This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0948
Commission Implementing Regulation (EU) No 948/2012 of 15 October 2012 repealing Regulation (EC) No 1180/2008 establishing a system for the communication of information on certain supplies of beef, veal and pigmeat to the territory of the Russian Federation
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 948/2012 tal- 15 ta’ Ottubru 2012 li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1180/2008 li jwaqqaf sistema ta’ komunikazzjoni ta’ tagħrif dwar ċerti provvisti ta’ ċanga, vitella u majjal fit-territorju tal-Federazzjoni Russa
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 948/2012 tal- 15 ta’ Ottubru 2012 li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1180/2008 li jwaqqaf sistema ta’ komunikazzjoni ta’ tagħrif dwar ċerti provvisti ta’ ċanga, vitella u majjal fit-territorju tal-Federazzjoni Russa
ĠU L 282, 16.10.2012, p. 39–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
16.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/39 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 948/2012
tal-15 ta’ Ottubru 2012
li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1180/2008 li jwaqqaf sistema ta’ komunikazzjoni ta’ tagħrif dwar ċerti provvisti ta’ ċanga, vitella u majjal fit-territorju tal-Federazzjoni Russa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 170 u 192, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1180/2008 (2) jipprovdi għal sistema ta’ komunikazzjoni ta’ tagħrif bejn l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif ukoll bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, rappreżentata mill-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi (“OLAF”) u l-awtoritajiet Russi b’rabta mal-esportazzjonijiet ta’ ċerti prodotti taċ-ċanga, vitella u majjal lejn il-Federazzjoni Russa, li għalihom tapplika rifużjoni.L-għan ta’ dik is-sistema huwa li titraċċa l-esportazzjonijiet konċernati u li taqbad il-każijiet fejn ir-rifużjoni ma tkunx dovuta u trid tiġi rkuprata. |
|
(2) |
Kif jissemma fil-Premessa 5 tar-Regolament (KE) Nru 1180/2008 l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament trid tiġi evalwata wara perjodu sinifikanti ta’ operat. Il-Kummissjoni evalwat l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1180/2008 u waslet għall-konklużjoni li minħabba problemi tekniċi repetittivi li ma setgħux jissolvew b’mod sodisfaċenti, is-sistema ta’ komunikazzjoni ta’ tagħrif ma laħqitx il-livell ta’ prestazzjoni meħtieġ biex tkun għodda effiċjenti fil-konfront ta’ pagament mhux dovut ta’ rifużjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, l-użu volontarju tas-sistema mill-esportaturi, naqas konsiderevolment matul is-snin. |
|
(3) |
Għalhekk is-sistema ta’ komunikazzjoni ta’ tagħrif stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1180/2008 għandha tiġi abolita u r-Regolament (KE) Nru 1180/2008 għandu jitħassar. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1180/2008 jitħassar.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO