolari skont l-istrateġija dokumentata tal-immaniġjar tar-riskju jew l-istrateġija tal-investiment tal-entità;

    (b)

    tipprovdi informazzjoni fuq dik il-bażi dwar il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji lill-membri kruċjali tal-maniġment tal-entità, kif iddefinit fl-IAS 24 Divulgazzjoni dwar Partijiet Relatati; u

    (c)

    tkun teħtieġ jew għażlet li tkejjel dawk l-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-valur ġust fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fl-aħħar ta’ kull perjodu tar-rapportar.

    50

    L-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 ma tapplikax għall-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji. F’ċerti każijiet il-bażi għall-preżentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tvarja mill-bażi għall-kejl ta’ strumenti finanzjarji, pereżempju, jekk IFRS ma jkunx jeħtieġ jew jippermetti li l-istrumenti finanzjarji jkunu ppreżentati fuq bażi netta. F’każijiet bħal dawn entità tista’ tkun teħtieġ li talloka l-aġġustamenti fil-livell tal-portafoll (ara l-paragrafi 53–56) għall-assi jew l-obbligazzjonijiet individwali li jiffurmaw il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji mmaniġjati fuq il-bażi tal-iskopertura netta tal-entità għar-riskju. Entità għandha tagħmel dawn l-allokazzjonijiet fuq bażi raġonevoli u konsistenti permezz ta’ metodoloġija adattata għaċ-ċirkostanzi.

    51

    Entità għandha tieħu deċiżjoni ta’ politika kontabilistika skont l-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji sabiex tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48. Entità li tuża l-eċċezzjoni għandha tapplika dik il-politika kontabilistika, inkluża l-politika tagħha għall-allokazzjoni ta’ aġġustamenti bejn l-offerta u t-talba (ara l-paragrafi 53–55) u aġġustamenti fil-kreditu (ara l-paragrafu 56), jekk tkun applikabbli, b’mod konsistenti minn perjodu għal ieħor għal portafoll partikolari.

    52

    L-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 tapplika biss għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fl-ambitu tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl jew tal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji.

    Skopertura għar-riskji tas-suq

    53

    Meta tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 sabiex tkejjel il-valur ġust ta’ grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji mmaniġjati fuq il-bażi tal-iskopertura netta tal-entità għal riskju (jew riskji) partikolari tas-suq, l-entità għandha tapplika l-prezz fil-firxa bejn l-offerta u t-talba li jkun l-aktar rappreżentattiv tal-valur ġust fiċ-ċirkostanzi għall-iskopertura netta tal-entità għal dawn ir-riskji tas-suq (ara l-paragrafi 70 u 71).

    54

    Meta tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48, entità għandha tiżgura li r-riskju (jew riskji) tas-suq li għalihom tkun esposta f’dak il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji jkun sostanzjalment l-istess. Pereżempju, entità m’għandhiex tikkombina r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax assoċjat ma’ assi finanzjarju mar-riskju fuq iċ-ċaqliq tal-prezzijiet tal-komoditajiet assoċjat ma’ obbligazzjoni finanzjarja għaliex billi tagħmel hekk ma tkunx qiegħda ttaffi l-iskopertura tal-entità għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew għar-riskju fuq iċ-ċaqliq tal-prezzijiet tal-komoditajiet. Meta tintuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48, kwalunkwe riskju bażi li jirriżulta mill-fatt li l-parametri tar-riskju tas-suq ma jkunux identiċi għandu jkun ikkunsidrat fil-kejl tal-valur ġust tal-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fil-grupp.

    55

    Bl-istess mod, id-durata tal-iskopertura ta’ entità għal riskju (jew riskji) partikolari tas-suq li jirriżulta mill-assi finanzjarji u mill-obbligazzjonijiet finanzjarji għandu jkun sostanzjalment l-istess. Pereżempju, entità li tuża kuntratt tal-futuri ta’ 12-il xahar kontra l-flussi ta’ flus assoċjati ma’ skopertura għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għal 12-il xahar fuq strument finanzjarju ta’ ħames snin fi grupp magħmul biss minn dawk l-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji tkejjel il-valur ġust tal-iskopertura għal riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax għal 12-il xahar fuq bażi netta u l-iskopertura għar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jifdal (jiġifieri 2–5 snin) fuq bażi gross.

    Skopertura għar-riskju tal-kreditu ta’ kontroparti partikolari

    56

    Meta tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 sabiex tkejjel il-valur ġust ta’ grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li tkun daħlet għalih ma’ kontroparti partikolari, l-entità għandha tinkludi l-effett tal-iskopertura netta tal-entità għar-riskju tal-kreditu ta’ dak il-kontroparti jew l-iskopertura netta tal-kontroparti għar-riskju tal-kreditu tal-entità fil-kejl tal-valur ġust meta l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw kwalunkwe arranġament eżistenti li jtaffi l-iskopertura għar-riskju tal-kreditu f’każ ta’ inadempjenza (eż. ftehim ta’ saldu uniku nett mal-kontroparti jew ftehim li jitlob l-iskambju ta’ kollateral fuq il-bażi tal-iskopertura netta ta’ kull parti għar-riskju tal-kreditu tal-parti l-oħra). Il-kejl tal-valur ġust għandu jirrifletti l-aspettattivi tal-parteċipanti fis-suq dwar il-probabilità li dan l-arranġament ikun legalment infurzabbli f’każ ta’ inadempjenza.

    Valur ġust fir-rikonoxximent inizjali

    57

    Meta wieħed jikseb assi jew jassumi obbligazzjoni fi tranżazzjoni ta’ skambju għal dak l-assi jew l-obbligazzjoni, il-prezz tat-tranżazzjoni ikun il-prezz imħallas biex jinkiseb l-assi jew riċevut sabiex tkun assunta l-obbligazzjoni (prezz tad-dħul). B’kuntrast, il-valur ġust tal-assi jew tal-obbligazzjoni jkun il-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ l-assi jew biex jitħallas it-trasferiment tal-obbligazzjoni (prezz tal-ħruġ). L-entitajiet mhux neċessarjament ibiegħu l-assi bil-prezzijiet imħallsa biex jiksbuhom. Bl-istess mod, l-entitajiet mhux neċessarjament jittrasferixxu l-obbligazzjonijiet bil-prezzijiet li jkunu rċevew biex jassumuhom.

    58

    F’bosta każijiet il-prezz tat-tranżazzjoni jkun ugwali għall-valur ġust (eż. dan jista’ jkun il-każ meta fid-data tat-tranżazzjoni, isseħħ it-tranżazzjoni għax-xiri tal-assi fis-suq li fih jinbiegħ l-assi).

    59

    Meta tistabilixxi jekk valur ġust fir-rikonoxximent inizjali huwiex l-istess bħall-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tikkunsidra fatturi speċifiċi għat-tranżazzjoni u għall-assi jew għall-obbligazzjoni. Il-paragrafu B4 jiddeskrivi sitwazzjonijiet li fihom il-prezz tat-tranżazzjoni jista’ ma jirrappreżentax il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni fir-rikonoxximent inizjali.

    60

    Jekk IFRS ieħor jitlob jew jippermetti li entità tkejjel assi jew obbligazzjoni inizjalment skont il-valur ġust u l-prezz tat-tranżazzjoni jvarja mill-valur ġust, l-entità għandha tirrikonoxxi l-qligħ jew it-telf li jirriżulta fil-profitt jew it-telf sakemm dak l-IFRS ma jispeċifikax mod ieħor.

    Tekniki ta’ valwazzjoni

    61

    Entità għandha tuża t-tekniki ta’ valwazzjoni li jkunu adattati fiċ-ċirkostanzi u li għalihom ikun hemm disponibbli biżżejjed dejta sabiex jitkejjel il-valur ġust, filwaqt li tagħmel l-aħjar użu minn inputs osservabbli rilevanti u tnaqqas l-użu ta’ inputs mhux osservabbli.

    62

    L-għan li tintuża teknika ta’ valwazzjoni huwa li jkun stmat il-prezz li bih isseħħ tranżazzjoni ordinata sabiex jinbiegħ l-assi jew sabiex tkun ittrasferita l-obbligazzjoni bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Tliet tekniki ta’ valwazzjoni użati ferm huma l-approċċ tas-suq, l-approċċ tal-kost u l-approċċ tal-introjtu. L-aspetti ewlenin ta’ dawn il-metodi huma miġbura fil-qosor fil-paragrafi B5–B11. Entità għandha tuża tekniki ta’ valwazzjoni konsistenti ma’ xi wieħed jew aktar minn dawn l-approċċi għall-kejl tal-valur ġust.

    63

    F’ċerti każijiet teknika ta’ valwazzjoni waħda tkun adattata (eż. meta jiġu valwati assi jew obbligazzjoni permezz tal-prezzijiet kwotati f’suq attiv għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi). F’każijiet oħrajn, ikunu meħtieġa tekniki ta’ valwazzjoni multipli (eż. dan jista’ jkun il-każ tal-valwazzjoni ta’ unità li tiġġenera l-flus). Jekk jintużaw tekniki ta’ valwazzjoni multipli sabiex jitkejjel il-valur ġust, ir-riżultati (jiġifieri l-indikazzjonijiet rispettivi ta’ valur ġust) għandhom ikunu evalwati filwaqt li titqies ir-raġonevolezza tal-medda tal-valuri indikati minn dawk ir-riżultati. Kejl tal-valur ġust ikun il-punt f’dik il-medda li jkun l-aktar rappreżentattiv tal-valur ġust fiċ-ċirkostanzi.

    64

    Jekk il-prezz tat-tranżazzjoni jkun il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u tintuża teknika ta’ valwazzjoni li tuża inputs mhux osservabbli sabiex jitkejjel il-valur ġust f’perjodi sussegwenti, it-teknika ta’ valwazzjoni għandha tkun ikkalibrata b’mod li fir-rikonoxximent inizjali r-riżultat tat-teknika ta’ valwazzjoni jkun ugwali għall-prezz tat-tranżazzjoni. Il-kalibrazzjoni tiżgura li t-teknika ta’ valwazzjoni tirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq, u din tgħin lil entità tiddetermina jekk ikunx hemm bżonn aġġustament għat-teknika tal-valwazzjoni (eż. jista’ jkun hemm karatteristika tal-assi jew tal-obbligazzjoni li ma tinqabadx mit-teknika ta’ valwazzjoni). Wara r-rikonoxximent inizjali, meta tkejjel il-valur ġust permezz ta’ teknika jew tekniki ta’ valwazzjoni li jużaw inputs mhux osservabbli, entità għandha tiżgura li dawk it-tekniki ta’ valwazzjoni jirriflettu d-dejta osservabbli tas-suq (eż. il-prezz ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni simili) fid-data tal-kejl.

    65

    It-tekniki ta’ valwazzjoni użati sabiex jitkejjel il-valur ġust għandhom ikunu applikati b’mod konsistenti. Madankollu, bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-applikazzjoni tagħha (eż. bidla fl-ippeżar tagħha meta jintużaw tekniki multipli ta’ valwazzjoni jew bidla f’aġġustament applikat għal teknika ta’ valwazzjoni) tkun xierqa jekk il-bidla tirriżulta f’kejl li jkun daqs jew jirrappreżenta aktar il-valur ġust fiċ-ċirkostanzi. Dan jista’ jkun il-każ jekk, pereżempju, iseħħ xi wieħed minn dawn l-avvenimenti li ġejjin:

    (a)

    jiżviluppaw swieq ġodda;

    (b)

    ssir disponibbli informazzjoni ġdida;

    (c)

    l-informazzjoni li ntużat qabel ma tkunx aktar disponibbli;

    (d)

    it-tekniki ta’ valwazzjoni jitjiebu; jew

    (e)

    jinbidlu l-kundizzjonijiet tas-suq.

    66

    Ir-reviżjonijiet li jirriżultaw minn bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-applikazzjoni tagħha jiġu rrapportati bħala bidla fl-istima kontabilistika skont l-IAS 8. Madankollu, id-divulgazzjonijiet fl-IAS 8 għall-bidla fl-istima kontabilistika mhumiex meħtieġa għal reviżjonijiet li jirriżultaw minn bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-applikazzjoni tagħha.

    Inputs għat-tekniki ta’ valwazzjoni

    Prinċipji ġenerali

    67

    It-tekniki ta’ valwazzjoni użati sabiex jitkejjel il-valur ġust għandhom jagħmlu l-aħjar użu ta’ inputs osservabbli rilevanti u jnaqqsu l-użu ta’ inputs mhux osservabbli.

    68

    Eżempji ta’ swieq li fihom jistgħu jiġu osservati inputs għal xi assi u obbligazzjonijiet (eż. strumenti finanzjarji) jinkludu swieq tal-kambju, swieq tan-negozjanti, swieq tas-sensara u swieq bejn prinċipal u prinċipal (ara l-paragrafu B34).

    69

    Entità għandha tagħżel inputs li jkunu konsistenti mal-karatteristiċi tal-assi jew tal-obbligazzjoni li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni (ara l-paragrafi 11 u 12). F’ċerti każijiet dawk il-karatteristiċi jirriżultaw fl-applikazzjoni ta’ aġġustament, bħal primjum jew skont (eż. primjum fuq il-kontroll jew skont għall-interess nonkontrollanti). Madankollu, kejl tal-valur ġust m’għandux jinkorpora primjum jew skont li ma jkunx konsistenti mal-unità tal-kont fl-IFRS li jirrikjedi jew jippermetti l-kejl tal-valur ġust (ara l-paragrafi 13 u 14). Il-primjums jew skonti li jirriflettu d-daqs bħala l-karatteristika tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-entità (b’mod speċifiku, fattur ta’ imblokk li jaġġusta l-prezz kwotat ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni minħabba li l-volum ta’ negozju normali ta’ kuljum tas-suq ma jkunx suffiċjenti sabiex jassorbi l-kwantità miżmuma mill-entità, kif deskritt fil-paragrafu 80) pjuttost milli bħala karatteristika tal-assi jew tal-obbligazzjoni (eż. primjum fuq il-kontroll fil-kejl tal-valur ġust ta’ interess kontrollanti) mhumiex permessi f’kejl tal-vaur ġust. Fi kwalunkwe każ, jekk ikun hemm prezz kwotat f’suq attiv (jiġifieri input tal-Livell 1) għal assi jew obbligazzjoni, entità għandha tuża dak il-prezz mingħajr aġġustament meta tkejjel il-valur ġust, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 79.

    Inputs ibbażati fuq prezzijiet tal-offerta u tad-domanda

    70

    Jekk assi jew obbligazzjoni mkejla skont il-valur ġust ikollha prezz ta’ offerta u prezz ta’ domanda (eż. input minn suq tan-negozjanti), il-prezz fil-firxa bejn l-offerta u d-domanda li l-aktar jirrappreżenta l-valur ġust fiċ-ċirkostanzi għandu jintuża għall-kejl tal-valur ġust irrispettivament minn fejn ikun ikkategorizzat l-input fil-ġerarkija tal-valur ġust (jiġifieri Livell 1, 2 jew 3; ara l-paragrafi 72–90). L-użu ta’ prezzijiet ta’ offerta għall-pożizzjonijiet tal-assi u ta’ prezzijiet tat-talba għall-pożizzjonijiet tal-obbligazzjonijiet ikun permess, iżda mhux meħtieġ.

    71

    Dan l-IFRS ma jipprekludix l-użu tal-ipprezzar tas-suq tan-nofs jew konvenzjonijiet ta’ pprezzar oħra li jintużaw minn parteċipanti fis-suq bħala espedjent prattiku għall-kejl tal-valur ġust fil-firxa bejn l-offerta u t-talba.

    Ġerarkija tal-valur ġust

    72

    Sabiex iżid il-konsistenza u l-komparabilità fil-kejl tal-valur ġust u divulgazzjonijiet relatati, dan l-IFRS jistabilixxi ġerarkija ta’ valur ġust li jikkategorizza fi tliet livelli (ara l-paragrafi 76–90) l-inputs għat-tekniki ta’ valwazzjoni użati sabiex jitkejjel il-valur ġust. Il-ġerarkija tal-valur ġust tagħti l-ogħla prijorità lill-prezzijiet kwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi (inputs tal-Livell 1) u l-inqas prijorità lill-inputs li ma jkunux jistgħu jkunu osservati (inputs tal-Livell 3).

    73

    F’ċerti każijiet, l-inputs użati sabiex jitkejjel il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni jkunu jistgħu jiġu kkategorizzati f’livelli differenti tal-ġerarkija tal-valur ġust. F’dawk il-każijiet, il-kejl tal-valur ġusti jkun kkategorizzat kollu kemm hu fl-istess livell tal-ġerarkija tal-valur ġust bħall-input tal-inqas livell li jkun sinifikanti għall-kejl sħiħ. Il-valutazzjoni tas-sinifikat ta’ input partikolari għall-kejl sħiħ teħtieġ ġudizzju għaqli, filwaqt li jiġu kkunsidrati fatturi speċifiċi għall-assi jew l-obbligazzjoni. L-aġġustamenti sabiex jintlaħaq il-kejl ibbażat fuq il-valur ġust, bħall-kostijiet biex tbigħ fil-kejl tal-valur ġust nieqes il-kostijiet biex tbigħ, m’għandhomx jiġu kkunsidrati meta wieħed ikun qed jiddetermina l-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fiha l-kejl tal-valur ġust ikun ikkategorizzat.

    74

    Id-disponibilità ta’ inputs rilevanti u s-soġġettività relattiva tagħhom jistgħu jaffettwaw l-għażla ta’ tekniki ta’ valwazzjoni xierqa (ara l-paragrafu 61). Madankollu, il-ġerarkija tal-valur ġust tagħti prijorità lill-inputs għat-tekniki ta’ valwazzjoni, mhux it-tekniki ta’ valwazzjoni użati għall-kejl tal-valur ġust. Pereżempju, kejl tal-valur ġust żviluppat permezz ta’ teknika ta’ valur preżenti jista’ jkun ikkategorizzat fil-Livell 2 jew il-Livell 3, skont l-inputs li jkunu sinifikanti għall-kejl sħiħ u l-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fiha ikunu kkategorizzati dawk l-inputs.

    75

    Jekk input osservabbli jeħtieġ aġġustament permezz ta’ input mhux osservabbli u dak l-aġġustament jirriżulta f’kejl tal-valur ġust konsiderevolment ogħla jew aktar baxx, il-kejl li jirriżulta jkun ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust. Pereżempju, jekk parteċipant fis-suq jikkunsidra l-effett ta’ restrizzjoni fuq il-bejgħ ta’ assi meta jistma l-prezz għall-assi, entità għandha taġġusta l-prezz kwotat sabiex jirrifletti l-effett ta’ dik ir-restrizzjoni. Jekk dak il-prezz kwotat ikun input tal-Livell 2 u l-aġġustament ikun input mhux osservabbli li jkun sinifikanti għall-kejl sħiħ, il-kejl ikun ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust.

    Inputs tal-Livell 1

    76

    L-inputs tal-Livell 1 huma prezzijiet kwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi li l-entità tista’ taċċessa fid-data tal-kejl.

    77

    Prezz kwotat f’suq attiv jipprovdi l-aktar evidenza affidabbli ta’ valur ġust u għandu jintuża mingħajr aġġustament għall-kejl tal-valur ġust kull meta jkun disponibbli, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 79.

    78

    Input tal-Livell 1 ikun disponibbli għal bosta assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji, li xi wħud minnhom jistgħu jiġu skambjati f’diversi swieq attivi (eż. fuq kambji differenti). Għalhekk, l-enfasi fil-Livell 1 hija fuq id-determinazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

    (a)

    is-suq primarju għall-assi jew l-obbligazzjoni jew, fin-nuqqas ta’ suq primarju, l-aktar suq vantaġġjuz għall-assi jew l-obbligazzjoni; u

    (b)

    jekk l-entità tistax tidħol fi tranżazzjoni għall-assi jew l-obbligazzjoni fil-prezz f’dak is-suq fid-data tal-kejl.

    79

    Entità m’għandhiex taġġusta input tal-Livell 1 ħlief fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    (a)

    meta entità jkollha numru kbir ta’ assi jew obbligazzjonijiet simili (iżda mhux identiċi) (eż. titoli ta’ self) li jitkejlu skont il-valur ġust u prezz kwotat f’suq attiv ikun disponibbli iżda mhux faċilment aċċessibbli għal kull wieħed minn dawk l-assi jew obbligazzjonijiet indivdiwali (jiġifieri minħabba n-numru kbir ta’ assi jew obbligazzjonijiet simili miżmuma mill-entità, ikun diffiċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-ipprezzar għal kull assi jew obbligazzjoni individwali fid-data tal-kejl). F’dak il-każ, bħala espedjent prattiku, entità tkun tista' tkejjel il-valur ġust permezz ta’ metodu ta’ pprezzar alternattiv li ma jiddependix esklussivament fuq prezzijiet kwotati (eż. l-ipprezzar tal-matriċi). Madankollu, l-użu ta’ metodu ta’ pprezzar alternattiv jirriżulta f’kejl tal-valur ġust ikkategorizzat f’livell aktar baxx fil-ġerarkija tal-valur ġust.

    (b)

    meta prezz kwotat f’suq attiv ma jirrappreżentax valur ġust fid-data tal-kejl. Dan jista’ jkun il-każ meta, pereżempju, iseħħu avvenimenti sinifikanti (bħal tranżazzjonijiet f’suq bejn prinċipal u prinċipal, in-negozju f’suq tas-sensara jew avviżi) wara l-għeluq ta’ suq iżda qabel id-data tal-kejl. Entità għandha tistabilixxi u tapplika politika b’mod konsistenti sabiex tidentifika dawk l-avvenimenti li jistgħu jaffettwaw il-kejl tal-valur ġust. Madankollu, jekk il-prezz kwotat ikun aġġustat għal informazzjoni ġdida, l-aġġustament jirriżulta f’kejl tal-valur ġust ikkategorizzat f’livell aktar baxx tal-ġerarkija fil-valur ġust.

    (c)

    meta jitkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jew l-istrument azzjonarju tal-entità stess permezz tal-prezz kwotat għall-oġġett identiku innegozjat bħala assi f’suq attiv u dak il-prezz jeħtieġ li jkun aġġustat għal fatturi speċifiċi għall-oġġett jew għall-assi (ara l-paragrafu 39). Jekk ma jkunx meħtieġ aġġustament tal-prezz kwotat tal-assi, ir-riżultat ikun kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 1 tal-ġerarkija tal-valur ġust. Madankollu, kwalunkwe aġġustament tal-prezz kwotat tal-assi jirriżulta f’kejl tal-valur ġust f’livell aktar baxx fil-ġerarkija tal-valur ġust.

    80

    Jekk entità żżomm pożizzjoni f’assi jew obbligazzjoni unika (inkluża pożizzjoni li tinkludi numru kbir ta’ assi jew obbligazzjonijiet identiċi, bħall-pussess ta’ strumenti finanzjarji) u l-assi jew l-obbligazzjoni tiġi nnegozjata f’suq attiv, il-valur ġust tal-assi jew tal-obbligazzjoni għandu jitkejjel fil-Livell 1 bħala l-prodott tal-prezz kwotat għall-assi jew għall-obbligazzjoni individwali u l-kwantità miżmuma mill-entità. Dan ikun il-każ anki jekk il-volum ta’ negozju normali ta’ kuljum ta’ suq ma jkunx biżżejjed sabiex jassorbi l-kwantità miżmuma u t-tqegħid ta’ ordnijiet għall-bejgħ tal-pożizzjoni fi tranżazzjoni waħda jista’ jaffettwa l-prezz kwotat.

    Inputs tal-Livell 2

    81

    Inputs tal-Livell 2 huma inputs minbarra prezzijiet kwotati inklużi fil-Livell 1 li jkunu osservabbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni, kemm direttament kif ukoll b’mod indirett.

    82

    Jekk l-assi jew l-obbligazzjoni jkollha terminu speċifiku (kuntrattwali), input tal-Livell 2 għandu jkun osservabbli għal sostanzjalment it-terminu sħiħ tal-assi jew tal-obbligazzjoni. Inputs tal-Livell 2 jinkludu dawn li ġejjin:

    (a)

    prezzijiet kwotati għal assi jew obbligazzjonijiet simili fi swieq attivi.

    (b)

    prezzijiet kwotati għal assi jew obbligazzjonijiet simili jew identiċi fi swieq li ma jkunux attivi.

    (c)

    inputs minbarra prezzijiet kwotati li jkunu osservabbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni, pereżempju:

    (i)

    rati tal-imgħax u kurvi tar-rendita (l-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax) osservabbli f’intervalli kkwotati komunament;

    (ii)

    volatilitajiet impliċiti; u

    (iii)

    firxiet tal-kreditu.

    (d)

    inputs ikkorroborati mis-suq.

    83

    L-aġġustamenti tal-inputs tal-Livell 2 ivarjaw skont il-fatturi speċifiċi għall-assi jew għall-obbligazzjoni. Dawk il-fatturi jinkludu dawn:

    (a)

    il-kundizzjoni jew il-post tal-assi;

    (b)

    il-punt safejn l-inputs jirrelataw mal-entrati ta’ partita li jkunu komparabbli mal-assi jew mal-obbligazzjoni (inklużi dawk il-fatturi deskritti fil-paragrafu 39); u

    (c)

    il-volum jew il-livell ta’ attività fis-swieq li fihom jiġu osservati l-inputs.

    84

    Aġġustament ta’ input tal-Livell 2 li jkun sinifikanti għall-kejl sħiħ jista’ jirriżulta f’kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust jekk l-aġġustament juża inputs mhux osservabbli sinifikanti.

    85

    Il-paragrafu B35 jiddeskrivi l-użu ta’ inputs tal-Livell 2 għal assi u obbligazzjonijiet partikolari.

    Inputs tal-Livell 3

    86

    Inputs tal-Livell 3 huma inputs mhux osservabbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

    87

    L-inputs mhux osservabbli għandhom jintużaw sabiex jitkejjel il-valur ġust fejn l-inputs osservabbli rilevanti ma jkunux disponibbli, biex b’hekk jiġu kkunsidrati sitwazzjonijiet fejn ikun hemm ftit, jew m’hemm l-ebda attività fis-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni fid-data tal-kejl. Madankollu, l-għan tal-kejl tal-valur ġust jibqa’ l-istess, jiġifieri prezz tal-ħruġ fid-data tal-kejl mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jżomm l-assi jew li minnu tkun dovuta l-obbligazzjoni. Għaldaqstant, inputs mhux osservabbli għandhom jirriflettu s-suppożizzjonijiet li l-parteċipanti fis-suq jużaw meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni, inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju.

    88

    Is-suppożizzjonijiet dwar ir-riskju jinkludu r-riskju inerenti f’teknika ta’ valwazzjoni partikolari użata sabiex jitkejjel il-valur ġust (bħal mudell tal-ipprezzar) u r-riskju inerenti fl-inputs għat-teknika ta’ valwazzjoni. Kejl li ma jinkludix aġġustament għar-riskju ma jirrappreżentax kejl tal-valur ġust jekk il-parteċipanti fis-suq jinkludu wieħed meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni. Pereżempju, jista’ jkun meħtieġ li jkun inkluż aġġustament tar-riskju meta jkun hemm inċertezza konsiderevoli tal-kejl (eż. meta jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew il-livell ta’ attività meta mqabbla mal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni, jew assi jew obbligazzjonijiet simili, u l-entità tkun stabiliet li l-prezz tat-tranżazzjoni jew il-prezz kwotat ma jirrappreżentax il-valur ġust, kif deskritt fil-paragrafi B37–B47).

    89

    Entità għandha tiżviluppa inputs mhux osservabbli billi tuża l-aħjar informazzjoni disponibbli fiċ-ċirkostanzi, li tista’ tinkludi d-dejta tal-entità stess. Fl-iżvilupp ta’ inputs mhux osservabbli, entità tista’ tibda bid-dejta tagħha stess, iżda għandha taġġusta dik id-dejta jekk informazzjoni raġonevolment disponibbli tindika li parteċipanti oħrajn fis-suq jużaw dejta differenti jew jekk ikun hemm xi ħaġa speċifika għall-entità li ma tkunx disponibbli għal parteċipanti oħrajn fis-suq (eż. sinerġija speċifika għall-entità). Entità m’għandhiex għalfejn tagħmel sforzi eżawrjenti sabiex tikseb informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq. Madankollu, entità għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha dwar is-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq li jkunu raġonevolment disponibbli. Inputs mhux osservabbli żviluppati fil-mod deskritt hawn fuq ikunu kkunsidrati suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq u jilħqu l-għan ta’ kejl tal-valur ġust.

    90

    Il-paragrafu B36 jiddeskrivi l-użu ta’ inputs tal-Livell 3 għal assi u obbligazzjonijiet partikolari.

    DIVULGAZZJONI

    91

    Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tgħin lil dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji tagħha sabiex jivvalutaw dawn li ġejjin:

    (a)

    fil-każ ta’ assi u obbligazzjonijiet li jitkejlu skont il-valur ġust fuq bażi rikorrenti jew bażi nonrikorrenti fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja wara r-rikonoxximent inizjali, it-tekniki ta’ valwazzjoni u l-inputs użati għall-iżvilupp ta’ dak il-kejl.

    (b)

    fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti permezz ta’ inputs mhux osservabbli sinifikanti (Livell 3), l-effett tal-kejl fuq il-profitt jew it-telf jew introjtu ieħor komprensiv għall-perjodu.

    92

    Biex tilħaq l-għanijiet fil-paragrafu 91, entità għandha tikkunsidra dan kollu li ġej:

    (a)

    il-livell tad-dettall meħtieġ sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni;

    (b)

    kemm għandha tagħmel enfasi fuq kull wieħed mir-rekwiżiti diversi;

    (c)

    kemm għandha tagħmel aggregazzjoni jew diżaggregazzjoni; u

    (d)

    jekk dawk li jużaw ir-rapporti finanzjarji jeħtieġux aktar informazzjoni sabiex jevalwaw l-informazzjoni kwantitattiva divulgata.

    Jekk id-divulgazzjonijiet ipprovduti skont dan l-IFRS u IFRS oħrajn ma jkunux suffiċjenti sabiex tilħaq l-għanijiet tal-paragrafu 91, entità għandha tiddivulga l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex tilħaq dawk l-għanijiet.

    93

    Sabiex tilħaq l-għanijiet tal-paragrafu 91, entità għandha tiddivulga, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja għal kull klassi ta’ assi u obbligazzjonijiet (ara l-paragrafu 94 għal informazzjoni dwar id-determinazzjoni ta’ klassijiet xierqa ta’ assi u obbligazzjonijiet) imkejla skont il-valur ġust (inkluż kejl ibbażat fuq il-valur ġust fl-ambitu ta’ dan l-IFRS) fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja wara r-rikonoxximent inizjali:

    (a)

    fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u nonrikorrenti, il-kejl tal-valur ġust fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar, u fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust nonrikorrenti, ir-raġunijiet għall-kejl. Kejl tal-valur ġust rikorrenti ta’ assi jew obbligazzjonijiet huwa dak li IFRSs oħrajn jirrikjedu jew jippermettu fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fl-aħħar ta’ kull perjodu tar-rapportar. Kejl tal-valur ġust nonrikorrenti ta’ assi jew obbligazzjonijiet huwa dak li jirrikjedu jew jippermettu IFRS oħrajn fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja f’ċirkostanzi partikolari (eż. meta entità tkejjel assi miżmum għall-bejgħ skont il-valur ġust nieqes il-kostijiet biex tbigħ skont l-IFRS 5 Assi mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx peress li l-valur ġust nieqes il-kostijiet biex tbigħ ikun aktar baxx mill-ammont riportat).

    (b)

    fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u nonrikorrenti, il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fih il-kejl tal-valur ġust ikun ikkategorizzat fl-intier tiegħu (Livell 1, 2 jew 3).

    (c)

    fil-każ ta’ assi u obbligazzjonijiet miżmuma fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar li jkunu mkejla skont il-valur ġust fuq bażi rikorrenti, l-ammonti ta’ kwalunkwe trasferiment bejn il-Livell 1 u l-Livell 2 tal-ġerarkija tal-valur ġust, ir-raġunijiet għal dawk it-trasferimenti u l-politika tal-entità li tiddetermina meta t-trasferimenti bejn il-livelli jkunu meqjusa li seħħew (ara l-paragrafu 95). It-trasferimenti f’kull livell għandhom ikunu ddivulgati u diskussi b’mod separat mit-trasferimenti barra kull livell.

    (d)

    fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u nonrikorrenti kkategorizzat fil-Livell 2 u fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, deskrizzjoni tat-teknika/tekniki ta’ valwazzjoni u l-inputs użati fil-kejl tal-valur ġust. Jekk ikun hemm bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni (eż. bidla minn approċċ tas-suq għal approċċ tal-introjtu jew l-użu ta’ teknika ta’ valwazzjoni addizzjonali), l-entità għandha tiddivulga dik il-bidla u r-raġuni(jiet) għaliha. Fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, entità għandha tipprovdi informazzjoni kwantitattiva dwar l-inputs mhux osservabbli sinifikanti użati fil-kejl tal-valur ġust. Entità ma tkunx meħtieġa toħloq informazzjoni kwantitattiva sabiex tikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit ta’ divulgazzjoni jekk inputs mhux osservabbli kwantitattivi ma jkunux żviluppati mill-entità meta tkejjel il-valur ġust (eż. meta entità tuża prezzijiet minn tranżazzjonijiet preċedenti jew informazzjoni dwar l-ipprezzar ta’ parti terza mingħajr aġġustament). Madankollu, meta tipprovdi din id-divulgazzjoni entità ma tistax tinjora inputs mhux osservabbli kwantitattivi li jkunu sinifikanti għall-kejl tal-valur ġust u ikunu raġonevolment disponibbli għall-entità.

    (e)

    fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, tqabbil mill-bilanċi tal-ftuħ għall-bilanċi tal-għeluq, filwaqt li tiddikjara b’mod separat il-bidliet matul il-perjodu attribwibbli għal dan li ġej:

    (i)

    qligħ jew telf totali għall-perjodu rikonoxxut fil-profitt jew it-telf, u l-entrata/i ta’ partita fil-profitt jew it-telf li fih ikun rikonoxxut dak il-qligħ jew it-telf.

    (ii)

    qligħ jew telf totali għall-perjodu rikonoxxut fi introjtu ieħor komprensiv, u l-entrata/i ta’ partita fi introjtu ieħor komprensiv li fih ikun rikonoxxut dak il-qligħ jew it-telf.

    (iii)

    xirijiet, bejgħat, emissjonijiet u saldi(kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ bidliet iddivulgati b’mod separat).

    (iv)

    l-ammonti ta’ kwalunkwe trasferiment fi jew mil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, ir-raġunijiet għal dawk it-trasferimenti u l-politika tal-entità li tiddetermina meta t-trasferimenti bejn il-livelli jitqiesu li seħħew (ara l-paragrafu 95). It-trasferimenti fil-Livell 3 għandhom ikunu ddivulgati u diskussi b’mod separat mit-trasferimenti barra l-Livelli 3.

    (f)

    fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, l-ammont tal-qligħ jew telf totali għall-perjodu f’(e)(i) inkluż fil-profitt u t-telf li jkun attribwibbli għall-bidla fi qligħ jew telf mhux realizzat relatat ma’ dawk l-assi u obbligazzjonijiet miżmuma fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar, u l-entrata/i ta’ partita fil-profitt jew it-telf li fih ikun rikonoxxut dak il-qligħ jew it-telf mhux realizzat.

    (g)

    fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u nonrikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust, deskrizzjoni tal-proċessi ta’ valwazzjoni użati mill-entità (inkluż, pereżempju, kif entità tiddeċiedi l-politiki u l-proċeduri ta’ valwazzjoni u tanalizza l-bidliet fil-kejl tal-valur ġust minn perjodu għal ieħor).

    (h)

    fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti kkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust:

    (i)

    għall-kejl kollu bħal dan, deskrizzjoni narrativa tas-sensittività tal-kejl tal-valur ġust għal bidliet f’inputs mhux osservabbli jekk bidla f’dawk l-inputs għal ammont differenti tista’ tirriżulta f’kejl tal-valur ġust notevolment ogħla jew aktar baxx. Jekk ikun hemm interrelazzjonijiet bejn dawk l-inputs u inputs oħrajn mhux osservabbli użati fil-kejl tal-valur ġust, entità għandha tipprovdi ukoll deskrizzjoni ta’ dawk l-interrelazzjonijiet u ta’ kif jistgħu jkabbru jew itaffu l-effett tal-bidliet fl-inputs mhux osservabbli fuq il-kejl tal-valur ġust. Biex tikkonforma mar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni, id-deskrizzjoni narrativa tas-sensittività għal bidliet f’inputs mhux osservabbli għandha tinkludi, mill-inqas, l-inputs mhux osservabbli ddivulgati f’konformità ma’ (d).

    (ii)

    fil-każ ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji, jekk it-tibdil ta’ xi wieħed jew aktar mill-inputs mhux osservabbli sabiex jirrifletti suppożizzjonijiet alternattivi raġonevolment possibbli jibdel il-valur ġust b’mod sinifikanti, entità għandha tiddikjara dak il-fatt u tiddivulga l-effett ta’ dawk il-bidliet. L-entità għandha tiddivulga kif ikun ġie kkalkulat l-effett ta’ bidla sabiex tirrifletti suppożizzjoni alternattiva raġonevolment possibbli. Għal dak il-għan, is-sinifikat għandu jkun iġġudikat fir-rigward tal-profitt u t-telf, u tal-assi totali jew tal-obbligazzjonijiet totali, jew, meta l-bidliet skont il-valur ġust ikunu rikonoxxuti fi introjtu ieħor komprensiv, l-ekwità totali.

    (i)

    fil-każ ta’ kejl tal-valur ġust rikorrenti u nonrikorrenti, jekk l-ogħla u l-aħjar użu ta’ assi mhux finanzjarju jvarja mill-użu kurrenti tiegħu, entità għandha tiddivulga dak il-fatt u għaliex l-assi mhux finanzjarju qed jintuża b’mod differenti mill-ogħla u l-aħjar użu tiegħu.

    94

    Entità għandha tiddetermina klassijiet xierqa ta’ assi u obbligazzjonijiet fuq il-bażi ta’ dan li ġej:

    (a)

    in-natura, il-karatteristiċi u r-riskji tal-assi jew tal-obbligazzjoni; u

    (b)

    il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fih ikun ikkategorizzat il-kejl tal-valur ġust.

    Jista’ jkun meħtieġ li n-numru tal-klassijiet ikun akbar għal kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust minħabba li dak il-kejl ikollu grad ogħla ta’ inċertezza u soġġettività. Id-determinazzjoni ta’ klassijiet xierqa ta’ assi u obbligazzjonijiet li għalihom għandhom jiġu pprovduti divulgazzjonijiet dwar il-kejl tal-valur ġust teħtieġ ġudizzju għaqli. Klassi ta’ assi u obbligazzjonijiet spiss tkun teħtieġ diżaggregazzjoni akbar mill-entrati ta’ partita ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Madankollu, entità għandha tipprovdi informazzjoni suffiċjenti sabiex tkun tista’ ssir rikonċiljazzjoni mal-entrati ta’ partita ppreżentati fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja. Jekk IFRS jispeċifika l-klassi għal assi jew obbligazzjoni, entità tista’ tuża dik il-klassi meta tipprovdi d-divulgazzjonijiet meħtieġa f’dan l-IFRS jekk dik il-klassi tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu.

    95

    Entità għandha tiddivulga u ssegwi b’mod konsistenti l-politika tagħha għad-determinazzjoni ta’ meta t-trasferimenti bejn il-livelli tal-ġerarkija tal-valur ġust ikunu meqjusa li seħħew skont il-paragrafu 93(c) u (e)(iv). Il-politika dwar il-ħin tar-rikonoxximent tat-trasferimenti għandha tkun l-istess għat-trasferimenti fil-livelli kif ukoll għat-trasferimenti mil-livelli. Eżempji ta’ politiki għad-determinazzjoni tal-ħin tat-trasferimenti jinkludu dawn li ġejjin:

    (a)

    id-data tal-avveniment jew il-bidla fiċ-ċirkostanzi li kkawżaw it-trasferiment.

    (b)

    il-bidu tal-perjodu tar-rapportar.

    (c)

    it-tmiem tal-perjodu tar-rapportar.

    96

    Jekk tieħu deċiżjoni dwar politika kontabilistika li tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48, entità għandha tiddivulga dak il-fatt.

    97

    Għal kull klassi ta’ assi u obbligazzjonijiet mhux imkejla skont il-valur ġust fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja iżda li għaliha jkun iddivulgat il-valur ġust, entità għandha tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 93(b), (d) u (i). Madankollu, entità ma tkunx meħtieġa li tipprovdi divulgazzjonijiet kwantitattivi dwar inputs mhux osservabbli sinifikanti użati fil-kejl tal-valur ġust ikkategorizzat fil-Livell 3 tal-ġerarkija tal-valur ġust mitlub mill-paragrafu 93(d). Għal assi u obbligazzjonijiet bħal dawn, entità m’għandhiex għalfejn tipprovdi d-divulgazzjonijiet l-oħrajn mitluba minn dan l-IFRS.

    98

    Fil-każ ta’ obbligazzjoni mkejla skont il-valur ġust u maħruġa b’titjib fil-kreditu ta’ parti terza mhux separabbli, emittent għandu jiddivulga l-eżistenza ta’ dak it-titjib fil-kreditu u jekk huwiex rifless fil-kejl tal-valur ġust tal-obbligazzjoni.

    99

    Entità għandha tippreżenta d-divulgazzjonijiet kwantitattivi mitluba minn dan l-IFRS f’format tabulari sakemm ma jkunx adatt format ieħor.

    Appendiċi A

    Termini definiti

    Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS.

    suq attiv

    Suq li fih iseħħu t-tranżazzjonijiet għall-assi jew għall-obbligazzjoni bi frekwenza u volum suffiċjenti li jipprovdu informazzjoni dwar l-ipprezzar fuq bażi kontinwa.

    approċċ tal-kost

    Teknika ta’ valwazzjoni li tirrifletti l-ammont li jkun meħtieġ fil-preżent sabiex jissostitwixxi l-kapaċità tas-servizz ta’ assi (spiss magħruf bħala l-kost kurrenti ta’ sostituzzjoni).

    prezz tad-dħul

    Il-prezz imħallas sabiex jinkiseb assi jew riċevut biex wieħed jieħu fuqu obbligazzjoni fi tranżazzjoni ta’ skambju.

    prezz tal-ħruġ

    Il-prezz li jkun riċevut biex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni.

    fluss ta’ flus mistenni

    Il-medja ppiżata għall-probabilità (jiġifieri l-medja tad-distribuzzjoni) ta’ flussi futuri possibbli ta’ flus.

    valur ġust

    Il-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl.

    l-ogħla u l-aħjar użu

    L-użu ta’ assi mhux finanzjarju minn parteċipanti fis-suq li jimmassimizza l-valur tal-assi jew il-grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet (eż. negozju) li fih jintuża l-assi.

    approċċ tal-introjtu

    Tekniki ta’ valwazzjoni li jikkonvertu ammonti futuri (eż. flussi ta’ flus jew introjtu u spejjeż) f’ammont wieħed kurrenti (jiġifieri skontat). Il-kejl tal-valur ġust ikun iddeterminat fuq il-bażi tal-valur indikat minn aspettattivi kurrenti tas-suq dwar dawk l-ammonti futuri.

    inputs

    Is-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew tal- obbligazzjoni, inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju, bħal dawn li ġejjin:

    (a)

    ir-riskju inerenti f’teknika ta’ valwazzjoni partikolari użata sabiex jitkejjel il-valur ġust (bħal mudell tal-ipprezzar); u

    (b)

    ir-riskju inerenti fl-inputs għat-teknika ta’ valwazzjoni.

    L-inputs jistgħu jkunu osservabbli jew mhux osservabbli.

    Inputs tal-Livell 1

    Prezzijiet kwotati (mhux aġġustati) fi swieq attivi għal assi jew obbligazzjonijiet identiċi li l-entità tista’ taċċessa fid-data tal-kejl.

    Inputs tal-Livell 2

    Inputs li ma jkunux prezzijiet kwotati inklużi fil-Livell 1 li jkunu osservabbli għall-assi jew l- obbligazzjoni, kemm direttament jew indirettament.

    Inputs tal-Livell 3

    Inputs mhux osservabbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

    l-approċċ tas-suq

    Teknika ta’ valwazzjoni li tuża prezzijiet u informazzjoni rilevanti oħra ġġenerata minn tranżazzjonijiet tas-suq li jinvolvu assi, obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet identiċi jew komparabbli (jiġifieri simili), bħal negozju.

    inputs ikkorroborati mis-suq

    Inputs li ġejjin prinċipalment jew li jkunu kkorroborati minn dejta tas-suq osservabbli b'korrelazzjoni jew mezzi oħrajn.

    parteċipanti fis-suq

    Xerrejja jew bejjiegħa fis-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew għall-obbligazzjoni li għandhom il-karatteristiċi ġodda li ġejjin:

    (a)

    Dawn ikunu indipendenti minn xulxin, jiġifieri ma jkunux partijiet relatati kif iddefiniti fl- IAS 24, għalkemm il-prezz fi tranżazzjoni ma’ parti relatata jista’ jintuża bħala input għal kejl tal-valur ġust jekk l-entità jkollha evidenza li t-tranżazzjoni tkun saret skont it-termini tas-suq.

    (b)

    Dawn ikunu informati, u jkollhom fehim raġonevoli dwar l-assi jew l-obbligazzjoni u t-tranżazzjoni permezz bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż informazzjoni li tista’ tinkiseb permezz ta’ sforzi ta’ diliġenza dovuta li jkunu normali u tas-soltu.

    (c)

    Ikunu kapaċi jidħlu fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

    (d)

    Ikunu lesti li jidħlu fi tranżazzjoni għall-assi jew għall-obbligazzjoni, jiġifieri jkunu mmotivati iżda mhux sfurzati jew imġiegħla mod ieħor sabiex jagħmlu hekk.

    l-aktar suq vantaġġuż

    Is-suq li jimmassimizza l-ammont li jkun riċevut sabiex jinbiegħ l-assi jew li jnaqqas l-ammont li jitħallas mat-trasferiment tal-obbligazzjoni, wara li jiġu kkunsidrati l-kostijiet tat-tranżazzjoni u l-kostijiet tat-trasport.

    riskju ta’ nonprestazzjoni

    Ir-riskju li entità ma twettaqx obbligu. Ir-riskju ta’ nonprestazzjoni jinkludi, iżda mhux bilfors ikun limitat għar-riskju tal-kreditu tal-entità stess.

    inputs osservabbli

    Inputs li jiġu żviluppati permezz ta’ dejta tas-suq, bħal informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar avvenimenti jew tranżazzjonijiet attwali, u li jirriflettu s-suppożizzjonijiet li l- parteċipanti fis-suq jużaw meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni.

    tranżazzjoni ordinata

    Tranżazzjoni li tassumi skopertura għas-suq għal perjodu qabel id-data tal-kejl sabiex tikkunsidra attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkunu normali u tas-soltu għal tranżazzjonijiet li jinvolvu assi jew obbligazzjonijiet bħal dawn; ma tkunx tranżazzjoni furzata (eż. likwidazzjoni furzata jew bejgħ għall-bżonn).

    suq primarju

    Is-suq bl-akbar volum u livell ta’ attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

    primjum tar-riskju

    Kumpens imfittex minn parteċipanti fis-suq avversi għar-riskju biex ikopri l-inċertezza inerenti fil-flussi tal-flus ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni. Magħruf ukoll bħala ‘aġġustament tar-riskju’.

    kostijiet tat-tranżazzjoni

    Il-kostijiet biex tbigħ assi jew tittrasferixxi obbligazzjoni fis-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew għall-obbligazzjoni li jkunu attribwibbli l-aktar għad-disponiment tal-assi jew għat-trasferiment tal-obbligazzjoni u li jissodisfaw dawn iż-żewġ kriterji:

    (a)

    Ikunu riżultat dirett ta’ u jkunu essenzjali għal dik it-tranżazzjoni.

    (b)

    L-entità ma kinitx iġġarrabhom kieku ma tteħditx id-deċiżjoni li tbigħ l-assi jew titrasferixxi l-obbligazzjoni (simili għall-kostijiet biex tbigħ, kif iddefiniti fl-IFRS 5).

    spejjeż tat-trasport

    Il-kostijiet li jkollhom isiru għat-trasport ta’ assi mill-post kurrenti tiegħu għas-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) tiegħu.

    unità tal-kont

    Il-livell li fih assi jew obbligazzjoni jiġi aggregat jew diżaggregat f’IFRS għal finijiet ta’ rikonoxximent.

    inputs mhux osservabbli

    Inputs li għalihom ma jkunx hemm dejta tas-suq disponibbli u li jkunu żviluppati permezz tal-aħjar informazzjoni disponibbli dwar is-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni.

    Appendiċi B

    Gwida għall-applikazzjoni

    Dan l-appendiċi huwa parti integrali tal-IFRS. Huwa jiddeskrivi l-applikazzjoni tal-paragrafi 1–99 u għandu l-istess awtorità bħal partijiet oħrajn tal-IFRS.

    B1

    Il-ġudizzji għaqlin applikati f’sitwazzjonijiet differenti ta’ valwazzjoni jistgħu jkunu differenti. Dan l-appendiċi jiddeskrivi l-ġudizzji għaqlin li jistgħu japplikaw meta entità tkejjel il-valur ġust f’sitwazzjonijiet differenti ta’ valwazzjoni.

    L-APPROĊĊ TAL-KEJL TAL-VALUR ĠUST

    B2

    L-għan ta’ kejl tal-valur ġust huwa l-istima tal-prezz li fih isseħħ tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-assi jew għat-tranżazzjoni tal-obbligazzjoni bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Kejl tal-valur ġust jeħtieġ li entità tiddetermina dawn kollha li ġejjin:

    (a)

    l-assi jew l-obbligazzjoni partikolari li tkun s-suġġett tal-kejl (b’mod konsistenti mal-unità tal-kont tiegħu).

    (b)

    fil-każ ta’ assi mhux finanzjarju, il-premessa ta’ valwazzjoni li tkun xierqa għall-kejl (b’mod konsistenti mal-ogħla u l-aħjar użu tiegħu).

    (c)

    is-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

    (d)

    it-teknika/i ta’ valwazzjoni xierqa għall-kejl, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-disponibilità tad-dejta li permezz tagħha jiġu żviluppati inputs li jirrappreżentaw is-suppożizzjonijiet li jużaw parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni u l-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust li fih ikunu kkategorizzati l-inputs.

    PREMESSA TA’ VALWAZZJONI GĦAL ASSI MHUX FINANZJARJI (IL-PARAGRAFI 31–33)

    B3

    Meta l-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju użat flimkien ma’ assi oħrajn bħala grupp (kif stallat jew ikkonfigurat mod ieħor għall-użu) jew flimkien ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn (eż. negozju), l-effett tal-premessa ta’ valwazzjoni jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi. Pereżempju:

    (a)

    il-valur ġust tal-assi jista’ jkun l-istess kemm jekk l-assi jintuża fuq bażi awtonoma kif ukoll ikkumbinat ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra. Dan jista’ jkun il-każ jekk l-assi jkun negozju li l-parteċipanti fis-suq ikomplu joperaw. F’dak il-każ, it-tranżazzjoni tinvolvi l-valwazzjoni tan-negozju fl-intier tiegħu. L-użu tal-assi bħala grupp f’negozju kontinwu jiġġenera sinerġiji li jkunu disponibbli għall-parteċipanti fis-suq (jiġifieri sinerġiji tal- parteċipanti fis-suq li, għalhekk, għandhom jaffettwaw il-valur ġust tal-assi kemm fuq bażi awtonoma kif ukoll ikkumbinat ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra).

    (b)

    l-użu ta’ assi f’kombinazzjoni ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra jista’ jkun inkorporat fil-kejl tal-valur ġust permezz ta’ aġġustamenti fil-valur tal-assi użat fuq bażi awtonoma. Dan jista’ jkun il-każ jekk l-assi jkun magna u l-kejl tal-valur ġust jiġi ddeterminat permezz ta’ prezz osservat għal makkinarju simili (mhux stallat jew ikkonfigurat mod ieħor għall-użu), aġġustat għall-kostijiet tat-trasport u tal-istallazzjoni b’mod li l-kejl tal-valur ġust jirrifletti l-kundizzjoni u l-post kurrenti tal-makkinarju (stallat u kkonfigurat għall-użu).

    (c)

    l-użu ta’ assi f’kombinazzjoni ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra jista’ jkun inkorporat fil-kejl tal-valur ġust permezz tas-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq użati għall-kejl tal-valur ġust tal-assi. Pereżempju, jekk l-assi jkun inventarju ta’ xogħol fl-idejn uniku u l-parteċipanti fis-suq jikkonvertu l-inventarju fi prodotti lesti, il-valur ġust tal-inventarju jassumi li l-parteċipanti fis-suq kisbu jew jiksbu kwalunkwe makkinarju speċjalizzat meħtieġ sabiex jikkonvertu l-inventarju fi oġġetti lesti.

    (d)

    l-użu ta’ assi f’kombinazzjoni ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħra jista’ jkun inkorporat fit-teknika ta’ valwazzjoni użata għall-kejl tal-valur ġust tal-assi. Dan jista’ jkun il-każ meta jintuża l-metodu ta’ qligħ żejjed fuq għadd ta’ perjodi għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi intanġibbli peress li dik it-teknika ta’ valwazzjoni tikkunsidra b’mod speċifiku l-kontribut ta’ kwalunkwe assi komplimentari u l-obbligazzjonijiet assoċjati fil-grupp li fih jintuża assi intanġibbli bħal dan.

    (e)

    f’sitwazzjonijiet aktar limitati, meta entità tuża assi fi grupp ta’ assi, l-entità tkun tista' tkejjel l-assi f’ammont li japprossimizza il-valur ġust tiegħu meta jiġi allokat il-valur ġust tal-grupp ta’ assi mal-assi individwali tal-grupp. Dan jista’ jkun il-każ jekk il-valwazzjoni tinvolvi proprjetà immobbli u l-valur ġust ta’ proprjetà mtejba (jiġifieri grupp ta’ assi) jiġi allokat għall-assi komponenti tagħha (bħal art u sistemazzjonijiet).

    VALUR ĠUST FIR-RIKONOXXIMENT INIZJALI (IL-PARAGRAFI 57–60)

    B4

    Fid-determinazzjoni ta’ jekk il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali huwiex ugwali għall-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tikkunsidra fatturi speċifiċi għat-tranżazzjoni u għall-assi jew għall-obbligazzjoni. Pereżempju, il-prezz tat-tranżazzjoni jista’ ma jirrappreżentax il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni fir-rikonoxximent inizjali jekk teżisti xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    It-tranżazzjoni tkun bejn partijiet relatati, għalkemm il-prezz fi tranżazzjoni ma’ parti relatata jista’ jintuża bħala input f’kejl tal-valur ġust jekk l-entità jkollha evidenza li t-tranżazzjoni saret skont it-termini tas-suq.

    (b)

    It-tranżazzjoni sseħħ taħt pressjoni jew il-bejjiegħ ikollu jaċċetta l-prezz fit-tranżazzjoni. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ jekk il-bejjiegħ ikun f’diffikultà finanzjarja.

    (c)

    L-unità tal-kont rappreżentata mill-prezz tat-tranżazzjoni tkun differenti mill-unità tal-kont għall-assi jew l-obbligazzjoni mkejla skont il-valur ġust. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ jekk l-assi jew l-obbligazzjoni mkejla skont il-valur ġust tkun biss wieħed mill-elementi fit-tranżazzjoni (eż. f’kombinament ta’ negozju), it-tranżazzjoni tinkludi drittijiet u privileġġi mhux dikjarati li jitkejlu b’mod separat skont IFRS ieħor, jew il-prezz tat-tranżazzjoni jinkludi l-kostijiet tat-tranżazzjoni.

    (d)

    Is-suq li fih isseħħ it-tranżazzjoni jkun differenti mis-suq primarju (jew l-aktar suq vantaġġuż). Pereżempju, dawk is-swieq jistgħu jkunu differenti jekk l-entità tkun negozjant li jidħol fi tranżazzjonijiet ma’ klijenti fis-suq tal-konsumaturi, iżda s-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) għat-tranżazzjoni ta’ ħruġ ikun ma’ negozjanti oħrajn fis-suq tan-negozjanti.

    TEKNIKI TA’ VALWAZZJONI (IL-PARAGRAFI 61–66)

    L-approċċ tas-suq

    B5

    L-approċċ tas-suq juża prezzijiet u informazzjoni rilevanti oħra ġġenerata minn tranżazzjonijiet fis-suq li jinvolvu assi, obbligazzjonijiet jew grupp ta’ assi u obbligazzjonijiet identiċi jew komparabbli (jiġifieri simili), bħal negozju.

    B6

    Pereżempju, tekniki ta’ valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tas-suq spiss jużaw multipli tas-suq derivati minn sett ta’ prodotti simili. Il-multipli jistgħu jkunu f’firxiet b’multiplu differenti għal kull prodott simili. L-għażla tal-multiplu xieraq mill-medda jeħtieġ ġudizzju għaqli, billi jikkunsidra l-fatturi kwalitattivi u kwantitattivi speċifiċi għall-kejl.

    B7

    It-tekniki ta’ valwazzjoni konsistenti mal-approċċ tas-suq jinkludu l-ipprezzar matriċi. L-ipprezzar matriċi huwa teknika matematika użata l-aktar għall-valutazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ strumenti finanzjarji, bħal titoli ta’ self, mingħajr ma tistrieħ esklussivament fuq prezzijiet kwotati għat-titoli speċifiċi, iżda tistrieħ pjuttost fuq ir-relazzjoni tat-titoli ma’ titoli kkwotati ppreferuti.

    L-approċċ tal-kost

    B8

    L-approċċ tal-kost jirrifletti l-ammont li jkun meħtieġ attwalment għas-sostituzzjoni tal-kapaċità tas-servizz ta’ assi (spiss imsejjaħ kost kurrenti ta’ sostituzzjoni).

    B9

    Mill-perspettiva ta’ bejjiegħ parteċipant fis-suq, il-prezz li jkun riċevut għall-assi jkun ibbażat fuq il-kost ta’ xerrej parteċipant fis-suq sabiex jikseb jew jibni assi sostitut ta’ utilità komparabbli, aġġustata għall-ħruġ mill-użu. Dan għaliex xerrej parteċipant fis-suq ma jħallasx aktar għal assi mill-ammont li bih ikun jista’ jissostitwixxi l-kapaċità ta’ servizz ta’ dak l-assi. Il-ħruġ mill-użu jinkludi d-deterjorament fiżiku, il-ħruġ mill-użu funzjonali (teknoloġiku) u ħruġ mill-użu ekonomiku (estern) u jkun usa’ mid-deprezzament għal finijiet ta’ rapportar finanzjarju (allokazzjoni ta’ kost storiku) jew finijiet ta’ taxxa (bl-użu ta’ ħajjiet ta’ servizz speċifiċi). F’bosta każijiet il-kost kurrenti ta’ sostituzzjoni jintuża għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi tanġibbli li jintużaw f’kombinazzjoni ma’ assi oħrajn jew ma’ assi u obbligazzjonijiet oħrajn.

    L-approċċ tal-introjtu

    B10

    L-approċċ tal-introjtu jikkonverti ammonti futuri (eż. flussi ta’ flus jew introjtu u spejjeż) f’ammont wieħed kurrenti (jiġifieri skontat). Meta jintuża l-approċċ tal-introjtu, il-kejl tal-valur ġust jirrifletti aspettativi tas-suq kurrenti dwar dawk l-ammonti futuri.

    B11

    Dawk it-tekniki ta’ valwazzjoni jinkludu, pereżempju, dan li ġej:

    (a)

    tekniki ta’ valur preżenti (ara l-paragrafi B12–B30);

    (b)

    mudelli tal-ipprezzar tal-opzjoni, bħall-Formula Black-Scholes-Merton jew mudell binomju (jiġifieri mudell kannizzata), li jinkorporaw tekniki ta’ valwazzjoni preżenti u jirriflettu kemm il-valur tal-ħin u l-valur intrinsiku ta’ opzjoni; u

    (c)

    il-metodu ta’ qligħ fuq għadd ta’ perjodi, li jintuża għall-kejl tal-valur ġust ta’ xi assi intanġibbli.

    Tekniki ta’ valur preżenti

    B12

    Il-paragrafi B13–B30 jiddeskrivu l-użu ta’ tekniki ta’ valur preżenti għall-kejl tal-valur ġust. Dawk il-paragrafi jiffukaw fuq teknika ta’ aġġustament ta’ rata ta’ skont u teknika ta’ fluss ta’ flus mistenni (valur preżenti mistenni). Dawk il-paragrafi la jippreskrivu l-użu ta’ teknika ta’ valur preżenti speċifika waħda u lanqas jillimitaw l-użu ta’ tekniki ta’ valur preżenti għall-kejl tal-valur ġust għat-tekniki diskussi. It-teknika tal-valur preżenti użata għall-kejl tal-valur ġust tiddependi fuq fatti u ċirkostanzi speċifiċi għall-assi jew għall-obbligazzjoni li tkun qiegħda titkejjel (eż. jekk jistgħux ikunu osservati prezzijiet fis-suq għal assi jew għal obbligazzjonijiet komparabbli) u d-disponibilità ta’ dejta suffiċjenti.

    Il-komponenti ta’ kejl tal-valur ġust

    B13

    Il-valur preżenti (jiġifieri applikazzjoni tal-approċċ tal-introjtu) huwa għodda użata sabiex torbot ammonti futuri (eż. flussi ta’ flus jew valuri) ma’ ammont preżenti permezz ta’ rata ta’ skont. Kejl tal-valur ġust ta’ assi jew obbligazzjoni permezz ta’ teknika tal-valur preżenti jinkludi dawn l-elementi kollha li ġejjin mill-perspettiva tal-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl:

    (a)

    stima ta’ flussi ta’ flus futuri għall-assi jew għall-obbligazzjoni li tkun qiegħda titkejjel.

    (b)

    aspettativi dwar varjazzjonijiet possibbli fl-ammont u l-ħin tal-flussi tal-flus li jirrappreżentaw l-inċertezza inerenti fil-flussi tal-flus.

    (c)

    il-valur tal-ħin tal-flus, irrappreżentat mir-rata fuq assi monetarji ħielsa mir-riskju, li jkollhom dati jew durati ta’ maturità li jikkoinċidu mal-perjodu kopert mill-flussi tal-flus u ma joħolqux la inċertezza fl-għażla taż-żmien u lanqas riskju ta’ inadempjenza għad-detentur (jiġifieri rata ta’ mgħax mingħajr riskju).

    (d)

    il-prezz għat-tiġrib tal-inċertezza inerenti fil-flussi tal-flus (primjum tar-riskju).

    (e)

    fatturi oħrajn li jikkunsidraw il-parteċipanti fis-suq fiċ-ċirkostanzi.

    (f)

    fil-każ ta’ obbligazzjoni, ir-riskju ta’ nonprestazzjoni relatat ma’ dik l-obbligazzjoni, inkluż ir-riskju tal-kreditu proprju tal-entità (jiġifieri tal-obbligatur).

    Prinċipji ġenerali

    B14

    It-tekniki tal-valur preżenti jvarjaw fil-mod kif jinkludu l-elementi fil-paragrafu B13. Madankollu, il-prinċipji kollha ġenerali li ġejjin jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe teknika ta’ valur preżenti użata għall-kejl tal-valur ġust:

    (a)

    Il-flussi ta’ flus u r-rati ta’ skont għandhom jirriflettu s-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq sabiex jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni.

    (b)

    Il-flussi ta’ flus u r-rati ta’ skont għandhom jikkunsidraw biss il-fatturi attribwibbli għall-assi jew għall-obbligazzjoni li qiegħda titkejjel.

    (c)

    Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju jew li jitħallew barra l-effetti tal-fatturi ta’ riskju, ir-rati ta’ skont għandhom jirriflettu suppożizzjonijiet li jkunu konsistenti ma’ dawk inerenti fil-flussi ta’ flus. Pereżempju, rata ta’ skont li tirrifletti l-inċertezza f’aspettativi dwar fallimenti futuri tkun xierqa jekk ikunu qegħdin jintużaw flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ self (jiġifieri teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont). Dik l-istess rata m’għandhiex tintuża jekk ikunu qegħdin jintużaw flussi ta’ flus mistennija (jiġifieri ppiżati għall-probabilità) (jiġifieri teknika ta’ valur preżenti mistenni) minħabba li l-flussi ta’ flus mistennija diġà jirriflettu suppożizzjonijiet dwar l-inċertezza f’fallimenti futuri; minflok, għandha tintuża rata ta’ skont li tkun proporzjonata mar-riskju inerenti fil-flussi ta’ flus mistennija.

    (d)

    Is-suppożizzjonijiet dwar il-flussi ta’ flus u r-rati ta’ skont għandhom ikunu internament konsistenti. Pereżempju, flussi ta’ flus nominali, li jinkludu l-effett tal-inflazzjoni, għandhom ikunu skontati f’rata li tinkludi l-effett tal-inflazzjoni. Ir-rata ta’ mgħax nominali ħielsa mir-riskju tinkludi l-effett tal-inflazzjoni. Il-flussi ta’ flus reali, li jeskludu l-effett tal-inflazzjoni, għandhom ikunu skontati f’rata li teskludi l-effett tal-inflazzjoni. Bl-istess mod, flussi ta’ flus ta’ wara t-taxxa għandhom ikunu skontati b’rata ta’ skont ta’ wara t-taxxa. Il-flussi ta’ flus ta’ qabel it-taxxa għandhom ikunu skontati b’rata konsistenti ma’ dawk il-flussi ta’ flus.

    (e)

    Ir-rati ta’ skont għandhom ikunu konsistenti mal-fatturi ekonomiċi sottostanti tal-munita li fiha tkun iddenominati l-flussi ta’ flus.

    Riskju u inċertezza

    B15

    Kejl tal-valur ġust permezz ta’ tekniki ta’ valur preżenti jsir taħt kundizzjonijiet ta’ inċertezza peress li l-flussi ta’ flus użati huma stimi minflok ammonti magħrufa. F’bosta każijiet kemm l-ammont kif ukoll l-għażla taż-żmien tal-flussi tal-flus ikunu inċerti. Anki ammonti ffissati b’kuntratt, bħall-ħlasijiet fuq self, ikunu inċerti jekk ikun hemm riskju ta’ falliment.

    B16

    Il-parteċipanti fis-suq ġeneralment ifittxu kumpens (jiġifieri primjum tar-riskju) talli jassumu l-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni. Kejl tal-valur ġust għandu jinkludi primjum tar-riskju li jirrifletti l-ammont li l-parteċipanti fis-suq jitolbu bħala kumpens għall-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus. Inkella, l-kejl ma jkunx jirrappreżenta realment il-valur ġust. F’ċerti każijiet id-determinazzjoni ta’ primjum xieraq fuq ir-riskju tista’ tkun diffiċli. Madankollu, il-grad ta’ diffikultà waħdu mhuwiex raġuni biżżejjed sabiex wieħed jeskludi primjum tar-riskju.

    B17

    It-tekniki tal-valur preżenti jvarjaw fil-mod li bih jaġġustaw għar-riskju u fit-tip ta’ flussi ta’ flus li jużaw. Pereżempju:

    (a)

    It-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont (ara l-paragrafi B18–B22) tuża rata ta’ skont aġġustata għar-riskju u l-flussi ta’ flus kuntrattwali, imwiegħda jew l-aktar probabbli.

    (b)

    Il-Metodu 1 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni (ara l-paragrafu B25) juża flussi ta’ fluss mistennija aġġustati għar-riskju u rata mingħajr riskju.

    (c)

    Il-Metodu 2 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni (ara l-paragrafu B26) juża flussi ta’ fluss mistennija li ma jkunux aġġustati għar-riskju u rata ta’ skont aġġustata sabiex tinkludi l-primjum tar-riskju li jitolbu l-parteċipanti fis-suq. Din ir-rata tkun differenti mir-rata użata fit-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont.

    Teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont

    B18

    It-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont tuża sett wieħed ta’ flussi ta’ flus mill-medda ta’ ammonti stmati possibbli, kemm flussi ta’ flus kuntrattwali jew imwiegħda (bħal fil-każ ta’ bond) jew l-aktar probabbli. F’kull każ, dawk il-flussi ta’ flus ikunu kkondizzjonati meta jseħħu avvenimenti speċifiċi (eż. il-flussi ta’ flus kuntrattwali jew imwiegħda għal xi bond ikunu kkondizzjonati f’każ li ma jkunx hemm inadempjenza mid-debitur). Ir-rata ta’ skont użata fit-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont tkun idderivata minn rati osservati ta’ redditu għall-assi jew għall-obbligazzjonijiet komparabbli li jiġu nnegozjati fis-suq. Għalhekk, il-flussi ta’ flus kuntrattwali, imwiegħda jew l-aktar probabbli jkunu skontati f’rata tas-suq osservata jew stmata għal flussi ta’ flus kondizzjonati bħal dawn (jiġifieri rata ta’ redditu tas-suq).

    B19

    It-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont teħtieġ analiżi tad-dejta tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjonijiet komparabbli. Il-komparabilità tiġi stabilita billi tiġi kkunsidrata n-natura tal-flussi ta’ flus (eż. jekk il-flussi ta’ flus humiex kuntrattwali jew le u jekk iwieġbux b’mod simili għall-bidliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi), kif ukoll fatturi oħra (eż. il-qagħda tal-kreditu, il-kollateral, id-durata, pattijiet restrittivi u likwidità). Inkella, jekk assi jew obbligazzjoni waħda komparabbli ma tirriflettix b’mod ġust ir-riskju inerenti fil-flussi ta’ flus tal-assi jew l-obbligazzjoni mkejla, jista’ jkun possibbli li tinkiseb rata ta’ skont permezz ta’ dejta għal bosta assi jew obbligazzjonijiet komparabbli flimkien mal-kurva tar-rendita mingħajr riskju (jiġifieri permezz ta’ approċċ ta’ akkumulu).

    B20

    Biex tifhem l-approċċ ta’ akkumulu, assumi li Assi A jkun dritt kuntrattwali li tirċievi UM800 (1) f’sena (jiġifieri ma jkunx hemm inċertezza dwar l-għażla taż-żmien). Ikun hemm suq stabilit għal assi komparabbli, u l-informazzjoni dwar dawk l-assi, inkluż l-informazzjoni dwar il-prezzijiet, tkun disponibbli. Minn dawk l-assi komparabbli:

    (a)

    Assi B ikun dritt kuntrattwali li tirċievi UM1,200 f’sena u jkollu prezz tas-suq ta’ UM1,083. Għalhekk, ir-rata annwali tar-redditu impliċita (jiġifieri rata ta’ redditu tas-suq għal sena) tkun 10.8 fil-mija [(UM1,200/UM1,083) – 1].

    (b)

    Assi C ikun dritt kuntrattwali li tirċievi UM700 f’sentejn u jkollu prezz tas-suq ta’ UM566. Għalhekk, ir-rata annwali tar-redditu impliċita (jiġifieri rata ta’ redditu tas-suq għal sentejn) tkun 11.2 fil-mija [(UM700/UM566)^0.5 – 1].

    (c)

    It-tliet assi huma komparabbli fir-rigward tar-riskju (jiġifieri d-dispersjoni ta’ ħlasijiet u kreditu possibbli).

    B21

    Fuq il-bażi tal-għażla taż-żmien tal-pagamenti kuntrattwali li għandhom jintlaqgħu għal Assi A relatati maż-żmien għall-Assi B u għall-Assi C (jiġifieri sena għal Assi B kontra sentejn għall-Assi C), Assi B titqies aktar komparabbli ma’ Assi A. Permezz tal-pagament kuntrattwali li għandu jiġi riċevut għal Assi A (UM800) u r-rata tas-suq għal sena derivata mill-Assi B (10.8 fil-mija), il-valur ġust tal-Assi A jkun UM722 (UM800/1.108). Inkella, fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-suq disponibbli għall-Assi B, ir-rata tas-suq għal sena tista’ tkun derivata mill-Assi C permezz tal-approċċ ta’ akkumulu. F’dak il-każ ir-rata tas-suq għal sentejn indikata mill-Assi C (11.2 fil-mija) tkun aġġustata għal rata ta’ suq għal sena permezz tal-istruttura tat-terminu tal-kurva tar-rendita mingħajr riskju. Ikunu meħtieġa aktar informazzjoni u analiżi sabiex jiġi ddeterminat jekk il-primjums tar-riskju għal sena u l-assi għal sentejn humiex l-istess. Jekk ikun stabilit li l-primjums tar-riskju għal sena u l-assi għal sentejn ma jkunux l-istess, ir-rata tas-suq tar-redditu għal sentejn tkun aġġustata ulterjorment minħabba dan.

    B22

    Meta t-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont tiġi applikata għal riċevuti jew ħlasijiet fissi, l-aġġustament għar-riskju inerenti fil-flussi ta’ flus tal-assi jew tal-obbligazzjoni mkejla jkun inkluż fir-rata ta’skont. F’ċerti applikazzjonijiet tat-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont għal flussi ta’ flus li ma jkunux riċevuti jew ħlasijiet fissi, jista’ jkun meħtieġ aġġustament għall-flussi ta’ flus biex tinkiseb komparabilità mal-assi jew mal-obbligazzjoni osservata li minnha tittieħed r-rata ta’ skont.

    Teknika tal-valur preżenti mistenni

    B23

    It-teknika tal-valur preżenti mistenni tuża bħala punt ta’ tluq sett ta’ flussi ta’ flus li jirrappreżenta l-medja ppiżata għall-probabilità tal-flussi ta’ flus futuri kollha possibbli (jiġifieri l-flussi ta’ flus mistennija). L-istima li tirriżulta hija identika għall-valur mistenni, li, f’termini statistiċi, huwa l-medja ppiżata tal-valuri possibbli ta’ varjabbli każwali diskret bil-probabilitajiet rispettivi bħala l-piżijiet. Peress li l-flussi ta’ flus kollha possibbli jkunu ppiżati għall-probabilità, il-fluss ta’ fluss mistenni li jirriżulta ma jkunx kondizzjonat meta jseħħ avveniment speċifiku (għall-kuntrarju tal-flussi ta’ flus użati fit-teknika ta’ aġġustament tar-rata ta’ skont).

    B24

    Fit-teħid ta’ deċiżjoni ta’ investiment, il-parteċipanti fis-suq avversi għar-riskju jikkunsidraw ir-riskju li l-flussi ta’ flus reali jistgħu jvarjaw mill-flussi ta’ flus mistennija. It-teorija tal-portafoll tiddistingwi bejn żewġ tipi ta’ riskju:

    (a)

    riskju mhux sistematiku (diversifikabbli), li jkun r-riskju speċifiku għal assi jew għal obbligazzjoni partikolari.

    (b)

    riskju sistematiku (mhux diversifikabbli), li jkun r-riskju komuni kondiviż minn assi jew obbligazzjoni mal-oġġetti l-oħra f’portafoll diversifikat.

    It-teorija tal-portafoll tgħid li f’suq ekwilibrat, il-parteċipanti fis-suq ikunu kkompensati biss talli jieħdu fuqhom ir-riskju sistematiku inerenti fil-flussi ta’ flus. (Fi swieq li ma jkunux effiċjenti jew ekwilibrati, jistgħu jkunu disponibbli forom oħra ta’ redditu jew kumpens.)

    B25

    Il-Metodu 1 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni jaġġusta l-flussi ta’ flus mistennija ta’ assi għal riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq) billi jnaqqas primjum tar-riskju ta’ flus (jiġifieri flussi ta’ flus mistennija aġġustati għar-riskju). Dawk il-flussi ta’ flus mistennija aġġustati għar-riskju jirrappreżentaw fluss ta’ flus ekwivalenti għaċ-ċertezza, li jkun skontat f’rata ta’ mgħax mingħajr riskju. Fluss ta’ flus ekwivalenti għaċ-ċertezza jirreferi għal fluss ta’ flus mistenni (kif iddefinit), aġġustat għar-riskju sabiex parteċipant fis-suq ikun indifferenti għan-negozjar ta’ ċertu fluss ta’ flus għal fluss ta’ flus mistenni. Pereżempju, jekk parteċipant fis-suq ikun lest li jinnegozja fluss ta’ flus mistenni ta’ UM1,200 għal ċertu fluss ta’ flus ta’ UM1,000, l-UM1,000 huwa l-ekwivalenti taċ-ċertezza tal-UM1,200 (jiġifieri l-UM200 jirrappreżentaw il-primjum tar-riskju tal-flus). F’dak il-każ il-parteċipant fis-suq ikun indifferenti fir-rigward tal-assi miżmum.

    B26

    B’kuntrast, il-Metodu 2 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni jaġġusta għal riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq) billi japplika primjum tar-riskju għar-rata ta’ mgħax mingħajr riskju. Għalhekk, il-flussi ta’ flus mistennija huma skontati b’rata li tikkorrispondi għal rata mistennija assoċjata ma’ flussi ta’ flus ippiżati għall-probabilità (jiġifieri rata ta’ redditu mistennija). Il-mudelli użati għall-ipprezzar ta’ assi riskjużi, bħall-mudell tal-ipprezzar tal-assi kapitali, jista’ jintuża għall-istima tar-rata ta’ redditu mistennija. Peress li r-rata ta’ skont użata fit-teknika tal-aġġustament tar-rata ta’ skont hija rata ta’ redditu relatata mal-flussi ta’ flus kondizzjonali, aktarx li tkun ogħla mir-rata ta’ skont użata fil-Metodu 2 tat-teknika tal-valur preżenti mistenni, li tkun rata ta’ redditu mistennija relatata mal-flussi ta’ flus mistennija jew ippiżati għall-probabilità.

    B27

    Biex tifhem il-Metodi 1 u 2, assumi li assi jkollu flussi ta’ flus mistennija ta’ UM780 f’sena stabiliti fuq il-bażi tal-flussi ta’ flus possibbli u l-probabilitajiet murija hawn taħt. Ir-rata ta’ mgħax mingħajr riskju applikabbli għall-flussi ta’ flus fuq medda ta’ sena hija 5 fil-mija, u l-primjum tar-riskju sistematiku għal assi bl-istess profil ta’ riskju huwa 3 fil-mija.

    Flussi ta’ flus possibbli

    Probabilità

    Flussi ta’ flus ippiżati skont il-probabilità

    UM500

    15  %

    XUM75

    UM800

    60  %

    UM480

    UM900

    25  %

    UM225

    Flussi ta’ flus mistennija

     

    UM780

    B28

    F’dan l-eżempju sempliċi, il-flussi ta’ flus mistennija (UM780) jirrappreżentaw il-medja ppiżata skont il-probabilità tat-tliet eżiti possibbli. F’sitwazzjonijiet aktar realistiċi, jista’ jkun hemm diversi eżiti possibbli. Madankollu, biex napplikaw it-teknika tal-valur preżenti mistenni, mhux dejjem jeħtieġ li wieħed jikkunsidra d-distribuzzjonijiet tal-flussi ta’ flus kollha possibbli permezz ta’ mudelli u tekniki kumplikati. Minflok, jista’ jkun possibbli li jiġi żviluppat numru limitat ta’ xenarji u probabilitajiet diskreti li jinkludu l-firxa ta’ flussi ta’ flus possibbli Pereżempju, entità tista’ tuża flussi ta’ flus realizzati għal xi perjodu passat rilevanti, aġġustati għal bidliet fiċ-ċirkostanzi li jseħħu sussegwentement (eż. bidliet f’fatturi esterni, inklużi l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew tas-suq, it-tendenzi tal-industrija u l-kompetizzjoni kif ukoll bidliet f’fatturi interni li jaffettwaw lill-entità b’mod aktar speċifiku), b’kunsiderazzjoni għas-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq.

    B29

    Fit-teorija, il-valur preżenti (jiġifieri l-valur ġust) tal-flussi ta’ flus tal-assi huwa l-istess kemm jekk stabilit bil-Metodu 1 jew bil-Metodu 2, kif ġej:

    (a)

    Bil-Metodu 1, il-flussi ta’ flus mistennija jiġu aġġustati għal riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq). Fin-nuqqas ta’ dejta dwar is-suq li tindika direttament l-ammont tal-aġġustament tar-riskju, dan l-aġġustament jista’ jkun derivat minn mudell tal-ipprezzar tal-assi li juża l-kunċett ta’ ekwivalenti taċ-ċertezza. Pereżempju, l-aġġustament tar-riskju (jiġifieri l-primjum tar-riskju tal-flus ta’ UM22) jista’ jkun iddeterminat permezz tal-primjum tar-riskju sistematiku ta’ 3 fil-mija (UM780 – [UM780 × (1.05/1.08)]), li jirriżulta fi flussi ta’ flus mistennija aġġustati għar-riskju ta’ UM758 (UM780 – UM22). L-UM758 huwa l-ekwivalenti taċ-ċertezza ta’ UM780 u huwa skontat bir-rata ta’ mgħax mingħajr riskju (5 fil-mija). Il-valur preżenti (jiġifieri l-valur ġust) tal-assi huwa UM722 (UM758/1.05).

    (b)

    Bil-Metodu 2, il-flussi ta’ flus mistennija ma jkunux aġġustati għar-riskju sistematiku (jiġifieri tas-suq). Minflok, l-aġġustament għal dak ir-riskju huwa inkluż fir-rata ta’ skont. B’hekk il-flussi ta’ flus mistennija huma skontati f’rata ta’ redditu mistennija ta’ 8 fil-mija (jiġifieri r-rata ta’ mgħax mingħajr riskju ta’ 5 fil-mija flimkien mat-3 fil-mija primjum tar-riskju sistematiku). Il-valur preżenti (jiġifieri l-valur ġust) tal-assi huwa UM722 (UM780/1.08).

    B30

    Meta wieħed juża teknika ta’ valur preżenti mistenni għall-kejl tal-valur ġust, jista’ jintuża kemm il-Metodu 1 kif ukoll il-Metodu 2. L-għażla tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 jiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi għall-assi jew għall-obbligazzjoni mkejla, kemm ikun hemm dejta suffiċjenti disponibbli u l-ġudizzju għaqli applikat.

    L-APPLIKAZZJONI TA’ TEKNIKI TA’ VALUR PREŻENTI GĦALL-OBBLIGAZZJONIJIET U L-ISTRUMENTI AZZJONARJI TAL-ENTITÀ STESS MHUX MIŻMUMA MINN PARTIJIET OĦRA BĦALA ASSI (IL-PARAGRAFI 40 U 41)

    B31

    Meta wieħed juża teknika ta’ valur preżenti għall-kejl tal-valur ġust ta’ obbligazzjoni li ma tkunx miżmuma minn parti oħra bħala assi (eż. obbligazzjoni dekummissjonatorja), entità għandha, fost affarijiet oħra, tistma l-ħruġ ta’ flussi ta’ flus futurisi ta’ flus li l-parteċipanti fis-suq jistennew li jġarrbu fil-qadi tal-obbligu. Dak il-ħruġ ta’ flussi ta’ flus futurisi ta’ flus għandu jinkludi l-aspettativi tal-parteċipanti fis-suq dwar il-kostijiet għall-qadi tal-obbligu u l-kumpens li parteċipant fis-suq ikun jeħtieġ talli jieħu fuqu l-obbligu. Dan il-kumpens jinkludi r-redditu li parteċipant fis-suq ikun jeħtieġ għal dan li ġej:

    (a)

    it-twettiq tal-attività (jiġifieri l-valur tal-qadi tal-obbligu; eż. billi juża riżorsi li jistgħu jintużaw għal attivitajiet oħra); u

    (b)

    il-ġarr tar-riskju assoċjat mal-obbligu (jiġifieri primjum tar-riskju li jirrifletti r-riskju li l-ħruġ fattwali tal-flussi ta’ flus jista’ jvarja mill-ħruġ mistenni ta’ flussi ta’ flus; ara l-paragrafu B33).

    B32

    Pereżempju, obbligazzjoni mhux finanzjarja ma fihiex rata ta’ redditu kuntrattwali u ma jkunx hemm rendita mis-suq osservabbli għal dik l-obbligazzjoni. F’ċerti każijiet il-komponenti tar-redditu li jkunu jeħtieġu l-parteċipanti fis-suq ma jkunux jistgħu jintgħarfu minn xulxin (eż. meta tuża l-prezz li kuntrattur parti terza jitlob fuq bażi ta’ tariffa fissa). F’każijiet oħra entità teħtieġ li tistma dawk il-komponenti b’mod separat (eż. meta tuża l-prezz li kuntrattur parti terza jitlob fuq bażi ta’ kost u żieda fuqu peress li l-kuntrattur f’dak il-każ ma jġorrx ir-riskju ta’ bidliet futuri fil-kostijiet).

    B33

    Entità tista’ tinkludi primjum tar-riskju fil-kejl tal-valur ġust ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju tal-entità stess li mhux miżmum minn parti oħra bħala assi f’wieħed minn dawn il-modi:

    (a)

    billi taġġusta l-flussi ta’ flus (jiġifieri bħala żieda fl-ammont ta’ ħruġ tal-flussi ta’ flus); jew

    (b)

    billi taġġusta r-rata użata sabiex tiskonta l-flussi ta’ flus futuri għall-valuri preżenti tagħhom (jiġifieri bħala tnaqqis fir-rata ta’ skont).

    Entità għandha tiżgura li ma tgħoddx l-aġġustamenti għar-riskju darbtejn jew tħallihom barra. Pereżempju, jekk il-flussi ta’ flus stmati jiżdiedu sabiex jikkunsidraw il-kumpens għat-teħid tar-riskju assoċjat mal-obbligu, ir-rata ta’ skont m’għandhiex tkun aġġustata sabiex tirrifletti dak ir-riskju.

    INPUTS FIT-TEKNIKI TA’ VALWAZZJONI (IL-PARAGRAFI 67–71)

    B34

    Eżempji ta’ swieq li fihom ikunu jistgħu jiġu osservati inputs għal xi assi u obbligazzjonijiet (eż. strumenti finanzjarji) jinkludu dawn li ġejjin:

    (a)

    Swieq tal-kambji. F’suq tal-kambju, il-prezzijiet tal-għeluq ikunu kemm faċilment disponibbli kif ukoll ġeneralment rappreżentattivi tal-valur ġust. Eżempju ta’ suq bħal dan huwa l-Borża ta’ Londra.

    (b)

    Swieq tan-negozjanti. F’suq tan-negozjanti, in-negozjanti jkunu lesti jinnegozjaw (jew jixtru jew ibigħu għalihom stess), biex b’hekk jipprovdu likwidità billi jużaw il-kapital tagħhom sabiex iżommu inventarju tal-oġġetti li għalihom jagħmlu suq. Tipikament il-prezzijiet ta’ offerta u talba (li jirrappreżentaw rispettivament il-prezz li fih in-negozjant ikun lest li jixtri u l-prezz li fih in-negozjant ikun lest li jbigħ,) ikunu aktar faċilment disponibbli milli l-prezzijiet tal-għeluq. Is-swieq barra l-borża (li għalihom il-prezzijiet ikunu rrapportati pubblikament) ikunu swieq tan-negozjanti. Is-swieq tan-negozjanti jeżistu ukoll għal xi assi u obbligazzjonijiet oħrajn, inklużi xi strumenti finanzjarji, komoditajiet u assi fiżiċi (eż. tagħmir użat).

    (c)

    Swieq tas-senserija. F’suq tas-senserija, is-sensara jippruvaw iqabblu x-xerrejja mal-bejjiegħa iżda ma jkunux lesti li jinnegozjaw għalihom stess. Fi kliem ieħor, is-sensara ma jużawx il-kapital tagħhom stess sabiex iżommu inventarju tal-oġġetti li għalihom jagħmlu suq. Is-sensar ikun jaf il-prezzijiet offruti u mitluba mill-partijiet rispettivi, iżda kull parti normalment ma tkunx taf ir-rekwiżiti tal-prezz tal-parti l-oħra. Xi drabi jkunu disponibbli prezzijiet ta’ tranżazzjonijiet kompluti. Is-swieq tas-senserija jinkludu n-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, fejn jitqabblu l-ordnijiet ta’ xiri u bejgħ, u s-swieq immobiljari kummerċjali u residenzjali.

    (d)

    swieq bejn prinċipal u prinċipal. F’suq bejn prinċipal u prinċipal, it-tranżazzjonijiet, kemm l-oriġinarji u r-rivenditi, ikunu nnegozjati b’mod indipendenti mingħajr intermedjarji. Ftit informazzjoni dwar dawk it-tranżazzjonijiet tista’ tkun disponibbli pubblikament.

    IL-ĠERARKIJA TAL-VALUR ĠUST (IL-PARAGRAFI 72–90)

    Inputs tal-Livell 2 (il-paragrafi 81–85)

    B35

    Eżempji ta’ inputs tal-Livell 2 għal assi u obbligazzjonijiet partikolari jinkludu dawn li ġejjin:

    (a)

    Swap tar-rata tal-imgħax tirċievi-fissa, tħallas-varjabbli bbażata fuq ir-rata ta’ swap tal-London Interbank Offered Rate (LIBOR). Input tal-Livell 2 ikun ir-rata ta’ swap tal-LIBOR jekk dik ir-rata tkunosservabbli f’intervalli komunement ikkwotati għal sostanzjalment it-terminu sħiħ tas-swap.

    (b)

    Swap tar-rata tal-imgħax tirċievi-fissa, tħallas-varjabbli bbażata fuq kurva ta’ rendita ddenominata f’munita barranija. Input tal-Livell 2 ikun ir-rata ta’ swap ibbażata fuq kurva ta’ rendita ddenominata f’munita barranija li tkun osservabbli f’intervalli komunement ikkwotati għal sostanzjalment it-terminu kollu tas-swap. Dak ikun il-każ jekk it-terminu tas-swap ikun 10 snin u dik ir-rata tkun osservabbli f’intervalli komunement ikkwotati għal 9 snin, sakemm kwalunkwe estrapolazzjoni raġonevoli tal-kurva ta’ rendita għas-sena 10 ma tkunx sinifikanti għall-kejl tal-valur ġust tas-swap fis-sħuħija tagħha.

    (c)

    Swap tar-rata tal-imgħax tirċievi-fissa, tħallas-varjabbli bbażata fuq rata ewlenija ta’ bank speċifiku. Input tal-Livell 2 ikun ir-rata ewlenija ta’ bank derivata minn estrapolazzjoni jekk il-valuri estrapolati jkunu kkorroborati minn dejta tas-suq osservabbli, pereżempju, b’korrelazzjoni ma’ rata ta’ mgħax li tkun osservabbli fuq sostanzjalment it-terminu kollu tas-swap.

    (d)

    Opzjoni ta’ tliet snin fuq ishma nnegozjati f'kambju. Input tal-Livell 2 ikun il-volatilità impliċita għall-ishma derivata permezz ta’ estrapolazzjoni għas-sena 3 jekk jeżistu ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    Il-prezzijiet għall-opzjoni ta’ sena u ta’ sentejn fuq l-ishma ikunu osservabbli.

    (ii)

    Il-volatilità impliċita estrapolata ta’ opzjoni ta’ tliet snin tkun ikkorroborata minn dejta tas-suq osservabbli għal sostanzjalment it-terminu kollu tal-opzjoni.

    F’dak il-każ il-volatilità impliċita tista’ tkun derivata bl-estrapolazzjoni mill-volatilità impliċita tal-opzjonijiet ta’ sena u ta’ sentejn fuq l-ishma u kkorroborata mill-volatilità impliċita għal opzjonijiet fuq tliet snin fuq ishma komparabbli ta’ entitajiet, sakemm tiġi stabilita dik il-korrelazzjoni mal-volatilitajiet impliċiti ta’ sena u ta’ sentejn.

    (e)

    Arranġament ta’ liċenzjar. Għal arranġament ta’ liċenzjar li jinkiseb f’kombinament ta’ negozju u li jkun ġie nnegozjat reċentement ma’ parti mhux relatata mill-entità akkwiżita (il-parti għall-arranġament tal-liċenzja), input tal-Livell 2 ikun ir-rata tad-dritt fil-kuntratt mal-parti mhux relatata fil-bidu tal-arranġament.

    (f)

    Inventarju ta’ oġġetti lesti f’ħanut tal-imnut. Fil-każ ta’ inventarju ta’ oġġetti lesti li jinkiseb f’kombinament ta’ negozju, input tal-Livell 2 ikun jew il-prezz għal klijenti f’suq tal-konsumaturi jew prezz għall-bejjiegħa lill-konsumaturi, aġġustat għad-differenzi bejn il-kundizzjoni u l-post tal-oġġett tal-inventarju u l-oġġetti tal-inventarju komparabbli (jiġifieri simili) b’mod li l-kejl tal-valur ġust jirrifletti l-prezz li jkun riċevut fi tranżazzjoni ta’ bejgħ tal-inventarju lil bejjiegħ ieħor li jikkompleta l-isforzi tal-bejgħ meħtieġa. Kunċettwalment, il-kejl tal-valur ġust ikun l-istess, kemm jekk isiru aġġustamenti ta’ prezz għall-konsumatur (’l isfel) jew ta’ prezz għall-operaturi (’il fuq). Ġeneralment, il-prezz li jeħtieġ l-inqas ammont ta’ aġġustamenti suġġestivi għandu jintuża għall-kejl tal-valur ġust.

    (g)

    Binja miżmuma u użata. Input tal-Livell 2 ikun il-prezz ta’ kull metru kwadru għall-binja (multiplu ta’ valwazzjoni) derivat minn dejta tas-suq osservabbli, eż. multipli derivati mill-prezzijiet fi tranżazzjonijiet osservati li jinvolvu bini komparabbli (jiġifieri simili) f’postijiet simili.

    (h)

    Unità li tiġġenera l-flus. Input tal-Livell 2 ikun multiplu ta’ valwazzjoni (eż. multiplu ta’ qligħ jew dħul jew miżura ta’ prestazzjoni simili) derivat minn dejta tas-suq osservabbli, eż. multipli derivati minn prezzijiet fi tranżazzjonijiet osservati li jinvolvu negozji komparabbli (jiġifieri simili), filwaqt li jiġu kkunsidrati fatturi operazzjonali, tas-suq, finanzjarji u mhux finanzjarji.

    Inputs tal-Livell 3 (il-paragrafi 86–90)

    B36

    Eżempji ta’ inputs tal-Livell 3 għal assi u għal obbligazzjonijiet partikolari jinkludu dawn li ġejjin:

    (a)

    Swap ta’ munita datata fit-tul. Input tal-Livell 3 ikun rata tal-imgħax f’munita speċifika li ma tkunx osservabbli u ma tkunx tista' tiġi ikkorroborata minn dejta tas-suq osservabbli f’intervalli komunement ikkwotati jew inkella għal sostanzjalment it-terminu kollu tas-swap tal-munita. Ir-rati tal-imgħax fi swap tal-munita huma r-rati ta’ swap ikkalkulati mill-kurvi tar-rendita tal-pajjiżi rispettivi.

    (b)

    Opzjoni ta’ tliet snin fuq ishma nnegozjati f'kambju. Input tal-Livell 3 ikun il-volatilità storika, jiġifieri l-volatilità għall-ishma derivata mill-prezzijiet storiċi tal-ishma. Il-volatilità storika tipikament ma tirrappreżentax l-aspettativi kurrenti tal-parteċipanti fis-suq dwar il-volatilità futura, anki jekk din tkun l-unika informazzjoni disponibbli biex jingħata prezz lill-opzjoni.

    (c)

    Swap tar-rata tal-imgħax. Input tal-Livell 3 ikun aġġustament ta’ prezz ta’ konsensus (nonvinkolanti) tas-suq tan-nofs għas-swap żviluppat permezz ta’ dejta li ma tkunx direttament osservabbli u ma tkunx tista' tiġi ikkorroborata mod ieħor permezz ta’ dejta tas-suq osservabbli.

    (d)

    Id-dekummissjonament ta’ obbligazzjoni li wieħed jieħu fuqu f’kombinament ta’ negozju. Input tal-Livell 3 ikun stima kurrenti permezz tad-dejta tal-entità stess dwar il-ħruġ ta’ flussi ta’ flus futuri li għandu jsir sabiex jaqdi l-obbligu (inklużi l-aspettativi tal-parteċipanti fis-suq dwar il-kostijiet tal-qadi tal-obbligu u l-kumpens li jitlob parteċipant fis-suq talli jassumi l-obbligu li jżarma l-assi) jekk ma jkunx hemm informazzjoni raġonevolment disponibbli li tindika li l-parteċipanti fis-suq jużaw suppożizzjonijiet differenti. Dak l-input tal-Livell 3 jintuża f’teknika ta’ valur preżenti flimkien ma’ inputs oħrajn, eż. rata tal-imgħax kurrenti mingħajr riskju jew rata mingħajr riskju aġġustata għall-kreditu jekk l-effett tal-qagħda tal-kreditu tal-entità fuq il-valur ġust tal-obbligazzjoni jkun rifless fir-rata ta’ skont minflok fl-istima ta’ ħruġ ta’ flussi ta’ flus futuri.

    (e)

    Unità li tiġġenera l-flus. Input tal-Livell 3 ikun tbassir finanzjarju (eż. ta’ flussi ta’ flus jew profitt jew telf) żviluppat permezz tad-dejta tal-entità stess jekk ma jkunx hemm informazzjoni raġonevolment disponibbli li tindika li l-parteċipanti fis-suq jużaw suppożizzjonijiet differenti.

    IL-KEJL TAL-VALUR ĠUST META L-VOLUM JEW IL-LIVELL TA’ ATTIVITÀ GĦAL ASSI JEW GĦAL OBBLIGAZZJONI JKUN NAQAS B’MOD SOSTANZJALI

    B37

    Il-valur ġust ta’ assi jew ta’ obbligazzjoni jista’ jkun affettwat meta jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew fil-livell ta’ attività għal dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni fir-rigward tal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni (jew assi jew obbligazzjonijiet simili). Sabiex tistabilixxi jekk, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, kienx hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew il-livell ta’ attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, entità għandha tevalwa s-sinifikat u r-rilevanza ta’ fatturi bħal dawn:

    (a)

    Ikun hemm ftit tranżazzjonijiet reċenti.

    (b)

    Il-kwotazzjonijiet tal-prezz ma jkunux żviluppati permezz ta’ informazzjoni kurrenti.

    (c)

    Il-kwotazzjonijiet tal-prezz ivarjaw b’mod sostanzjali jew maż-żmien jew fost ġeneraturi ta’ suq (eż. xi swieq tas-sensara).

    (d)

    Indiċijiet li qabel kienu relatati ħafna mal-valuri ġusti tal-assi jew tal-obbligazzjoni ma jkunux ovvjament relatati ma’ indikazzjonijiet reċenti ta’ valur ġust għal dak l-assi jew dik l-obbligazzjoni.

    (e)

    Ikun hemm żieda sinifikanti fil-primjums tar-riskju tal-likwidità impliċita, indikaturi tar-rendita jew tal-prestazzjoni (bħal rati ta’ delinkwenza jew severitajiet ta’ telf) għal tranżazzjonijiet osservati jew prezzijiet kwotati meta mqabbla mal-istima tal-entità tal-flussi ta’ flus mistennija, filwaqt li titqies l-informazzjoni tas-suq kollha disponibbli dwar il-kreditu u riskju ta’ nonprestazzjoni ieħor għall-assi jew għall-obbligazzjoni.

    (f)

    Ikun hemm firxa wiesgħa bejn l-offerta u t-talba jew żieda sinfikanti fil-firxa bejn l-offerta u t-talba.

    (g)

    Ikun hemm tnaqqis sinifikanti fl-attività ta’, jew ikun hemm nuqqas ta’, suq għal ishma ġodda (jiġifieri suq primarju) għall-assi jew għall-obbligazzjoni jew assi jew obbligazzjonijiet simili.

    (h)

    Ikun hemm ftit informazzjoni disponibbli pubblikament (eż. għal tranżazzjonijiet li jseħħu f’suq bejn prinċipal u prinċipal).

    B38

    Jekk entità tikkonkludi li jkun hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni fir-rigward tal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni (jew assi jew obbligazzjonijiet simili), tkun teħtieġ aktar analiżi tat-tranżazzjonijiet jew tal-prezzijiet kwotati. Tnaqqis fil-volum jew fil-livell ta’ attività waħdu jista ma jkunx indikazzjoni li prezz ta’ tranżazzjoni jew prezz kwotat ma jirrappreżentax il-valur ġust jew li tranżazzjoni f’dak is-suq ma tkunx ordinata. Madankollu, jekk entità tistabilixxi li tranżazzjoni jew prezz kwotat ma jirrappreżentax valur ġust (eż. jista’ jkun hemm tranżazzjonijiet li ma jkunux ordinati), ikun meħtieġ aġġustament tat-tranżazzjonijiet jew tal-prezzijiet kwotati jekk l-entità tuża dawk il-prezzijiet bħala bażi għall-kejl tal-valur ġust u dak l-aġġustament jista’ jkun sinifikanti għall-kejl tal-valur ġust sħiħ. Jistgħu jkunu meħtieġa ukoll aġġustamenti f’ċirkostanzi oħrajn (eż. meta prezz għal assi simili jeħtieġ aġġustament sinifikanti sabiex isir komparabbli mal-assi li qed jitkejjel jew meta l-prezz ikun skadut).

    B39

    Dan l-IFRS ma jippreskrivix metodoloġija biex isiru aġġustamenti sinifikanti ta’ tranżazzjonijiet jew prezzijiet kwotati. Ara l-paragrafi 61–66 u B5–B11 għal-diskussjoni dwar l-użu ta’ tekniki ta’ valwazzjoni meta jitkejjel il-valur ġust. Irrispettivament minn liema teknika ta’ valwazzjoni tintuża, entità għandha tinkludi aġġustamenti xierqa skont ir-riskju, inkluż primjum tar-riskju li jirrifletti l-ammont li jitolbu l-parteċipanti fis-suq bħala kumpens għall-inċertezza inerenti fil-flussi ta’ flus ta’ assi jew obbligazzjoni (ara l-paragrafu B17). Inkella, il-kejl ma jkunx jirrappreżenta eżatt il-valur ġust. F’ċerti każijiet id-determinazzjoni tal-aġġustament xieraq skont ir-riskju tista’ tkun diffiċli. Madankollu, il-grad ta’ diffikultà waħdu mhuwiex bażi suffiċjenti li fuqha wieħed jeskludi aġġustament skont ir-riskju. L-aġġustament skont ir-riskju għandu jirrifletti tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

    B40

    Jekk ikun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, jista’ jkun jeħtieġ bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni jew l-użu ta’ tekniki ta’ multipli ta’ valwazzjoni (eż. l-użu ta’ approċċ tas-suq u teknika ta’ valur preżenti). Meta tiżen l-indikazzjonijiet tal-valur ġust li jirriżultaw mill-użu ta’ tekniki ta’ multipli ta’ valwazzjoni, entità għandha tikkunsidra r-raġonevolezza tal-medda ta’ kejl ta’ valuri ġusti. L-għan huwa li tistabilixxi l-punt fil-medda li jirrappreżenta l-aktar il-valur ġust taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. Medda wiesgħa ta’ kejl ta’ valuri ġusti tista’ tindika li tinħtieġ aktar analiżi.

    B41

    Anki meta jkun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, l-għan ta’ kejl tal-valur ġust jibqa’ l-istess. Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas sabiex tiġi trasferita obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata (jiġfieri mhux likwidazzjoni furzata jew bejgħ għall-bżonn) bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

    B42

    L-istima tal-prezz li bih il-parteċipanti fis-suq ikunu lesti li jidħlu fi tranżazzjoni fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq jekk ikun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni tiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi fid-data tal-kejl u teħtieġ ġudizzju għaqli. L-intenzjoni ta’ entità li żżomm l-assi jew li ssalda jew taqdi l-obbligazzjoni mod ieħor ma tkunx rilevanti meta jitkejjel il-valur ġust peress li l-valur ġust ikun kejl ibbażat fuq is-suq, mhux kejl speċifiku għal xi entità.

    L-identifikazzjoni ta’ tranżazzjonijiet mhux ordinati

    B43

    Id-determinazzjoni ta’ jekk tranżazzjoni tkunx ordinata (jew mhux ordinata) tkun aktar diffiċli jekk ikun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni fir-rigward tal-attività normali tas-suq għall-assi jew għall-obbligazzjoni (jew assi jew obbligazzjonijiet simili). F’ċirkostanzi bħal dawn ma jkunx xieraq li wieħed jikkonkludi li t-tranżazzjonijiet kollha f’dak is-suq ma jkunux ordinati (jiġifieri likwidazzjonijiet furzati jew bejgħ għall-bżonn). Iċ-ċirkostanzi li jistgħu jindikaw li tranżazzjoni ma tkunx ordinata jinkludu dawn:

    (a)

    Ma jkunx hemm biżżejjed espożizzjoni għas-suq għal perjodu qabel id-data tal-kejl li tippermetti attivitajiet tas-suq li jkunu normali u komuni għal tranżazzjonijiet li jinvolvu assi jew obbligazzjonijiet bħal dawn taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

    (b)

    Ikun hemm perjodu tas-suq normali u komuni, iżda l-bejjiegħ ikkumerċjalizza l-assi jew l-obbligazzjoni lil parteċipant fis-suq wieħed.

    (c)

    Il-bejjiegħ jfalli jew ikun ser ifalli jew jinsab qrib riċevitura (jiġifieri l-bejjiegħ jinsab f’sitwazzjoni kritika).

    (d)

    Il-bejjiegħ ikollu jbigħ sabiex jissodisfa rekwiżiti regolatorji jew legali (jiġifieri l-bejjiegħ kien imġiegħel).

    (e)

    Il-prezz tat-tranżazzjoni jkun iżolat meta mqabbel ma’ tranżazzjonijiet reċenti oħrajn għal assi jew obbligazzjoni identika jew simili.

    Entità għandha tevalwa ċ-ċirkostanzi sabiex tiddetermina jekk, skont l-evidenza disponibbli, it-tranżazzjoni tkunx ordinata.

    B44

    Entità għandha tikkunsidra dan kollu li ġej meta tkejjel il-valur ġust jew meta tistma l-primjums tar-riskju tas-suq:

    (a)

    Jekk l-evidenza tindika li tranżazzjoni ma tkunx ordinata, entità għandha tagħti ftit li xejn importanza (meta mqabbel ma’ indikazzjonijiet oħrajn ta’ valur ġust) lil dak il-prezz ta’ tranżazzjoni.

    (b)

    Jekk l-evidenza tindika li tranżazzjoni tkun ordinata, entità għandha tikkunsidra dak il-prezz ta’ tranżazzjoni. L-ammont ta’ piż mogħti lil dak il-prezz ta’ tranżazzjoni meta mqabbel ma’ indikazzjonijiet oħrajn ta’ valur ġust jiddependi fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi, bħal dawn li ġejjin:

    (i)

    il-volum tat-tranżazzjoni.

    (ii)

    il-komparabilità tat-tranżazzjoni mal-assi jew mal-obbligazzjoni li qiegħda titkejjel.

    (iii)

    kemm it-tranżazzjoni tkun qrib id-data tal-kejl.

    (c)

    Jekk ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tikkonkludi jekk tranżazzjoni tkunx ordinata, entità għandha tikkunsidra l-prezz tat-tranżazzjoni. Madankollu, dak il-prezz ta’ tranżazzjoni jista’ ma jirrappreżentax il-valur ġust (jiġifieri l-prezz tat-tranżazzjoni ma jkunx neċessarjament l-unika bażi jew il-bażi ewlenija għall-kejl tal-valur ġust jew għall-istima tal-primjums tar-riskju tas-suq). Meta ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tikkonkludi li tranżazzjonijiet partikolari jkunu ordinati, l-entità għandha tagħti inqas importanza lil dawk it-tranżazzjonijiet meta mqabbla ma’ tranżazzjonijiet oħrajn li jkunu magħrufa li jkunu ordinati.

    Entità ma teħtieġ tagħmel sforzi eżawrjenti sabiex tiddetermina jekk tranżazzjoni tkunx ordinata, iżda m’għandhiex tinjora informazzjoni li tkun raġonevolment disponibbli. Meta entità tkun parti fi tranżazzjoni, ikun mistenni li jkollha biżżejjed informazzjoni sabiex tikkonkludi jekk it-tranżazzjoni tkunx ordinata.

    L-użu ta’ prezzijiet kwotati pprovduti minn partijiet terzi

    B45

    Dan l-IFRS ma jipprekludix l-użu ta’ prezzijiet kwotati pprovduti minn partijiet terzi, bħal servizzi tal-ipprezzar jew sensara, jekk entità tkun iddeterminat li l-prezzijiet kwotati pprovduti minn dawk il-partijiet ikunu żviluppati skont dan l-IFRS.

    B46

    Jekk ikun hemm tnaqqis konsiderevoli fil-volum jew fil-livell tal-attività għall-assi jew għall-obbligazzjoni, entità għandha tevalwa jekk il-prezzijiet kwotati pprovduti minn partijiet terzi jkunux żviluppati permezz ta’ informazzjoni kurrenti li tirrifletti tranżazzjonijiet ordinati jew teknika ta’ valwazzjoni li tirrifletti s-suppożizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq (inklużi suppożizzjonijiet dwar ir-riskju). Fil-piż li tagħti lil prezz kwotat bħala input għal kejl tal-valur ġust, entità tagħti inqas piż (meta mqabbel ma’ indikazzjonijiet oħrajn ta’ valur ġust li jirriflettu r-riżultati tat-tranżazzjonijiet) lil kwotazzjonijiet li ma jirriflettux ir-riżultat tat-tranżazzjonijiet.

    B47

    Barra minn hekk, in-natura ta’ kwotazzjoni (eż. jekk il-kwotazzjoni tkunx prezz indikattiv jew offerta vinkolanti) għandha tiġi kkunsidrata meta wieħed iqis l-evidenza disponibbli, b’aktar importanza mogħtija lil kwotazzjonijiet ipprovduti minn partijiet terzi li jirrappreżentaw offerti vinkolanti.

    Appendiċi C

    Data u tranżizzjoni effettivi

    Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS u għandu l-istess awtorità ta’ partijiet oħrajn tal-IFRS.

    C1

    Entità għandha tapplika dan l-IFRS għal perjodi annwali li jibdew fil-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Tista’ ssir applikazzjoni bikrija. Jekk tapplika dan l-IFRS għal perjodu abkar, entità għandha tiddivulga dak il-fatt.

    C2

    Dan l-IFRS għandu jiġi applikat prospettivament mill-bidu tal-perjodu annwali li fih ikun ġie applikat inizjalment.

    C3

    Ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ta’ dan l-IFRS m’għandhomx għalfejn jiġu applikati f’informazzjoni komparattiva pprovduta għall-perjodi qabel l-applikazzjoni inizjali ta’ dan l-IFRS.

    Appendiċi D

    Emendi għal IFRS oħrajn

    Dan l-appendiċi jistabilixxi l-emendi għal IFRS oħrajn li jkunu konsegwenza tal-ħruġ tal-IFRS 13 mill-Bord. Entità għandha tapplika l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fil-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 13 għal xi perjodu qabel, din għandha tapplika l-emendi għal dak il-perjodu ta’ qabel. Il-paragrafi emendati fihom linja taħt il-kliem ġdid u l-kliem maqtugħ huwa ingassat.

    BIDLA FID-DEFINIZZJONI

    D1

    Fl-IFRS 1, 3–5 u 9 (maħruġ f’Ottubru 2010) id-definizzjoni ta’ valur ġust hija sostitwita b’dan:

    Valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13.)

    Fl-IAS 2, 16, 18–21, 32 u 40 id-definizzjoni ta’ valur ġust hija sostitwita b’dan:

    Valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

    IFRS 1    Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (kif emendat f’Settembru 2010)

    D2

    Il-paragrafu 19 għandu jitħassar.

    D3

    Il-paragrafu 39J għandu jiżdied kif ġej:

    39J

    L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, ħassar il-paragrafu 19, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fl-Appendiċi A u emenda l-paragrafi D15 u D20. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    D4

    Il-paragrafi D15 u D20 huma emendati kif ġej:

    D15

    Jekk min jadotta għall-ewwel darba jkejjel investiment bħal dan fil-kost skont l-IAS 27, dan għandu jkejjel dak l-investiment f’wieħed minn dawn l-ammonti li ġejjin fir-rapport tal-ftuħ tal-IFRS separat tal-pożizzjoni finanzjarja:

    (b)

    kost meqjus. Il-kost meqjus ta’ investiment bħal dan għandu jkun:

    (i)

    il-valur ġust tiegħu fid-data ta’ tranżizzjoni tal-entità għall-IFRSs fir-rapporti finanzjarji separati tagħha; jew

    D20

    Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 7 u 9, entità tista’ tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafu AG76(a) tal-IAS 39, f’xi wieħed minn dawn il-modi:

    IFRS 2    Pagament ibbażat fuq l-Ishma

    D5

    Il-paragrafu 6A għandu jiżdied kif ġej:

    6A

    Dan l-IFRS juża t-terminu ‘valur ġust’ b’mod li jvarja f’ċerti aspetti mid-definizzjoni ta’ valur ġust fl-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust. Għalhekk, meta tapplika l-IFRS 2 entità għandha tkejjel il-valur ġust skont dan l-IFRS, u mhux skont l-IFRS 13.

    IFRS 3    Kombinamenti ta’ negozji

    D6

    Il-paragrafi 20, 29, 33 u 47 huma emendati kif ġej:

    20

    Il-paragrafi 24–31 jispeċifikaw it-tipi ta’ assi u obbligazzjonijiet identifikabbli li jinkludu oġġetti li għalihom dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipju tal-kejl.

    29

    L-akkwirent għandu jkejjel il-valur ta’ dritt riakkwiżit rikonoxxut bħala assi intanġibbli fuq il-bażi tat-terminu kuntrattwali li jifdal tal-kuntratt relatat irrispettivament minn jekk il-parteċipanti fis-suq jikkunsidrawx tiġdid kuntrattwali potenzjali meta jkejjel il-valur ġust tiegħu. Il-paragrafi B35 u B36 jipprovdu Gwida għall-Applikazzjoni relatata.

    33

    … Biex jiddetermina l-ammont ta’ avvjament f’kombinament ta’ negozju li fih ma jiġi ttrasferit l-ebda korrispettiv, l-akkwirent għandu juża l-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit minflok il-valur ġust tad-data tal-akkwiżizzjoni tal-korrispettiv trasferit (il-paragrafu 32(a)(i)). …

    47

    … Pereżempju, sakemm ikun jista’ jiġi identifikat avveniment ta’ intervent li bidel il-valur ġust tiegħu, il-bejgħ ta’ assi lil parti terza ftit wara d-data tal-akkwiżizzjoni għal ammont li jvarja b’mod sinifikanti mill-valur ġust provviżorju tiegħu mkejjel f’dik id-data aktarx li jindika żball fl-ammont provviżorju.

    D7

    Il-paragrafu 64F għandu jiżdied kif ġej:

    64F

    L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 20, 29, 33, 47, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fl-Appendiċi A u emenda l-paragrafi B22, B40, B43–B46, B49 u B64. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    D8

    Fl-Appendiċi B il-paragrafi B22 u B40, B43–B46, B49 u B64 huma emendati kif ġej:

    B22

    Peress li r-rapporti finanzjarji konsolidati jirrappreżentaw kontinwazzjoni tar-rapporti finanzjarji tas-sussidjarja legali minbarra l-istruttura tal-kapital tiegħu, ir-rapporti finanzjarji konsolidati jirriflettu:

    (d)

    l-ammont rikonoxxut bħala l-interess tal-proprjetarji maħruġ fir-rapporti finanzjarji konsolidati ddeterminat biż-żieda tal-interess tal-proprjetarji maħruġ tas-sussidjarja ġuridika (l-akkwirent kontabilizzanti) pendenti minnufih qabel il-kombinament tan-negozju mal-valur ġust tal-kumpanija prinċipali ġuridiku (l-akkwiżit kontabilizzanti) Madankollu, …

    B40

    Il-kriterji ta’ identifikabilità jiddeterminaw jekk assi intanġibbli jkun rikonoxxut separatament mill-avvjament. Madankollu, il-kriterji la jipprovdu gwida għall-kejl tal-valur ġust ta’ intanġibbli u lanqas jillimitaw is-suppożizzjonijiet użati fil-kejl tal-valur ġust ta’ assi intanġibbli. Pereżempju, l-akkwirent jikkunsidra s-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jiffissaw il-prezz ta’ assi intanġibbli, bħall-aspettativi ta’ tiġdid futur ta’ kuntratti, fil-kejl tal-valur ġust. …

    B43

    Sabiex iħares il-pożizzjoni kompetittiva tiegħu, jew għal raġunijiet oħra, l-akkwirent jista’ jkollu l-intenzjoni li ma jużax assi mhux finanzjarju miksub, jew jista’ jkollu l-intenzjoni li ma jużax l-assi skont l-ogħla u l-aħjar użu tiegħu. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ ta’ assi intanġibbli ta’ riċerka u żvilupp miksub li l-akkwirent jippjana li juża b’mod difensiv billi ma jħallix lil oħrajn jużawh. Madankollu, l-akkwirent għandu jkejjel il-valur ġust tal-assi mhux finanzjarju filwaqt li jassumi l-ogħla u l-aħjar użu mill-parteċipanti fis-suq skont il-premessa ta’ valwazzjoni xierqa, kemm inizjalment kif ukoll meta jkejjel il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment għall-ittestjar sussegwenti tal-indeboliment.

    B44

    Dan l-IFRS jippermetti lill-akkwirent ikejjel interess nonkontrollanti fl-akkwiżit skont il-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Xi drabi akkwirent ikun jista’ jkejjel il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ interess nonkontrollanti fuq il-bażi ta’ prezz kwotat f’suq attiv għall-ishma azzjonarji (jiġifieri dawk mhux miżmuma mill-akkwirent). F’sitwazzjonijiet oħrajn, madankollu, prezz kwotat f’suq attiv għall-ishma azzjonarji ma jkunx disponibbli. F’dawk is-sitwazzjonijiet, l-akkwirent ikejjel il-valur ġust tal-interess nonkontrollanti permezz ta’ tekniki oħrajn ta’ valwazzjoni.

    B45

    Il-valuri ġusti tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit u l-interess nonkontrollanti fuq bażi sehem b’sehem jistgħu jvarjaw. Id-differenza ewlenija aktarx li tkun l-inklużjoni ta’ primjum ta’ kontroll skont il-valur ġust sehem b’sehem tal-interess tal-akkwirent fl-akkwiżit jew, għall-kuntrarju, l-inklużjoni ta’ skont għan-nuqqas ta’ kontroll (magħruf ukoll bħala skont għall-interess nonkontrollanti) skont il-valur ġust sehem b’sehem tal-interess nonkontrollanti jekk il-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw primjum jew skont bħal dan meta jipprezzaw l-interess nonkontrollanti.

    B46

    F’kombinament ta’ negozju miksub mingħajr it-trasferiment ta’ korrispettiv, l-akkwirent għandu jissostitwixxi l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-interess tiegħu fl-akkwiżit bil-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-korrispettiv trasferit għall-kejl tal-avvjament jew qligħ fuq il-prezz ta’ kunsens (ara l-paragrafi 32–34).

    B49

    Il-kejl tal-valur ġust ta’ entita’ ta’ benefiċċju komuni għandu jinkludi s-suppożizzjonijiet li jagħmlu l-parteċipanti fis-suq dwar benefiċċji futuri tal-membri kif ukoll kwalunkwe suppożizzjoni rilevanti oħra li jagħmlu l-parteċipanti fis-suq dwar l-entità ta’ benefiċċju komuni. Pereżempju, teknika ta’ valur preżenti tista’ tintuża sabiex jitkejjel il-valur ġust ta’ entita’ ta’ benefiċċju komuni. Il-flussi ta’ flus użati bħala inputs għall-mudell għandhom ikunu bbażati fuq il-flussi ta’ flus mistennija tal-entità ta’ benefiċċju komuni, li aktarx jirriflettu t-tnaqqis għall-benefiċċji tal-membri, bħal tariffi mnaqqsa mitluba għal oġġetti u servizzi.

    B64

    Sabiex jilħaq l-għan tal-paragrafu 59, l-akkwirent għandu jiddivulga din l-informazzjoni għal kull kombinament ta’ negozju li jseħħ matul il-perjodu tar-rapportar:

    (f)

    il-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-korrispettiv totali trasferit u l-valur ġust fid-data tal-akkwiżizzjoni ta’ kull klassi ewlenija ta’ korrispettiv, bħal:

    (iv)

    l-interessi azzjonarji tal-akkwirent, inkluż in-numru ta’ strumenti jew interessi maħruġa jew li jistgħu jinħarġu u l-metodu tal-kejl tal-valur ġust ta’ dawk l-istrumenti jew interessi.

    (o)

    għal kull kombinament ta’ negozju li fih l-akkwirent iżomm inqas minn 100 fil-mija tal-interessi azzjonarji fl-akkwiżit fid-data tal-akkwiżizzjoni:

    (ii)

    għal kull interess nonkontrollanti f’akkwiżit imkejjel skont il-valur ġust, it-teknika/i ta’ valwazzjoni u l-inputs sinifikanti użati għall-kejl ta’ dak il-valur.

    IFRS 4    Kuntratti tal-Assigurazzjoni

    D9

    Il-paragrafu 41E jiżdied kif ġej:

    41E

    L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fl-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

    IFRS 5    Assi mhux kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx

    D10

    Il-paragrafu 44H jiżdied kif ġej:

    44H

    L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fl-Appendiċi A. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

    IFRS 7    Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni (kif emendat f’Ottubru 2009)

    D11

    [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

    D12

    Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

    3

    Dan l-IFRS għandu jkun applikat mill-entitajiet kollha għat-tipi kollha ta’ strumenti finanzjarji, ħlief:

    (a)

    … f’dawk il-każijiet, l-entitajiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS u, għal dawk l-interessi mkejla skont il-valur ġust, ir-rekwiżiti tal-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust. …

    D13

    Il-paragrafi 27–27B huma mħassra.

    D14

    Il-paragrafu 28 huwa emendat kif ġej:

    28

    F’ċerti każijiet, entità ma tirrikonoxxix qligħ jew telf fuq ir-rikonoxximent inizjali ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja peress li l-valur ġust la huwa evidenzjat minn prezz kwotat f’suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identika (jiġifieri input tal-Livell 1) u lanqas ibbażat fuq teknika ta’ valwazzjoni li tuża biss dejta minn swieq osservabbli (ara l-paragrafu AG76 tal-IAS 39). F’dawn il-każijiet, l-entità għandha tiddivulga skont il-klassi ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja:

    (a)

    il-politika kontabilistika tagħha sabiex tirrikonoxxi d-differenza fil-profitt jew it-telf bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni sabiex tirrifletti bidla fil-fatturi (inkluż iż-żmien) li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni (ara l-paragrafu AG76(b) tal-IAS 39).

    (c)

    għaliex l-entità tkun ikkonkludiet li l-prezz tat-tranżazzjoni ma kienx l-aħjar evidenza ta’ valur ġust, inkluża deskrizzjoni tal-evidenza li tappoġġja l-valur ġust.

    D15

    Il-paragrafu 29 huwa emendat kif ġej:

    29

    Id-divulgazzjoni tal-valur ġust ma tkunx meħtieġa:

    (b)

    għal investiment fi strumenti azzjonarji li ma jkollhomx prezz tas-suq kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1), jew derivati marbuta ma’ tali strumenti azzjonarji, li jitkejlu skont il-kost f’konformità mal-IAS 39 minħabba li l-valur ġust tagħhom ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli; jew

    D16

    Il-paragrafu 44P jiżdied kif ġej:

    44P

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 3, 28, 29, B4 u B26 u l-Appendiċi A u ħassar il-paragrafi 27–27B. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    D17

    F’Appendiċi A id-definizzjoni ta’ riskju ieħor tal-prezz hija emendata kif ġej:

    riskju ieħor tal-prezz

    Ir-riskju li l-valur ġust jew il-flussi ta’ flus futuri ta’ strument finanzjarju jistgħu jvarjaw minħabba bidliet fil-prezzijiet tas-suq (minbarra dawk ikkawżati minn riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax jew riskju fuq il-valuta), kemm jekk dawk il-bidliet ikunu kkawżati minn fatturi speċifiċi għall-istrument finanzjarju individwali jew għal min ħarġu, kif ukoll minn fatturi li jaffettwaw kull strument finanzjarju simili nnegozjat fis-suq.

    IFRS 9    Strumenti Finanzjarji (maħruġ f’Novembru 2009)

    D18

    Il-paragrafu 5.1.1 huwa emendat kif ġej:

    5.1.1

    Fir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju skont il-valur ġust plus, fil-każ ta’ assi finanzjarju skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, il-kostijiet tat-tranżazzjoni attribwibbli direttament għall-akkwiżizzjoni tal-assi finanzjarju.

    D19

    Il-paragrafu 5.1.1A jiżdied kif ġej:

    5.1.1A

    Madankollu, jekk il-valur ġust tal-assi finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali jvarja mill-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tapplika l-paragrafu B5.1 u l-paragrafu AG76 tal-IAS 39.

    D20

    Il-paragrafi 5.2.1, 5.3.2, 8.2.5 u 8.2.11 huma emendati kif ġej:

    5.2.1

    Wara r-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju skont il-paragrafi 4.1–4.5 skont il-valur ġust jew fil-kost amortizzat.

    5.3.2

    Jekk, skont il-paragrafu 4.9, entità tirriklassifika assi finanzjarju b’mod li jitkejjel skont il-valur ġust, il-valur ġust tiegħu jitkejjel fid-data ta’ riklassifikazzjoni. Kwalunkwe qligħ jew telf li jirriżulta minn differenza bejn l-ammont riportat ta’ qabel u l-valur ġust jiġi rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf.

    8.2.5

    Jekk entità tkejjel kuntratt ibridu skont il-valur ġust skont il-paragrafu 4.4 jew il-paragrafu 4.5 iżda l-valur ġust tal-kuntratt ibridu ma kienx tkejjel f’perjodi ta’ rapportar komparattivi, il-valur ġust tal-kuntratt ibridu fil-perjodi ta’ rapportar komparattivi għandu jkun is-somma tal-valuri ġusti tal-komponenti (jiġifieri ospitant nonderivat u d-derivat inkorporat) fl-aħħar ta’ kull perjodu tar-rapportar komparattiv.

    8.2.11

    Jekk entità qabel tkun ikkontabilizzat għal investiment fi strument azzjonarju li ma jkollux prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) (jew derivat li jkun marbut u għandu jissalda permezz tal-forniment ta’ tali strument azzjonarju) skont il-kost f’konformità mal-IAS 39, din għandha tkejjel dak l-istrument skont il-valur ġust fid-data tal-applikazzjoni inizjali. …

    D21

    Il-paragrafu 8.1.3 jiżdied kif ġej:

    8.1.3

    L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 5.1.1, 5.2.1, 5.3.2, 8.2.5, 8.2.11, B5.1, B5.4, B5.5, B5.7, C8, C20, C22, C27 u C28 u żied il-paragrafu 5.1.1A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    D22

    Fl-Appendiċi A it-test ta’ introduzzjoni huwa emendat kif ġej:

    It-termini li ġejjin huma ddefiniti fil-paragrafu 11 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, fil-paragrafu 9 tal-IAS 39 jew fl-Appendiċi A tal-IFRS 13 u jintużaw f’dan l-IFRS bit-tifsiriet speċifikati fl-IAS 32, l-IAS 39 jew l-IFRS 13: …

    D23

    Fl-Appendiċi B il-paragrafu B5.1, l-intestatura fuq il-paragrafu B5.5 u l-paragrafi B5.5 u B5.7 huma emendati kif ġej:

    B5.1

    Il-valur ġust ta’ assi finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali normalment ikun il-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri il-valur ġust tal-korrispettiv mogħti, ara ukoll l-IFRS 13 u l-paragrafu AG76 tal-IAS 39). Madankollu, jekk parti mill-korrispettiv mogħti tkun għal xi ħaġa oħra għajr l-istrument finanzjarju, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-istrument finanzjarju. Pereżempju, il-valur ġust ta’ self fit-tul jew riċevibbli li ma jġorr l-ebda imgħax jista’ jitkejjel bħala l-valur preżenti tal-irċevuti ta’ flus futuri kollha skontati permezz tar-rata/i tal-imgħax tas-suq prevalenti għal strument simili (simili fir-rigward tal-valuta, it-terminu, it-tip ta’ rata ta’ mgħax u fatturi oħrajn) bi klassifikazzjoni ta’ kreditu simili. Kull ammont addizzjonali misluf huwa spiża jew tnaqqisa fl-introjtu sakemm ma jikkwalifikax għar-rikonoxximent bħala tip ieħor ta’ assi.

    Investimenti fi strumenti azzjonarji (u kuntratti fuq dawk l-investimenti)

    B5.5

    … Dan jista’ jkun il-każ jekk ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni jew informazzjoni reċenti disponibbli għall-kejl tal-valur ġust, jew jekk ikun hemm medda wiesgħa ta’ kejl possibbli tal-valur ġust u l-kost jirrappreżenta l-aħjar stima tal-valur ġust f’dik il-medda.

    B5.7

    … F’dawn il-każijiet, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust.

    D24

    Fl-Appendiċi C, fil-paragrafu C8 l-emendi għall-paragrafu 29 tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni huma emendati kif ġej:

    29

    Id-divulgazzjoni tal-valur ġust ma tkunx meħtieġa:

    (b)

    għal derivati marbuta ma’ investimenti fi strumenti azzjonarji li ma jkollhomx prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) li jitkejlu skont il-kost f’konformità mal-IAS 39 peress li l- valur ġust tagħhom ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli; jew

    D25

    Fil-paragrafu C20 l-emendi għall-paragrafu 1 tal-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati huma emendati kif ġej:

    1

    Dan l-Istandard għandu jkun applikat fl-ikkontabilizzar għall-investimenti f’kumpaniji assoċjati. Madankollu, ma japplikax għal investimenti f’kumpaniji assoċjati miżmuma minn:

    (a)

    organizzazzjonijiet ta’ kapital ta’ riskju, jew

    (b)

    fondi mutwi, fiduċjarji ta’ unità u entitajiet simili inklużi fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investimenti

    li jitkejlu skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf skont l-IFRS 9 Sturmenti Finanzjarji u l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Entità li jkollha investiment bħal dan għandha tagħmel id-divulgazzjonijiet mitluba mill-paragrafu 37(f).

    D26

    Fil-paragrafu C22 l-emendi għall-paragrafu 1 tal-IAS 31 Interessi f’Impriża konġunta huma emendati kif ġej:

    1

    Dan l-Istandard għandu jkun applikat fl-ikkontabilizzar għall-interessi f’impriżi konġunti u r-rapportar tal-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu u l-ispejjeż ta’ impriżi konġunti fir-rapporti finanzjarji tal-venturieri u tal-investituri, irrispettivament mill-istrutturi jew il-forma li fiha jseħħu l-attivitajiet tal-impriża konġunta. Madankollu, dan ma japplikax għall-interessi tal-venturieri f’entitajiet b’kontroll konġunt miżmuma minn:

    (a)

    organizzazzjonijiet ta’ kapital ta’ riskju, jew

    (b)

    fondi mutwi, fiduċjarji ta’ unità u entitajiet simili inklużi fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investimenti

    li jitkejlu skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf skont l-IFRS 9 Sturmenti Finanzjarji u l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Venturier li jkollu interess bħal dan għandu jagħmel id-divulgazzjonijiet mitluba mill-paragrafi 55 u 56.

    D27

    Fil-paragrafu C27 l-emendi għall-paragrafi 9, 13 u 88 tal-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl huma emendati kif ġej:

    9

    Ta’ min jinnota li l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust jistabilixxi r-rekwiżiti għall-kejl tal-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja, kemm bi speċifikazzjoni jew le, jew li l-valur ġust tagħha ikun iddivulgat.

    13

    Jekk entità ma tkunx tista’ tkejjel b’mod affidabbli l-valur ġust ta’ derivat inkorporat fuq il-bażi tal-patti u l-kundizzjonijiet tagħha, il-valur ġust tad-derivat inkorporat ikun id-differenza bejn il-valur ġust tal-kuntratt ibridu (ikkumbinat) u l-valur ġust ta’ ospitant. Jekk l-entità ma tkunx tista’ tkejjel il-valur ġust tad-derivat inkorporat b’dan il-metodu, il-paragrafu 12 japplika u l-kuntratt ibridu (ikkombinat) ikun identifikat skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

    88

    Relazzjoni tal-iħħeġġjar tikkwalifika għall-ikkontabilizzar għall-iħħeġġjar taħt il-paragrafi 89–102 jekk, u biss jekk, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati.

    (d)

    L-effikaċja tal-ħeġġ tista’ titkejjel b’mod affidabbli, jiġifieri l-valur ġust jew il-flussi ta’ flus tal-oġġett iħħeġġjat li jkunu attribwibbli għar-riskju ħeġġjat u l-valur ġust tal-istrument tal-iħħeġġjar jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

    D28

    Fil-paragrafu C28 l-emendi għall-paragrafi AG64, AG80, AG81 u AG96 tal-IAS 39 huma emendati kif ġej:

    AG64

    Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja fir-rikonoxximent inizjali normalment ikun il-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri l-valur ġust tal-korrispettiv riċevut, ara ukoll il-paragrafu AG76 u l-IFRS 13). Madankollu, jekk parti mill-korrispettiv mogħti jew riċevut ikun għal xi ħaġa oħra għajr l-obbligazzjoni finanzjarja, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja.

    AG80

    Il-valur ġust ta’ derivati li jkunu marbuta ma’ u jridu jissaldaw bil-konsenja ta’ strumenti azzjonarji li ma jkollhomx prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) (ara l-paragrafu 47(a)) jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikanti għal dak l-istrument jew (b) il-probabilitajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli u użati meta jitkejjel il-valur ġust.

    AG81

    Ikun hemm bosta sitwazzjonijiet li fihom il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ta’ derivati li jkunu marbuta ma’ u jridu jissaldaw bil-konsenja ta’ strumenti azzjonarji li ma jkollhomx prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) (ara l-paragrafu 47(a)) aktarx li ma tkunx sinifikanti. Normalment ikun possibbli li jitkejjel il-valur ġust ta’ derivati bħal dawn li entità tkun kisbet minn parti barranija. Madankollu, jekk il-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust tkun sinifikanti u l-probabilitajiet tad-diversi stimi ma jkunux jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli, entità tkun prekluża mill-kejl tal-istrument skont il-valur ġust.

    AG96

    Derivat li jkun marbut ma’ u jrid jissalda bil-konsenja ta’ strumenti azzjonarji li ma jkollhomx prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) u ma jkunx riportat skont il-valur ġust minħabba li l-valur ġust tiegħu ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli (ara l-paragrafu 47(a)) ma jkunx jista' jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar.

    IFRS 9    Strumenti Finanzjarji (maħruġ f’Ottubru 2010)

    D29

    [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

    D30

    Il-paragrafi 3.2.14, 4.3.7 u 5.1.1 huma emendati kif ġej:

    3.2.14

    Meta entità talloka l-ammont riportat preċedenti ta’ assi finanzjarju akbar bejn il-parti li tkompli tkun rikonoxxuta u l-parti b’rikonoxximent irtirat, jeħtieġ li jitkejjel il-valur ġust tal-parti li tkompli tkun rikonoxxuta. Meta l-entità jkollha karriera ta’ bejgħ ta’ partijiet simili għall-parti li tkompli tkun rikonoxxuta jew jekk jeżistu tranżazzjonijiet oħrajn fis-suq għal partijiet bħal dawn, il-prezzijiet reċenti ta’ tranżazzjonijiet fattwali jipprovdu l-aħjar stima tal-valur ġust tiegħu. …

    4.3.7

    Jekk entità ma tkunx tista’ tkejjel b’mod affidabbli l-valur ġust ta’ derivat inkorporat fuq il-bażi tal-patti u l-kundizzjonijiet tiegħu, il-valur ġust tad-derivat inkorporat huwa d-differenza bejn il-valur ġust tal-kuntratt ibridu u l-valur ġust ta’ ospitant. Jekk l-entità ma tkunx tista’ tkejjel il-valur ġust tad-derivat inkorporat b’dan il-metodu, il-paragrafu 4.3.6 japplika u l-kuntratt ibridu ikun speċifikat skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

    5.1.1

    Fir-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja skont il-valur ġust tagħha flimkien ma’ jew mingħajr, fil-każ ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja mingħajr ċaqliq skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf, il-kostijiet tat-tranżazzjoni attribwibbli direttament għall-akkwiżizzjoni jew għall-ħruġ tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja.

    D31

    Il-paragrafu 5.1.1A jiżdied kif ġej:

    5.1.1A

    Madankollu, jekk il-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja fir-rikonoxximent inizjali jvarja mill-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tapplika l-paragrafu B5.1.2A.

    D32

    Il-paragrafu 5.2.1 huwa emendat kif ġej:

    5.2.1

    Wara r-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel assi finanzjarju skont il-paragrafi 4.1.1–4.1.5 skont il-valur ġust jew fil-kost amortizzat (ara l-paragrafi 9 u AG5–AG8 tal-IAS 39).

    D33

    L-intestatura fuq il-paragrafu 5.4.1 u l-paragrafi 5.4.1–5.4.3 huma mħassra.

    D34

    Il-paragrafi 5.6.2, 7.2.5, 7.2.11 u 7.2.12 huma emendati kif ġej:

    7.2.5

    Jekk, skont il-paragrafu 4.4.1, entità tirriklassifika assi finanzjarju b’mod li jitkejjel skont il-valur ġust, il-valur ġust tiegħu jitkejjel fid-data ta’ riklassifikazzjoni. Kwalunkwe qligħ jew telf li jirriżulta minn differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-valur ġust jiġi rikonoxxut fil-profitt jew fit-telf.

    7.2.5

    Jekk entità tkejjel kuntratt ibridu skont il-valur ġust skont il-paragrafu 4.1.4 jew il-paragrafu 4.1.5 iżda l-valur ġust tal-kuntratt ibridu ma kienx tkejjel f’perjodi ta’ rapportar komparattivi, il-valur ġust tal-kuntratt ibridu fil-perjodi komparattivi tar-rapport għandu jkun is-somma tal-valuri ġusti tal-komponenti (jiġifieri ospitant nonderivat u d-derivat inkorporat) fl-aħħar ta’ kull perjodu tar-rapportar komparattiv.

    7.2.11

    Jekk entità qabel tkun ikkontabilizzat għal investiment fi strument azzjonarju li ma kellux prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) (jew assi derivat li jkun marbut u jrid jissalda bil-konsenja ta’ tali strument azzjonarju) skont il-kost f’konformità mal-IAS 39, din għandha tkejjel dak l-istrument skont il-valur ġust fid-data tal-applikazzjoni inizjali. …

    7.2.12

    Jekk entità qabel tkun ikkontabilizzat għal obbligazzjoni derivata marbuta ma’ u trid tissalda bil-konsenja ta’ strument azzjonarju li ma jkollux prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) skont il-kost f’konformità mal-IAS 39, hija għandha tkejjel dik l-obbligazzjoni derivata skont il-valur ġust fid-data tal-applikazzjoni inizjali. …

    D35

    Il-paragrafu 7.1.3 jiżdied kif ġej:

    7.1.3

    L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 3.2.14, 4.3.7, 5.1.1, 5.2.1, 5.4.1, 5.6.2, 7.2.5, 7.2.11, 7.2.12, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fl-Appendiċi A, emenda l-paragrafi B3.2.11, B3.2.17, B5.1.1, B5.2.2, B5.4.8, B5.4.14, B5.4.16, B5.7.20, C3, C11, C26, C28, C30, C49 u C53, ħassar il-paragrafi 5.4.2, B5.4.1–B5.4.13 u żied il-paragrafi 5.1.1A, B5.1.2A u B5.2.2A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    D36

    Fl-Appendiċi B il-paragrafi B3.2.11, B3.2.17, B5.1.1 u B5.2.2 huma emendati kif ġej:

    B3.2.11

    Meta tkejjel il-valuri ġust tal-parti li tkompli tkun rikonoxxuta u l-parti b’rikonoxximent irtirat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 3.2.13, entità għandha tapplika r-rekwiżiti tal-kejl tal-valur ġust fl-IFRS 13 minbarra l-paragrafu 3.2.14.

    B3.2.17

    Dan il-paragrafu jispjega l-applikazzjoni tal-approċċ tal-involviment li jkompli meta l-involviment li jkompli tal-entità jkun f’parti ta’ assi finanzjarju.

    Assumi li entità għandha portafoll ta’ selfiet prepagabbli … Il-valur ġust tas-selfiet fid-data tat-tranżazzjoni huwa UM10,100 u l-valur ġust tal-firxa tal-eċċess ta’ 0.5 fil-mija huwa UM40.

    L-entità tikkalkula l-qligħ jew it-telf fuq il-bejgħ tas-sehem ta’ 90 fil-mija tal-flussi ta’ flus. Jekk tassumi li l-valuri ġusti tal-parti ta’ 90 fil-mija trasferita u tal-parti ta’ 10 fil-mija miżmuma ma jkunx disponibbli fid-data tat-trasferiment, l-entità talloka l-ammont riportat tal-assi skont il-paragrafu 3.2.14 kif ġej:

     

    Valur ġust

    Persentaġġ

    Ammont riportat allokat

    Porzjon trasferit

    9,090

    90  %

    9,000

    Porzjon miżmum

    1,010

    10  %

    1,000

    Total

    10,100

     

    10,000

    B5.1.1

    Il-valur ġust ta’ strument finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali normalment ikun il-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri l- valur ġust tal-korrispettiv mogħti jew riċevut, ara ukoll il-paragrafu B5.1.2A u l-IFRS 13). Madankollu, jekk parti mill-korrispettiv mogħti tkun għal xi ħaġa oħra għajr l-istrument finanzjarju, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-istrument finanzjarju. Pereżempju, il-valur ġust ta’ selfa fit-tul jew riċevibbli li ma jġorr l-ebda imgħax jista’ jitkejjel bħala l-valur preżenti tal-inkassi ta’ flus futuri kollha skontati permezz tar-rata/i tal-imgħax prevalenti tas-suq għal strument simili (simili fir-rigward tal-valuta, it-terminu, it-tip ta’ rata ta’ mgħax u fatturi oħrajn) bi klassifikazzjoni ta’ kreditu simili. Kull ammont addizzjonali misluf huwa spiża jew tnaqqisa fl-introjtu sakemm ma jikkwalifikax għar-rikonoxximent bħala tip ieħor ta’ assi.

    D37

    Il-paragrafi B5.1.2A u B5.2.2A jiżdiedu kif ġej:

    B5.1.2A

    L-aħjar evidenza tal-valur ġust ta’ strument finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali normalment huwa l-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri l-valur ġust tal-korrispettiv mogħti jew riċevut, ara ukoll l-IFRS 13). Jekk entità tistabilixxi li l-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali jvarja mill-prezz tat-tranżazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 5.1.1A, l-entità għandha tirrapporta dak l-istrument f’dik id-data kif ġej:

    (a)

    fil-kejl mitlub mill-paragrafu 5.1.1 jekk dak il-valur ġust huwa evidenzjat bi prezz kwotat f’suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identika (jiġifieri input tal-Livell 1) jew ibbażat fuq teknika ta’ valwazzjoni li tuża biss dejta minn swieq osservabbli. Entità għandha tirrikonoxxi d-differenza bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni bħala qligħ jew telf.

    (b)

    f’kull każ ieħor, fil-kejl mitlub mill-paragrafu 5.1.1, aġġustat sabiex jiddifferixxi d-differenza bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni. Wara r-rikonoxximent inizjali, l-entità għandha tirrikonoxxi dik id-differenza differita bħala qligħ jew telf biss safejn tirriżulta minn bidla f’fattur (inkluż it-terminu) li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni.

    B5.2.2A

    Il-kejl sussegwenti ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja u r-rikonoxximent sussegwenti tal-qligħ jew it-telf deskritt fil-paragrafu B5.1.2A għandu jkun konsistenti mar-rekwiżiti ta’ dan l-IFRS.

    D38

    Il-paragrafi B5.4.1–B5.4.13 u l-intestaturi relatati magħhom huma mħassra.

    D39

    L-intestatura fuq il-paragrafu B5.4.14 u l-paragrafi B5.4.14, B5.4.16 u B5.7.20 huma emendati kif ġej:

    Investimenti fi strumenti azzjonarji (u kuntratti fuq dawk l-investimenti)

    B5.4.14

    … Dan jista’ jkun il-każ jekk ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni jew informazzjoni reċenti disponibbli għall-kejl tal-valur ġust, jew jekk ikun hemm medda wiesgħa ta’ kejl possibbli tal-valur ġust u l-kost jirrappreżenta l-aħjar stima tal-valur ġust f’dik il-medda.

    B5.4.16

    … Safejn jeżistu fatturi rilevanti bħal dawn, dawn jistgħu jindikaw li l-kost jista’ ma jirrappreżentax il-valur ġust. F’każijiet bħal dawn, l-entità għandha tkejjel il-valur ġust.

    B5.7.20

    Bħal kull kejl tal-valur ġust, il-metodu ta’ kejl ta’ entità sabiex tiddetermina l-porzjon tal-bidla fil-valur ġust tal-obbligazzjoni li jkun attribwibbli għal bidliet fir-riskju tal-kreditu tagħha jrid jagħmel użu massimu minn inputs osservabbli rilevanti u użu minimu minn inputs mhux osservabbli.

    D40

    Fl-Appendiċi C, fil-paragrafu C3 l-emendi għall-paragrafi D15 u D20 tal-IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-rapportar Finanzjarju huma emendati kif ġej:

    D15

    Jekk min jadotta għall-ewwel darba jkejjel investiment bħal dan fil-kost skont l-IAS 27, dan għandu jkejjel dak l-investiment f’wieħed minn dawn l-ammonti li ġejjin fir-rapport tal-IFRS tal-ftuħ separat tal-pożizzjoni finanzjarja:

    (b)

    kost meqjus. Il-kost meqjus ta’ investiment bħal dan għandu jkun:

    (i)

    il-valur ġust tiegħu fid-data ta’ tranżizzjoni tal-entità għall-IFRS fir-rapporti finanzjarji separati tagħha; jew

    D20

    Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 7 u 9, entità tista’ tapplika r-rekwiżiti fil-paragrafu B5.1.2A(b) tal-IFRS 9, f’xi wieħed minn dawn il-modi:

    D41

    Fil-paragrafu C11 l-emendi għall-paragrafu 28 tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni huma emendati kif ġej:

    28

    F’ċerti każijiet, entità ma tirrikonoxxix qligħ jew telf fir-rikonoxximent inizjali ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja peress li l-valur ġust la jkunu evidenzjat minn prezz kwotat f’suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identika (jiġfieri input tal-Livell 1) u lanqas ikun ibbażat fuq teknika ta’ valwazzjoni li tuża biss dejta minn swieq osservabbli (ara l-paragrafu B5.1.2A tal-IFRS 9). F’dawn il-każijiet, l-entità għandha tiddivulga skont il-klassi ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja:

    (a)

    il-politika kontabilistika tagħha sabiex tirrikonoxxi d-differenza fil-profitt jew it-telf bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni sabiex tirrifletti bidla fil-fatturi (inkluż it-terminu) li jikkunsidraw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni (ara l-paragrafu B5.1.2A(b) tal-IFRS 9).

    (c)

    għaliex l-entità tkun ikkonkludiet li l-prezz tat-tranżazzjoni ma kienx l-aħjar evidenza ta’ valur ġust, inkluża deskrizzjoni tal-evidenza li tappoġġja l-valur ġust.

    D42

    Fil-paragrafu C26 l-emendi għall-paragrafu 1 tal-IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati huma emendati kif ġej:

    1

    Dan l-Istandard għandu jkun applikat fl-ikkontabilizzar għall-investimenti f’kumpaniji assoċjati. Madankollu, ma japplikax għal investimenti f’kumpaniji assoċjati miżmuma minn:

    (a)

    organizzazzjonijiet ta’ kapital ta’ riskju, jew,

    (b)

    fondi mutwi, fiduċjarji ta’ unità u entitajiet simili inklużi fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investimenti

    li jitkejlu skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf skont l-IFRS 9 Sturmenti Finanzjarji. Entità li jkollha investiment bħal dan għandha tagħmel id-divulgazzjonijiet mitluba mill-paragrafu 37(f).

    D43

    Fil-paragrafu C28 l-emendi għall-paragrafu 1 tal-IAS 31 Interessi f’Impriża konġunta huma emendati kif ġej:

    1

    Dan l-Istandard għandu jkun applikat fl-ikkontabilizzar għall-interessi f’impriżi konġunti u r-rapportar tal-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu u l-ispejjeż ta’ impriżi konġunti fir-rapporti finanzjarji tal-venturieri u tal-investituri, irrispettivament mill-istrutturi jew il-forma li fiha jseħħu l-attivitajiet tal-impriża konġunta. Madankollu, dan ma japplikax għall-interessi tal-venturieri f’entitajiet b’kontroll konġunt miżmuma minn:

    (a)

    organizzazzjonijiet ta’ kapital ta’ riskju, jew

    (b)

    fondi mutwi, fiduċjarji ta’ unità u entitajiet simili inklużi fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investimenti

    li jitkejlu skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf skont l-IFRS 9 Sturmenti Finanzjarji. Venturier li jkollu interess bħal dan such għandu jagħmel id-divulgazzjonijiet mitluba mill-paragrafi 55 u 56.

    D44

    Fil-paragrafu C30 l-emendi għall-paragrafu 23 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni huma emendati kif ġej:

    23

    … Eżempju wieħed huwa l-obbligu ta’ entità taħt kuntratt bil-quddiem li tixtri l-istrumenti azzjonarji tagħha stess għal flus. L-obbligazzjoni finanzjarja tkun rikonoxxuta inizjalment fil-(valur preżenti tal-ammont tat-tifdija), u tkun irriklassifikata mill-ekwità. …

    D45

    Fil-paragrafu C49 l-emendi għall-paragrafu A8 tal-IFRIC 2 Ishma tal-Membri f’Entitajiet Kooperativi u Strumenti Simili jkunu emendati kif ġej:

    A8

    L-ishma tal-membri li jaqbżu l-projbizzjoni għat-tifdija jkunu obbligazzjonijiet finanzjarji. L-entità kooperativa tkejjel din l-obbligazzjoni finanzjarja skont il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali. Minħabba li dawn l-ishma jistgħu jinfdew bla avviż, l-entità kooperativa tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji bħal dawn f’konformità mal-paragrafu 47 tal-IFRS 13, li jgħid: ‘Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ domanda (eż. depożitu liberu) ma jkunx inqas mill-ammont pagabbli fuq domanda …’ Għalhekk, l-entità kooperativa tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji l-ammont massimu pagabbli fuq domanda taħt il-provvedimenti tat-tifdija.

    D46

    Fil-paragrafu C53 l-emendi għall-paragrafu 7 tal-IFRIC 19 L-Estinzjoni ta’ Obbligazzjonijiet Finanzjarji bi Strumenti Azzjonarji huma emendati kif ġej:

    7

    Jekk il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji maħruġa ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli l-istrumenti azzjonarji għandhom jitkejlu b’mod li jirriflettu l-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja estinta. Fil-kejl tal-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja estinta li tinkludi aspett ta’ domanda (eż. depożitu liberu), il-paragrafu 47 tal-IFRS 13 ma japplikax.

    IAS 1    Il-Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji

    D47

    Il-paragrafi 128 u 133 huma emendati kif ġej:

    128

    Id-divulgazzjoni fil-paragrafu 125 ma tkunx meħtieġa għal assi u obbligazzjonijiet b’riskju sinifikanti li l-ammonti riportati tagħhom jistgħu jinbidlu materjalment fis-sena finanzjarja li jmiss jekk, fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar, jitkejlu skont il-valur ġust ibbażat fuq prezz kwotat f’suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identika. Valuri ġusti bħal dawn jistgħu jinbidlu materjalment fis-sena finanzjarja li jmiss iżda dawn il-bidliet ma jirriżultawx minn suppożizzjonijiet jew sorsi oħrajn ta’ inċertezza ta’ stima fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar.

    133

    IFRS oħrajn jeħtieġu d-divulgazzjoni ta’ xi wħud mis-suppożizzjonijiet li kieku jkunu meħtieġa skont il-paragrafu 125. Pereżempju, l-IAS 37 jeħtieġ id-divulgazzjoni, f’ċirkostanzi speċifiċi, ta’ suppożizzjonijiet maġġuri rigward avvenimenti futuri li jaffettwaw il-klassijiet ta’ provvedimenti. L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust jitlob id-divulgazzjoni ta’ suppożizzjonijiet sinifikanti (inklużi t-teknika/i ta’ valwazzjoni u l-inputs) li tuża l-entità meta tkejjel il-valuri ġusti ta’ assi u obbligazzjonijiet riportati skont il-valur ġust.

    D48

    Il-paragrafu 139I jiżdied kif ġej:

    139I

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 128 u 133. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 2    Inventarji

    D49

    Il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:

    7

    Il-valur nett realizzabbli jirreferi għall-ammont nett li entità tistenna li ġġib mill-bejgħ tal-inventarju matul in-negozju normali. Il-valur ġust jirrifletti l-prezz li fih tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-istess inventarju fis-suq primarju (jew l-aktar vantaġġuż) għal dak l-inventarju isseħħ bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. Tal-ewwel huwa valur speċifiku għall-entità; l-ieħor ma jkunx. Il-valur nett realizzabbli għall-inventarju jista’ ma jkunx l-istess bħall-valur ġust nieqes il-kost tal-bejgħ.

    D50

    Il-paragrafu 40C jiżdied kif ġej:

    40C

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fil-paragrafu 6 u emenda l-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 8    Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji

    D51

    Il-paragrafu 52 huwa emendat kif ġej:

    52

    Għalhekk, meta wieħed japplika politika kontabilistika ġdida retrospettivamet jew jikkoreġi żball ta’ perjodu preċedenti, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn l-informazzjoni li

    (a)

    tipprovdi evidenza ta’ ċirkostanzi li kienu jeżistu fid-data/i li fiha seħħet it-tranżazzjoni, avveniment ieħor jew kundizzjoni, u

    (b)

    tkun disponibbli meta r-rapporti finanzjarji għal dak il-perjodu preċedenti kienu awtorizzati għall-ħruġ

    u informazzjoni oħra. Għal ċerti tipi ta’ stimi (eż. kejl tal-valur ġust li juża inputs sinifikanti mhux osservabbli), ma jkunx prattiku li ssir distinzjoni bejn dawn it-tipi ta’ informazzjoni. Meta l-applikazzjoni retrospettiva jew ir-ridikjarazzjoni retrospettiva titlob li ssir stima sinifikanti li għaliha jkun impossibbli li ssir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ informazzjoni, ma jkunx prattiku li tiġi applikata l-politika kontabilistika ġdida jew li jitranġa l-iżball tal-perjodu preċedenti retrospettivamet.

    D52

    Il-paragrafu 54C jiżdied kif ġej:

    54C

    L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 52. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 10    Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rapportar

    D53

    Il-paragrafu 11 huwa emendat kif ġej:

    11

    Eżempju ta’ avveniment li ma jaġġustax wara l-perjodu tar-rapportar huwa tnaqqis skont il-valur ġust ta’ investimenti bejn tmiem il-perjodu tar-rapportar u d-data meta r-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ. It-tnaqqis skont il-valur ġust normalment ma jkunx relatat mal-kundizzjoni tal-investimenti fi tmiem il-perjodu tar-rapportar, iżda jirrifletti ċ-ċirkostanzi li jkunu rriżultaw sussegwentement. …

    D54

    Il-paragrafu 23A jiżdied kif ġej:

    23A

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 11. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 16    Proprjetà, Impjant u Tagħmir

    D55

    Il-paragrafu 26 huwa emendat kif ġej:

    26

    Il-valur ġust ta’ assi jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikanti għal dak l-assi jew (b) il-probabilitajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli u użati meta jitkejjel il-valur ġust. Jekk entità tkun tista' tkejjel b’mod affidabbli l-valur ġust kemm tal-assi riċevut jew tal-assi mogħti, allura l-valur ġust tal-assi mogħti jintuża għall-kejl tal-kost tal-assi riċevut sakemm il-valur ġust tal-assi riċevut ma jkunx aktar evidenti.

    D56

    Il-paragrafi 32 u 33 huma mħassra.

    D57

    Il-paragrafi 35 u 77 huma emendati kif ġej:

    35

    Meta oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jiġi rivalwat, kwalunkwe deprezzament akkumulat fid-data tar-rivalwazzjoni jiġi ttrattat f’wieħed mill-modi li ġejjin:

    (a)

    irridikjarat b’mod proporzjonat mal-bidla fl-ammont riportat gross tal-assi b’mod li l-ammont riportat tal-assi wara r-rivalwazzjoni jkun daqs l-ammont rivalwat tiegħu.

    Dan il-metodu jintuża spiss meta assi jiġi rivalwat permezz tal-applikazzjoni ta’ indiċi biex ikun jista’ jiġi stabilit il-prezz ta’ sostituzzjoni tiegħu (ara l-IFRS 13).

    77

    Jekk oġġetti ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jiġu ddikjarati fl-ammonti rivalwati, dan li ġej għandu jkun iddivulgat flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-IFRS 13:

    (c)

    [imħassar]

    (d)

    [imħassar]

    D58

    Il-paragrafu 81F jiżdied kif ġej:

    81F

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 6, emenda l-paragrafi 26, 35 u 77 u ħassar il-paragrafi 32 u 33. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 17    Kuntratti ta’ kera

    D59

    Il-paragrafu 6A jiżdied kif ġej:

    6A

    L-IAS 17 juża t-terminu ‘valur ġust’ b’mod differenti f’ċerti aspetti mid-definizzjoni ta’ valur ġust fl-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust. Għalhekk, meta tapplika l-IAS 17 entità għandha tkejjel il-valur ġust skont l-IAS 17, mhux skont l-IFRS 13.

    IAS 18    Dħul

    D60

    Il-paragrafu 42 jiżdied kif ġej:

    42

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 19    Benefiċċji tal-Impjegati

    D61

    [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

    D62

    Il-paragrafi 50 u 102 huma emendati kif ġej:

    50

    L-ikkontabilizzar ta’ entità għal pjanijiet ta’ benefiċċji definiti tinvolvi l-passi li ġejjin:

    (c)

    il-kejl tal-valur ġust ta’ kwalunkwe assi tal-pjan (ara l-paragrafi 102–104);

    102

    Il-valur ġust ta’ kwalunkwe assi tal-pjan jitnaqqas fid-determinazzjoni tal-ammont rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 54.

    D63

    Il-paragrafu 162 jiżdied kif ġej:

    162

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 7 u emenda l-paragrafi 50 u 102. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 20    Kontabilità għal Għotjiet Pubbliċi u Divulgazzjoni ta’ Assistenza Pubblika

    D64

    Il-paragrafu 45 jiżdied kif ġej:

    45

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 21    L-Effetti tat-Tibdil fir-Rati tal-Kambju

    D65

    Il-paragrafu 23 huwa emendat kif ġej:

    23

    Fi tmiem kull perjodu tar-rapportar:

    (c)

    effetti mhux monetarji li jitkejlu skont il-valur ġust f’munita barranija għandhom ikunu tradotti permezz tar-rati tal-kambju fid-data ta’ meta tkejjel il-valur ġust.

    D66

    Il-paragrafu 60G jiżdied kif ġej:

    60G

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 8 u emenda l-paragrafu 23. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 28    Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati (kif emendat f’Ottubru 2009)

    D67

    Il-paragrafi 1 u 37 huma emendati kif ġej:

    1

    Dan l-Istandard għandu jkun applikat fl-ikkontabilizzar għall-investimenti f’kumpaniji assoċjati. Madankollu, ma japplikax għal investimenti f’kumpaniji assoċjati miżmuma minn:

    (a)

    organizzazzjonijiet ta’ kapital ta’ riskju, jew,

    (b)

    fondi mutwi, fiduċjarji ta’ unità u entitajiet simili inklużi fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investimenti

    li fir-rikonoxximent inizjali jkunu indikati skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jew ikunu kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju u kkontabilizzati skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. F’każ ta’ investimenti bħal dawn, entità għandha tirrikonoxxi l-bidliet skont il-valur ġust fil-profitt u t-telf fil-perjodu tal-bidla. Venturier li jżomm tali interess għandu jagħmel id-divulgazzjonijiet meħtieġa fil-paragrafu 37(f).

    37

    Għandhom isiru dawn id-divulgazzjonijiet:

    (a)

    il-valur ġust tal-investimenti fil-kumpaniji assoċjati li għalihom ikun hemm prezzijiet kwotati tas-suq;

    D68

    Il-paragrafu 41G jiżdied kif ġej:

    41G

    L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 1 u 37. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 31    Interessi f’Impriża konġunta (kif emendat f’Ottubru 2009)

    D69

    Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    1

    Dan l-Istandard għandu jkun applikat fl-ikkontabilizzar għall-interessi f’impriżi konġunti u r-rapportar tal-assi, l-obbligazzjonijiet, l-introjtu u l-ispejjeż ta’ impriżi konġunti fir-rapporti finanzjarji tal-venturieri u tal-investituri, irrispettivament mill-istrutturi jew il-forma li fiha jseħħu l-attivitajiet tal-impriża konġunta. Madankollu, dan ma japplikax għall-interessi tal-venturieri f’entitajiet b’kontroll konġunt miżmuma minn:

    (a)

    organizzazzjonijiet ta’ kapital ta’ riskju, jew

    (b)

    fondi mutwi, fiduċjarji ta’ unità u entitajiet simili inklużi fondi tal-assigurazzjoni marbutin mal-investimenti

    li fir-rikonoxximent inizjali jkunu indikati skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jew ikunu kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju u kkontabilizzati skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. F’każ ta’ investimenti bħal dawn, entità għandha tirrikonoxxi l-bidliet skont il-valur ġust fil-profitt u t-telf fil-perjodu tal-bidla. Venturier li jżomm tali interess għandu jagħmel id-divulgazzjonijiet rikjesti fil-paragrafi 55 u 56.

    D70

    Il-paragrafu 58F jiżdied kif ġej:

    58F

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 1. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 32    Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni (kif emendat f’Settembru 2010)

    D71

    Il-paragrafu 23 huwa emendat kif ġej:

    23

    … L-obbligazzjoni finanzjarja tkun rikonoxxuta inizjalment fil-(valur preżenti tal-ammont tat-tifdija), u tkun irriklassifikata mill-ekwità. …

    D72

    Il-paragrafu 97J jiżdied kif ġej:

    97J

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni ta’ valur ġust fil-paragrafu 11 u emenda l-paragrafi 23 u AG31. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    D73

    Fil-Gwida għall-Applikazzjoni l-paragrafu AG31 huwa emendat kif ġej:

    AG31

    Forma komuni ta’ strument finanzjarju kompost huwa strument tad-dejn b’opzjoni inkorporata ta’ konverżjoni, bħal bond konvertibbli f’ishma ordinarji ta’ emittent, u mingħajr ebda aspett tad-derivati inkorporati ieħor. Il-paragrafu 28 jeħtieġ li l-emittent ta’ strument finanzjarju bħal dan jippreżenta l-komponent tal-obbligazzjoni u l-komponent tal-ekwità b’mod separat fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, kif ġej:

    (b)

    L-istrument azzjonarju huwa opzjoni mdeffsa sabiex wieħed jikkonverti l-obbligazzjoni f’valur proprjetarju ta’ emittent. Din l-opzjoni għandha valur fuq ir-rikonoxximent inizjali anki meta tkun nieqsa mill-flus.

    IAS 33    Qligħ Sehem b’Sehem

    D74

    Il-paragrafi 8 u 47A huma emendati kif ġej:

    8

    It-termini ddefiniti fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati fil-paragrafu 11 tal-IAS 32, sakemm ma jkunx innotifikat mod ieħor. L-IAS 32 jiddefinixxi l-istrument finanzjarju, l-assi finanzjarju, l-obbligazzjoni finanzjarja u l-istrument azzjonarju, u jipprovdi gwida għall-applikazzjoni ta’ dawn id-definizzjonijiet. L-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust jiddefinixxi l-valur ġust u jistabilixxi r-rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ dik id-definizzjoni.

    47A

    Fil-każ ta’ opzjonijiet fuq l-ishma u arranġamenti oħrajn ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma li għalihom japplika l-IFRS 2 Pagament Ibbażat fuq l-Ishma, il-prezz tal-ħruġ imsemmi fil-paragrafu 46 u l-prezz tal-eżerċizzju msemmi fil-paragrafu 47 għandhom jinkludu l-valur ġust (imkejjel skont l-IFRS 2) ta’ kull oġġett jew servizz li għandu jkun ipprovdut lill-entità fil-futur taħt l-opzjoni fuq l-ishma jew arranġament ieħor ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.

    D75

    Il-paragrafu 74C jiżdied kif ġej:

    74C

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 8, 47A u A2. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    D76

    Fl-Appendiċi A il-paragrafu A2 huwa emendat kif ġej:

    A2

    Il-ħruġ ta’ ishma ordinarji fiż-żmien tal-eżerċizzju jew tal-konverżjoni ta’ ishma ordinarji potenzjali normalment ma jwassalx għal element ta’ bonus. Dan għaliex l-ishma ordinarji potenzjali normalment jinħarġu għall-valur ġust, li jirriżulta f’bidla proporzjonata fir-riżorsi disponibbli għall-entità. Fi ħruġ ta’ drittijiet, madankollu, il-prezz tal-eżerċizzju spiss ikun inqas mill-valur ġust tal-ishma. … Il-valur teoretiku ta’ sehem qabel il-ħruġ ta’ ishma bi dritt ikun ikkalkulat billi wieħed iżid il-valur ġust aggregat tal-ishma immedjatament qabel l-eżerċizzju tad-drittijiet mar-rikavat mill-eżerċizzju tad-drittijiet, u jiddividi bin-numru ta’ ishma pendenti wara l-eżerċizzju tad-drittijiet. Meta d-drittijiet ikunu sejrin jiġu nnegozjati pubblikament b’mod separat mill-ishma qabel id-data tal-eżerċizzju, il-valur ġust jitkejjel fl-għeluq tal-aħħar jum li fih l-ishma jiġu nnegozjati flimkien mad-drittijiet.

    IAS 34    Rapportar Finanzjarju Interim (kif emendat f’Mejju 2010)

    D77

    [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

    D78

    Il-paragrafu 16A(j) jiżdied kif ġej:

    16A

    Minbarra li tiddivulga avvenimenti u tranżazzjonijiet sinifikanti skont il-paragrafi 15–15C, entità għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja, fin-noti għar-rapporti finanzjarji interim tagħha, jekk ma jkunx iddivulgat x’imkien ieħor fir-rapport finanzjarju interim. Normalment din l-informazzjoni għandha tkun irrapportata fuq bażi ta’ dik sena finanzjarja sal-jum kurrenti.

    (j)

    fil-każ ta’ strumenti finanzjarji, id-divulgazzjoni dwar il-valur ġust meħtieġ mill-paragrafi 91–93(h), 94–96, 98 u 99 tal-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust u l-paragrafi 25, 26 u 28–30 tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjoni.

    D79

    Il-paragrafu 50 jiżdied kif ġej:

    50

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, żied il-paragrafu 16A(j). Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 36    Indeboliment tal-Assi

    D80

    Il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

    5

    Dan l-Istandard ma japplikax għal assi finanzjarji fl-ambitu tal-IAS 39, proprjetà għall-investiment imkejla skont il-valur ġust fl-ambitu tal-IAS 40, jew assi bijoloġiċi relatati mal-attività agrikola mkejla skont il-valur ġust nieqes il-kostijiet biex tbigħ fl-ambitu tal-IAS 41. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal assi riportati fl-ammont rivalwat (jiġifieri l-valur ġust fid-data tar-rivalwazzjoni mingħajr kwalunkwe deprezzament akkumulat sussegwenti u telf minn indeboliment akkumulat sussegwenti) f’konformità ma’ IFRS oħrajn, bħall-mudelli ta’ rivalwazzjoni fl-IAS 16 Proprjetà, impjant u tagħmir u l-IAS 38 Assi Intanġibbli. L-unika differenza bejn il-valur ġust ta’ assi u l-valur ġust tiegħu nieqes il-kostijiet tad-disponiment hija l-kostijiet diretti li jinkrimentaw attribwibbli għad-disponiment tal-assi.

    (a)

    (i)

    Jekk il-kostijiet tad-disponiment ikunu żgħar ħafna, l-ammont rekuperabbli tal-assi rivalwat għandu neċessarjament ikun qrib ta’, jew akbar minn, l-ammont rivalwat tiegħu. F’dan il-każ, wara li jkunu ġew applikati r-rekwiżiti tar-rivalwazzjoni, ikun improbabbli li l-assi rivalwat ikun indebolit u l-ammont rekuperabbli ma jkollux għalfejn ikun stmat.

    (ii)

    [imħassar]

    (b)

    [imħassar]

    (c)

    Jekk il-kostijiet tad-disponiment ma jkunux żgħar ħafna, il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment tal-assi rivalwat ikun neċessarjament inqas mill-valur ġust tiegħu. Għalhekk, l-assi rivalwat jiġi indebolit jekk il-valur tiegħu użat ikun inqas mill-ammont rivalwat tiegħu. F’dan il-każ, wara li jkunu ġew applikati r-rekwiżiti tar-rivalwazzjoni, entità għandha tapplika dan l-Istandard sabiex tistabilixxi jekk l-assi jkunx jista' jiġi indebolit.

    D81

    Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej (bħala konsegwenza tal-emenda għad-definizzjoni ta’ valur ġust nieqes il-kostijiet biex tbigħ, ir-referenzi kollha għal ‘valur ġust nieqes il-kostijiet biex tbigħ’ fl-IAS 36 huma sostitwiti minn ‘valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment’):

    6

    It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

    [imħassar]

    (a)

    [imħassar]

    (b)

    [imħassar]

    (c)

    [imħassar]

    Valur ġust huwa l-prezz riċevut għall-bejgħ ta’ assi jew imħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

    D82

    Il-paragrafi 12, 20 u 22 huma emendati kif ġej:

    12

    Meta tivvaluta jekk ikunx hemm indikazzjoni li assi jkun jista’ jiġi indebolit, entità għandha tikkunsidra, mill-inqas, dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

    Sorsi esterni ta’ informazzjoni

    (a)

    ikun hemm indikazzjonijiet osservabbli li l-valur tas-suq tal-assi niżel b’mod aktar sinifikanti matul il-perjodu minn kemm mistenni minħabba l-mogħdija ta’ żmien jew l-użu normali.

    20

    Jista’ jkun possibbli li jitkejjel il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment, anki jekk ma jkunx hemm prezz kwotat f’suq attiv għal assi identiku. Madankollu, xi drabi ma jkunx possibbli li jitkejjel il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment għaliex ma jkunx hemm bażi sabiex issir stima affidabbli tal-prezz li fih issir tranżazzjoni ordinata għall-bejgħ tal-assi bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. F’dan il-każ, l-entità tista’ tuża l-valur tal-assi fl-użu bħala l-ammont rekuperabbli tiegħu.

    22

    L-ammont rekuperabbli ikun stabilit għal assi individwali … sakemm jew:

    (b)

    il-valur tal-assi fl-użu jista’ jiġi stmat li jkun qrib il-valur ġust tiegħu nieqes il-kostijiet tad-disponiment u l-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment jista’ jitkejjel.

    D83

    Il-paragrafi 25–27 huma mħassra.

    D84

    Il-paragrafu 28 huwa emendat kif ġej:

    28

    Il-kostijiet tad-disponiment, minbarra dawk li ġew rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet, jitnaqqsu fil-kejl tal-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment. Eżempji …

    D85

    Il-paragrafu 53A jiżdied kif ġej:

    53A

    Il-valur ġust ivarja mill-valur fl-użu. Il-valur ġust jirrifletti s-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-assi. Għall-kuntrarju, il-valur fl-użu jirrifletti l-effetti ta’ fatturi li jistgħu jkunu speċifiċi għall-entità u mhux applikabbli għal entitajiet inġenerali. Pereżempju, il-valur ġust ma jirrifletti l-ebda wieħed minn dawn il-fatturi li ġejjin sal-punt li ma jkunux ġeneralment disponibbli għall-parteċipanti fis-suq:

    (a)

    valur addizzjonali derivat mir-raggruppament ta’ assi (bħall-ħolqien ta’ portafoll ta’ proprjetajiet għall-investiment f’postijiet differenti);

    (b)

    sinerġiji bejn l-assi li qed jitkejjel u assi oħrajn;

    (c)

    drittijiet ġuridiċi jew restrizzjonijiet ġuridiċi li jkunu speċifiċi biss għas-sid kurrenti tal-assi; u

    (d)

    benefiċċji għat-taxxa jew piżijiet tat-taxxa li jkunu speċifiċi għas-sid kurrenti tal-assi.

    D86

    Il-paragrafi 78, 105, 111, 130 u 134 huma emendati kif ġej:

    78

    Jista’ jkun meħtieġ li jiġu kkunsidrati ċerti obbligazzjonijiet rikonoxxuti sabiex ikun stabilit l-ammont rekuperabbli ta’ unità li tiġġenera l-flus. Dan jista’ jseħħ jekk id-disponiment ta’ unità li tiġġenera l-flus ikun jeħtieġ li x-xerrej jassumi l-obbligazzjoni. F’dan il-każ, il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment (jew il-fluss ta’ flus stmat mid-disponiment finali) tal-unità li tiġġenera l-flus ikun il-prezz għall-bejgħ tal-assi tal-unità li tiġġenera l-flus u l-obbligazzjoni fllimkien, nieqes il-kostijiet tad-disponiment. Biex wieħed jagħmel tqabbil loġiku bejn l-ammont riportat tal-unità li tiġġenera l-flus u l-ammont rekuperabbli tagħha, l-ammont riportat tal-obbligazzjoni jiġi mnaqqas fid-determinazzjoni kemm tal-valur fl-użu tal-unità li tiġġenera l-flus kif ukoll l-ammont riportat tagħha.

    105

    Meta talloka telf minn indeboliment skont il-paragrafu 104, entità m’għandhiex tnaqqas l-ammont riportat ta’ assi taħt l-ogħla ta’:

    (a)

    il-valur ġust tiegħu nieqes il-kostijiet tad-disponiment (jekk jista’ jitkejjel);

    111

    Meta tivvaluta jekk ikunx hemm xi indikazzjoni li telf minn indeboliment rikonoxxut f’perjodi preċedenti għal assi li ma jkunx avvjament jista’ ma jeżistix aktar jew jista’ jkun li naqas, entità għandha tikkunsidra, mill-inqas, dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

    Sorsi esterni ta’ informazzjoni

    (a)

    ikun hemm indikazzjonijiet osservabbli li l-valur tas-suq tal-assi żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu.

    130

    Entità għandha tiddivulga dan li ġej għal kull telf minn indeboliment materjali rikonoxxut jew riversjat matul il-perjodu għal assi individwali, inkluż l-avvjament, jew unità li tiġġenera l-flus:

    (f)

    jekk l-ammont rekuperabbli jkun il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment, il-bażi użata għall-kejl tal-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment (bħal jekk il-valur ġust tkejjilx permezz ta’ referenza għal prezz kwotat f’suq attiv għal assi identiku). Entità ma tkunx meħtieġa tipprovdi d-divulgazzjonijiet mitluba mill-IFRS 13.

    134

    Entità għandha tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa minn (a)–(f) għal kull unità li tiġġenera l-flus (grupp ta’ unitajiet) li għaliha l-ammont riportat ta’ avvjament jew assi intanġibbli bi żmien ta’ utilità indefinit allokat għal dik l-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun sinifikanti meta mqabbel mal-ammont riportat totali tal-entità ta’ avvjament jew assi intanġibbli b'ħajjiet ta’ utilità indefinit:

    (c)

    l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) u l-bażi li fuqha jkun ġie ddeterminat l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) (jiġifieri l-valur fl-użu jew il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment).

    (d)

    jekk l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun bbażat fuq il-valur fl-użu:

    (i)

    kull suppożizzjoni kruċjali li fuqha l-maniġment ibbaża l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus tiegħu għall-perjodu kopert mill-baġits/mit-tbassir l-aktar reċenti. Is-suppożizzjonijiet kruċjali jkunu dawk li l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun l-aktar sensittiv għalihom.

    (e)

    jekk l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) jkun ibbażat fuq il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment, it-teknika/i ta’ valwazzjoni użata għall-kejl tal-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment. Entità ma tkunx meħtieġa tipprovdi d-divulgazzjonijiet mitluba mill-IFRS 13. Jekk il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment ma jitkejjilx permezz ta’ prezz kwotat għal unità identika (grupp ta’ unitajiet), entità għandha tiddivulga din l-informazzjoni li ġejja:

    (i)

    kull suppożizzjoni kruċjali li fuqha l-maniġment ibbaża d-determinazzjoni tiegħu tal-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment. Is-suppożizzjonijiet kruċjali jkunu dawk li l-ammont rekuperabbli tal-unità (grupp ta’ unitajiet) ikun l-aktar sensittiv għalihom.

    (iiA)

    il-livell tal-ġerarkija tal-valur ġust (ara l-IFRS 13) li fih il-kejl tal-valur ġust ikun ikkategorizzat sħiħ (mingħajr kunsiderazzjoni għall-osservabilità tal-‘kostijiet tad-disponiment’).

    (iiB)

    jekk ikun hemm bidla fit-teknika ta’ valwazzjoni, il-bidla u r-raġuni(jiet) għalfejn saret.

    Jekk il-valur ġust nieqes il-kostijiet tad-disponiment jitkejjel permezz ta’ projezzjonijiet skontati tal-flussi ta’ flus, entità għandha tiddivulga din l-informazzjoni li ġejja:

    (iii)

    il-perjodu li fuqu l-maniġment ipproġetta l-flussi ta’ flus.

    (iv)

    ir-rata ta’ tkabbir użata sabiex jiġu estrapolati l-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus.

    (v)

    ir-rata/i ta’ skont applikata għall-projezzjonijiet tal-flussi ta’ flus.

    D87

    Il-paragrafu 140I jiżdied kif ġej:

    140I

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 5, 6, 12, 20, 78, 105, 111, 130 u 134, ħassar il-paragrafi 25–27 u żied il-paragrafi 25A u 53A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 38    Assi Intanġibbli

    D88

    Il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:

    8

    It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

    [imħassar]

    (a)

    [imħassar]

    (b)

    [imħassar]

    (c)

    [imħassar]

    Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

    D89

    Il-paragrafu 33 huwa emendat kif ġej:

    33

    F’konformità mal-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozju, jekk assi intanġibbli jiġi akkwiżit f’kombinament ta’ negozju, il-kost ta’ dak l-assi intanġibbli jkun l-valur ġust tiegħu fid-data tal-akkwiżizzjoni. Il-valur ġust ta’ assi intanġibbli jirrifletti l-aspettativi tal-parteċipanti fis-suq fid-data tal-akkwiżizzjoni dwar il-probabilità li l-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija inkorporati fl-assi sejrin imorru għall-entità. …

    D90

    L-intestatura fuq il-paragrafu 35 huwa emendat kif ġej:

    Assi intanġibbli miksub f’kombinament ta’ negozju

    D91

    Il-paragrafi 39–41 huma mħassra.

    D92

    Il-paragrafi 47, 50, 75, 78, 82, 84 u 100 huma emendati kif ġej:

    47

    Il-paragrafu 21(b) jispeċifika li kundizzjoni għar-rikonoxximent ta’ assi intanġibbli tkun li l-kost tal-assi jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Il-valur ġust ta’ assi intanġibbli jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikant għal dak l-assi jew (b) il-probabilitajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli u użati meta jitkejjel il-valur ġust. Jekk entità tkun tista' tkejjel il-valur ġust b’mod affidabbli kemm tal-assi riċevut jew tal-assi mogħti, allura l-valur ġust tal-assi mogħti jintuża għall-kejl tal-kost sakemm il-valur ġust tal-assi riċevut ma jkunx aktar evidenti.

    50

    Id-differenzi bejn il-valur ġust ta’ entità u l-ammont riportat tal-assi netti identifikabbli tagħha fi kwalunkwe ħin jistgħu jinkludu medda ta’ fatturi li jaffettwaw il-valur ġust tal-entità. Madankollu, dawn id-differenzi ma jirrappreżentawx il-kost ta’ assi intanġibbli kkontrollat mill-entità.

    75

    … Għall-finijiet tar-rivalwazzjonijiet taħt dan l-Istandard, il-valur ġust għandu jitkejjel b’referenza għal suq attiv. …

    78

    Mhuwiex komuni li jeżisti suq attiv għal assi intanġibbli, għalkemm dan jista’ jseħħ. …

    82

    Jekk il-valur ġust ta’ assi intanġibbli rivalwat ma jkunx jista' jitkejjel aktar b’referenza għal suq attiv, l-ammont riportat tal-assi għandu jkun l-ammont rivalwat tiegħu fid-data tal-aħħar rivalwazzjoni b’referenza għas-suq attiv mingħajr kwalunkwe amortizzament sussegwenti akkumulat u kwalunkwe telf sussegwenti minn indeboliment akkumulat.

    84

    Jekk il-valur ġust tal-assi jkun jista’ jitkejjel b’referenza għal suq attiv f’data ta’ kejl sussegwenti, il-mudell ta’ rivalwazzjoni jiġi applikat minn dik id-data.

    100

    Il-valur residwu ta’ assi intanġibbli b'ħajja ta’ utilità definitagħandu jitqies li jkun zero ħlief jekk:

    (b)

    ikun hemm suq attiv (kif iddefinit fl-IFRS 13) għall-assi u:

    D93

    Il-paragrafu 124 huwa emendat kif ġej:

    124

    Jekk assi intanġibbli jkun rrapportati f’ammonti rivalwati, entità għandha tiddivulga dan li ġej:

    (a)

    skont il-klassi ta’ assi intanġibbli:

    (iii)

    l-ammont riportat … il-paragrafu 74; u

    (b)

    l-ammont ta’ … azzjonisti.

    (c)

    [imħassar]

    D94

    Il-paragrafu 130E huwa mħassar.

    D95

    Il-paragrafu 130G jiżdied kif ġej:

    130G

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 8, 33, 47, 50, 75, 78, 82, 84, 100 u 124 u ħassar il-paragrafi 39–41 u 130E. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 39    Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl (kif emendat f’Ottubru 2009)

    D96

    [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

    D97

    Il-paragrafu 9 huwa emendat kif ġej:

    9

    It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

    Ta’ min jinnota li l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust jistabilixxi r-rekwiżiti għall-kejl tal-valur ġust ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja, kemm bi speċifikazzjoni jew le, jew li l-valur ġust tagħha jkun ddivulgat. Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13.)

    In-nota ta’ qiegħ il-paġna għad-definizzjoni ta’ valur ġust hija mħassra.

    D98

    Il-paragrafi 13 u 28 huma emendati kif ġej:

    13

    Jekk entità ma tkunx tista’ tkejjel b’mod affidabbli l-valur ġust ta’ derivat inkorporat fuq il-bażi tal-patti u l-kundizzjonijiet tagħha, (pereżempju, peress li d-derivat inkorporat ikun ibbażat fuq strument azzjonarju li ma jkollux prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku, jiġfieri input tal-Livell 1) il-valur ġust tad-derivat inkorporat ikun id-differenza bejn il-valur ġust tal-istrument ibridu (ikkumbinat) u l-valur ġust tal-kuntratt ospitanti. Jekk l-entità ma tkunx tista’ tkejjel il-valur ġust tad-derivat inkorporat b’dan il-metodu, il-paragrafu 12 japplika u l-istrument ibridu (ikkombinat) ikun identifikat skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf.

    28

    Meta entità talloka l-ammont riportat preċedenti ta’ assi finanzjarju akbar bejn il-parti li tkompli tkun rikonoxxuta u l-parti b’rikonoxximent irtirat, jeħtieġ li jitkejjel il-valur ġust tal-parti li tkompli tkun rikonoxxuta. …

    D99

    Il-paragrafu 43A jiżdied.

    43A

    Madankollu, jekk il-valur ġust tal-assi finanzjarju jew tal-obbligazzjoni finanzjarja fir-rikonoxximent inizjali jvarja mill-prezz tat-tranżazzjoni, entità għandha tapplika l-paragrafu AG76.

    D100

    Il-paragrafu 47 huwa emendat kif ġej:

    47

    Wara r-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha fil-kost amortizzat permezz tal-metodu tal-imgħax effettiv, ħlief fil-każ ta’:

    (a)

    obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf. Dawn l-obbligazzjonijiet, inklużi derivati li jkunu obbligazzjonijiet, għandhom jitkejlu skont il-valur ġust ħlief għal obbligazzjoni derivata marbuta ma’ u li trid tissalda bil-konsenja ta’ strument azzjonarju li ma jkollux prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġfieri input tal-Livell 1) li l-valur ġust ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli, li għandu jitkejjel skont il-kost.

    D101

    Il-paragrafi 48–49 huma mħassra.

    D102

    Paragrafu 88 huwa emendat kif ġej:

    88

    Relazzjoni tal-iħħeġġjar tkun tikkwalifika għall-ikkontabilizzar għall-iħħeġġjar taħt il-paragrafi 89–102 jekk, u biss jekk, il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati.

    (d)

    L-effikaċja tal-ħeġġ tkun tista’ titkejjel b’mod affidabbli, jiġifieri l-valur ġust jew il-flussi ta’ flus tal-oġġett ħeġġjat li jkun attribwibbli għar-riskju ħeġġjat u l-valur ġust tal-istrument tal-iħħeġġjar ikun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli.

    D103

    Il-paragrafu 103Q jiżdied kif ġej:

    103Q

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 9, 13, 28, 47, 88, AG46, AG52, AG64, AG76, AG76A, AG80, AG81 u AG96, żied il-paragrafu 43A u ħassar il-paragrafi 48–49, AG69–AG75, AG77–AG79 u AG82. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    D104

    Fl-Appendiċi A il-paragrafi AG46, AG52 u AG64 huma emendati kif ġej:

    AG46

    Meta tkejjel il-valuri ġust tal-parti li tkompli tkun rikonoxxuta u l-parti b’rikonoxximent irtirat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 27, entità għandha tapplika r-rekwiżiti tal-kejl tal-valur ġust fl-IFRS 13 minbarra l-paragrafu 28.

    AG52

    Dan il-paragrafu jispjega l-applikazzjoni tal-approċċ tal-involviment li jkompli meta l-involviment li jkompli tal-entità jkun f’parti ta’ assi finanzjarju.

    Assumi li entità jkollha portafoll ta’ selfiet prepagabbli … Il-valur ġust tas-selfiet fid-data tat-tranżazzjoni huwa UM10,100 u l-valur ġust tal-firxa tal-eċċess ta’ 0.5 fil-mija huwa UM40.

    L-entità tikkalkula l-qligħ jew it-telf fuq il-bejgħ tas-sehem ta’ 90 fil-mija ta’ flussi ta’ flus. Jekk tassumi li l-valuri ġusti tal-parti ta’ 90 fil-mija trasferita u tal-parti ta’ 10 fil-mija miżmuma ma jkunux disponibbli fid-data tat-trasferiment, l-entità talloka l-ammont riportat tal-assi skont il-paragrafu 28 kif ġej:

     

    Valur ġust

    Persentaġġ

    Ammont riportat allokat

    Porzjon trasferit

    9,090

    90  %

    9,000

    Porzjon miżmum

    1,010

    10  %

    1,000

    Total

    10,100

     

    10,000

    D105

    Il-paragrafu AG64 huwa emendat kif ġej:

    AG64

    Il-valur ġust ta’ strument finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali normalment ikun il-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri l- valur ġust tal-korrispettiv mogħti jew riċevut, ara ukoll l-IFRS 13 u l-paragrafu AG76). Madankollu, jekk parti mill-korrispettiv mogħti tkun għal xi ħaġa oħra għajr l-istrument finanzjarju, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-istrument finanzjarju. Pereżempju, il-valur ġust ta’ self fit-tul jew riċevibbli li ma jġorr l-ebda imgħax jista’ jitkejjel bħala l-valur preżenti tal-irċevuti ta’ flus futuri kollha skontati permezz tar-rata/i tal-imgħax tas-suq prevalenti għal strument simili (simili fir-rigward tal-valuta, it-terminu, it-tip ta’ rata ta’ mgħax u fatturi oħrajn) bi klassifikazzjoni ta’ kreditu simili. Kull ammont addizzjonali misluf ikun spiża jew tnaqqisa fl-introjtu sakemm ma jikkwalifikax għar-rikonoxximent bħala tip ieħor ta’ assi.

    D106

    Il-paragrafi AG69–AG75 u t-titoli relatati magħhom huma mħassra.

    D107

    Il-paragrafu AG76 huwa emendat kif ġej:

    AG76

    L-aħjar evidenza ta’ strument finanzjarju fir-rikonoxximent inizjali normalment ikun il-prezz tat-tranżazzjoni (jiġifieri l-valur ġust tal-korrispettiv mogħti jew riċevut, ara ukoll l-IFRS 13). Jekk entità tistabilixxi li l-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali jvarja mill-prezz tat-tranżazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 43A, l-entità għandha tirrapporta dak l-istrument f’dik id-data kif ġej:

    (a)

    fil-kejl mitlub mill-paragrafu 43 jekk dak il-valur ġust ikun evidenzjat minn prezz kwotat f’suq attiv għal assi jew obbligazzjoni identika (jiġifieri input tal-Livell 1) jew ibbażat fuq teknika ta’ valwazzjoni li tuża biss dejta minn swieq osservabbli. Entità għandha tirrikonoxxi d-differenza bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni bħala qligħ jew telf.

    (b)

    f’kull każ ieħor, fil-kejl mitlub mill-paragrafu 43, aġġustat sabiex jiddifferixxi d-differenza bejn il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u l-prezz tat-tranżazzjoni. Wara r-rikonoxximent inizjali, l-entità għandha tirrikonoxxi dik id-differenza differita bħala qligħ jew telf biss safejn tirriżulta minn bidla f’fattur (inkluż iż-żmien) li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jipprezzaw l-assi jew tal-obbligazzjoni.

    D108

    Il-paragrafu AG76A huwa emendat kif ġej:

    AG76A

    Il-kejl sussegwenti ta’ assi finanzjarju jew ta’ obbligazzjoni finanzjarja u r-rikonoxximent sussegwenti tal-qligħ jew it-telf għandu jkun konsistenti mar-rekwiżiti ta’ dan l-Istandard.

    D109

    Il-paragrafi AG77–AG79 huma mħassra.

    D110

    Il-paragrafi AG80 u AG81 huma emendati kif ġej:

    AG80

    Il-valur ġust ta’ investimenti fi strumenti azzjonarji li ma jkollhomx prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) u derivati li jkunu marbuta ma’ u jridu jissaldaw bil-konsenja ta’ tali strument azzjonarju (ara l-paragrafi 46(c) u 47) jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikanti għal dak l-istrument jew (b) il-probabilitajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati raġonevolment u użati meta jitkejjel il-valur ġust.

    AG81

    Ikun hemm bosta sitwazzjonijiet li fihom il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ta’ investimenti fi strumenti azzjonarji li ma jkollhomx prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġifieri input tal-Livell 1) u derivati li jkunu marbuta ma’ u jridu jissaldaw bil-konsenja ta’ tali strument azzjonarju (ara l-paragrafi 46(c) u 47) x'aktarx li ma tkunx sinifikanti. Normalment ikun possibbli li jitkejjel il-valur ġust ta’ assi finanzjarju li entità tkun kisbet minn parti barranija. Madankollu, jekk il-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust tkun sinifikanti u l-probabilitajiet tad-diversi stimi ma jkunux jistgħu jiġu vvalutati b’mod raġonevoli, entità tkun prekluża mill-kejl tal-istrument skont il-valur ġust.

    D111

    L-intestatura fuq il-paragrafu AG82 u l-paragrafu AG82 huma mħassra.

    D112

    Il-paragrafu AG96 huwa emendat kif ġej:

    AG96

    Investiment fi strument azzjonarju li ma jkollux prezz kwotat f’suq attiv għal strument identiku (jiġfieri input tal-Livell 1) ma jkunx riportat skont il-valur ġust għaliex il-valur ġust tiegħu ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli jew derivat li jkun marbut u jrid jissalda bil-konsenja ta’ tali strument azzjonarju (ara l-paragrafi 46(c) u 47) ma jkunx jista' jiġi speċifikat bħala strument għall-iħħeġġjar.

    IAS 40    Proprjetà għall-Investiment

    D113

    [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

    D114

    Il-paragrafi 26, 29 u 32 huma emendati kif ġej:

    26

    … Il-gwida għall-kejl tal-valur ġust ta’ interess fil-proprjetà tkun stabilita għall-mudell tal-valur ġust fil-paragrafi 33–52 u fl-IFRS 13. Dik il-gwida tkun rilevanti wkoll għall-kejl tal-valur ġust meta dak il-valur jintuża bħala kost għall-finijiet tar-rikonoxximent inizjali.

    29

    Il-valur ġust ta’ assi jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jekk (a) il-varjabilità fil-medda ta’ kejl raġonevoli tal-valur ġust ma tkunx sinifikanti għal dak l-assi jew (b) il-probabilitajiet tad-diversi stimi fil-medda jkunu jistgħu jiġu vvalutati raġonevolment u użati meta jitkejjel il-valur ġust. Jekk entità tkun tista' tkejjel b’mod affidabbli l-valur ġust kemm tal-assi riċevut kif ukoll tal-assi mogħti, allura l-valur ġust tal-assi mogħti jintuża għall-kejl tal-kost sakemm il-valur ġust tal-assi riċevut ma jkunx aktar evidenti.

    32

    Dan l-Istandard jeżiġi li l-entitajiet kollha jkejlu l-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment, għall-fini kemm tal-kejl (jekk l-entità tuża l-mudell tal-valur ġust) jew tad-divulgazzjoni (jekk tuża l-mudell tal-kost). Entità hija mħeġġa, iżda mhux meħtieġa, li tkejjel il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment fuq il-bażi ta’ valwazzjoni minn valwatur indipendenti li jkollu kwalifika professjonali rikonoxxuta u rilevanti u jkollu esperjenza reċenti fil-post u l-kategorija tal-proprjetà għall-investiment li tkun qiegħda tiġi valwata.

    D115

    Il-paragrafi 36–39 huma mħassra.

    D116

    Il-paragrafu 40 huwa emendat kif ġej:

    40

    Meta tkejjel il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment f’konformità mal-IFRS 13, entità għandha tiżgura li l-valur ġust jirrifletti, fost affarijiet oħrajn, introjtu mill-kiri minn kuntratti ta’ kera kurrenti u suppożizzjonijiet oħrajn li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-proprjetà għall-investiment taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq.

    D117

    Il-paragrafi 42–47, 49, 51 u 75(d) huma mħassra.

    D118

    Il-paragrafu 48 huwa emendat kif ġej:

    48

    F’każijiet eċċezzjonali, ikun hemm evidenza ċara meta entità takkwiżixxi għall-ewwel darba proprjetà għall-investiment (jew meta proprjetà eżistenti ssir proprjetà għall-investiment għall-ewwel darba wara bidla fl-użu) li l-varjabilità fil-medda tal-kejl raġonevoli tal-valur ġust tkun tant kbira, u l-probabilitajiet tad-diversi eżiti tant diffiċli li jkun ivvalutat, li l-utilità ta’ kejl wieħed ta’ valur ġust tkun miċħuda. Dan jista’ jindika li l-valur ġust tal-propjetà ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli fuq bażi li tkompli (ara l-paragrafu 53).

    D119

    L-intestatura fuq il-paragrafu 53 u l-paragrafi 53 u 53B huma emendati kif ġej:

    In-nuqqas ta’ abilità li jitkejjel il-valur ġust b’mod affidabbli

    53

    Ikun hemm preżunzjoni konfutabbli li entità tkun tista' tkejjel il-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment b’mod affidabbli fuq bażi li tkompli. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, ikun hemm evidenza ċara meta entità takkwista għall-ewwel darba proprjetà għall-investiment (jew meta proprjetà eżistenti ssir proprjetà għall-investiment għall-ewwel darba wara bidla fl-użu) li l-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli fuq bażi li tkompli. Dan iseħħ meta, u biss meta, is-suq għal proprjetajiet komparabbli ma jkunx attiv (eż. ikun hemm ftit tranżazzjonijiet reċenti, il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet ma jkunux kurrenti jew il-prezzijiet osservati tat-tranżazzjonijiet jindikaw li l-bejjiegħ kien imġiegħel ibiegħ) u kejl affidabbli alternattiv tal-valur ġust (pereżempju, ibbażat fuq tbassir ta’ flussi ta’ flus skontati) ma jkunx disponibbli. Jekk entità tistabilixxi li l-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli iżda tistenna li l-valur ġust tal-proprjetà jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli meta l-bini jitlesta, din għandha tkejjel il-proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni skont il-kost sakemm jew il-valur ġust tagħha jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli jew jitlesta l-bini tagħha (skont liema waħda tiġi l-ewwel). Jekk entità tistabilixxi li l-valur ġust ta’ proprjetà għall-investiment (li ma tkunx proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni) ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli fuq bażi li tkompli, l-entità għandha tkejjel dik il-proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-kost fl-IAS 16. Il-valur residwu tal-proprjetà għall-investiment għandu jitqies żero. L-entità għandha tapplika l-IAS 16 sad-disponiment tal-proprjetà għall-investiment.

    53B

    … Entità li tkun kejlet oġġett ta’ proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni skont il-valur ġust ma tistax tikkonkludi li l-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment kompluta ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli.

    D120

    Il-paragrafu 75(d) huwa mħassar.

    D121

    Il-paragrafi 78–80 huma emendati kif ġej:

    78

    Fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 53, meta entità tkejjel proprjetà għall-investiment permezz tal-mudell tal-kost fl-IAS 16, ir-rikonċiljazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 76 għandha tiddikjara ammonti relatati mal-proprjetà għall-investiment b’mod separat mill-ammonti relatati ma’ proprjetà għall-investiment oħra. Barra minn hekk, entità għandha tiddivulga:

    (b)

    spjegazzjoni għaliex il-valur ġust ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli;

    79

    Minbarra d-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 75, entità li tapplika l-mudell tal-kost fil-paragrafu 56 għandha tiddivulga:

    (e)

    il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment. Fil-każijiet eċċezzjonali deskritti fil-paragrafu 53, meta entità ma tkunx tista’ tkejjel il-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment b’mod affidabbli, din għandha tiddivulga:

    (ii)

    spjegazzjoni għaliex il-valur ġust ma jkunx jista' jitkejjel b’mod affidabbli; u

    80

    Entità li qabel tkun applikat l-IAS 40 (2000) u għall-ewwel darba tagħżel li tikklassifika u tirrapporta l-interessi fil-proprjetà eliġibbli kollha, jew xi wħud minnhom, miżmuma taħt kiri operatorju bħala proprjetà għall-investiment għandha tirrikonoxxi l-effett ta’ dik l-għażla bħala aġġustament għall-bilanċ tal-ftuħ ta’ qligħ imfaddal għall-perjodu li fih issir l-għażla l-ewwel darba. Barra minn hekk:

    (a)

    jekk l-entità qabel tkun iddivulgat pubblikament (f’rapporti finanzjarji jew mod ieħor) il-valur ġust ta’ dawk l-interessi fil-proprjetà f’perjodi preċedenti (imkejla fuq bażi li tissodisfa d-definizzjoni ta’ valur ġust fl-IFRS 13), l-entità hija mħeġġa, iżda mhux meħtieġa li:

    D122

    Il-paragrafu 85B huwa emendat kif ġej:

    85B

    … Entità hija permessa li tapplika l-emendi għall-proprjetà għall-investiment taħt kostruzzjoni minn kwalunkwe data qabel l-1 ta’ Jannar 2009 sakemm il-valuri ġusti tal-proprjetajiet għall-investment taħt kostruzzjoni jkunu tkejlu f’dawk id-dati. …

    D123

    Il-paragrafu 85C jiżdied kif ġej:

    85C

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda d-definizzjoni tal-valur ġust fil-paragrafu 5, emenda l-paragrafi 26, 29, 32, 40, 48, 53, 53B, 78–80 u 85B u ħassar il-paragrafi 36–39, 42–47, 49, 51 u 75(d). Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    IAS 41    Agrikoltura

    D124-125

    [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

    D126

    Il-paragrafi 8, 15 u 16 huma emendati kif ġej:

    8

    It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

    [imħassar]

    (a)

    [imħassar]

    (b)

    [imħassar]

    (c)

    [imħassar]

    Il-valur ġust huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

    15

    Il-kejl tal-valur ġust ta’ assi bijoloġiku jew ta’ prodott agrikolu jista’ jkun iffaċilitat permezz tar-raggruppament tal-assi bijoloġiċi jew tal-prodotti agrikoli skont attributi sinifikanti; pereżempju, skont l-età jew il-kwalità. …

    16

    L-entitajiet spiss jidħlu f’kuntratti sabiex ibiegħu l-assi bijoloġiċi jew il-prodotti agrikoli tagħhom f’data futura. Il-prezzijiet tal-kuntratt ma jkunux neċessarjament rilevanti fil-kejl tal-valur ġust, għaliex il-valur ġust jirrifletti l-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq li fihom ix-xerrejja u l-bejjiegħa parteċipanti fis-suq jidħlu fi tranżazzjoni. …

    D127

    Il-paragrafi 9, 17–21 u 23 huma mħassra.

    D128

    Il-paragrafi 25 u 30 huma emendati kif ġej:

    25

    … Entità tista’ tuża informazzjoni rigward l-assi kkumbinati għall-kejl tal-valur ġust tal-assi bijoloġiċi. …

    30

    Ikun hemm preżunzjoni li l-valur ġust jista’ jitkejjel b’mod affidabbli għal assi bijoloġiku. Madankollu, dik il-preżunzjoni tista’ tiġi kkonfutata biss fuq ir-rikonoxximent inizjali għal assi bijoloġiku li għalih ma jkunx hemm disponibbli prezzijiet kwotati tas-suq u li għalih ikun stabilit li kejl alternattiv tal-valur ġust ma jkunx affidabbli. …

    D129

    Il-paragrafi 47 u 48 huma mħassra.

    D130

    Il-paragrafu 61 jiżdied kif ġej:

    61

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 8, 15, 16, 25 u 30 u ħassar il-paragrafi 9, 17–21, 23, 47 u 48. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    IFRIC 2    Ishma tal-Membri f’Entitajiet Kooperativi u Strumenti Simili (kif emendat f’Ottubru 2009)

    D131

    [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

    D132

    Taħt l-intestatura ‘Referenzi’ tiżdied referenza għall-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.

    D133

    Il-paragrafu 16 jiżdied kif ġej:

    16

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu A8. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

    D134

    Fl-Appendiċi l-paragrafu A8 huwa emendat kif ġej:

    A8

    L-ishma tal-membri li jaqbżu l-projbizzjoni għat-tifdija huma obbligazzjonijiet finanzjarji. L-entità kooperativa tkejjel din l-obbligazzjoni finanzjarja skont il-valur ġust fir-rikonoxximent inizjali. Minħabba li dawn l-ishma jistgħu jinfdew bla avviż, l-entità kooperativa tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji bħal dawn f’konformità mal-paragrafu 47 tal-IFRS 13, li jgħid: ‘Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ domanda (eż. depożitu liberu) ma jkunx inqas mill-ammont pagabbli fuq domanda …’ Għalhekk, l-entità kooperativa għandha tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji l-ammont massimu pagabbli fuq domanda taħt il-provvedimenti tat-tifdija.

    IFRIC 4    Kif tiddetermina Jekk Arranġament fihx Kuntratt ta’ Kera

    D135

    Taħt l-intestatura ‘Referenzi’ tiżdied referenza għall-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.

    D136

    Fil-paragrafu 15(a) ‘valur ġust’ tingħata nota ta’ qiegħ il-paġna kif ġej:

    *

    L-IAS 17 juża t-terminu ‘valur ġust’ b’mod differenti f’ċerti aspetti mid-definizzjoni ta’ valur ġust fl-IFRS 13. Għaldaqstant, meta tapplika l-IAS 17 entità għandha tkejjel il-valur ġust skont l-IAS 17, u mhux l-IFRS 13.

    IFRIC 13    Programmi ta’ Lealtà tal-Klijent

    D137

    Taħt l-intestatura ‘Referenzi’ tiżdied referenza għall-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.

    D138

    Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

    6

    Il-korrispettiv allokat għall-krediti ta’ premju għandu jitkejjel b’referenza għall-valur ġust tagħhom.

    D139

    Il-paragrafu 10B jiżdied kif ġej:

    10B

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafi 6 u AG1–AG3. Entità għandha tapplika dawk l-emendi meta tapplika l-IFRS 13.

    D140

    Fil-Gwida għall-Applikazzjoni l-paragrafi AG1–AG3 huma emendati kif ġej:

    AG1

    Il-paragrafu 6 tal-konsensus jeżiġi li l-korrispettiv allokat għall-krediti ta’ premju għandu jitkejjel b’referenza għall-valur ġust tagħhom. Jekk ma jkunx hemm prezz kwotat tas-suq għal kreditu ta’ premju identiku, il-valur ġust għandu jitkejjel permezz ta’ teknika oħra ta’ valwazzjoni.

    AG2

    Entità tista’ tkejjel il-valur ġust ta’ krediti ta’ premju b’referenza għall-valur ġust tal-premjijiet li għalihom jistgħu jinfdew. Il-valur ġust tal-krediti ta’ premju jikkunsidra, kif xieraq:

    (a)

    l-ammont tal-iskonti jew inċentivi li kieku jiġu offruti lill-klijenti li ma qalgħux krediti ta’ premju minn bejgħ inizjali;

    (b)

    il-proporzjon ta’ krediti ta’ premju li ma jkunux mistennija jinfdew mill-klijenti; u

    (c)

    ir-riskju ta’ nonprestazzjoni.

    Jekk il-klijenti jistgħu jagħżlu minn medda ta’ premjijiet differenti, il-valur ġust tal-krediti ta’ premju għandu jirrifletti il-valuri ġusti tal-medda ta’ premjijiet disponibbli, ippiżati b’mod proporzjonat mal-frekwenza li biha kull premju jkun mistenni li jintgħażel.

    AG3

    F’ċerti ċirkostanzi, jistgħu jintużaw tekniki ta’ valwazzjoni oħrajn. Pereżempju, jekk parti terza tipprovdi l-premjijiet u l-entità tħallas lill-parti terza għal kull kreditu ta’ premju li tagħti, din tkun tista' tkejjel il-valur ġust tal-krediti ta’ premju b’referenza għall-ammont li tħallas lill-parti terza, u żżid marġni ta’ profitt raġonevoli. Jeħtieġ ġudizzju għaqli sabiex tintgħażel u tiġi applikata t-teknika ta’ valwazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6 tal-konsensus u li tkun l-aktar xierqa fiċ-ċirkostanzi.

    IFRIC 17    Distribuzzjonijiet ta’ Assi Mhux fi Flus lis-Sidien

    D141

    [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

    D142

    Taħt l-intestatura ‘Referenzi’ tiżdied referenza għall-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.

    D143

    Il-paragrafu 17 huwa emendat kif ġej:

    17

    Jekk, wara t-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar iżda qabel ir-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ, entità tiddikjara dividend għad-distribuzzjoni ta’ assi mhux fi flus, din għandha tiddivulga:

    (c)

    il-valur ġust tal-assi li għandu jitqassam minn tmiem il-perjodu ta’ rapportar, jekk ivarja mill-ammont riportat, u l-informazzjoni dwar il-metodu/i użat(i) għall-kejl tal-valur ġust meħtieġ mill-paragrafi 93(b), (d), (g) u (i) u 99 tal-IFRS 13.

    D144

    Il-paragrafu 20 jiżdied kif ġej:

    20

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 17. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

    IFRIC 19    L-estinzjoni ta’ Obbligazzjonijiet Finanzjarji bi Strumenti Azzjonarji (kif emendat f’Settembru 2010)

    D145

    [Mhux applikabbli għar-rekwiżiti]

    D146

    Taħt l-intestatura ‘Referenzi’ tiżdied referenza għall-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.

    D147

    Il-paragrafu 7 huwa emendat kif ġej:

    7

    Jekk il-valur ġust tal-istrumenti azzjonarji maħruġa ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli l-istrumenti azzjonarji għandhom jitkejlu b’mod li jirriflettu l-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja estinta. Fil-kejl tal-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja estinta li tinkludi aspett ta’ domanda (eż. depożitu liberu), il-paragrafu 47 tal-IFRS 13 ma japplikax.

    D148

    Il-paragrafu 15 jiżdied kif ġej:

    15

    L-IFRS 13, maħruġ f’Mejju 2011, emenda l-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 13.

    INTERPRETAZZJONI 20 TAL-IFRIC

    Spejjeż għat-Tneħħija tal-Iskart fil-Fażi tal-Produzzjoni ta’ Minjiera tal-Wiċċ

    REFERENZI

    Qafas Kunċettwali għar-Rappurtar Finanzjarju

    IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rendikonti Finanzjarji

    IAS 2 Inventarji

    IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir

    IAS 38 Assi Intanġibbli

    SFOND

    1

    F'operazzjonijiet ta’ minjiera tal-wiċċ, l-entitajiet jista' jkollhom il-ħtieġa li jneħħu l-materjali tal-iskart tal-minjieri (‘overburden) biex jinkiseb aċċess għal depożiti ta’ minerali. Din l-attività tat-tneħħija tal-iskart hija magħrufa bħala ‘stripping’

    2

    Matul il-fażi tal-iżvilupp ta’ minjiera (qabel ma tibda l-produzzjoni), l-ispejjeż għat-tneħħija tal-iskart normalment huma kapitalizzati bħala parti mill-ispejjeż deprezzabbli tal-bini, l-iżvilupp u l-kostruzzjoni tal-minjiera. Dawk l-ispejjeż kapitalizzati huma deprezzati jew armotizzati fuq bażi sistematika, normalment billi jintuża l-metodu tal-unitajiet tal-produzzjoni, ladarba tibda l-produzzjoni.

    3

    Entità tal-minjieri tista' tkompli tneħħi l-iskart żejjed u ġġarrab l-ispejjeż għat-tneħħija tal-iskart matul il-fażi tal-produzzjoni tal-minjiera.

    4

    Il-materjal imneħħi meta jitneħħa l-iskart fil-fażi tal-produzzjoni mhux bilfors ikun 100 % skart; ta’ spiss dan ikun taħlita ta’ minerali u skart. Il-proporzjon ta’ minerali għal skart jista' jvarja minn grad baxx mhux ekonomiku għal grad ta’ qligħ kbir. It-tneħħija tal-materjal bi proporzjon baxx ta’ minerali għal skart jista' jipproduċi ċertu materjal li jintuża, li jista' jintuża biex ikun prodott l-inventarju. Din it-tneħħija tista' tipprovdi wkoll aċċess għal livelli aktar profondi ta’ materjal li għandu proporzjoni akbar ta’ minerali għal skart. Għaldaqstant, mill-attività tat-tneħħija tal-iskart jista' jkun hemm żewġ benefiċċji li tgawdi minnhom l-entità: minerali li jintużaw li jistgħu jintużaw biex jiġi prodott l-inventarju u jittejjeb l-aċċess għal kwantitajiet ulterjuri ta’ materjal li ser jittella' mill-minjieri fil-futur.

    5

    Din l-Interpretazzjoni tikkunsidra meta u kif tikkunsidra b'mod separat dawn iż-żewġ benefiċċji li ġejjin mill-attività tat-tneħħija tal-iskart, kif ukoll kif jitkejlu dawn il-benefiċċji kemm inizjalment u anke sussegwentement.

    KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    6

    Din l-Interpretazzjoni tapplika għall-ispejjeż għat-tneħħija tal-iskart li jintefqu fl-attività tal-minjieri tal-wiċċ matul il-fażi tal-produzzjoni tal-minjiera (‘spejjeż għat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni’).

    KWISTJONIJIET

    7

    Din l-Interpretazzjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ir-rikonoxximent tal-ispejjeż tat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni bħala assi;

    (b)

    il-kejl inizjali tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart; kif ukoll

    (c)

    kejl sussegwenti tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart;

    KUNSENS

    Rikonoxximent tal-ispejjeż tat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni bħala assi

    8

    Sakemm il-benefiċċju mill-attività tat-tneħħija tal-iskart isseħħ fil-forma tal-inventarju prodott, l-entità għandha tikkunsidra l-ispejjeż tal-attività tat-tneħħija tal-iskart skont il-prinċipji tal-Inventarji tal-IAS 2. Sakemm il-benefiċċju jkun li jittejjeb l-aċċess għall-minerali, l-entità għandha tirrikonoxxi dawn l-ispejjeż bħala assi mhux attwali, jekk ikun issodisfat il-kriterju fil-paragrafu 9 ta’ hawn taħt. Din l-Interpretazzjoni tirreferi għall-assi mhux attwali bħala ‘l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart’.

    9

    Entità għandha tirrikonoxxi assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart jekk, u biss jekk, dan kollu li ġej jiġi ssodisfat.

    (a)

    ikun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi futuri (aċċess imtejjeb għall-massa mineralizzata) li huma assoċjati mal-attività tat-tneħħija tal-iskart ser jgħaddu lill-entità;

    (b)

    l-entità tista' tidentifika l-komponent tal-massa mineralizzata li għalih ikun ittejjeb l-aċċess; kif ukoll

    (c)

    l-ispejjeż relatati mal-attività tat-tneħħija tal-iskart assoċjati ma’ dak il-komponent ikunu jistgħu jitkejlu b'mod affidabbli.

    10

    L-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart għandhom jitqiesu bħal żieda għal, jew titjib ta’ assi eżistenti. Fi kliem ieħor, l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart ser jitqiesu bħala parti minn assi eżistenti.

    11

    Il-klassifikazzjoni tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart bħala tanġibbli jew assi mhux tanġibbli hija l-istess bħall-assi eżistenti. Fi kliem ieħor, in-natura ta’ dawn l-assi eżistenti ser tiddetermina jekk l-entità għandhiex tikklassifika l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart bħala tanġibbli jew mhux tanġibbli.

    Kejl inizjali tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart

    12

    L-entità għandha tkejjel inizjalment l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart b'kemm jiswew, dan ikun l-akkumulazzjoni tal-ispejjeż li jkunu saru direttament biex titwettaq l-attività tat-tneħħija tal-iskart li ttejjeb l-aċċess għall-komponent identifikat tal-minerali, flimkien ma’ allokazzjoni ta’ spejjeż ġenerali attribwibbli direttament. Ċerti operazzjonijiet inċidentali jistgħu jseħħu fl-istess ħin tal-attività tat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni, iżda li mhumiex neċessarjament għall-attività tat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni biex tkompli kif ippjanat. L-ispejjeż assoċjati ma’ dawn l-operazzjonijiet inċidentali ma għandhomx jiġu inklużi fl-ispiża tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart.

    13

    Meta l-ispejjeż tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart u l-inventarju prodott ma jkunux identikabbli b'mod separat, l-entità għandha talloka l-ispejjeż għat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni bejn l-inventarju prodott u l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart billi tuża bażi ta’ allokazzjoni bbażata fuq miżura ta’ produzzjoni rilevanti. Din il-miżura ta’ produzzjoni għandha tiġi kkalkulata għall-komponent identifikat tal-massa mineralizzata, u għandha tintuża bħala kejl biex jiġi identifikat il-limitu li bih tkun seħħet l-attività addizjonali biex jinħoloq benefiċċju fil-futur. Eżempji ta’ dawn il-miżuri jinkludu:

    (a)

    l-ispiża tal-inventarju prodott imqabbel mal-ispiża mistennija;

    (b)

    il-volum ta’ skart imtella' mqabbel mal-volum mistenni, għal volum partikolari tal-produzzjoni tal-minerali; kif ukoll

    (c)

    il-kontenut ta’ minerali tal-minerali mtella' mqabbel mal-kontenut mistenni tal-minerali li għandu jittella', għal kwantità partikolari ta’ minerali prodotti.

    Kejl sussegwenti tal-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart

    14

    Wara r-rikonoxximent inizjali, l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart għandhom jitwettqu jew b'kemm jiġu jiswew jew bl-ammont ivvalutat mill-ġdid bi tnaqqis tad-deprezzament jew l-armotizzazzjoni u inqas telf mid-deterjorament, bl-istess mezz tal-assi eżistenti li tiegħu jifforma parti.

    15

    L-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart għandhom jiġi deprezzati jew armotizzati fuq bażi sistematika, matul il-ħajja utli mistennija tal-komponent identifikat tal-massa mineralizzata li ssir aktar aċċessibbli b'riżultat tal-attività tat-tneħħija tal-iskart. Għandhom japplikaw l-unitajiet tal-metodu ta’ produzzjoni sakemm ma jkunx aktar xieraq metodu ieħor

    16

    Il-ħajja utli mistennija tal-komponent identifikat tal-massa mineralizzata li tintuża biex tiddeprezza jew tarmotizza l-assi tal-attività tat-tneħħija tal-iskart ser tkun differenti mill-ħajja utli mistennija li tintuża biex tiddeprezza jew tarmotizza l-minjiera infisha u l-ħajja relatata tal-assi tal-minjiera. Iċ-ċirkostanzi limitati meta l-attività tat-tneħħija tal-iskart tipprovdi aċċess imtejjeb lill-massa mineralizzata sħiħa li jibqa' huma l-eċċezzjoni għal dan. Pereżempju, dan jista' jseħħ lejn tmiem il-ħajja utli tal-minjiera meta l-komponent identifikat jirrappreżenta l-parti finali tal-massa mineralizzata li għandha tittella'.

    Appendiċi A

    Data u tranżizzjoni effettiva

    Din l-appendiċi hija parti integrali mill-Interpretazzjoni u għandha l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħrajn tal-Interpretazzjoni.

    A1

    Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2013 jew wara. Hija permessa applikazzjoni qabel. Jekk entità tapplika l-Interpretazzjoni għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiżvela dak il-fatt.

    A2

    Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-ispejjeż tat-tneħħija tal-iskart tal-produzzjoni li jsiru fil-bidu tal-perjodu l-aktar bikri ppreżentat jew wara.

    A3

    Bħal fil-bidu tal-perjodu l-aktar bikri ppreżentat, kwalunkwe bilanċ tal-assi rikonoxxuti preċedentement li jkun irriżulta minn attività tat-tneħħija tal-iskart li tkun saret matul il-fażi tal-produzzjoni (‘predecessor stripping asset’) għandu jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala parti minn assi eżistenti li għalih tkun relatata l-attività tat-tneħħija tal-iskart, sakemm jibqa' komponent identifikabbli tal-massa mineralizzata li tista' tiġi assoċjata mal-assi preċedenti tal-attività tat-tneħħija tal-iskart. Dawn il-bilanċi għandhom jiġu deprezzati jew armotizzati matul il-ħajja utli mistennija li jkun fadal tal-komponent identifikat tal-massa mineralizzata li għaliha jirrelata kull bilanċ tal-assi tat-tneħħija tal-iskart preċedenti.

    A4

    Jekk ma jkun hemm l-ebda komponent identifikabbli tal-massa mineralizzata li għaliha jirrelataw dawn l-assi tat-tneħħija tal-iskart preċedenti, dan għandu jiġi rikonoxxut fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ bil-bidu tal-perjodu l-aktar bikri ppreżentat.

    Appendiċi B

    L-emendi f’dan l-appendiċi għandhom japplikaw għal perjodi annwali li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2013 jew wara. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal xi perjodu aktar bikri, dawn l-emendi għandhom japplikaw għal dak il-perjodu aktar bikri.

    Emendi fl-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta' Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju

    B1

    Fl-Appendiċi D il-paragrafu D1 huwa emendat kif ġej:

    D1

    Entità tista’ tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażat fuq ishma (il-paragrafi D2 u D3);

    (m)

    assi finanzjarji jew assi intanġibbli kontabbilizzati skont l-IFRIC 12 Arranġamenti ta’ Konċessjoni ta’ Servizz (il-paragrafu D22);

    (n)

    spejjeż ta’ self (il-paragrafu D23);

    (o)

    trasferimenti ta’ assi mingħand il-klijenti (il-paragrafu D24);

    (p)

    estinzjoni ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji permezz ta’ strumenti azzjonarji (il-paragrafu D25);

    (q)

    iperinflazzjoni severa (il-paragrafi D26-D30);

    (r)

    arranġamenti konġunti (il-paragrafu D31) kif ukoll

    (s)

    spejjeż għat-tneħħija tal-iskart fil-fażi tal-produzzjoni ta' minjiera tal-wiċċ (il-paragrafu D32).

    B2

    Wara l-paragrafu D31, jiżdiedu intestatura u l-paragrafu D32.

    Spejjeż għat-tneħħija tal-iskart fil-fażi tal-produzzjoni ta' minjiera tal-wiċċ

    D32

    Persuna li tadotta għall-ewwel darba tista' tapplika d-dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fil-paragrafi A1 sa A4 tal-IFRIC 20 Spejjeż għat-Tneħħija tal-Iskart fil-Fażi tal-Produzzjoni ta' Minjiera tal-Wiċċ. F’dak il-paragrafu, ir-referenza għad-data effettiva għandha tiġi interpretata bħala l-1 ta' Jannar 2013 jew il-bidu tal-ewwel perjodu ta' rappurtat tal-IFRS, skont liema tkun l-aktar tard.

    B3

    Wara l-paragrafu 39L, jiżdied il-paragrafu 39M:

    39M

    L-IFRIC 20 Spejjeż għat-Tneħħija tal-Iskart fil-Fażi tal-Produzzjoni ta' Minjiera tal-Wiċċ żied il-paragrafu D32 u enenda l-paragrafu D1. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRIC 20.


    (1)  F’dan l-IFRS l-ammonti ta’ flus huma ddenominati f’ ‘unitajiet tal-munita (UM)’.


    Top